European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/478

13.3.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/478

tat-12 ta’ Marzu 2025

li tirrikonoxxi li r-rapport ippreżentat mis-Slovakkja skont l-Artikolu 31(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fih data preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-lift u tal-ħbub tal-qamħirrum f’dak l-Istat Membru

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 teżiġi li l-bijokarburanti, il-bijolikwidi, u l-karburanti mill-bijomassa jiffrankaw emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-karburanti fossili, biex ikunu jistgħu jingħaddu ħalli jintlaħqu l-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Artikolu 29(10) ta’ dik id-Direttiva jistabbilixxi limiti speċifiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-karburanti, u l-Artikolu 31 jirregola kif irid jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-materja prima agrikola, jistgħu jintużaw il-valuri tipiċi f’ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala preċiżi.

(2)

Fit-30 ta’ Ottubru 2024, is-Slovakkja ppreżentat iż-żewġ rapporti finali lill-Kummissjoni bid-data għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-lift u tal-ħbub tal-qamħirrum tipikament prodotti f’żoni fit-territorju tagħha kklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Is-Slovakkja talbet li d-data tiġi rikonoxxuta bħala preċiża f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(3)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data preċiża għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-lift u tal-ħbub tal-qamħirrum tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fis-Slovakkja.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, il-Bijolikwidi u l-Karburanti mill-Bijomassa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rapport ippreżentat mis-Slovakkja fit-30 ta’ Ottubru 2024 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fih data preċiża għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-lift u tal-ħbub tal-qamħirrum tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fis-Slovakkja. Is-sommarju tad-data tar-rapport hu stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Jekk id-data li hemm fir-rapport, kif ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2024 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni, tinbidel b’mod li jaf jaffettwa l-akkuratezza tad-data u b’hekk il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, is-Slovakkja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’dawn il-bidliet minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet notifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport għadux jipprovdi d-data preċiża li għaliha hu rikonoxxut.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tieqaf tapplika fit-2 ta’ April 2030.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).


ANNESS

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-lift fis-Slovakkja (kg CO2-ekw/tunnellata ta’ lift maħsud fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Użu tal-karburant

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

SK010

172,5

23,4

186,9

25,8

11,5

108,5

1,1

529,7

SK021

163,1

18,2

178,2

22,5

11,3

102,9

1,1

497,2

SK022

251,8

22,8

160,4

25,0

12,0

100,5

1,0

573,5

SK023

161,2

22,9

183,0

23,7

11,8

99,0

1,0

502,6

SK031

545,7

18,3

219,8

32,6

15,8

119,9

1,2

953,2

SK032

211,5

30,4

172,6

27,9

12,9

117,4

1,2

573,8

SK041

418,5

29,9

205,1

31,1

15,0

131,0

1,4

832,0

SK042

200,6

34,2

177,2

30,1

12,5

112,3

1,2

568,1

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-ħbub tal-qamħirrum fis-Slovakkja (kg CO2-ekw/tunnellata ta’ ħbub tal-qamħirrum maħsudin fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Użu tal-karburant

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

SK010

70,7

20,7

53,1

12,0

2,7

88,7

1,1

249,0

SK021

67,6

16,6

52,3

10,8

2,7

79,3

0,9

230,1

SK022

98,9

17,5

40,4

11,2

2,2

74,4

0,9

245,4

SK023

73,7

23,1

63,9

14,5

3,3

81,1

1,0

260,5

SK031

166,8

17,7

34,6

10,3

3,2

82,4

1,0

315,9

SK032

95,2

22,8

49,6

13,2

3,1

88,1

1,9

273,1

SK041

174,9

20,8

49,2

12,9

2,7

90,1

1,1

351,7

SK042

82,8

19,3

61,5

13,5

2,7

82,1

1,0

262,8


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/478/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)