European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/473

14.3.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/473

tat-12 ta’ Marzu 2025

li tirrikonoxxi li r-rapport ippreżentat miċ-Ċekja skont l-Artikolu 31(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fih data preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa, tal-pitravi taz-zokkor, tal-ħbub tal-qamħirrum, tas-silaġġ tal-qamħirrum, tal-ħbub tax-xgħir tar-rebbiegħa u tal-ħbub tax-xgħir tax-xitwa f’dak l-Istat Membru

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 teżiġi li l-bijokarburanti, il-bijolikwidi, u l-karburanti mill-bijomassa jiffrankaw emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-karburanti fossili biex ikunu jistgħu jingħaddu ħalli jintlaħqu l-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Artikolu 29(10) ta’ dik id-Direttiva jistabbilixxi limiti speċifiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-karburanti, u l-Artikolu 31 jirregola kif irid jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-materja prima agrikola, jistgħu jintużaw il-valuri tipiċi f’ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala preċiżi.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2624 (2), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li r-rapport li ppreżentatilha ċ-Ċekja kien fih data preċiża għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-lift tipikament prodotta fir-reġjuni NUTS 2 fiċ-Ċekja.

(3)

Fit-23 ta’ Ottubru 2024, iċ-Ċekja ppreżentat rapport addizzjonali lill-Kummissjoni bid-data għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa, tal-pitravi taz-zokkor, tal-ħbub tal-qamħirrum, tas-silaġġ tal-qamħirrum, tal-ħbub tax-xgħir tar-rebbiegħa u tal-ħbub tax-xgħir tax-xitwa tipikament prodotti f’żoni fit-territorju tagħha kklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Iċ-Ċekja talbet li d-data tiġi rikonoxxuta bħala preċiża f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li dan fih data preċiża għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa, tal-pitravi taz-zokkor, tal-ħbub tal-qamħirrum, tas-silaġġ tal-qamħirrum, tal-ħbub tax-xgħir tar-rebbiegħa u tal-ħbub tax-xgħir tax-xitwa tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fiċ-Ċekja. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-eżattezza tad-data għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta’ dik il-materja prima.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, il-Bijolikwidi u l-Karburanti mill-Bijomassa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rapport ippreżentat miċ-Ċekja fit-23 ta’ Ottubru 2024 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fih data preċiża għall-fini biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ tax-xitwa, tal-pitravi taz-zokkor, tal-ħbub tal-qamħirrum, tas-silaġġ tal-qamħirrum, tal-ħbub tax-xgħir tar-rebbiegħa u tal-ħbub tax-xgħir tax-xitwa tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fiċ-Ċekja. Is-sommarju tad-data tar-rapport hu stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Jekk id-data li hemm fir-rapport, kif ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2024 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni, tinbidel b’mod li jaf jaffettwa l-akkuratezza tad-data u b’hekk il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, iċ-Ċekja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’dawn il-bidliet minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet notifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport għadux jipprovdi d-data preċiża li għaliha hu rikonoxxut.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tieqaf tapplika fit-3 ta’ April 2030.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2624 tat-8 ta’ Ottubru 2024 li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 31(2) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li r-rapport fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift fiċ-Ċekja (ĠU L, 2024/2624, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2624/oj).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).


ANNESS

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-ħbub tax-xgħir tax-xitwa fir-reġjuni NUTS2 fiċ-Ċekja (kg CO2-ekw/tunnellata ta’ ħbub tax-xgħir tax-xitwa maħsudin fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Fjuwil użat

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

CZ 01 Hl. město Praha

79,3

4,6

79,1

31,3

1,7

52,0

9,4

257,4

CZ 02 Střední Čechy

76,6

4,9

75,3

26,3

2,1

52,6

9,9

247,7

CZ 03 Jihozápad

104,9

18,1

72,2

26,9

1,8

52,6

10,1

286,7

CZ 04 Severozápad

77,1

7,7

62,4

24,9

1,8

53,5

9,9

237,3

CZ 05 Severovýchod

119,9

22,0

78,9

31,1

2,4

52,0

9,9

316,2

CZ 06 Jihovýchod

81,4

5,7

75,6

32,4

1,8

52,7

9,9

259,6

CZ 07 Střední Morava

110,7

18,3

76,5

31,7

2,1

49,6

9,8

298,7

CZ 08 Moravskoslezsko

170,9

46,4

75,1

30,2

2,1

50,1

10,2

384,9

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-pitravi taz-zokkor fir-reġjuni NUTS2 fiċ-Ċekja (kg CO2-ekw/tunnellata ta’ pitravi taz-zokkor maħsudin fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Fjuwil użat

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

CZ 01 Hl. město Praha

28,1

1,0

18,0

5,9

2,4

38,4

0,8

94,5

CZ 02 Střední Čechy

30,3

2,1

19,6

5,4

1,1

38,2

0,8

97,5

CZ 03 Jihozápad

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

CZ 04 Severozápad

29,5

1,2

20,9

5,7

0,7

38,5

0,8

97,2

CZ 05 Severovýchod

28,9

1,4

17,6

5,6

1,6

37,5

0,8

93,5

CZ 06 Jihovýchod

30,7

1,8

16,5

9,1

2,2

37,4

0,8

98,5

CZ 07 Střední Morava

33,4

2,9

20,0

6,8

2,3

35,6

0,8

101,8

CZ 08 Moravskoslezsko

42,2

12,7

14,7

4,3

2,1

35,3

0,8

112,1

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-ħbub tal-qamħirrum fir-reġjuni NUTS2 fiċ-Ċekja (kg CO2-ekw/tunnellata ta’ tal-ħbub tal-qamħirrum maħsudin fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Fjuwil użat

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

CZ 01 Hl. město Praha

53,0

3,9

36,0

28,7

1,0

73,2

0,9

196,7

CZ 02 Střední Čechy

61,3

7,7

38,3

23,9

1,1

67,1

1,0

200,5

CZ 03 Jihozápad

73,9

13,5

39,2

32,4

1,4

74,6

1,1

236,0

CZ 04 Severozápad

43,7

4,0

23,5

15,3

0,7

74,6

1,0

162,7

CZ 05 Severovýchod

71,7

14,3

36,3

22,2

1,3

68,8

1,0

215,7

CZ 06 Jihovýchod

63,5

5,7

44,7

34,2

1,3

73,1

1,0

223,5

CZ 07 Střední Morava

83,4

19,2

39,8

25,6

0,9

62,6

1,0

232,5

CZ 08 Moravskoslezsko

113,2

34,9

38,6

30,7

1,1

61,6

1,0

281,2

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tas-silaġġ tal-qamħirrum fir-reġjuni NUTS2 fiċ-Ċekja (kg CO2-ekw/tunnellata ta’ silaġġ tal-qamħirrum maħsud fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Fjuwil użat

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

CZ 01 Hl. město Praha

12,6

1,1

9,4

5,4

0,3

11,1

0,3

40,2

CZ 02 Střední Čechy

13,8

1,4

8,1

6,0

0,4

12,0

0,3

42,0

CZ 03 Jihozápad

19,5

4,8

9,1

6,9

0,4

12,0

0,3

53,0

CZ 04 Severozápad

17,1

2,8

10,5

6,6

0,3

12,1

0,3

49,8

CZ 05 Severovýchod

24,4

6,4

10,5

8,2

0,4

11,8

0,3

61,9

CZ 06 Jihovýchod

16,7

1,8

10,7

8,2

0,4

11,6

0,3

49,6

CZ 07 Střední Morava

25,1

7,5

9,5

8,1

0,3

10,2

0,3

61,0

CZ 08 Moravskoslezsko

31,8

11,7

10,4

7,2

0,4

11,0

0,3

72,9

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-ħbub tax-xgħir tar-rebbiegħa fir-reġjuni NUTS2 fiċ-Ċekja (kg CO2-ekw/tunnellata ta’ ħbub tax-xgħir tar-rebbiegħa maħsudin fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Fjuwil użat

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

CZ 01 Hl. město Praha

61,0

2,5

46,1

16,2

2,0

57,7

12,2

197,7

CZ 02 Střední Čechy

58,3

2,7

41,8

13,1

2,6

59,5

13,1

191,0

CZ 03 Jihozápad

87,9

15,7

52,1

19,4

2,3

62,0

13,9

253,3

CZ 04 Severozápad

63,9

8,6

32,5

11,0

2,2

61,0

13,2

192,4

CZ 05 Severovýchod

88,8

16,9

48,5

18,8

3,0

60,0

13,2

249,2

CZ 06 Jihovýchod

65,4

3,7

48,2

20,5

2,3

60,0

13,4

213,5

CZ 07 Střední Morava

92,2

20,6

43,1

19,6

2,5

55,9

12,6

246,5

CZ 08 Moravskoslezsko

114,2

33,6

43,9

15,7

2,6

57,8

13,5

281,3

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-ħbub tax-xgħir tax-xitwa fir-reġjuni NUTS2 fiċ-Ċekja (kg CO2-ekw/tunnellata ta’ ħbub tax-xgħir tax-xitwa maħsudin fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Fjuwil użat

Żerriegħa

Total

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

CZ 01 Hl. město Praha

70,0

3,3

48,7

26,7

1,7

53,0

10,0

213,5

CZ 02 Střední Čechy

75,1

4,4

62,8

21,8

2,2

54,4

10,7

231,5

CZ 03 Jihozápad

107,1

20,2

63,6

21,7

1,9

54,6

11,0

280,1

CZ 04 Severozápad

85,8

13,3

49,8

20,3

1,8

54,0

10,4

235,5

CZ 05 Severovýchod

120,0

26,2

62,6

23,8

2,5

52,6

10,4

298,1

CZ 06 Jihovýchod

77,2

4,5

61,6

23,5

2,0

53,7

10,5

233,0

CZ 07 Střední Morava

114,6

27,2

54,6

19,7

2,1

50,5

10,5

279,2

CZ 08 Moravskoslezsko

160,8

45,1

68,3

24,3

2,2

51,8

11,0

363,6


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/473/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)