|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/447 |
10.3.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/447
tas-7 ta’ Marzu 2025
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2150/2002 u (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999, (KE) Nru 1916/2000, (KE) Nru 198/2006, (KE) Nru 1062/2008 u (UE) Nru 349/2011, fir-rigward tar-referenzi għall-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13, l-ewwel paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 11, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) stabbilixxa klassifikazzjoni statistika komuni tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni (NACE Reviżjoni 2, “NACE Rev 2”). Minn dakinhar, il-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni biddlu progressivament il-mod li bih ħafna attivitajiet ekonomiċi jipprovdu l-oġġetti u s-servizzi madwar id-dinja. Bħala riżultat, in-NACE Rev. 2 kellha tiġi aġġornata, biex tibqa’ komparabbli u konsistenti mal-istandards għall-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi użati fil-livell internazzjonali. Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137 (7) emenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 u stabbilixxa l-klassifikazzjoni aġġornata (NACE Reviżjoni 2 Aġġornament 1; “NACE Rev. 2.1”). |
|
(2) |
Biex l-utenti jkunu jistgħu jivvalutaw il-bidliet dettaljati tal-kontenut fin-NACE u jqabblu l-verżjoni preċedenti tal-klassifikazzjoni mal-verżjoni aġġornata tagħha (NACE Rev. 2.1), fl-1 ta’ Awwissu 2023 ġiet ipprovduta tabella ta’ korrispondenza (8) flimkien ma’ xi noti ta’ spjegazzjoni (9) lill-utenti tal-klassifikazzjoni. |
|
(3) |
Il-korp kbir ta’ leġiżlazzjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti tat-trażmissjoni tad-data li jirreferu għal taqsimiet, diviżjonijiet, gruppi jew klassijiet speċifiċi tan-NACE jinkludi r-Regolamenti (KE) Nru 2150/2002 u (KE) Nru 1552/2005, kif ukoll ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 (10), (KE) Nru 1916/2000 (11), (KE) Nru 198/2006 (12), (KE) Nru 1062/2008 (13) u (UE) Nru 349/2011 (14). Sabiex jiġi żgurat li dawk ir-rekwiżiti tat-trażmissjoni jiġu espressi f’termini kompatibbli mal-klassifikazzjoni aġġornata (NACE Rev. 2.1), jenħtieġ li dawk l-atti jiġu emendati. |
|
(4) |
It-taqsimiet 1 u 8 tal-Anness I, u t-Taqsima 1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 jirreferu għal taqsimiet, diviżjonijiet, gruppi jew klassijiet speċifiċi tan-NACE Rev. 2 u għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1726/1999 implimenta r-Regolament (KE) Nru 530/1999 fir-rigward tad-definizzjoni u tat-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar il-kostijiet lavorattivi. Għalhekk, ir-referenzi għan-NACE Rev. 2 fit-Taqsimiet A u D tal-Anness II, u fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1726/1999 jenħtieġ li jiġu emendati. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1916/2000 implimenta r-Regolament (KE) Nru 530/1999 fir-rigward tad-definizzjoni u tat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar l-istruttura tal-qligħ. L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000 jagħmlu referenza għan-NACE Rev. 2 u għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 198/2006 implimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005. L-Annessi I, II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jirreferu għan-NACE Rev. 2 u għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1062/2008 implimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 fir-rigward tal-proċeduri ta’ aġġustament staġjonali u tar-rapporti dwar il-kwalità. L-Artikolu 1, kif ukoll l-Annessi 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1062/2008 jirreferu għan-NACE Rev. 2 u għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 349/2011 implimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 fir-rigward tal-istatistika dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol. It-tliet annessi kollha tar-Regolament (UE) Nru 349/2011 jirreferu għal taqsimiet, diviżjonijiet, gruppi jew klassijiet speċifiċi tal-klassifikazzjoni statistika komuni tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni, fil-forma tagħha kif ġiet stabbilita fil-bidu bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 349/2011 jenħtieġ li jiġi emendat, sabiex jiġi espress f’termini tar-rekwiżiti li huma kompatibbli mal-verżjoni aġġornata tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi (NACE Rev. 2.1). |
|
(10) |
Sabiex il-fornituri tad-data jkollhom ċertu perjodu ta’ żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti regolatorji l-ġodda, jenħtieġ li l-konformità mal-klassifikazzjoni aġġornata ma tkunx meħtieġa minnufih. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1552/2005
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Ambitu tal-istatistika L-istatistika fuq it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi għandha tal-inqas tkopri l-attivitajiet ekonomiċi kollha stabbiliti fit-Taqsimiet B sa O u t-Taqsimiet S sa T tan-NACE (*1). (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;" |
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1726/1999
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1726/1999 huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000 huma emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 198/2006
L-Annessi I, II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 huma emendati f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1062/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1062/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 453/2008, it-trażmissjoni tad-data aġġustata b’mod staġjonali għandha tibda mhux aktar tard minn meta jkunu disponibbli sensiliet ta’ żmien b’16-il perjodu osservat fil-livell ta’ aggregazzjoni tan-NACE (*2) speċifikat fl-Anness 1. (*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;" |
|
(2) |
L-Annessi 1 u 2 huma emendati f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 7
Emendi tar-Regolament (UE) Nru 349/2011
L-Annessi I, II u III għar-Regolament (UE) Nru 349/2011 huma emendati f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Applikazzjoni
1. L-Artikoli 1, 4 u 6 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026, fir-rigward tat-trażmissjonijiet tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat), għall-perjodi ta’ referenza li jibdew f’dik id-data jew wara.
2. L-Artikolu 7 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027, fir-rigward tat-trażmissjonijiet tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat), għall-perjodi ta’ referenza li jibdew f’dik id-data jew wara.
3. L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2028, fir-rigward tat-trażmissjonijiet tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat), għall-perjodi ta’ referenza li jibdew f’dik id-data jew wara.
4. L-Artikoli 2 u 5 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2030, fir-rigward tat-trażmissjonijiet tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat), għall-perjodi ta’ referenza li jibdew f’dik id-data jew wara.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2150/oj.
(2) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1552/oj.
(3) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 234, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/453/oj.
(4) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1338/oj.
(5) ĠU L 63, 12.3.1999, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/530/oj.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137 tal-10 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 19, 20.1.2023, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/137/oj).
(8) https://europa.eu/!f6H9nX.
(9) https://europa.eu/!FNRFFB.
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 tas-27 ta’ Lulju 1999 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali tad-dħul u tal-ispejjeż tal-impjieg fir-rigward tad-definizzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni fuq l-ispejjeż tal-impjieg (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1726/oj).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat-8 ta’ Settembru 2000 dwar l-implimetazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 li jirrigwarda l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar in-nefqiet fuq ix-xogħol rigward id-definizzjoni u t-trażmissjoni tat-tagħrif dwar l-istruttura tal-qligħ (ĠU L 229, 9.9.2000, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1916/oj).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2006 tat-3 ta’ Frar 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/198/oj).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1062/2008 tat-28 ta’ Ottubru 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala fil-Komunità, fir-rigward ta’ proċeduri ta’ aġġustament staġjonali u rapporti dwar il-kwalità (ĠU L 285, 29.10.2008, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1062/oj).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal-11 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/349/oj).
ANNESS I
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness II, it-Taqsima 1, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*3) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”." |
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;
(*2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/696/oj).”;
(*3) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”.”
ANNESS II
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1726/1999 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
(*2) Il-kopertura tat-Taqsima P tan-NACE hija fakultattiva. Il-kopertura tal-impjegati f’intrapriżi b’inqas minn 10 impjegati hija fakultattiva wkoll.”;
(*3) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;”
ANNESS III
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”." |
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”.
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
(*3) Il-kopertura tat-Taqsima P tan-NACE hija fakultattiva. Il-kopertura tal-impjegati f’intrapriżi b’inqas minn 10 impjegati hija fakultattiva wkoll.”;
(*4) Il-kopertura tat-Taqsima P tan-NACE hija fakultattiva. Il-kopertura tal-impjegati f’intrapriżi b’inqas minn 10 impjegati hija fakultattiva wkoll.”;”
ANNESS IV
L-Annessi I, II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fin-nota tat-tabella fl-Anness I, is-sitt sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “NACE tirreferi għall-klassifikazzjoni tal-attività ekonomika stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (*1). (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;" |
|
(2) |
fil-punt 2 tal-Anness II, il-formulazzjoni introduttorja u l-ewwel inċiż huma sostitwiti b’dan li ġej: “Il-kampjun għandu jkun stratifikat skont il-kategoriji tan-NACE (*2) u tad-daqs f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet minimi li ġejjin:
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;" |
|
(3) |
fir-raba’ paragrafu tal-Anness III, il-punti 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(*3) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;" |
|
(4) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;
(*3) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;
(*4) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;”
ANNESS V
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1062/2008 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS 1 NACE (*1) livell ta’ aggregazzjoni
|
|
(2) |
fl-Anness 2, il-punt 2.2.6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2.2.6. Stima tal-bias L-istima ta’ erruri mhux fil-kampjuni, f’termini ta’ għadd assolut ta’ pożizzjonijiet vakanti, għandha tiġi trażmessa għall-għadd totali ta’ postijiet tax-xogħol vakanti u, meta possibbli, għal-livell ta’ aggregazzjoni ta’ NACE (*2) speċifikat fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament u l-klassijiet tad-daqs (1–9, 10 impjegati jew aktar). (*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”." |
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”.”
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
ANNESS VI
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) Nru 349/2011 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS I LISTA TA’ VARJABBLI Statisika Ewropea dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol (ESAW) Varjabbli tal-fażijiet I u II
Varjabbli tal-Fażi III tal-ESAW dwar il-kawżi u ċ-ċirkustanzi
|
|
(2) |
fl-Anness II, il-formulazzjoni introduttorja tat-tieni paragrafu hija sostitwita b’dan li ġej: “Skont in-NACE (*4): (*4) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;" |
|
(3) |
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(*4) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).”;”
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).
(*3) Trażmissjoni obbligatorja ta’ mill-inqas 3 mid-9 varjabbli.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/447/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)