|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/408 |
25.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/408
tal-24 ta’ Frar 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(2) |
Wara l-waqgħa tar-reġim ta’ al-Assad fis-Sirja, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-opportunità storika li l-pajjiż jerġa’ jingħaqad u jinbena mill-ġdid u ssottolinja l-importanza ta’ proċess politiku inklużiv u mmexxi mis-Sirjani li jissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Sirjan, f’konformità mal-prinċipji ewlenin tar-Riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-waqgħa tar-reġim ta’ al-Assad, li kien responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili Sirjana u l-istedina mill-Kunsill Ewropew lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli biex jiġu ppreżentati għażliet għal miżuri ta’ appoġġ għas-Sirja, il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK (2). |
|
(4) |
Abbażi ta’ dan ir-rieżami, u bil-ħsieb li titħeġġeġ tranżizzjoni inklużiva fis-Sirja u biex jiġu appoġġati t-twassil tal-għajnuna umanitarja, l-irkupru ekonomiku, ir-rikostruzzjoni u l-istabbilizzazzjoni, kif ukoll jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta’ ċittadini Sirjani lejn is-Sirja flimkien mal-oġġetti personali tagħhom, il-Kunsill iqis li għadd ta’ miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġu sospiżi. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sospensjonijiet tal-miżuri restrittivi, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li sitt entitajiet jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Jenħtieġ li l-assi ta’ waħda minn dawk l-entitajiet jibqgħu ffriżati. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
|
(1) |
l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
l-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness IIb tar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/36/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/255/oj).
ANNESS I
Fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, fit-Taqsima “B. (Entitajiet)” jitħassru s-sitt entrati li ġejjin:
|
30. |
Industrial Bank; |
|
31. |
Popular Credit Bank; |
|
32. |
Saving Bank; |
|
33. |
Agricultural Cooperative Bank; |
|
38. |
Central Bank of Syria; |
|
50. |
Syrian Arab Airlines. |
ANNESS II
“ANNESS IIb
Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikolu 14 (2a)
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Central Bank of Syria |
Sabah Bahrat Square, Damasku, Sirja Indirizz postali: Altjreda al Maghrebeh Square, Damasku, Sirja, P.O. Box: 2254 Tel: + 961011 - 9985 Indirizz elettroniku: info@cb.gov.sy Sit web: https://www.cb.gov.sy/ |
Jipprovdi appoġġ ekonomiku lir-reġim Sirjan. |
27.2.2012” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/408/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)