European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/393

27.2.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/393

tas-26 ta’ Frar 2025

li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ reżini epossidiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, it-Tajwan u t-Tajlandja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi,

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-1 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ reżini epossidiċi (“reżini epossidiċi”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, mit-Tajwan u mit-Tajlandja (ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, it-Tajwan u t-Tajlandja jitqiesu wkoll bħala l-“pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2024 (“l-Ilment”) mill-Koalizzjoni Ad Hoc tal-produtturi tar-Reżini Epossidiċi (“l-ilmentatur”). L-Ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ reżini epossidiċi fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-Ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ dannu materjali li rriżulta li kien biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2714 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”).

1.3.   Partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufin oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufin u lill-awtoritajiet Koreani, Ċiniżi, Tajwaniżi u Tajlandiżi, lill-importaturi, lill-utenti, lin-negozjanti magħrufin, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

1.4.   Kummenti dwar il-bidu

(6)

Il-Kumitat tar-reżina epossidika u l-applikazzjonijiet tal-federazzjoni Ċiniża tal-industrija taż-żejt u tal-kimika (“ERC”), li jaġixxi f’isem il-produtturi Ċiniżi tal-epossi (4), sostna li l-industrija tal-Unjoni naqset milli tissodisfa l-istandard suffiċjenti ta’ evidenza biex tibda l-proċediment preżenti u li l-Kummissjoni naqset milli tivverifika kif xieraq il-kontenut tal-Ilment. Skont l-ERC, l-informazzjoni dwar il-fatturi kollha elenkati fl-Artikolu 3(3) u (5) tar-Regolament bażiku kien jenħtieġ li tiġi inkluża fl-Ilment.

(7)

L-ewwel nett, l-istandard legali tal-evidenza meħtieġa għal ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku (“biżżejjed evidenza biex tiġġustifika li jingħata bidu lil investigazzjoni”) jagħmilha ċara li l-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni fl-ilment mhijiex l-istess bħal dik li fuqha l-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha fi tmiem investigazzjoni. Fil-fatt, l-ilment jeħtieġ li jinkludi biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta kawżali li hija raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur. Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku ma jirrikjedix li l-fatturi kollha ta’ dannu msemmija fl-Artikolu 3(5) jiġu analizzati jew juru deterjorament biex tiġi stabbilita biżżejjed evidenza ta’ dannu materjali. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jinkludi informazzjoni dwar it-tibdiliet fil-volum ta’ importazzjonijiet allegatament iddampjati, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fuq is-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif murija mill-fatturi rilevanti u l-indiċi (iżda mhux neċessarjament kollha) li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5). F’dan il-każ, l-analiżi tal-Kummissjoni tal-evidenza pprovduta mill-ilmentaturi, f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, wasslet għar-riżultat li l-Ilment kien fih biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u kawżalità. Għalhekk, l-affermazzjoni tal-ERC hija miċħuda.

(8)

L-ERC sostna li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-Ilment u l-eżibiti tiegħu ma ppermettewx fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni redatta u kkumplikaw ħafna l-kapaċità ta’ partijiet interessati oħra li jipprovdu kummenti sinifikanti. B’mod aktar speċifiku, l-ERC sostna li l-indikaturi kollha tad-dannu fil-livell tal-Unjoni kollha kif ukoll id-data għall-produtturi lmentaturi ġew ippreżentati fil-forma ta’ firxiet mingħajr ma ġew sostanzjati, li diversi sorsi ta’ informazzjoni ġew miżmuma u li ċerti eżibiti li fihom kalkoli tal-marġni tad-dumping illimitaw kompletament id-data sostantiva kollha li tippermetti lill-ERC jindirizza l-allegazzjonijiet ta’ dumping imqajma.

(9)

Il-produttur esportatur Tajlandiż Aditya Birla Chemicals (Thailand) Limited (“Aditya Birla”) sostna bl-istess mod il-kunfidenzjalità eċċessiva mogħtija mill-Kummissjoni lill-ilmentaturi, li huma argumentaw li kienet tmur kontra l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. L-affermazzjoni kienet relatata ma’ informazzjoni redatta fl-Ilment rigward diversi rapporti tas-suq (ir-Rapport tas-Suq tal-ECH, 2022 CEH Epoxy Resins, Tecnon Orbichem), l-ittri ta’ appoġġ, l-evidenza ta’ sostenn għall-kalkoli tad-dumping u tat-twaqqigħ tal-prezz/tal-bejgħ taħt il-prezz (inklużi l-analiżi nieqsa tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz għat-Tajlandja), u l-analiżi tal-impatt tal-COVID-19 fuq l-industrija tal-Unjoni.

(10)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni pprovduta fl-Ilment, inkluża l-informazzjoni redatta għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, ippermettiet fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-istruttura tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni aċċettat firxiet għall-indikaturi mikroekonomiċi u makroekonomiċi. Il-firxiet mogħtija għall-indikaturi tad-dannu pprovdew biżżejjed dettall biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa u jivvalutaw ix-xejriet tal-indikaturi kollha tad-dannu, speċjalment peress li ngħata indiċi għal kull indikatur.

(11)

Barra minn hekk, speċifikament għar-restrizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità dwar l-indikaturi tad-dannu u s-sorsi ta’ informazzjoni kkontestati mill-ERC, id-data msemmija tqiegħdet fil-fajl miftuħ mill-ilmentatur wara l-bidu fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju makro f’forma mhux ristretta u mhux indiċjata flimkien ma’ speċifikazzjoni tas-sorsi użati.

(12)

Fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ dumping, il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni stabbilita fil-korp tal-Ilment ippermettiet lill-ERC jagħmel kummenti sinifikanti dwar is-suġġett. Il-kalkoli tad-dumping fil-verżjoni miftuħa tal-Ilment ipprovdew spjegazzjoni dettaljata tal-elementi differenti kollha użati biex wieħed jasal għall-kalkolu tad-dumping, inklużi s-sorsi kollha użati għal dawn il-kalkoli. Il-valur normali kien ibbażat fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk il-Kummissjoni sabet li kien raġonevoli li ngħatat firxa dejqa tal-valur normali għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati fil-verżjoni miftuħa tal-Ilment. Aditya Birla ma pprovda l-ebda raġunament għaliex l-informazzjoni sottomessa fil-verżjoni miftuħa tal-Ilment dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping ma kinitx dettaljata biżżejjed biex tippermetti fehim raġonevoli.

(13)

Fir-rigward tal-affermazzjonijiet ta’ Aditya Birla, f’sommarji mhux kunfidenzjali ġew ipprovduti firxiet jew indikazzjonijiet tal-evoluzzjoni tax-xejriet mir-rapporti tas-suq jew fir-rigward tal-kalkoli tad-dannu u tad-dumping f’livell suffiċjenti ta’ dettall. Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Aditya Birla, l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz/tal-bejgħ taħt il-prezz għat-Tajlandja hija parti mill-korp tal-Ilment, filwaqt li l-istess informazzjoni hija riflessa fl-Eżibit 5.4. Barra minn hekk, ċerta informazzjoni (bħal kwotazzjonijiet minn rapporti tat-telefonati) hija kunfidenzjali min-natura tagħha u mhux suxxettibbli għal sommarju mhux kunfidenzjali. Flimkien ma’ dan, id-diversi rapporti msemmija fl-Ilment kienu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur iżda kienu disponibbli faċilment għal partijiet interessati oħra. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-affermazzjonijiet l-oħra mill-parti, pereżempju dwar l-analiżi kummerċjali, l-ittri ta’ appoġġ u l-impatt tal-COVID-19, ma ngħatat l-ebda prova għaliex il-verżjoni miftuħa ma ppermettietx fehim raġonevoli u għalhekk ma setgħetx tiġi vvalutata kif xieraq mill-Kummissjoni.

(14)

Bħala konklużjoni, kif stabbilit hawn fuq, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-Ilment u l-eżibiti tiegħu ppermettew fehim raġonevoli tas-sustanza inkluża fih u għalhekk id-drittijiet proċedurali tal-partijiet ġew rispettati.

(15)

L-ERC sostna wkoll li d-data tal-PRODCOM dwar il-produzzjoni industrijali pprovduta mill-Eurostat għall-grupp ta’ prodotti rilevanti turi stat differenti tal-industrija tal-Unjoni minn dak ippreżentat fl-Ilment.

(16)

Id-data pprovduta fl-Ilment tkopri 70-80 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u toriġina mill-ilmentatur innifsu. Min-naħa l-oħra, id-data tal-PRODCOM tinġabar permezz ta’ stħarriġ volontarju tal-produtturi tal-Unjoni, u l-preċiżjoni tagħha ma tistax tiġi vverifikata b’mod indipendenti. Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, l-ilmentatur ma wettaqx żball meta injora l-bażi tad-data PRODCOM fit-tħejjija tal-ilment. Għalhekk, l-argument tal-ERC ġie miċħud.

(17)

Aditya Birla sostna li d-data pprovduta fl-Ilment tappartjeni għal perjodu ta’ investigazzjoni minn Ottubru 2022 sa Settembru 2023, filwaqt li n-Notifika tal-Bidu tirreferi għal perjodu ta’ investigazzjoni differenti. Skont Aditya Birla, il-kummenti dwar id-data tal-importazzjoni, id-dannu u d-dumping jistgħu jkunu bbażati biss fuq il-perjodu kopert fl-Ilment jew inkella dan l-approċċ jammonta għal ksur tad-drittijiet tad-difiża. Aditya Birla sostna wkoll li, għall-finijiet tal-istabbiliment tal-pożizzjoni, l-Ilment ma ppermettiex lill-produttur esportatur jivvaluta l-informazzjoni rilevanti dwar il-produtturi u l-produzzjoni tal-Unjoni.

(18)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni mhijiex marbuta bil-perjodu ta’ investigazzjoni stabbilit fl-Ilment fit-twettiq tal-investigazzjoni tagħha u fil-fatt jenħtieġ li, fil-prinċipju, tistabbilixxi l-perjodu ta’ investigazzjoni eqreb għad-data tal-bidu tal-proċedimenti. It-tieni nett, ir-riżultati tal-eżerċizzju permanenti li fih ippreżentaw ruħhom erba’ kumpaniji li jirrappreżentaw 80 % tal-produzzjoni tal-Unjoni, tqiegħdu fil-fajl miftuħ u għalhekk huma disponibbli għall-partijiet interessati kollha għall-ispezzjoni. Għalhekk, l-allegazzjonijiet ta’ Aditya Birla huma miċħuda bħala mhux sostanzjati.

(19)

Skont Aditya Birla, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja kienu ħafna aktar baxxi meta mqabbla mal-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi oħra kkonċernati u, għalhekk, it-Tajlandja kien jenħtieġ li tiġi eskluża mill-investigazzjoni.

(20)

L-importazzjonijiet mit-Tajlandja rrappreżentaw sehem mis-suq ta’ aktar minn 1 %, li huwa l-limitu li taħtu ma tistax tinbeda investigazzjoni kif stabbilit mill-Artikolu 5(7) għall-bidu. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Aditya Birla ma tistax tiġi aċċettata.

1.5.   Kampjunar

(21)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(22)

Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f’żewġ produtturi tal-Unjoni (Westlake u Blue Cube/Olin). Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment, u l-kampjun tqies rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar tal-importaturi

(23)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu.

(24)

Żewġ importaturi mhux relatati (Cortex and Comexim) ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fit-Tajlandja

(25)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fit-Tajlandja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Renju tat-Tajlandja għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(26)

Kien hemm produttur esportatur wieħed biss fit-Tajlandja magħruf mill-Kummissjoni fil-bidu tal-investigazzjoni. L-ebda produttur esportatur ieħor ma ppreżenta ruħu. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma kienx meħtieġ li tagħżel kampjun u pproponiet li dan il-produttur esportatur jiġi investigat. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produttur esportatur magħruf ikkonċernat, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar din id-deċiżjoni. Ma wasal l-ebda kumment.

Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea

(27)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”) sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Korea għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tagħmel kuntatt ma’ produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(28)

Erba’ produtturi esportaturi fil-Korea pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni ħadet kampjun taż-żewġ produtturi esportaturi Koreani bl-akbar kwantità ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Dawn kienu jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-volum totali tal-esportazzjoni mill-Korea lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fit-Tajwan

(29)

Biex tiddeċiedi jekk hux meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lill-produtturi esportaturi kollha fit-Tajwan sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Taipei fl-Unjoni Ewropea biex jidentifika u/jew jikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(30)

Kien hemm biss żewġ produtturi esportaturi fit-Tajwan magħrufin mill-Kummissjoni fil-bidu tal-investigazzjoni. L-ebda produttur esportatur ieħor ma ppreżenta ruħu. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma kienx meħtieġ li tagħżel kampjun u pproponiet li dawk iż-żewġ produtturi esportaturi jiġu investigati. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufin ikkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar din id-deċiżjoni. Ma wasal l-ebda kumment.

Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(31)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(32)

Għaxar produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi ta’ kumpaniji li kienu jirrappreżentaw madwar 80 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufin ikkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati (kif ukoll tal-Korea) ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.

(33)

Il-produtturi esportaturi Chang Chun Chemical (Panjin) Co., Ltd. (CCPJ) u Chang Chun Chemical (Jiangsu) Co., Ltd. (CCJS) (flimkien “Chang Chun Group”) argumentaw li l-volum aggregat tal-esportazzjoni tagħhom jirrappreżenta 20 % tal-importazzjonijiet tal-Unjoni ta’ reżini epossidiċi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li huwa ogħla mill-grupp l-ieħor inkluż fil-kampjun. Barra minn hekk, peress li Chang Chun Group ġie inkluż ukoll fil-kampjun fit-Tajwan, il-grupp argumenta li l-Kummissjoni tista’ taqbad il-maġġoranza tal-esportazzjonijiet tal-grupp lejn l-Unjoni jekk fil-kampjun fiċ-Ċina iddaħħal ukoll lil Chang Chun Group. Fl-aħħar nett, Chang Chun Group argumenta li s-sistema kontabilistika tagħhom hija differenti minn dik tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina, peress li huma grupp bi sjieda fit-Tajwan.

(34)

Il-Kummissjoni kkonfermat li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni, il-volum tal-esportazzjoni ta’ Chang Chun lejn l-Unjoni kien taħt il-volum iddikjarat miż-żewġ gruppi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għażlet kampjun li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli u għalhekk ma setax iqis fatturi oħra bħall-metodi kontabilistiċi jew il-volum globali tal-esportazzjoni ta’ Chang Chun Group miċ-Ċina u t-Tajwan lejn l-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

1.6.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika

(35)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”, Gvern taċ-Ċina) dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(36)

Barra minn hekk, l-ilmentatur fl-Ilment ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fiċ-Ċina fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ.

(37)

Il-kwestjonarji lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina, fil-Korea, fit-Tajwan u fit-Tajlandja saru disponibbli online (5) fil-jum tal-bidu.

(38)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

Westlake Epoxy BV (“Westlake”), Pernis, in-Netherlands

Blue Cube Germany Assets Management GmbH (“Olin”), Stade, il-Ġermanja

 

Importaturi mhux relatati fl-Unjoni

Comexim Europe SARL (“Comexim”), Sannois, Franza

Cortex Chemicals Sp. z o.o. (“Cortex”), Tarnow, il-Polonja

 

Produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:

Sinochem Group

Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co., Ltd., Lianyungang, Jiangsu, iċ-Ċina

Nantong Xingchen Synthetic Material Co., Ltd., Nantong, Jiangsu, iċ-Ċina

Jiangsu Kumho Yangnong Chemical Co., Ltd., Yizheng, Jiangsu, iċ-Ċina

Sanmu Group

Jiangsu Sanmu Group Co., Ltd., Yixing, Jiangsu, iċ-Ċina

Jiangsu Sanmu Chemichal Co., Ltd, Yixing, Jiangsu, iċ-Ċina

 

Produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea

Kukdo Chemical Co., Ltd., Seoul, ir-Repubblika tal-Korea

Kumho P&B Chemicals, Inc., Seoul, ir-Repubblika tal-Korea

 

Kumpaniji relatati fir-Repubblika tal-Korea

Kumho Trading Co. Inc., Seoul, ir-Repubblika tal-Korea

Kukdo Finechem Co., Ltd., Seoul, ir-Repubblika tal-Korea

 

Kumpanija relatata fl-Unjoni

Kukdo Europe GmbH, Eschborn, il-Ġermanja

 

Produtturi esportaturi fit-Tajwan

Chang Chun Plastics Co., Ltd, Taipei, it-Tajwan

Nan Ya Plastics Corporation, Taipei, it-Tajwan

 

Importatur relatat fl-Unjoni

CCD (Germany) GmbH, Dusseldorf, il-Ġermanja

 

Produttur esportatur fit-Tajlandja

Aditya Birla Chemicals (Thailand) Limited, Rayong, it-Tajlandja

 

Importatur relatat fl-Unjoni

CTP Advance Materials GmbH, Ruelsselsheim, il-Ġermanja

1.7.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(39)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “il-PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

(40)

L-ERC sostna li l-perjodu ta’ investigazzjoni (il-“PI”) stabbilit mill-Kummissjoni fil-bidu huwa nieqes minn trimestru sħiħ bejn tmiem il-PI u d-data tal-bidu. Barra minn hekk, skont l-ERC, l-għażla tal-2020 bħala punt ta’ riferiment għall-valutazzjoni tal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni turi immaġni distorta minħabba li dik is-sena kienet xprunata minn forzi mhux tas-suq li kkawżaw punt baxx f’termini ta’ volumi ta’ importazzjonijiet minħabba problemi loġistiċi u prezzijiet estremament volatili. L-ERC issuġġerixxa li l-Kummissjoni tadotta perjodu taħt kunsiderazzjoni li jibda fl-1 ta’ Jannar 2019 biex jirrifletti l-kundizzjonijiet normali tan-negozju qabel il-pandemija tal-COVID-19 u t-taqlib ġeopolitiku li segwa.

(41)

Wieħed mill-importaturi mhux relatati, Cortex, talab ukoll għal estensjoni tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni billi tiġi inkluża s-sena 2019, li, fil-fehma tal-importatur, kienet sena li fiha kienu jeżistu kundizzjonijiet normali fis-suq.

(42)

F’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, il-perjodu ta’ investigazzjoni jrid, normalment, ikopri perjodu ta’ mhux inqas minn 6 xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha diskrezzjoni wiesgħa fl-għażla tal-perjodu ta’ investigazzjoni, sa fejn tali għażla tippermetti sejba rappreżentattiva, bl-użu ta’ informazzjoni li tkun kemm jista’ jkun reċenti. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet il-perjodu ta’ investigazzjoni li jintemm 3 xhur qabel il-bidu tal-investigazzjoni, li huwa konformi mal-Artikolu 6(1) kif ukoll il-prattika stabbilita, filwaqt li ppermettiet ukoll il-ġbir tad-data mill-Unjoni, mill-produtturi esportaturi u minn sorsi statistiċi oħra.

(43)

Fir-rigward tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-estensjoni tiegħu sas-sena 2019, ta’ min ifakkar li l-Kummissjoni għandha wkoll diskrezzjoni wiesgħa fir-rigward tal-għażla ta’ tali perjodu. Il-perjodu taħt kunsiderazzjoni jenħtieġ li jkun twil biżżejjed biex jippermetti lill-Kummissjoni tevalwa kif xieraq il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. F’dan il-każ, il-Kummissjoni, skont il-prattika normali tagħha, għażlet perjodu ta’ 3 snin sħaħ kif ukoll il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-eżami tax-xejriet u l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Ta’ min jinnota wkoll li l-valutazzjoni tad-dannu tal-Kummissjoni tinvolvi valutazzjoni dinamika tal-fatturi ekonomiċi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u mhux biss il-kundizzjonijiet fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. F’dan il-kuntest, irrispettivament mill-ewwel sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-analiżi tal-Kummissjoni wriet b’mod ċar dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, bidla fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma tinvalidax jew inkella tbiddel is-sejbiet tad-dannu stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ta’ ERC u Cortex ġew miċħuda.

2.   PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt investigazzjoni

(44)

Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa prodotti li fihom aktar minn 35 % bil-piż ta’ reżini epossidiċi, magħrufin ukoll bħala reżini tal-epossidu jew poliepossidi, li huma polimeri jew prepolimeri li fihom gruppi epossidiċi reattivi, ibbażati fuq l-epikloroidrin (“ECH”) u komponent alkoħoliku alifatiku jew aromatiku (bħal BPA), f’forom solidi, semisolidi jew likwidi, li jkollhom it-tipi kollha ta’ grad, purità, piż molekulari jew struttura molekulari, kemm jekk fihom modifikaturi, aġenti solidifikanti, jew addittivi kif ukoll jekk le, sakemm l-aġenti solidifikanti ma jkunux irreaġixxew kimikament sabiex jissolidifikaw ir-reżina epossidika jew jikkonvertuha fi prodott differenti li ma jkunx għad fih gruppi epossidiċi (“il-prodott taħt investigazzjoni”).

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

1)

ċerti prodotti taż-żebgħa u tal-kisi, li huma taħlitiet jew formulazzjonijiet oħra ta’ reżina epossidika, aġent solidifikanti, u pigment, fi kwalunkwe forma, ippakkjati f’kontenitur wieħed jew aktar, fejn (1) il-pigment jirrappreżenta minimu ta’ 10 % tal-piż totali tal-prodott, (2) ir-reżina epossidika tirrappreżenta massimu ta’ 80 % tal-piż totali tal-prodott, u (3) l-aġent solidifikanti jirrappreżenta minn 5 sa 40 % tal-piż totali tal-prodott.

2)

drappijiet jew fibri impregnati minn qabel, spiss imsejħa “preimpregnati”, li huma materjali komposti li jikkonsistu minn drappijiet jew fibri (tipikament karbonju jew ħġieġ) impregnati b’reżina epossidika.

3)

taħlitiet ta’ reżini epossidiċi ma’ materjali oħra, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM għajr 2910 90 00 , 3824 99 92 , 3824 99 93 , u 3907 30 00 .

(45)

Ir-reżini epossidiċi għandhom varjetà ta’ kompożizzjonijiet kimiċi differenti. L-aktar reżina epossidika komuni hija l-etere digliċidil tal-bisfenol A, magħrufa wkoll bħala BADGE jew DGEBA li hija ffurmata bir-reazzjoni tal-ECH mal-bisfenol A (“BPA”, bisphenol A). Ir-reżini epossidiċi jistgħu jiġu prodotti wkoll billi l-ECH jirreaġixxi ma’ materja prima oħra bħal glikoli alifatiċi, u fenol- jew kresol-novolaks. Anki meta tiġi prodotta reżina epossidika bl-użu ta’ materja prima oħra biex tissostitwixxi l-BPA fir-reazzjoni mal-ECH, il-proċess tal-produzzjoni huwa simili.

(46)

Ir-reżini epossidiċi huma reżini li jibbiesu bis-sħana, li jfisser li ma jiżviluppawx proprjetajiet utli qabel ma jiġu ssolidifikati, jiġifieri, ikunu rreaġixxew mal-aġenti solidifikanti. Fil-forma ssolidifikata tagħhom, ir-reżini epossidiċi għandhom il-proprjetajiet li ġejjin: adeżjoni kbira, reżistenza eċċellenti għall-korrużjoni u l-kimiċi, saħħa mekkanika għolja, u proprjetajiet eċċellenti għal applikazzjonijiet tal-iżolazzjoni.

(47)

Ir-reżini epossidiċi jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet bħal kisjiet (inklużi xfafar tal-enerġija mir-riħ), żebgħa, adeżivi, materjali komposti, materjali iżolanti, u elettronika.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(48)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, mit-Tajwan u mit-Tajlandja, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 2910 90 00 , ex 3824 99 92 , ex 3824 99 93 , u ex 3907 30 00 (il-kodiċijiet TARIC 2910 90 00 05, 3824 99 92 96, 3824 99 93 10, 3907 30 00 05, 3907 30 00 20, u 3907 30 00 80).

2.3.   Prodott simili

(49)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u t-Tajlandja, u

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(50)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Affermazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(51)

Valspar Corporation SAS (minn hawn ’il quddiem “Sherwin Williams”) sostniet li l-etere tad-digliċidil b’bażi ta’ tetrametil bisfenol F (“TMBPF-DGE”, tetramethyl bisphenol F-based diglycidyl ether), li jaqa’ taħt id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, jenħtieġ li jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. B’mod aktar speċifiku, Sherwin Williams argumentat li t-TMBPF-DGE huwa approvat għall-użu f’applikazzjonijiet ta’ kisi li jiġi f’kuntatt mal-ikel u huwa alternattiva importanti għall-kisi bbażat fuq il-BPA. Barra minn hekk, skont Sherwin Williams, il-kumpanija għandha drittijiet proprjetarji ta’ privattivi għall-produzzjoni ta’ TMBPF-DGE fl-Unjoni u fiċ-Ċina, TMBPF-DGE mhuwiex importat fl-Unjoni u ma hemm l-ebda evidenza ta’ dannu għall-produzzjoni tal-Unjoni ta’ TMBPF-DGE kkawżat minn żieda fl-importazzjonijiet ta’ reżina epossidika fl-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati.

(52)

L-ewwel nett, Sherwin Williams stess tiddikjara li t-TMBPF-DGE jintuża fl-industrija tal-kisi bħala alternattiva għall-prodotti bbażati fuq il-BPA. Għalhekk, it-tip ta’ epossi msemmi għandu l-istess użu bażiku u karatteristiċi essenzjali simili bħal tipi oħra ta’ epossi li jikkompetu ma’ xulxin u huwa interkambjabbli mal-prodotti epossidiċi l-oħra taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ dritt proprjetarju rigward il-manifattura ta’ ċertu tip ta’ epossi ma tistax titqies bħala raġuni għall-esklużjoni mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Sherwin Williams ma wrietx li l-verżjonijiet kollha tat-TMBPF-DGE jkunu koperti bi privattiva. Barra minn hekk, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma għandhom l-ebda effett fuq il-karatteristiċi jew l-użi ta’ prodott rilevanti fil-kuntest tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ. Flimkien ma’ dan, il-fatt li t-TMBPF-DGE ma jiġix importat fl-Unjoni mhuwiex indikattiv ta’ mġiba futura mill-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, irrispettivament minn kwalunkwe dritt ta’ privattiva li jista’ jestendi lil hinn mill-Unjoni, jew li jista’ saħansitra jkun inapplikabbli f’territorji barra mill-Unjoni. Sherwin Williams lanqas ma wriet li t-TMBPF-DGE ma setax jiġi prodott f’xi wieħed mill-pajjiżi kkonċernati.

(53)

Barra minn hekk, Allnex Resins (China) Ltd. (“Allnex China”) issottomettiet talba biex ir-reżini ta’ speċjalità ta’ Allnex, speċifikament BECKOPOX EP 2387w/53WA, jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Allnex China sostniet li r-reżina tal-ispeċjalità msemmija fiha solventi organiċi inqas perikolużi u toffri impatt ambjentali baxx ħafna u li l-kumpanija tuża tekniki proprjetarji għall-manifattura tar-reżina.

(54)

L-ewwel nett, Allnex China stess tirrikonoxxi li BECKOPOX EP 2387w/53WA tissodisfa d-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. It-tieni, il-fatt li r-reżina kkonċernata fiha sustanzi inqas perikolużi u hija aktar favur l-ambjent mhuwiex kriterju li jikkwalifika għad-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’dan il-każ. Fl-aħħar nett, kif stabbilit fil-premessa (51), l-użu ta’ tekniki proprjetarji ma jistax iservi bħala raġuni għall-esklużjoni tal-prodott u ma jimplikax li produtturi oħra ma jistgħux jagħmlu reżini epossidiċi li jiksbu proprjetajiet u karatteristiċi ta’ prestazzjoni simili, li jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(55)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet b’mod proviżorju t-talba għall-esklużjoni ta’ TMBPF-DGE u BECKOPOX EP 2387w/53WA mill-ambitu tal-prodott tal-prodott taħt investigazzjoni.

3.   DUMPING

3.1.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

3.1.1.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(56)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li kienet tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(57)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni ta’ reżini epossidiċi. Tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

(58)

Sabiex tikseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati dwar l-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku dwar iċ-Ċina.

(59)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(60)

Fis-17 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiż rappreżentattiv possibbli, jiġifieri t-Tajlandja. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand produttur esportatur Ċiniż wieħed inkluż fil-kampjun Jiangsu Sanmu Group Co. Ltd u mingħand l-ilmentatur. Dawn il-kummenti ġew indirizzati fit-Tieni Nota.

(61)

Fil-15 ta’ Novembru 2024, wara li analizzat il-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni ħarġet it-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“it-Tieni Nota”). F’dik in-nota l-Kummissjoni stabbiliet lista proviżorja ta’ fatturi ta’ produzzjoni u infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża lit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amminsitrattivi (“SG&A”, selling, general and administrative) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli faċilment meħuda mill-kumpanija Aditya Birla Chemicals (Thailand), produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Waslu kummenti mingħand il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun Jiangsu Sanmu Group Co. Ltd u mingħand l-ilmentatur.

(62)

Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet dwar it-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tajlandja kienet għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fil-premessa (104) u f’dawk segwenti. Il-kummenti li waslu huma indirizzati fit-Taqsima 3.1.2.4.4.

3.1.2.   Valur normali

(63)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur” .

(64)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” ( “kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem imsejħa “SG&A”).

(65)

Kif spjegat aktar hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.1.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(66)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur kimiku (6) fiċ-Ċina (7), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(67)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fiċ-Ċina u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (8). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur kimiku, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (9), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (10). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvediment tal-materja prima u tal-inputs, għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (11). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina (12). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur kimiku fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (13), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina (14).

(68)

Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur kimiku fiċ-Ċina, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-Ilment, u fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the Purposes of Trade Defense Investigations (15)” (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija Ċiniża b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina kif instab ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(69)

L-Ilment allega li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fis-settur Ċiniż tar-reżina epossidika. Dan irrefera għar-Rapport u b’mod partikolari għas-sistema ekonomika Ċiniża bħala “ekonomija tas-suq soċjalista” u r-rwol attiv tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”, Chinese Communist Party) kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat fiċ-Ċina.

(70)

B’mod aktar speċifiku, l-Ilment indika li:

L-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”, state-owned enterprises) jinterferixxu fil-kostijiet tar-reżini epossidiċi fiċ-Ċina u ħafna produtturi Ċiniżi ta’ reżini epossidiċi huma marbutin ħafna mal-GTĊ. Pereżempju, Sinochem Holdings Corporation Ltd., parti minn Sinochem Group, hija s-sid ta’ produtturi ta’ reżini epossidiċi bħal Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co., Ltd. u Zhejiang Haobang Chemical Co., Ltd. Sinochem għamlet investimenti sinifikanti fis-sussidjarja tagħha Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co. Sinochem Group jippossjedi wkoll China National BlueStar (Group) Co., intrapriża fuq skala kbira b’ishma importanti mis-suq fil-produzzjoni tar-reżina epossidika. Barra minn hekk, Sinopec Baling Petrochemical Company, l-akbar manifattur Ċiniż ta’ reżina epossidika, hija SOE u hija magħrufa li tippromwovi politika Ċiniża uffiċjali (16).

Il-miżuri meħudin mill-GTĊ għandhom impatt fuq il-kostijiet u l-prezzijiet tar-reżina epossidika fiċ-Ċina. L-ilment jirreferi għall-pressjoni tas-CCP fuq il-kumpaniji pubbliċi kif ukoll privati fiċ-Ċina, u l-preżenza tiegħu fihom. Bħala eżempju, diversi membri tal-Partit għandhom pożizzjonijiet eżekuttivi fi produtturi ta’ reżini epossidiċi bħal Jiangsu Yangnong Kumho Chemical Co., Ltd u Jiangsu Sanmu Group. Dan jikkostitwixxi evidenza prima facie li s-settur tar-reżini epossidiċi fiċ-Ċina huwa soġġett għall-preżenza tal-Istat, li tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fil-prezzijiet jew fil-kostijiet (17).

Hemm politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. B’mod speċifiku, l-industrija tal-prodotti petrokimiċi u kimiċi titqies bħala industrija strateġika mill-GTĊ, kif spjegat fl-14-il Pjan ta’ 5 Snin (“FYP”, Five-Year Plan). Bħala tali, l-iżviluppi reċenti tas-settur kimiku fiċ-Ċina kellhom sforz regolatorju qawwi biex isegwu diversi objettivi ta’ politika, inkluż it-titjib tal-industrija fil-kapaċitajiet tekniċi, il-mixja lejn prodotti aktar ta’ speċjalità u l-issikkar tar-rekwiżiti ambjentali. Dawn l-objettivi huma appoġġati minn diversi miżuri ta’ politika, bħar-rilokazzjoni ta’ siti ta’ produzzjoni kimika jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ finanzjament għal prodotti kimiċi. L-Ilment irrefera wkoll b’mod speċifiku għar-Rapport li semma l-implimentazzjoni tal-14-il FYP f’Jiangsu, fejn jinsabu diversi produtturi Ċiniżi tar-reżini epossidiċi (18).

In-nuqqas ta’ liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji jew il-proprjetà, kif ukoll l-applikazzjoni diskriminatorja, jew l-infurzar inadegwat tagħhom għandhom impatt fuq il-kostijiet tar-reżini epossidiċi fiċ-Ċina. L-SOEs jistgħu jibbenefikaw minn garanziji governattivi de facto u minħabba n-nuqqas ta’ mekkaniżmi normali tas-suq, is-sistema finanzjarja Ċiniża għadha soġġetta għal distorsjonijiet kbar (19).

Is-suq tal-epikloroidrin (“ECH”), wieħed mill-inputs ewlenin għar-reżini epossidiċi, huwa distort ukoll. Minn naħa waħda, il-GTĊ ħoloq kapaċità żejda sostanzjali tal-ECH fis-suq Ċiniż minħabba distorsjonijiet u appoġġ sinifikanti tal-gvern. Min-naħa l-oħra, id-distorsjonijiet u l-inċentivi pprovduti fis-swieq upstream tal-bijodiżil u tal-gliċerina jaffettwaw ukoll is-swieq tar-reżini epossidiċi u tal-ECH.

(71)

Bħala konklużjoni, l-Ilment ħa l-pożizzjoni li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fuq dik il-bażi, skont l-Ilment, mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(72)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat.

(73)

Fir-rigward tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa moqdi kemm minn kumpaniji privati, bħal Hongchang Electronics (imsejħa wkoll Grace Epoxy) (20) jew Huibo New Materials (imsejħa wkoll Wells Advanced Materials) (21) kif ukoll minn SOEs, bħal Fujian Sanmu Group (22), Sinochem Group (23) u Sinopec Group (24). Il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati meta mqabbla ma’ dawk tal-Istat fis-suq tar-reżina epossidika ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li diversi produtturi huma kkontrollati direttament mill-Istat. Eżempji jinkludu l-akbar produttur Ċiniż (25) ta’ reżina epossidika, Fujian Sanmu Group, li huwa kkontrollat mill-Operazzjoni tal-Assi tal-Istat ta’ Fuzhou Development Zone State Co., Ltd. (26), u Sinochem Group u Sinopec Group, it-tnejn li huma intrapriżi ċentrali kkontrollati mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat (“SASAC”) (27).

(74)

Barra minn hekk, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs, iżda wkoll f’kumpaniji privati (28), bis-CCP jiddikjara tmexxija fuq prattikament kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Tabilħaqq, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament tirriżulta f’li l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika tal-gvern, minħabba l-punt sa fejn l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fiċ-Ċina.

(75)

L-investigazzjoni sabet li l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-industrija li tirrappreżenta l-produtturi tar-reżina epossidika, iċ-China Petroleum and Chemical Industry Federation (“CPCIF”), stabbiliet Kummissjoni Speċjali għar-Reżina Epossidika u l-Applikazzjoni (29). Is-CPCIF taderixxi mat-tmexxija ġenerali tas-CCP, twettaq attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-partit (30). Barra minn hekk, “l-awtorità tar-reġistrazzjoni u tal-ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili”  (31) u l-kundizzjonijiet biex wieħed ikun eliġibbli bħala rappreżentant tas-CPCIF jinkludu li “jaderixxu mat-tmexxija tas-CCP, jappoġġaw is-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, jimplimentaw b’mod determinat il-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u jkollhom kwalitajiet politiċi tajbin”  (32).

(76)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur kimiku huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-aktar dokumenti reċenti ta’ politika Ċiniżi dwar is-settur kimiku u petrokimiku jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jissawwar f’konformità mal-politiki tal-gvern. Eżempju ta’ dan huwa l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u l-Perspettivi għall-2035, li skonthom il-ĠTĊ għandu l-ħsieb li “[jit]trasforma u jgħolli l-livell tal-industriji tradizzjonali, jippromwovi l-ottimizzazzjoni tat-tqassim u l-aġġustament strutturali tal-industriji tal-materja prima bħall-petrokimiċi”.

(77)

Barra minn hekk, l-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji Petrokimiċi u Kimiċi matul l-14-il FYP (“l-Opinjoni Gwida”) tistipula wkoll li l-GTĊ se “[j]ippromwovi l-aġġustament strutturali industrijali: isaħħaħ miżuri speċifiċi u xjentifikament jirregola l-iskala tal-industrija” u “(…) [i]saħħaħ il-kapaċità ta’ provvista ta’ polimeri ta’ livell għoli, sustanzi kimiċi speċali u prodotti oħrajn”.

(78)

Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur tar-reżini epossidiċi jistgħu jinstabu fil-livell provinċjali, bħal fl-14-il FYP ta’ Jiangxi dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Materjali Ġodda, li jindika li “billi nimmiraw lejn oqsma emerġenti bħall-konservazzjoni tal-enerġija u l-protezzjoni ambjentali, l-informazzjoni elettronika, il-vetturi ġodda tal-enerġija, il-5G, u l-bijomediċina, se niżviluppaw reżini ta’ prestazzjoni għolja”.

(79)

Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Zhejiang dwar l-Iżvilupp ta’ Industrija ta’ Materjali Ġodda, li jkopri s-settur tar-reżini ta’ prestazzjoni għolja “[j]iffoka fuq l-iżvilupp ta’ reżini ta’ prestazzjoni għolja u elastomeri bħall-polietilen, polipropilen, poliester, reżina epossidika” u jelenka r-reżina epossidika bħala materjali ġodda prinċipali li għandhom jiġu żviluppati.

(80)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni sabet li l-Artikolu 12 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ta’ Huibo New Materials jistipula li: “Il-kumpanija għandha tistabbilixxi organizzazzjoni tal-Partit Komunista u twettaq attivitajiet tal-Partit f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina. Il-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit”  (33).

(81)

Barra minn hekk, il-president kif ukoll diversi membri tal-bord tad-diretturi ta’ Fujian Sanmu Group huma wkoll membri tas-CCP (34).

(82)

Il-President tal-bord tad-diretturi ta’ Sinochem Group iservi bħala s-segretarju tal-kumitat tal-Partit u diversi membri tal-bord tad-diretturi jservu bħala viċi segretarji tal-kumitat tal-Partit (35). Barra minn hekk, Sinochem Group jippreżenta lilu nnifsu bħala kumpanija li “taderixxi mal-gwida tal-Ħsieb ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għal Era Ġdida, issaħħaħ b’mod effettiv it-tmexxija ġenerali tal-Partit fuq l-intrapriża, tapprofondixxi l-bini tal-Partit, [u] tagħti rwol sħiħ lir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-Partit fil-livelli kollha”  (36).

(83)

Bl-istess mod, il-president tal-bord tad-diretturi ta’ Sinopec Group huwa s-segretarju tal-kumitat tal-Partit u diversi membri tal-bord iservu bħala viċi segretarji tal-kumitat tal-Partit (37). Sinopec Group iddikjara li biħsiebu “jiffoka fuq il-missjoni l-ġdida u l-kompiti ġodda tal-kumpanija fuq il-vjaġġ il-ġdid, imexxi ’l quddiem l-ispirtu awtorevoluzzjonarju tal-partit, isaħħaħ it-tmexxija tal-partit u l-bini tal-partit b’mod komprensiv u integrat, u jippromwovi b’mod sistematiku governanza komprensiva u stretta tal-partiti, sabiex jipprovdi garanzija qawwija għall-kitba ta’ kapitolu ġdid tal-industrija petrokimika moderna taċ-Ċina”  (38).

(84)

Kien impossibbli li tiġi stabbilita b’mod sistematiku l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi kollha tal-prodott taħt investigazzjoni u s-CCP. Madankollu, minħabba li l-prodott taħt investigazzjoni jirrappreżenta sottosettur tas-settur kimiku, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni stabbilita fl-investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur kimiku, kif indikat fil-premessa (67), hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt investigazzjoni.

(85)

Barra minn hekk, fis-settur tar-reżini epossidiċi hemm fis-seħħ politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni identifikat diversi dokumenti li juru li l-industrija tar-reżini epossidiċi tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fis-settur kimiku, minħabba li r-reżina epossidika tirrappreżenta sottosettur tas-settur kimiku.

(86)

L-industrija kimika titqies b’mod konsistenti bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (39). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffukati fuq is-sustanzi kimiċi, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Taħt l-14-il FYP, il-GTĊ għażel l-industrija kimika għall-ottimizzazzjoni u t-titjib tal-livell (40). Bl-istess mod, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jistipula li l-GTĊ se “Jottimizza l-istruttura organizzazzjonali: Jagħmel l-intrapriżi ewlenin akbar u aktar b’saħħithom. (…) [J]appoġġa lill-intrapriżi biex jaċċelleraw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet transreġjonali u ta’ sjieda reċiproka, iżidu l-konċentrazzjoni industrijali, u jwettqu operazzjonijiet internazzjonali. Fl-industriji petrokimiċi, kimiċi, tal-azzar, tal-metalli mhux ferrużi, tal-materjali tal-bini u industriji oħra, jikkultivaw grupp ta’ intrapriżi ewlenin fil-katina industrijali b’dominanza ekoloġika u kompetittività ewlenija”  (41) .

(87)

Barra minn hekk, il-proġett tas-sussidjarju ta’ Hunan Group Sinopec imsejjaħ “Teknoloġija ewlenija għal reżina epossidika speċjali ta’ prestazzjoni għolja” intgħażel mill-gvern ta’ Hunan fost l-aqwa 10 proġetti ta’ riċerka teknoloġika li għandhom jingħataw l-appoġġ (42).

(88)

Flimkien ma’ dan, fl-2024, Hongchang Electronics irċeviet sussidji governattivi speċjali ta’ CNY 21 miljun li kienu ta’ benefiċċju għas-sussidjarja kollha tagħha Zhuhai Hongchang Electronics Materials Co., Ltd għal proġett ta’ produzzjoni tar-reżini epossidiċi (43). Fir-Rapport Annwali tagħhom tal-2023, Hongchang Electronics Materials Co., Ltd iddikjarat li rċeviet CNY 9,2 miljun sussidju tal-gvern fl-2022 u CNY 11,5 miljun fl-2023 (44).

(89)

Bl-istess mod, Huibo New Materials irċeviet CNY 1,4 miljun sussidju tal-gvern fl-2022 u CNY 2,8 miljun fl-2023 (45).

(90)

Fujian Sanmu Group ibbenefika wkoll minn sussidji governattivi li jammontaw għal CNY 10,8 miljun fl-2021, għal CNY 13,9 miljun fl-2022 u għal CNY 3,2 miljun fl-2023 (46).

(91)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Miżuri bħal dawn jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw liberament.

(92)

L-investigazzjoni ta’ issa ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur kimiku, skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt investigazzjoni (47).

(93)

Barra minn hekk, il-prodott taħt investigazzjoni huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (67). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw is-settur kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni jew tal-inputs prinċipali), kif ukoll indirettament (meta jkollhom aċċess għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fiċ-Ċina) (48).

(94)

Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tar-reżini epissodiċi mhuwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (49). L-Opinjoni ta’ Gwida msemmija hawn fuq li tirrikjedi li “jittejbu l-politiki ta’ appoġġ, tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-politiki fiskali, finanzjarji, reġjonali, ta’ investiment, ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni (…) mal-politiki tal-industrija [biex] jingħata rwol sħiħ lill-pjattaforma ta’ kooperazzjoni nazzjonali bejn l-industrija u l-finanzi u [biex] titrawwem il-konnessjoni bejn l-intrapriżi u l-banek”  (50) hija wkoll eżempju tajjeb ħafna ta’ dan it-tip ta’ intervent tal-gvern. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

(95)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt investigazzjoni, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/fl-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha.

(96)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt investigazzjoni ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-materja prima u tal-enerġija huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tat-taħlit ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

(97)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt investigazzjoni, fosthom il-kostijiet tal-materja prima, tal-art, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih.

3.1.2.2.   Argumenti mqajma minn partijiet interessati

(98)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(99)

Jiangsu Sanmu Group sostna li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhuwiex applikabbli f’dan il-każ peress li mhemmx biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-industrija Ċiniża tar-reżini epossidiċi. Huwa argumenta li Jiangsu Sanmu Group huwa kumpanija privata u li l-attivitajiet kummerċjali tagħha huma xprunati mill-forzi tas-suq mingħajr ebda interferenza bla bżonn mill-gvern. Għalhekk huwa talab lill-Kummissjoni biex taċċetta l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tagħha kif irrappurtati mill-kumpanija.

(100)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma qablitx li mhemmx biżżejjed evidenza li l-industrija Ċiniża tar-reżini epossidiċi hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti. Filwaqt li r-Rapport ma jinkludix kapitolu speċifiku dwar ir-reżina epossidika, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta mal-eżistenza ta’ kapitolu settorjali speċifiku li jkopri l-prodott taħt investigazzjoni. Ir-Rapport jiddeskrivi tipi differenti ta’ distorsjonijiet preżenti fiċ-Ċina, li huma trażversali u applikabbli fl-ekonomija Ċiniża (51) kollha u jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-kapital u l-manodopera (52). Barra minn hekk, ir-Rapport jinkludi kapitolu dwar is-settur tal-industrija kimika, li huwa rilevanti għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-settur tar-reżini epossidiċi, li huwa sottosettur tas-settur tal-industrija kimika.

(101)

Barra minn hekk, ir-Rapport mhuwiex l-uniku sors ta’ evidenza użat mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tagħha, billi hemm elementi addizzjonali ta’ prova użati għal dan l-iskop (inkluż l-Ilment (53)). Kif spjegat fit-taqsima 3.1.2.1, l-industrija tar-reżini epossidiċi hija soġġetta għal għadd ta’ interventi governattivi (bħall-preżenza tal-Istat u s-superviżjoni f’atturi ewlenin tal-industrija (54), il-kopertura mill-FYPs u dokumenti oħra (55), u interventi fis-settur finanzjarju (56)), li jaffettwaw ukoll il-kostijiet tal-produzzjoni tar-reżina epossidika, inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-kapital u l-manodopera (57). Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(102)

It-tieni nett, fir-rigward tat-talba ta’ Jiangsu Sanmu Group li l-Kummissjoni tuża l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi rrappurtati mill-kumpanija, il-Kummissjoni tfakkar li ladarba jiġi ddeterminat li, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ tibni l-valur normali bl-użu ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). L-Artikolu 2(6a)(a) jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi biss jekk ikun stabbilit b’mod pożittiv li mhumiex distorti. Madankollu, l-ebda kost tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott taħt investigazzjoni ma seta’ jiġi stabbilit bħala mingħajr distorsjoni fid-dawl tal-evidenza disponibbli dwar il-fatturi ta’ produzzjoni ta’ produtturi esportaturi individwali. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li Jiangsu Sanmu Group ma ssostanzjax aktar l-affermazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-argument ġie miċħud.

3.1.2.3.   Konklużjoni

(103)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja.

3.1.2.4.   Pajjiż rappreżentattiv

3.1.2.4.1.   Kummenti ġenerali

(104)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għaċ-Ċina abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (58);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’dak il-pajjiż;

Eżistenza ta’ data rilevanti disponibbli faċilment fil-pajjiż rappreżentattiv;

Meta jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(105)

Kif spjegat fil-premessi (60) u (61), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tagħżel lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ.

3.1.2.4.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina

(106)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, il-Malażja u t-Tajlandja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina, skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq il-bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li sseħħ il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni.

3.1.2.4.3.   Eżistenza ta’ data rilevanti disponibbli faċilment fil-pajjiż rappreżentattiv

(107)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qed jiġi prodott il-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri l-Brażil, il-Malażja u t-Tajlandja, id-data finanzjarja disponibbli faċilment mill-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni kienet disponibbli biss għal produttur wieħed ta’ reżini epossidiċi fit-Tajlandja, Aditya Birla Chemicals (Thailand) (59).

(108)

Il-Kummissjoni ma setgħetx issib informazzjoni finanzjarja dettaljata li tikkoinċidi mal-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produttur Tajlandiż identifikat Aditya Birla Chemicals (Thailand). Madankollu, matul l-investigazzjoni l-kumpanija pprovdiet ir-rapporti finanzjarji tagħha għas-sena finanzjarja li ntemmet fl-31 ta’ Marzu 2024, li tallinja mal-perjodu ta’ investigazzjoni, u qablet li titqies bħala referenza fl-investigazzjoni attwali (60) u biex id-data rilevanti titqiegħed fil-fajl, aċċessibbli għall-partijiet interessati.

(109)

Fir-rigward tal-Malażja, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, hemm produttur wieħed biss li jimmanifattura reżini epossidiċi, DIC Corporation (61), parti minn grupp globali Ġappuniż. L-ebda informazzjoni finanzjarja dettaljata għal din il-kumpanija ma nstabet li kienet disponibbli faċilment. Ma wasal l-ebda kumment dwar din is-sejba.

(110)

Fir-rigward tal-Brażil, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea, hemm tliet produtturi li jimmanifatturaw reżini epossidiċi, Dow (62), Hexion Quimica do Brażil LTDA (63), u Olin (64). Madankollu, l-ebda informazzjoni finanzjarja dwar il-prodott ikkonċernat ma nstabet li kienet disponibbli għal dawn il-kumpaniji.

(111)

L-ilmentatur ipprovda verżjoni sensittiva tal-kontijiet awditjati ta’ wieħed mill-produtturi magħrufin ta’ reżini epossidiċi fil-Brażil, Olin Brazil. Madankollu, din l-informazzjoni ma kinitx akkumpanjata minn xi sommarju mhux kunfidenzjali, u lanqas minn xi ftehim tal-kumpanija li tintuża din id-data sensittiva bħala referenza fl-investigazzjoni attwali. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tqis din l-informazzjoni bħala data faċilment disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u għalhekk ma setgħetx tużaha fl-investigazzjoni attwali.

(112)

Fil-kummenti tiegħu għat-Tieni Nota, il-produttur esportatur Ċiniż Jiangsu Sanmu Group talab lill-Kummissjoni tiddivulga l-kontijiet annwali sħaħ ta’ Aditya Birla Chemicals (Thailand) sabiex tivvaluta l-korrettezza tal-kalkolu u tal-metodoloġija użati għall-kostruzzjoni tal-profitt u tal-kostijiet SG&A. B’mod partikolari, Jiangsu Sanmu Group talab id-divulgazzjoni tad-dettalji tal-entrati ta’ “spejjeż tal-bejgħ”, “spejjeż amministrattivi” u “kostijiet ta’ finanzjament”.

(113)

Il-Kummissjoni qieset li d-data finanzjarja ta’ Aditya Birla Chemicals (Thailand) rrappreżentat sors komprensiv u aġġornat ta’ informazzjoni għall-kalkolu tal-kostijiet SG&A u tal-profitti, li ppermetta data suffiċjenti lill-partijiet interessati biex jivvalutaw il-livell ta’ profitt u SG&A. Kif spjegat fil-premessi (109) sa (111) l-ebda informazzjoni alternattiva ma kienet disponibbli faċilment, u l-partijiet interessati lanqas ma pprovdew data alternattiva li tista’ tintuża. Fir-rigward tal-elementi inklużi fil-kostijiet SG&A użati fil-kalkolu, li jistgħu jsiru faċilment disponibbli, il-Kummissjoni se tkompli tistaqsi lil Aditya Birla Chemicals (Thailand) dwar dan.

(114)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni nnotat li l-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn it-Tajlandja kienu sinifikanti għall-ECH (75 %) u għas-soda kawstika (62 %). Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li l-valur tal-importazzjoni tal-ECH u tas-soda kawstika mit-Tajlandja x’aktarx kien distort. Tabilħaqq, eżami ulterjuri tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u sorsi oħra wera li dawn il-prezzijiet kienu allinjati, hekk kif il-prezzijiet Ċiniżi x’aktarx jinfluwenzaw il-prezzijiet mill-bqija tad-dinja. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssib parametri referenzjarji alternattivi għal dawn iż-żewġ fatturi ta’ produzzjoni. L-ebda parametru referenzjarju internazzjonali ma kien disponibbli la għall-ECH u lanqas għas-soda kawstika. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni qieset l-importazzjonijiet ta’ dawk il-fatturi fil-Malażja jew fil-Brażil – iż-żewġ pajjiżi bi żvilupp u produzzjoni simili tar-reżina epossidika kif spjegat fil-premessa (106). Is-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-ECH fuq l-importazzjonijiet totali kien ta’ 0 % għall-Malażja u ta’ 27 % għall-Brażil, filwaqt li s-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi tas-soda kawstika, li madankollu jirrappreżenta sehem iżgħar tal-kostijiet totali tal-produzzjoni, fuq l-importazzjonijiet totali matul l-investigazzjoni kien ta’ 15 % għall-Malażja u ta’ 4 % għall-Brażil. Minħabba s-sinifikat ġenerali tal-ECH fil-kostijiet ġenerali tal-produzzjoni tar-reżina epossidika, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-importazzjonijiet fil-Malażja biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni taż-żewġ fatturi tal-produzzjoni.

(115)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li kien beħsiebha tuża lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq (ħlief għall-importazzjonijiet tal-ECH u tas-soda kawstika fejn se tuża l-importazzjonijiet tal-Malażja) u li se tuża l-kumpanija Aditya Birla Chemicals (Thailand) f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku biex jinkisbu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(116)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Aditya Birla Chemicals (Thailand) bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

3.1.2.4.4.   Kummenti tal-partijiet interessati

(117)

Jiangsu Sanmu Group oppona s-suppożizzjonijiet adottati mill-Kummissjoni li s-swieq Tajlandiżi tal-ECH u tas-soda kawstika jkunu distorti biss abbażi ta’ importazzjonijiet għoljin miċ-Ċina u affermat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-importazzjonijiet fit-Tajlandja biex tistabbilixxi wkoll il-valuri mingħajr distorsjoni kemm għas-soda kawstika kif ukoll għall-ECH.

(118)

Barra minn hekk, Jiangsu Sanmu Group innota li l-kwantità tal-importazzjoni tal-ECH fit-Tajlandja minn pajjiżi għajr iċ-Ċina għadha ogħla mill-importazzjonijiet totali tal-ECH fil-Malażja.

(119)

Fl-aħħar nett, Jiangsu Sanmu Group afferma li t-Tajlandja jenħtieġ li tieħu preċedenza bħala sors għal parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-valur normali, peress li hija wieħed mill-pajjiżi investigati.

(120)

L-ilmentatur oppona dawn l-affermazzjonijiet meta kkummenta dwar l-Ewwel u t-Tieni Noti u enfasizza li proporzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn pajjiż wieħed x’aktarx ipoġġi pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi kompetituri oħra wkoll. L-ilmentatur enfasizza li bħala l-akbar produttur tal-ECH fid-dinja, il-produzzjoni massiva u l-fluss tal-esportazzjoni taċ-Ċina jeżerċitaw influwenza profonda fuq is-swieq ġirien. B’riżultat ta’ dan, il-prezzijiet tal-importazzjoni fit-Tajlandja tal-ECH u tas-soda kawstika jirriflettu indirettament id-distorsjonijiet fil-prezzijiet fiċ-Ċina.

(121)

Il-Kummissjoni sabet li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li tindika l-kuntrarju, importazzjonijiet sostanzjali miċ-Ċina x’aktarx jinfluwenzaw il-prezzijiet ġenerali tal-importazzjoni. Dan tabilħaqq intwera mill-allinjament tal-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u mhux Ċiniżi fit-Tajlandja fejn il-proporzjon ta’ dawk tal-ewwel kien sinifikanti, kif spjegat fil-premessa (114). Għal din ir-raġuni, hija fil-fatt il-prattika tal-Kummissjoni li ma tqisx pajjiżi bi proporzjon għoli ta’ importazzjonijiet ta’ fatturi ewlenin ta’ produzzjoni miċ-Ċina bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinjora l-importazzjonijiet fit-Tajlandja tal-ECH u tas-soda kawstika bħala parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni biex tistabbilixxi l-valur normali.

(122)

Madankollu, l-ilmentatur ma qabilx mal-proposta tal-Kummissjoni li l-Malażja tintuża bħala sors għal parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-ECH u għas-soda kawstika. L-ilmentatur argumenta li l-Malażja ma tissodisfax il-kriterji biex isservi bħala parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, il-Malażja ma tipproduċix reżina epossidika likwida, li tiddependi fuq l-ECH fost inputs oħra. It-tieni, il-Malażja mhijiex iżolata mid-distorsjonijiet tas-suq li jaffettwaw il-katina tal-produzzjoni tar-reżina epossidika Asjatika. Għal dawn ir-raġunijiet, l-ilmentatur ippropona li miflok il-Malażja l-Kummissjoni tuża l-Brażil. Skont l-ilmentatur, il-Brażil jipproduċi ammont ogħla ta’ reżini epossidiċi, inklużi reżini epossidiċi likwidi. Barra minn hekk, il-prezzijiet Brażiljani tal-ECH u tas-soda kawstika huma aktar allinjati mal-prezzijiet internazzjonali mill-prezzijiet tal-Malażja. Fl-aħħar nett, l-ilmentatur argumenta li l-prezzijiet tal-importazzjoni Brażiljani tal-ECH u tas-soda kawstika huma ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Malażja.

(123)

Il-Kummissjoni enfasizzat li l-Malażja kienet pajjiż bi produzzjoni ta’ reżina epossidika, għalkemm allegatament mhux f’forom likwidi, u li importat ECH u soda kawstika minn sorsi mingħajr distorsjoni f’volumi sinifikanti. Barra minn hekk, l-affermazzjoni rigward id-distorsjonijiet Ċiniżi li jinfirxu madwar l-Asja ma kinitx sostanzjata. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet dan il-kumment.

(124)

Fir-rigward tal-alternattiva proposta, il-Brażil, il-Kummissjoni osservat li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-ECH ammontaw għal 27 % tal-importazzjonijiet totali tal-ECH, meta mqabbla ma’ 0 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-Malażja għall-istess materjal matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Malażja kienet sors aktar xieraq għad-determinazzjoni ta’ valur mingħajr distorsjoni għall-ECH mill-Brażil.

(125)

Fl-aħħar nett, fit-tweġiba tiegħu għall-Ewwel Nota, l-ilmentatur iddikjara li l-kostijiet SG&A u l-profitt tal-produttur Tajlandiż ta’ reżini epossidiċi jistgħu jkunu distorti, peress li jkun qed jibbenefika minn prezz tas-suq distort tal-ECH. L-ilmentatur għalhekk talab lill-Kummissjoni biex tuża produtturi tal-epossi fil-Brażil, magħrufin ukoll li huma integrati aktar vertikalment mill-kompetituri Tajlandiżi tagħhom, biex tistabbilixxi valuri mhux distorti għall-profitt u l-SG&A. Madankollu, l-ilmentatur naqas milli jipprovdi xi evidenza biex issostni din l-affermazzjoni kif ukoll kontijiet finanzjarji tal-produtturi Brażiljani alternattivi u li jistgħu jintużaw, li huma disponibbli għall-pubbliku. Għalhekk, il-kumment tagħhom ġie miċħud bħala mhux sostanzjat.

3.1.2.4.5.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(126)

Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja kienet il-pajjiż rappreżentattiv l-aktar xieraq li għalih hemm disponibbli faċilment id-data rilevanti, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tad-data mingħajr distorsjoni tal-ECH u tas-soda kawstika, instab li l-Malażja tipprovdi l-aktar data rappreżentattiva xierqa u għalhekk ma kienet meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali li tikkonċerna l-Malażja.

3.1.2.4.6.   Konklużjoni

(127)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja (u l-Malażja fir-rigward tal-ECH u tas-soda kawstika) ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.1.2.5.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(128)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli faċilment dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

(129)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima u l-linjite. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża data mill-Bank tat-Tajlandja biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi (65) mingħajr distorsjoni, l-Awtorità tal-Elettriku Provinċjali Tajlandiża u l-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija Tajlandiża għall-elettriku (66) u l-Uffiċċju tal-Politika tal-Enerġija u tal-Ippjanar tal-Ministeru tal-Enerġija għall-gass naturali u konsegwentement il-fwar (67).

(130)

Barra minn hekk, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni aġġornat il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni abbażi tal-kummenti tal-partijiet u l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fit-tweġiba għall-kwestjonarju.

(131)

Fl-aħħar nett, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni kompluta u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-entrati negliġibbli ġew raggruppati taħt “materjal konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li hija se tikkalkula l-perċentwal tal-materjal konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.1.2.6.   Kostijiet u parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.1.2.6.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(132)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, ġew identifikat l-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni ta’ reżini epossidiċi

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità tat-Tajlandja (*1)

Valur mingħajr distorsjoni

Unità ta’ kejl

Materja prima

Bisfenol A

2907 23 00

GTA – it-Tajlandja

8,76 CNY/kg

Epikloroidrin (ECH)

2910 30

GTA – il-Malażja

8,89 CNY/Kg

Soda Kawstika (Idrossidu tas-sodju) 50 %

281512001020

GTA – il-Malażja

1,68 CNY/kg

Soda Kawstika (Idrossidu tas-sodju) 32 %

281512001020

GTA – il-Malażja

1,68 CNY/kg

Aċeton

2914 11 00

GTA – it-Tajlandja

6,39 CNY/kg

Benżen (jew “petrobenżen” jew “C6H6”)

2902 20 00

GTA – it-Tajlandja

6,95 CNY/kg

Fenol

290711001010

GTA – it-Tajlandja

7,35 CNY/kg

Propan

2711 12 00

GTA – it-Tajlandja

4,68 CNY/kg

Propilen

2901 22 00

GTA – it-Tajlandja

6,97 CNY/kg

Etere tal-Gliċidil tal-Allil

291090001030

GTA – it-Tajlandja

33,50 CNY/kg

Manodopera

Manodopera

M/A

Il-Bank tat-Tajlandja (68) u l-ILO (69)

18,55 CNY/siegħa

Enerġija

Elettriku

M/A

L-Awtorità Provinċjali tal-Elettriku Tajlandiża (70)

1,03 CNY/kWh

Gass Naturali

M/A

L-Uffiċċju tal-Politika tal-Enerġija u l-Ippjanar tal-Ministeru tal-Enerġija (71)

2,83 CNY/m3

Fwar

M/A

L-Uffiċċju tal-Politika tal-Enerġija u l-Ippjanar tal-Ministeru tal-Enerġija (72)

215,7 CNY/MT

Linjite

2702 10

GTA - it-Tajlandja

0,27 CNY/kg

(133)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fil-premessi minn (158) sa (160).

3.1.2.6.2.   Materja prima

(134)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra ċ-Ċina u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (73). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (103) ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Il-kwantitajiet li jifdal tqiesu mill-Kummissjoni bħala rappreżentattivi.

(135)

Għal numru ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet attwali mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw irrappreżentaw sehem negliġibbli mill-kostijiet totali tal-materja prima (sa 2,5 %) fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’materjal konsumabbli kif spjegat fil-premessa (157).

(136)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji tal-importazzjoni rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv, jew fil-Malażja għall-ECH u għas-soda kawstika.

(137)

Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost attwali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

(138)

Wara t-Tieni Nota, Jiangsu Sanmu Group qajjem il-punt li l-Kummissjoni applikat l-istess parametru referenzjarju għal żewġ gradi ta’ soda kawstika (konċentrazzjoni ta’ 32 % u 50 %) u ssuġġerixxa aġġustament biex jitqies il-prezz tas-suq ogħla tipikament mitlub mill-grad ta’ 50 %.

(139)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-prezz tas-suq għall-grad tas-soda kawstika ta’ 50 % huwa tabilħaqq ogħla minn dak tal-grad ta’ 32 %. Madankollu, il-prezz referenzjarju disponibbli mill-GTA jirreferi għal “Idrossidu tas-Sodju (Soda Kawstika): F’Soluzzjoni Milwiema (Lissija tas-Soda jew Soda Likwida)”, li jimplika li dan il-parametru referenzjarju huwa prezz medju għall-importazzjonijiet ta’ gradi varji ta’ soda kawstika. Minħabba n-nuqqas ta’ data tal-ipprezzar speċifika għall-grad, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-użu ta’ dan il-prezz medju mill-GTA kien l-aktar għażla affidabbli. Barra minn hekk, l-approssimazzjoni introdotta b’dan il-metodu hija mmitigata mill-fatt li l-proċess tal-produzzjoni tal-epossi jikkonsma wkoll taħlita ta’ gradi tas-soda kawstika. Konsegwentement, l-aġġustament propost ġie miċħud.

(140)

Jiangsu Sanmu Group ressaq affermazzjoni dwar il-livell ta’ kummerċ li fih id-data tal-importazzjoni (sors: GTA (74)) jintużaw u opponew id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddependi fuq prezzijiet bid-dazju mħallas, komprensivi ta’ trasport tal-merkanzija bil-baħar, assigurazzjoni, tariffi tal-port, trasport intern, u dazji tal-importazzjoni, biex tirrappreżenta parametru referenzjarju għall-kost Ċiniż tal-materja prima. Huma enfasizzaw li dawn il-fatturi huma irrilevanti għall-proċess ta’ produzzjoni tal-produtturi Ċiniżi li l-aktar ifornu l-materja prima tagħhom domestikament u jkabbru l-bażi tal-kost biex jiġi ddeterminat il-valur normali. Fi kliem ieħor, huma sostnew li l-istatistika dwar l-importazzjoni ta’ pajjiż terz ma tirriflettix b’mod preċiż il-prezzijiet domestiċi jew il-kostijiet attwali tax-xiri fil-pajjiż ikkonċernat, peress li l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni huwa soġġett għal distorsjonijiet minn diversi fatturi esterni, inklużi l-volumi tal-importazzjoni, id-distanza ġeografika bejn il-pajjiżi importaturi u dawk esportaturi, u d-disponibbiltà ta’ tali inputs f’dak il-pajjiż. Għalhekk, Jiangsu Sanmu Group talab lill-Kummissjoni tnaqqas mill-valur CIF (cost, insurance, freight) tal-importazzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv il-kostijiet relatati mat-trasport tal-merkanzija bil-baħar, it-trasport intern, l-assigurazzjoni u d-dazji doganali. Dan iwassal għal approssimazzjoni l-prezzijiet ta’ referenza għall-prezzijiet ta’ inputs mixtrija domestikament.

(141)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. L-elementi kollha ċċitati minn Jiangsu Sanmu Group huma kostijiet li jeħtieġ li jiġu riflessi fil-prezz li fl-aħħar mill-aħħar jintalab fis-suq tal-pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, dawn il-prezzijiet finali, li jinkorporaw elementi bħal dawn, huma influwenzati minn forzi kompetittivi fil-pajjiżi importaturi. Għalhekk, dawn iservu bħala sors affidabbli għad-determinazzjoni tal-kostijiet mingħajr distorsjoni fis-swieq rappreżentattivi.

(142)

Wara l-Ewwel Nota, l-ilmentatur talab li l-Kummissjoni tiddistingwi bejn il-materja prima diretta (bħall-BPA, l-ECH u s-soda kawstika) użata speċifikament fil-proċess tal-produzzjoni tar-reżini epossidiċi, u l-materja prima upstream (bħall-propilen, il-fenol, l-aċeton, il-benżen u l-propan) użata fi stadji upstream minn produtturi integrati vertikalment.

(143)

Il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi integrati jużaw materja prima upstream internament biex jipproduċu l-BPA u/jew l-ECH, li huma l-inputs diretti għall-manifattura tar-reżini epossidiċi u applikat parametri referenzjarji bbażati fuq il-konsum attwali tal-materja prima ta’ kull produttur esportatur, irrispettivament minn jekk il-materjali humiex materja prima diretta jew upstream.

(144)

L-ilmentatur argumenta li jekk il-Kummissjoni tinkludi l-propilen u l-benżen bħala materja prima, jenħtieġ li tinkludi wkoll il-kloru, il-gliċerol u l-klorur tal-idroġenu. Madankollu, abbażi tat-tweġibiet ivverifikati tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-konsum ta’ dawn l-inputs jirrappreżenta sehem insinifikanti tal-kost tal-manifattura u għalhekk huma ttrattati bħala materjal konsumabbli.

3.1.2.6.3.   Manodopera

(145)

Sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat l-aħħar data disponibbli għall-pubbliku mill-Bank tat-Tajlandja (75) għall-pagi medji fit-Tajlandja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn ġew aġġustati biex jinkludu l-imposti soċjali (76). Fl-aħħar nett, il-kost lavorattiv annwali totali ġie diviż bin-numru ta’ sigħat fis-sena (jiġifieri 8 sigħat kuljum, immultiplikati b’5 ijiem tax-xogħol fil-ġimgħa u bin-numru ta’ ġimgħat f’sena).

(146)

Fil-kummenti tagħhom għat-Tieni Nota, Jiangsu Sanmu Group oġġezzjona għas-suppożizzjoni ta’ ħin tax-xogħol fil-ġimgħa ta’ 40 siegħa kif deskritt fil-premessa (145), għaliex qies li din tissottovaluta l-ħin tax-xogħol reali. Jiangsu Sanmu Group irrefera għall-Ministeru tax-Xogħol Tajlandiż li jippermetti sa 48 siegħa fil-ġimgħa. Barra minn hekk, il-kumpanija kkummentat li l-kalkolu tal-Kummissjoni ma jqisx is-sahra, li hija prattika komuni fit-Tajlandja. Fil-kummenti tiegħu, Jiangsu Sanmu Group saħaq li skont il-liġi tax-xogħol Tajlandiża s-sahra għandha titħallas mill-inqas 1,5 darbiet ir-rata tal-paga standard għall-jum tax-xogħol regolari u sa darbtejn fil-jiem ta’ mistrieħ, fil-festi pubbliċi, jew fil-liv annwali.

(147)

Il-Kummissjoni nnotat li Jiangsu Sanmu Group ma pprovda l-ebda evidenza konkreta li tissuġġerixxi li l-ħaddiema fil-produzzjoni ta’ reżini epossidiċi fit-Tajlandja jaħdmu aktar minn 40 siegħa. Ġie mfakkar li jekk il-partijiet interessati jixtiequ jikkontestaw l-evalwazzjonijiet kumplessi tal-Kummissjoni fil-kuntest kif inħadem il-valur normali, huma għandhom jipproduċu provi konkreti li juru li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-provi meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu. Bħal fil-każ tas-CCCME (77) Jiangsu Sanmu Group afferma li s-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa huma fil-fatt ogħla fit-Tajlandja, iżda ma bbażawx fuq evidenza konkreta. F’sitwazzjoni analoga fis-CCCME il-Qorti Ġenerali sabet li “ir-rikorrenti ma pproduċewx il-prova ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li allegatament wettqet il-Kummissjoni meta adottat il-valur ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa ta’ xogħol fit-Tajlandja, sabiex tikkalkula l-ispiża tal-ħaddiema assoċjata mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. (78)” Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(148)

Fil-kummenti tiegħu għat-Tieni Nota, l-ilmentatur ikkontesta l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi u argumenta li dawn jenħtieġ li jiġu allinjati ma’ investigazzjonijiet preċedenti fejn it-Tajlandja ntużat bħala pajjiż rappreżentattiv (jiġifieri l-proċediment anti-dumping kontra l-irbit tal-ħadid jew tal-azzar miċ-Ċina (79)). Barra minn hekk, l-ilmentatur innota li l-kost ta’ unità lavorattiva stmat kien ferm aktar baxx milli matul l-investigazzjoni tal-każ tal-elementi tal-irbit (jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020).

(149)

Il-Kummissjoni ċċarat li hija użat l-istess metodoloġija u sorsi bħal fil-każ tal-elementi tal-irbit biex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni għall-kostijiet lavorattivi. Għalhekk, l-affermazzjoni ma ġietx aċċettata.

3.1.2.6.4.   Elettriku

(150)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz referenzjarju għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-kwotazzjoni tal-prezz tal-elettriku għall-intrapriżi kummerċjali, industrijali u statali disponibbli fuq il-website tal-Awtorità tal-Elettriku Provinċjali (80), 4.2 Tariffa tal-ħin tal-użu (tariffa TOU, Time of Use). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa tal-konsum korrispondenti 4.2.3: Taħt 12 kV.

(151)

Din it-tariffa tal-enerġija ma nbidlitx mill-2018 u hija aġġornata fuq il-bażi ta’ kull xahar bl-użu tal-istrument imsejjaħ “Soprataxxa Ft”. Għalhekk, it-tariffi tal-elettriku fatturati għal kull xahar jiġu kkalkulati bħala:

tariffa bażi tal-elettriku, skont it-tariffi deskritti hawn fuq u li baqgħu kostanti matul is-snin, PLUS/MINUS

imposta ta’ aġġustament tal-enerġija (Ft), li tiġi aġġornata perjodikament mill-Kummissjoni Regolatorja tal-Enerġija Tajlandiża (ERC, Energy Regulatory Commission (81)).

(152)

Meta kkomputat il-parametru referenzjarju, il-Kummissjoni żiedet it-tariffa medja aġġustata tal-enerġija mal-imposta bażi tal-elettriku, għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

(153)

Il-parametru referenzjarju ġie stabbilit għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun abbażi tal-konsum fis-sigħat tal-ogħla konsum u fis-sigħat kwieti rispettivament, meta l-produttur esportatur iddistingwa bejn il-konsum f’sigħat tal-ogħla konsum u f’sigħat kwieti. L-użu li rriżulta ġie allokat għar-rati tas-sigħat tal-ogħla konsum u tas-sigħat kwieti. Jekk produttur esportatur inkluż fil-kampjun ma għamilx distinzjoni bejn il-konsum fis-sigħat tal-ogħla konsum u fis-sigħat kwieti, ġew applikati r-rati tas-sigħat tal-ogħla konsum.

3.1.2.6.5.   Gass naturali

(154)

Sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-gass, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-gass għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Tajlandja ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Politika tal-Enerġija u tal-Ippjanar tal-Ministeru tal-Enerġija (82). Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet korrispondenti mit-Tabella 7.2-4: Konsum Finali tal-Enerġija Per Capita. Il-Kummissjoni użat bħala parametru referenzjarju l-aktar data reċenti relatata mal-2023.

3.1.2.6.6.   Fwar

(155)

Sabiex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-fwar espress f’CNY/MT, il-Kummissjoni bdiet mill-prezz tal-gass naturali espress f’CNY/m3, maħdum skont il-metodoloġija ppreżentata fil-premessa (154). Bl-użu ta’ fattur ta’ konverżjoni aċċettat b’mod ġenerali (83), il-Kummissjoni stmat il-kontenut tal-enerġija tal-gass, espress f’MMBtu/m3. Sussegwentement, bl-applikazzjoni tal-fattur tal-effiċjenza tal-kombustjoni ppubblikat mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti (84), il-Kummissjoni ddeterminat l-ammont ta’ enerġija tal-gass li jista’ jiġi ttrasferit għall-fwar, espress f’Btu/m3 ta’ gass. Bl-użu tat-tabella rilevanti ppubblikata mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti, il-Kummissjoni ddeterminat l-ammont ta’ enerġija maħżuna fi fwar saturat bi pressjoni ta’ 4 MPa, espress f’Btu/kg ta’ fwar. Billi kkombinat dawn l-elementi (il-prezz tal-gass f’CNY/m3, l-enerġija ttrasferita għall-fwar f’Btu/m3 ta’ gass u l-enerġija maħżuna fil-fwar f’Btu/kg ta’ fwar), il-Kummissjoni kisbet il-prezz referenzjarju tal-fwar f’CNY/MT (85).

3.1.2.6.7.   Linjite

(156)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-linjite kif ikkonsenjat sal-fabbrika ta’ produttur tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni lejn il-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport, kif spjegat fil-premessa (134).

3.1.2.6.8.   Materjal konsumabbli

(157)

Minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni kompluta u l-piż negliġibbli ta’ wħud mill-materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, xi wħud mill-fatturi ta’ produzzjoni tqiesu bħala materjal konsumabbli. Il-Kummissjoni kkalkulat il-perċentwal tal-materjal konsumabbli fil-kost totali tal-produzzjoni u applikat dan il-perċentwal għall-kost tal-produzzjoni kkalkulat mill-ġdid abbażi ta’ parametri referenzjarji.

3.1.2.6.9.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(158)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” . Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq.

(159)

Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(160)

Biex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2024 għal Aditya Birla Chemicals (Thailand) Co., Ltd. kif ipprovduta mill-kumpanija, f’verżjoni mhux kunfidenzjali. Abbażi tad-data disponibbli ta’ Aditya Birla Chemicals (Thailand) Co., Ltd., il-Kummissjoni użat 18,0 % bħala valur mingħajr distorsjoni għal-kostijiet SG&A u 9,3 % bħala valur mingħajr distorsjoni għall-profitt.

3.1.2.6.10.

Kalkolu

(161)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(162)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum reali tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-applikant ġew ivverifikati tul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-taqsima 3.1.2.6.2.

(163)

Ladarba jiġi stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG&A u l-profitt kif innutat fil-premessi minn (158) sa (160). Dawn ġew iddeterminati fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija kif spjegat fil-premessa (160).

(164)

Imbagħad, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, kif spjegat fil-premessa (160) mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni.

(165)

Għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt tal-kumpanija. L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”, Costs of Goods Sold) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 18,0 %. Il-profitt espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 9,3 %.

(166)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq il-bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.1.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(167)

Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti.

(168)

Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.1.4.   Paragun

(169)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu lura nett għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet.

3.1.4.1.   Aġġustamenti magħmulin lill-valur normali

(170)

Kif spjegat fil-premessa (161), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-SG&A u tal-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jinġieb lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(171)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel xi konċessjonijiet għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ntalbu minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

3.1.4.2.   Aġġustamenti magħmulin lill-prezz tal-esportazzjoni

(172)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba t-trasport, id-dazji doganali, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u l-ispejjeż tat-tagħbija.

(173)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji.

3.1.5.   Marġnijiet tad-dumping

(174)

Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(175)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni proviżorju tad-dumping

Jiangsu Sanmu Group Co., Ltd.

24,2  %

Sinochem Group, li jikkonsisti minn

Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co., Ltd.

Nantong Xingchen Synthetic Material Co., Ltd.

Jiangsu Kumho Yangnong Chemical Co., Ltd.

40,8  %

(176)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(177)

Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ta’ 30,3 %.

(178)

Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(179)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li ġew stabbiliti abbażi tal-Eurostat.

(180)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 85 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-grupp bl-ogħla marġni tad-dumping.

(181)

Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni proviżorju tad-dumping

Jiangsu Sanmu Group Co., Ltd.

24,2  %

Sinochem Group li jikkonsisti minn

Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co., Ltd.

Nantong Xingchen Synthetic Material Co., Ltd.

Jiangsu Kumho Yangnong Chemical Co., Ltd.

40,8  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

30,3  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina

40,8  %

3.2.   Metodoloġija ġenerali għar-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u t-Tajlandja

(182)

Il-Kummissjoni tistabbilixxi fil-premessi minn (183) sa (191) hawn taħt il-metodoloġija ġenerali li użat għall-kalkoli tad-dumping. Fejn meħtieġ, kull kwistjoni speċifika għall-pajjiż jew għall-kumpanija rilevanti għal dawn il-kalkoli hija indirizzata fit-taqsimiet ta’ hawn taħt speċifiċi għall-pajjiż.

3.2.1.   Valur normali

(183)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ bl-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(184)

Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew komparabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(185)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ bl-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni.

(186)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(187)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkulat tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(188)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(189)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun inqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(190)

Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ tat-tip tal-prodott simili fil-perkors normali tan-negozju jew fejn tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(191)

Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili ta’ kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż medji ponderati tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrba minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni; u

(b)

il-profitt medju ponderat magħmul minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(192)

L-ilmentatur sostna li f’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jinħadem il-valur normali, minħabba l-fatt li l-prezzijiet domestiċi kienu taħt il-kost tal-produzzjoni meta aġġustati għall-kostijiet tal-produzzjoni distorti fil-Korea, fit-Tajwan u fit-Tajlandja. Jiġifieri, huwa argumenta li s-suq tar-reżina epossidika Asjatiku huwa distort mill-kapaċità żejda Ċiniża, li tirriżulta fi prezzijiet artifiċjalment baxxi għar-reżina epossidika u l-inputs tagħha, inklużi l-bisfenol-A (“BPA”) u l-epikloroidrin (“ECH”). Skont l-affermazzjoni, il-kapaċità żejda Ċiniża għar-reżina epossidika u l-inputs tagħha, flimkien ma’ prezzijiet tal-enerġija artifiċjalment baxxi fil-Korea u fit-Tajwan, ħolqu distorjoni fil-kostijiet tal-produzzjoni u l-ipprezzar għar-reżina epossidika fil-Korea, fit-Tajwan u fit-Tajlandja. Din is-sitwazzjoni allegatament ipprevjeniet tqabbil xieraq bejn il-bejgħ domestiku u dak tal-esportazzjoni, li jagħmilha impossibbli li jiġi ddeterminat jekk il-bejgħ fis-suq domestiku kienx “fil-perkors normali tan-negozju”.

(193)

L-ilmentatur talab li l-Kummissjoni teżerċita l-awtorità wiesgħa tagħha biex taġġusta l-kostijiet skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku billi taġġusta l-kost tal-produzzjoni tal-esportaturi biex tirrifletti l-prezzijiet mingħajr distorsjoni tal-ECH u tal-BPA. Huma argumentaw li din l-azzjoni kienet meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk xi prezzijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku kinux taħt il-kost tal-produzzjoni.

(194)

Il-Kummissjoni qieset li l-ilmentatur ma weriex li l-kundizzjonijiet għall-aġġustament tal-kostijiet skont l-Artikolu 2(5) kienu preżenti. Barra minn hekk, l-affermazzjonijiet ma kinux sostanzjati. B’mod partikolari, l-allegati effetti fuq il-prezzijiet li l-kapaċità żejda Ċiniża kienet qed tikkawża fis-swieq tal-BPA u tal-ECH madwar l-Asja. Pereżempju, l-investigazzjoni żvelat li l-prezz tax-xiri tal-ECH fil-Korea matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, minkejja affermazzjonijiet ta’ importazzjonijiet għoljin miċ-Ċina, kien ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni tal-ECH fil-Malażja, fejn ma kien hemm l-ebda importazzjoni miċ-Ċina. Dan ikkontradixxa l-affermazzjoni tal-ilmentatur li l-kapaċità żejda Ċiniża rriżultat fi prezzijiet aktar baxxi tal-materja prima, b’mod partikolari l-ECH, fil-Korea.

(195)

Barra minn hekk, l-affermazzjoni rigward il-kapaċità żejda Ċiniża fil-BPA ma kinitx appoġġata minn evidenza, peress li l-istatistika tal-GTA (86) wriet li l-esportazzjonijiet taċ-Ċina kienu jirrappreżentaw biss 1 % tal-esportazzjonijiet globali tal-BPA.

(196)

L-affermazzjoni rigward il-prezzijiet tal-enerġija artifiċjalment baxxi fil-Korea u fit-Tajwan ukoll ma kinitx appoġġata minn evidenza. L-affermazzjoni bbażat primarjament fuq il-pożizzjoni dominanti tal-intrapriżi tal-Istat fis-suq tal-elettriku u fuq it-tqabbil tal-prezzijiet tal-elettriku ma’ dawk fl-Unjoni u fil-Ġappun. Madankollu, tali differenzi fil-prezzijiet waħedhom ma jistgħux, fi kwalunkwe każ, jiddeterminaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-suq ta’ pajjiż speċifiku. L-ilmentatur, pereżempju, injora s-sorsi tal-enerġija u l-kostijiet assoċjati tal-ġenerazzjoni tagħha, li għandhom rwol kruċjali fit-tfassil tal-prezzijiet tal-elettriku.

(197)

L-ilmentatur sostna wkoll li l-fornitur prinċipali tal-elettriku fil-Korea rrapporta telf fuq il-prezzijiet tax-xiri u tal-bejgħ tiegħu għal kull kWh matul ċerti perjodi, madankollu, dawn ma koprewx bis-sħiħ il-perjodu ta’ investigazzjoni. Ġiet osservata sitwazzjoni simili fit-Tajwan. Filwaqt li dan jista’ jindika sfidi finanzjarji għall-fornituri tal-enerġija, tali affermazzjonijiet ma kinux biżżejjed biex juru l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tas-suq, mingħajr valutazzjoni komprensiva tal-fatturi sottostanti, bħall-metodi ta’ produzzjoni tal-enerġija, il-politiki tal-gvern, u d-dinamika tas-suq, li ma ġewx ippreżentati jew analizzati mill-ilmentatur.

(198)

Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur ma kinitx biżżejjed biex tagħmel analiżi xierqa dwar id-distorsjonijiet iddikjarati fis-suq tar-reżina epossidika Asjatika kkawżati mill-kapaċità żejda Ċiniża li rriżultat fi prezzijiet artifiċjalment baxxi għar-reżina epossidika u l-inputs tagħha fil-Korea, fit-Tajwan u fit-Tajlandja u li flimkien ma’ prezzijiet tal-enerġija artifiċjalment baxxi fil-Korea u fit-Tajwan, kellhom kostijiet tal-produzzjoni u pprezzar distorti għar-reżina epossidika. Għalhekk, l-affermazzjoni ma ġietx aċċettata.

3.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(199)

Il-produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi.

(200)

Meta l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(201)

Fejn il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-kostijiet SG&A, u għall-profitti.

3.2.3.   Paragun

(202)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu lura nett għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet.

3.3.   Ir-Repubblika tal-Korea

(203)

Żewġ produtturi esportaturi fil-Korea kienu inklużi fil-kampjun f’din l-investigazzjoni, Kukdo Chemical Co., Ltd. u Kumho P &B Chemicals, Inc.

(204)

Is-sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Kukdo Chemical Co., Ltd., Kukdo Finechem Co., Ltd., ipproduċiet u biegħet ukoll il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u kkooperat f’din l-investigazzjoni. Iż-żewġ produtturi esportaturi tqiesu bħala parti mill-Kukdo Group.

(205)

Fis-suq domestiku, iż-żewġ produtturi/gruppi esportaturi biegħu l-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti direttament. Bl-istess mod, il-bejgħ lejn l-Unjoni sar jew direttament lil klijenti indipendenti, jew permezz ta’ kumpaniji relatati.

3.3.1.   Valur normali

(206)

Il-valur normali għaż-żewġ produtturi/gruppi esportaturi Koreani ġie stabbilit f’konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-taqsima 3.2.1 hawn fuq. B’riżultat ta’ dan, il-valur normali għall-maġġoranza tat-tipi ta’ prodotti esportati lejn l-Unjoni kien ibbażat fuq prezzijiet domestiċi attwali. Il-valur normali għat-tipi li jifdal inħadem, peress li ma kien jeżisti l-ebda bejgħ domestiku għal dawn it-tipi ta’ prodotti għal kwalunkwe wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-ebda informazzjoni oħra dwar il-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti rilevanti ma kienet disponibbli għall-Kummissjoni.

3.3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(207)

Iż-żewġ produtturi/gruppi esportaturi Koreani kellhom bejgħ lejn l-Unjoni jew direttament, jew permezz ta’ kumpanija relatata. Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit f’konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-taqsima 3.2.2 hawn fuq.

(208)

Fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni permezz tal-importatur relatat, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew determinati f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-prezzijiet li bihom l-oġġetti reġgħu nbiegħu għall-ewwel darba lil klijent mhux relatat fl-Unjoni. F’dan il-każ, l-aġġustamenti għall-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. Barra minn hekk, tnaqqsu l-kostijiet SG&A tal-kumpaniji relatati u l-profitt ta’ [1 % - 5 %], li nkiseb minn importatur mhux relatat li kkoopera. Id-data mill-importatur l-ieħor li kkoopera ġiet eskluża peress li kien qed jopera b’telf.

3.3.3.   Paragun

(209)

Kif spjegat fil-premessa (202), il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi/tal-gruppi esportaturi fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

3.3.3.1.   Aġġustamenti magħmulin lill-valur normali

(210)

Sabiex il-valur normali jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġar u tat-tagħbija domestiċi.

(211)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kostijiet tal-kreditu, ir-rifużjoni tad-dazju u l-ispejjeż tal-ippakkjar.

3.3.3.2.   Aġġustamenti magħmulin lill-prezz tal-esportazzjoni

(212)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar u tat-tagħbija, l-ispejjeż tal-ippakkjar u l-kostijiet tal-kreditu.

(213)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: l-ispejjeż tal-ippakkjar, il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji.

(214)

Fir-rigward tal-aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni għall-kummissjonijiet, il-Kummissjoni sabet li xi wħud min-negozjanti relatati involuti kienu qed jaġixxu bħala aġenti li jaħdmu fuq bażi ta’ kummissjoni u ġew remunerati għall-funzjonijiet rilevanti b’marġni kummerċjali. Għalhekk, kien ġustifikat li jsir aġġustament għal kummissjoni maħduma abbażi tal-kostijiet SG&A rilevanti u profitt nominali.

3.3.4.   Marġnijiet tad-dumping

(215)

Għall-produtturi esportaturi Koreani li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(216)

Il-marġnijiet tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF ta’ importazzjoni fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Kumpanija

Marġni proviżorju tad-dumping

Kukdo Chemical Co., Ltd., Kukdo Finechem Co., Ltd.

0  %

Kumho P&B Chemicals, Inc

2,4  %

(217)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu għall-Korea nstabx li kien ogħla mil-livell de minimis ta’ 2 % kif previst fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Tqies xieraq li għal dan l-għan jiġu estrapolati r-riżultati tal-kampjun, inkluża l-kumpanija mingħajr dumping, biex jiġi stmat il-livell ta’ dumping tal-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun. L-ammont tad-dumping fil-kampjun, espress bħala perċentwal tal-valur CIF tal-esportazzjonijiet tal-kampjun, kien taħt 0 %. Għalhekk, ma ġie stabbilit l-ebda marġni ta’ dumping ġenerali għar-Repubblika tal-Korea.

(218)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni biħsiebha ttemm il-proċediment attwali fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika tal-Korea, skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku.

(219)

Minħabba l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott simili mill-Korea mhux se titkompla.

(220)

Il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċediment fil-konfront tar-Repubblika tal-Korea fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.4.   It-Tajwan

(221)

Kien hemm żewġ produtturi esportaturi fit-Tajwan matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, Chang Chun Plastics Co. u Nan Ya Plastics Corporation. Iż-żewġ produtturi esportaturi kkooperaw. Il-bejgħ lejn l-Unjoni minn wieħed mill-produtturi esportaturi sar direttament lil klijenti indipendenti. Il-produttur esportatur l-ieħor biegħ lill-Unjoni kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta’ importatur relatat fl-Unjoni. Fis-suq domestiku, iż-żewġ produtturi esportaturi biegħu l-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti direttament.

3.4.1.   Valur normali

(222)

Il-valur normali għaż-żewġ produtturi esportaturi Tajwaniżi ġie stabbilit f’konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-taqsima 3.2.1 hawn fuq. B’riżultat ta’ dan, il-valur normali għall-maġġoranza tat-tipi ta’ prodotti esportati lejn l-Unjoni kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili, il-valur normali nħadem minħabba li l-prezz tal-bejgħ domestiku ta’ produttur ieħor fil-kampjun għal dak it-tip ta’ prodott ma setax jiġi żvelat b’mod sinifikanti mingħajr ma tinkiser il-kunfidenzjalità ta’ dak il-produttur.

3.4.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(223)

Produttur esportatur Tajwaniż wieħed esporta lejn l-Unjoni direttament. Għall-esportazzjonijiet diretti l-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku kif spjegat fit-taqsima 3.2.2 ta’ hawn fuq.

(224)

Il-produttur esportatur l-ieħor esporta lejn l-Unjoni direttament u permezz ta’ importatur relatat li jinsab fl-Unjoni. Għal dawk l-esportazzjonijiet li saru permezz ta’ importatur fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

3.4.3.   Paragun

(225)

Kif spjegat fil-premessa (202), il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi/tal-gruppi esportaturi fuq il-bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

3.4.3.1.   Aġġustamenti magħmulin lill-valur normali

(226)

Sabiex il-valur normali jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġar u tat-tagħbija.

(227)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kostijiet tal-kreditu u l-kostijiet tal-ippakkjar.

3.4.3.2.   Aġġustamenti magħmulin lill-prezz tal-esportazzjoni

(228)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tat-trasport, tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, it-trasport bil-baħar, l-assigurazzjoni għall-baħar, il-jedd tas-senserija doganali, it-tariffa tal-promozzjoni tal-kummerċ u d-dazju doganali.

(229)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: l-ippakkjar, il-kummissjoni, il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji.

(230)

Fir-rigward tal-aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni għall-kummissjonijiet, il-Kummissjoni sabet li n-negozjant relatat involut kien qed jaġixxi bħala aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni u ġie remunerat għall-funzjonijiet rilevanti b’marġni kummerċjali. Għalhekk, kien ġustifikat li jsir aġġustament għal kummissjoni maħduma abbażi tal-kostijiet SG&A rilevanti u profitt nominali.

3.4.4.   Marġnijiet tad-dumping

(231)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(232)

Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu 100 % tal-importazzjonijiet totali Tajwaniżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu fil-livell tal-kumpanija li kkooperat bl-ogħla marġni tad-dumping.

(233)

Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni proviżorju tad-dumping

Chang Chun Plastics Co., Ltd

10,8  %

Nan Ya Plastics Corporation

11,0  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajwan

11,0  %

3.5.   It-Tajlandja

3.5.1.   Valur normali

(234)

Il-valur normali għall-uniku produttur esportatur mit-Tajlandja, Aditya Birla Chemicals (Thailand), ġie stabbilit f’konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-taqsima 3.2.1 ta’ hawn fuq. B’riżultat ta’ dan, il-valur normali għall-maġġoranza tat-tipi ta’ prodotti esportati lejn l-Unjoni kien ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi effettivi. Il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għall-bqija tat-tipi, li nbiegħu fi kwantitajiet insuffiċjenti fuq is-suq domestiku.

3.5.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(235)

Aditya Birla Chemicals (Thailand) biegħ lis-suq tal-Unjoni kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta’ importatur relatat fl-Unjoni. Il-kumpanija relatata fl-Unjoni importat il-prodott ikkonċernat u jew (i) bigħitu mill-ġdid jew (ii) ipproċessatu aktar qabel ma bigħitu mill-ġdid. Fil-każ tal-aħħar, il-kumpanija relatata pproċessat il-prodott ikkonċernat billi fformulatu fuq il-bażi ta’ riċetti proprjetarji.

(236)

Għall-esportazzjonijiet diretti, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku kif spjegat fit-taqsima 3.2.2 ta’ hawn fuq.

(237)

Għall-esportazzjonijiet permezz ta’ importatur relatat fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Għall-esportazzjonijiet li ġew ipproċessati mill-importatur relatat, minbarra l-kostijiet SG&A u għal profitt kif deskritt fil-premessa (214), saru wkoll aġġustamenti għall-kostijiet tal-ipproċessar.

(238)

Fil-każ li t-tip ta’ prodott ikkonċernat inbiegħ flimkien ma’ prodotti oħra, (jew prodotti kkonċernati, jew prodotti mhux ikkonċernati), u fejn prezz unitarju wieħed intalab għall-prodotti kollha flimkien, il-prezz tal-bejgħ ġie allokat għall-komponenti fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni jew tal-prezz tax-xiri rispettiv tagħhom.

3.5.3.   Paragun

(239)

Kif spjegat fil-premessa (202), il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi/tal-gruppi esportaturi fuq il-bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

3.5.3.1.   Aġġustamenti magħmulin lill-valur normali

(240)

Sabiex il-valur normali jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġar u tat-tagħbija.

(241)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: l-ippakkjar, il-kummissjoni, il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji.

3.5.3.2.   Aġġustamenti magħmulin lill-prezz tal-esportazzjoni

(242)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba t-trasport, il-kostijiet tal-ħażna, id-dazji doganali, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u l-ispejjeż tat-tagħbija.

(243)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kummissjoni, il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji, il-prodotti mibjugħa f’kits, il-kostijiet tal-konverżjoni.

(244)

Għall-bejgħ dirett għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-kumpanija relatata fl-Unjoni kienet involuta wkoll fil-proċess tal-bejgħ bħala aġent li jaħdem fuq il-bażi ta’ kummissjoni. Għalhekk, sar aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ iffaċilitat mill-kumpanija relatata. L-aġġustament kien jikkonsisti fl-SG&A tal-kumpanija relatata rispettiva u għall-profitt kif deskritt fil-premessa (214).

3.5.4.   Marġnijiet tad-dumping

(245)

Għall-uniku produttur esportatur, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(246)

Il-livell ta’ kooperazzjoni kien għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera kienu jikkostitwixxu 100 % tal-importazzjonijiet totali Tajlandiżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu fl-istess livell bħal dak tal-uniku produttur esportatur.

(247)

Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni proviżorju tad-dumping

Aditya Birla Chemicals (Thailand) Limited

32,8  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajlandja

32,8  %

4.   DANNU

(248)

Fid-dawl tad-determinazzjoni tal-pajjiż kollu ta’ nuqqas ta’ dumping għall-Korea, il-Kummissjoni vvalutat id-dannu materjali fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, mit-Tajwan u mit-Tajlandja biss.

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(249)

Il-prodott simili kien manifatturat minn sitt gruppi ta’ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(250)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 249 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, ipprovduta mill-ilmentatur, fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif ukoll f’pubblikazzjoni tal-ispeċjalista tal-industrija IHS Markit/S &P Global (“S&P Global”) (87). Kif indikat fil-premessa (22), iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

(251)

Għall-finijiet ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni qieset bħala l-produtturi tal-Unjoni l-hekk imsejħa produtturi bażiċi ta’ reżini epossidiċi. Il-produtturi bażiċi jagħmlu reżini epossidiċi f’forma pura u likwida (“reżina likwida epossidika” jew “LER bażi”), li tinvolvi reazzjoni kumplessa prinċipalment bejn il-BPA u l-ECH. Il-kumpaniji li ma għandhomx il-kapaċità li jipproduċu l-LER bażi u sempliċiment jixtru l-LER bażi biex tirreaġixxi, iħalltuha jew jifformulawha aktar għal prodotti downstream, li mbagħad jintużaw b’mod ristrett jew jerġgħu jinbiegħu mill-ġdid, ma jitqisux li jiffurmaw parti mill-industrija tal-Unjoni. Approċċ bħal dan huwa konformi mal-prattika normali tal-industrija (ikkonfermata mill-konsulenza ewlenija tal-industrija IHS Markit/S&P Global) u konsistenti mal-fehmiet tal-ilmentatur (u ma ġewx ikkontestati minn partijiet interessati oħra).

(252)

Barra minn hekk, il-produzzjoni totali tal-Unjoni (tal-inqas għall-produtturi ilmentaturi, minħabba d-disponibbiltà ta’ data aktar dettaljata) ma tinkludix il-LER bażi użata internament għall-ipproċessar ulterjuri f’reżini avvanzati oħra (kemm il-LER kif ukoll reżini avvanzati li huma l-prodott ikkonċernat) biex jiġi evitat l-għadd doppju. Dan biex jiġi żgurat ukoll li speċifikament il-produzzjoni tar-reżini epossidiċi mibjugħa fis-suq ħieles tiġi inkluża fl-analiżi tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, ma ġie identifikat l-ebda użu ristrett jew bejgħ ristrett tar-reżini epossidiċi għall-produzzjoni ta’ prodotti downstream mill-prodott taħt investigazzjoni f’dan il-każ min-naħa tal-industrija tal-Unjoni.

(253)

Waħda mill-partijiet interessati, Sherwin Williams, identifikat lilha nnifisha (fost oħrajn) bħala produttur (manifattur toller) ta’ ċerti tipi ta’ reżina epossidika fl-Unjoni u produttur dirett tal-kisjiet tat-trab epossidiku. L-ewwel nett, il-kisjiet tat-trab epossidiku mhumiex koperti minn din l-investigazzjoni iżda prodott downstream mill-prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, il-produtturi tal-kisjiet tat-trab epossidiku mhumiex parti mill-industrija tal-Unjoni f’dan il-każ. Barra minn hekk u b’mod importanti, Sherwin Williams mhijiex produttur tal-epossi bażika peress li ma għandhiex il-kapaċità li tipproduċi l-LER bażi. Kif spjegat fil-premessa (251) hawn fuq, il-produtturi bażiċi tar-reżini epossidiċi biss tqiesu bħala produtturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku f’dan il-każ. Għal dawn ir-raġunijiet, Sherwin Williams ma tistax titqies bħala produttur tal-Unjoni ta’ reżini epossidiċi f’dan il-proċediment.

(254)

Barra minn hekk, CTP Advanced Material GmbH (“CTP”), sussidjarja Ġermaniża tal-produttur esportatur Tajlandiż, sostniet li l-produzzjoni ta’ CTP jenħtieġ li tiġi inkluża fil-produzzjoni tal-Unjoni, minħabba li hija involuta fil-produzzjoni ta’ kategorija speċjalizzata ta’ reżini epossidiċi. Kif deskritt fil-premessa (251), CTP ma tistax tiġi ttrattata bħala produttur tal-Unjoni, peress li ma wrietx li għandha l-kapaċità u l-abbiltà li tipproduċi l-LER bażi fl-Unjoni. Barra minn hekk, kif previst fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li CTP jenħtieġ li ma titqiesx bħala produttur tal-Unjoni minħabba li kienet relatata mal-produttur esportatur Tajlandiż.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(255)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, it-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-ilmentatur, S&P Global intelligence, u l-Eurostat.

(256)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

383 695

424 393

365 702

339 427

340 664

Indiċi

100

111

95

88

89

Sors:

il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, it-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-ilmentatur, S&P Global intelligence u l-Eurostat.

(257)

Il-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 % mill-2020 sal-2021. Ir-reżini epossidiċi huma materja prima importanti meħtieġa għall-produzzjoni taż-żebgħa u tal-kisi, u matul il-pandemija tal-COVID-19, il-konsum taż-żebgħa fl-Unjoni żdied malajr hekk kif il-konsumaturi bbenefikaw minn stil ta’ ħajja “stay-at-home” matul il-lockdowns.

(258)

Madankollu, id-domanda għall-epossi waqgħet taħt il-livelli tal-2020 fl-2022 biex kompliet tonqos fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tnaqqis fid-domanda rriżulta minn diversi fatturi, bħar-ritorn tas-suq għan-normalità wara l-irkupru mill-COVID-19 fis-settur tar-reżini epossidiċi, li wassal għat-tneħħija tal-istokk tal-inventarji eżistenti mill-klijenti.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(259)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet ta’ reżini epossidiċi li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġx li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(260)

Il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Turkija kien ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku u l-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ta’ 3,3 % għat-Tajwan, 4,5 % għat-Tajlandja u 9 % għaċ-Ċina, rispettivament.

(261)

Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, mit-Tajwan u mit-Tajlandja u bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodott simili tal-Unjoni kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kkompetew ma’ xulxin u mar-reżini epossidiċi prodotti fl-Unjoni minħabba li fil-biċċa l-kbira għandhom l-istess karatteristiċi u jinbiegħu lil kategoriji simili ta’ klijenti. Il-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati dejjem ibigħu f’volumi kbar l-epossi bażi fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, huwa nnotat li ħlief għal xi reżini ta’ speċjalità, ir-reżini epossidiċi huma ġeneralment prodotti ta’ komodità li huma komparabbli irrispettivament mill-oriġini tagħhom. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kollha kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’rata sinifikanti u segwew xejriet tal-prezzijiet fil-biċċa l-kbira simili matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu.

(262)

Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet miċ-Ċina, mit-Tajwan u mit-Tajlandja ġew eżaminati b’mod kumulattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu.

(263)

Aditya Birla oġġezzjona għall-valutazzjoni kumulattiva fir-rigward tat-Tajlandja u argumenta li l-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn l-Unjoni kienu fil-livell de minimis. Aditya Birla rrefera għall-importazzjonijiet Żvizzeri fl-Unjoni, li kienu ferm ogħla mill-importazzjonijiet Tajlandiżi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, skont l-esportatur Tajlandiż, l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr il-pajjiżi kkonċernati kienu ħafna ogħla minn dawk mill-pajjiżi kkonċernati fil-perjodu kkonċernat u fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(264)

Akzo Nobel sostniet ukoll li kien hemm differenza materjali bejn l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi tar-reżina epossidika minn naħa waħda u l-esportaturi mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati min-naħa l-oħra u li b’kuntrast mal-importazzjonijiet Ċiniżi tar-reżina epossidika, l-importazzjonijiet Tajwaniżi u Tajlandiżi kienu stabbli jew ħafna aktar baxxi. Skont Akzo Nobel, il-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet għalhekk ma kinitx xierqa fid-dawl ta’ kundizzjonijiet differenti ta’ kompetizzjoni.

(265)

L-ewwel nett, is-sitwazzjoni tal-esportaturi Tajwaniżi u Tajlandiżi hija simili għal dik tal-esportaturi Ċiniżi – kollha kienu qed jiddampjaw ir-reżini epossidiċi tagħhom fis-suq tal-Unjoni u kienu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, filwaqt li jbigħu prodotti simili u jikkompetu bejniethom kif ukoll kontra l-prodotti tal-Unjoni. It-tieni nett, kif stabbilit fil-premessi minn (260) sa (262), il-kundizzjonijiet għall-akkumulazzjoni tal-importazzjonijiet Tajlandiżi, Tajwaniżi u Ċiniżi ġew issodisfati f’dan il-każ u għalhekk l-importazzjonijiet ġew ivvalutati fuq livell aggregat. It-tielet nett, is-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiż terz hija irrilevanti għall-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni vvalutat l-importazzjoni minn pajjiżi terzi (inkluża l-Iżvizzera) fit-Taqsima 5.2.1, relatata mal-kawżalità. Bħala konklużjoni, l-argumenti ta’ Aditya Birla u ta’ Akzo Nobel ġew miċħuda proviżorjament.

4.3.2.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(266)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjoni mal-konsum tas-suq tal-Unjoni (ara t-Tabella 2 hawn fuq).

(267)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tad-dannu f’dan il-każ, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet għall-kodiċi NM 3907 30 00 biss (reżini epossidiċi). Waqt il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, seta’ kien hemm importazzjonijiet tal-epossi limitati ħafna taħt il-kodiċijiet NM 2910 90 00 , 3824 99 92 u 3824 99 93 . Dawn huma kodiċijiet “ġenerali” ta’ komoditajiet li jinkludu wkoll prodotti għajr reżini epossidiċi. Barra minn hekk, ġie konkluż fuq il-bażi tal-informazzjoni mill-ilmentatur u wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li l-operaturi ma kinux qed jużaw il-kodiċi NM 2910 90 00 biex jimportaw reżini epossidiċi fl-Unjoni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-importazzjonijiet taħt il-kodiċijiet NM 3824 99 92 u 3824 99 93 ikunu biss teoretiċi, peress li huma relatati mal-hekk imsejħa aġenti solidifikanti (mhux il-prodott taħt investigazzjoni). Għalhekk, jekk l-importazzjonijiet taħt dawn il-kodiċijiet “ġenerali” jitqiesu bħala importazzjonijiet tar-reżina epossidika, dan ma jkunx xieraq peress li dan ifixkel ħafna l-istampa tad-dannu, inklużi b’mod partikolari x-xejriet tal-importazzjoni, is-sehem mis-suq u ċ-ċifri tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Konsegwentement, fin-nuqqas ta’ metodu ieħor aktar preċiż għad-determinazzjoni tal-volum tal-importazzjoni u tal-livelli tal-prezzijiet f’dan il-każ, l-istatistika tal-Eurostat għall-importazzjonijiet taħt il-kodiċijiet NM 2910 90 00 , 3824 99 92 u 3824 99 93 ġiet injorata għall-valutazzjoni tad-dannu. Sussegwentement intużat biss l-istatistika tal-Eurostat għall-kodiċi NM 3907 30 00 , li jkopri biss ir-reżini epossidiċi. Dan l-approċċ intuża fl-Ilment u ma kienx ikkontestat mill-partijiet interessati (88). L-istatistika dwar l-importazzjoni użata għall-każ preżenti hija wkoll konsistenti mal-S&PGlobal intelligence.

(268)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Iċ-Ċina

Volum ta’ importazzjonijiet

2 025

13 354

21 064

30 500

30 799

Indiċi

100

659

1 040

1 506

1 521

Sehem mis-suq

0,5  %

3,1  %

5,8  %

9,0  %

9,0  %

Indiċi

100

596

1 091

1 703

1 713

It-Tajlandja

Volum ta’ importazzjonijiet

4 944

6 078

4 878

13 721

15 398

Indiċi

100

123

99

278

311

Sehem mis-suq

1,3  %

1,4  %

1,3  %

4,0  %

4,5  %

Indiċi

100

111

104

314

351

It-Tajwan

Volum ta’ importazzjonijiet

6 557

16 063

16 873

12 346

11 352

Indiċi

100

245

257

188

173

Sehem mis-suq

1,7  %

3,8  %

4,6  %

3,6  %

3,3  %

Indiċi

100

221

270

213

195

Il-pajjiżi kollha kkonċernati

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

13 526

35 495

42 814

56 567

57 549

Indiċi

100

262

317

418

425

Sehem mis-suq

3,5  %

8,4  %

11,7  %

16,7  %

16,9  %

Indiċi

100

237

332

473

479

Sors:

L-Eurostat

(269)

F’termini assoluti, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’aktar minn 44 000 tunnellata, li huwa kważi 13 % tal-konsum totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq totali tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati żdied minn 3,5 % fl-2020 għal 16,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu aktar minn erba’ darbiet ogħla fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mal-2020. L-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu bi 28 774 tunnellata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u laħqu sehem mis-suq ta’ 9 % (żieda minn 0,5 % fl-2020). L-importazzjonijiet Tajlandiżi żdiedu b’10 454 tunnellata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u laħqu sehem mis-suq ta’ 4,5 % (żieda minn 1,3 % fl-2020). L-importazzjonijiet Tajwaniżi żdiedu b’4 795 tunnellata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u laħqu sehem mis-suq ta’ 3,3 % (żieda minn 1,7 % fl-2020). Filwaqt li abbażi tal-istatistika tal-Eurostat, l-importazzjonijiet Tajwaniżi naqsu minn 4,6 % fl-2022 għal 3,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-volumi tal-importazzjoni għat-Tajwan huma sottovalutati b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba żbalji li saru fid-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni (użu tal-kodiċi NM żbaljat). Id-data vverifikata miż-żewġ produtturi Tajwaniżi magħrufin issuġġeriet li l-importazzjonijiet Tajwaniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ogħla milli muri fl-istatistika tal-importazzjoni. Konsegwentement, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Tajwaniżi għandu jkun fil-fatt ogħla.

4.3.3.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz

(270)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju pprovduti mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kif ukoll tweġibiet minn importaturi mhux relatati (għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni).

(271)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Iċ-Ċina

Prezz medju

3 601

4 292

3 985

2 312

2 173

Indiċi

100

119

111

64

60

It-Tajlandja

Prezz medju

2 440

3 618

4 761

2 914

2 632

Indiċi

100

148

195

119

108

It-Tajwan

Prezz medju

2 333

3 946

4 045

2 638

2 489

Indiċi

100

169

173

113

107

Il-pajjiżi kollha kkonċernati

Prezz medju ponderat

2 562

4 020

4 097

2 529

2 358

Indiċi

100

157

160

99

92

Sors:

L-Eurostat

(272)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi l-ewwel żdied fl-2021, u laħaq EUR 4 292/tunnellata (minn EUR 3 601/tunnellata fl-2020), imbagħad naqas għal EUR 3 985/tunnellata fl-2022, u mbagħad naqas b’mod drammatiku għal EUR 2 312/tunnellata fl-2023 u EUR 2 173/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Tajlandiżi u Tajwaniżi żdied drastikament fl-2021 sal-2022, u laħaq EUR 3 618/tunnellata u EUR 4 761/tunnellata rispettivament għall-importazzjonijiet Tajlandiżi (minn EUR 2 440/tunnellata fl-2020) u EUR 3 946/tunnellata u EUR 4 045/tunnellata rispettivament għall-importazzjonijiet Tajwaniżi (minn EUR 2 333/tunnellata fl-2020) segwit minn tnaqqis drammatiku għal EUR 2 914/tunnellata (it-Tajlandja) u EUR 2 638/tunnellata (it-Tajwan) rispettivament fl-2023 u EUR 2 632/tunnellata (it-Tajlandja) u EUR 2 489/tunnellata (it-Tajwan) rispettivament fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(273)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz ta’ unità medju tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati naqas bi 8 %. Fl-2020, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kellhom prezz ogħla jew madwar il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni osservati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif muri fit-Tabella 4 u fit-Tabella 8. Madankollu, mill-2021 u mingħajr interruzzjoni sa tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati kienu konsistentement taħt dawk tal-produtturi tal-Unjoni, spiss b’marġni kbir (pereżempju fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet Ċiniżi kienu 40 %, il-prezzijiet Tajlandiżi kienu 27 % u l-prezzijiet Tajwaniżi kienu 31 % taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni).

(274)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ntalbu lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell tal-fabbrika; u

(2)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi, Tajlandiżi u Tajwaniżi li kkooperaw inklużi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, assigurazzjoni u trasport (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(275)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ negozju. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 25 % u 28 % għall-produtturi Ċiniżi, marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ 23 % għall-produttur Tajlandiż, marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz bejn 20 % u 25 % għall-produtturi Tajwaniżi u twaqqigħ tal-prezz medju ponderat kumulattiv ta’ 27 %, 23 % u 20 % għall-produtturi inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina, fit-Tajlandja u fit-Tajwan rispettivament.

(276)

Fi kwalunkwe każ, irrispettivament mis-sejbiet dwar it-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni osservat li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping wasslu wkoll għal tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet (kif rifless mill-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-industrija tal-Unjoni biegħet reżina epossidika taħt il-kost tal-produzzjoni tagħha.

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(277)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(278)

Kif imsemmi fil-premessa (22), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(279)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi għall-ilmentatur abbażi tad-data li tinsab fil-kwestjonarju makro ppreżentat mill-ilmentatur u tal-informazzjoni li nkisbet matul iż-żjarat ta’ verifika. Id-data għall-bqija tal-produtturi tal-Unjoni ġiet stmata abbażi tad-data ta’ S&P Global intelligence użata flimkien mad-data mill-ilmentatur. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kemm is-settijiet tad-data makroekonomiċi kif ukoll dawk mikroekonomiċi nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(280)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(281)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(282)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ (i) data makro vverifikata mill-ilmentatur għall-produtturi tal-Unjoni rrappreżentati mill-ilmentatur u (ii) stimi bl-użu tad-data tal-S&P Global intelligence għall-kumplament tal-produtturi tal-Unjoni.

(283)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità (89) żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

407 176

430 283

302 875

241 717

248 693

Indiċi

100

106

74

59

61

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

748 398

742 270

745 991

707 282

708 202

Indiċi

100

99

100

95

95

Użu tal-kapaċità

68  %

72  %

50  %

44  %

45  %

Indiċi

100

105

73

64

66

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju makro, Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, S&P Global intelligence.

(284)

Il-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni turi xejra ’l isfel ċara li tibda mill-2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, wara żieda ta’ 6 % fil-produzzjoni bejn l-2020 u l-2021. Filwaqt li l-lockdowns tal-pandemija u l-ekonomija “stay-at-home” fl-2020 u fl-2021 wasslu għal tkabbir enormi fid-domanda għaż-żebgħa u għall-kisi (l-applikazzjoni ewlenija tar-reżina epossidika), it-titjib fid-disponibbiltà tal-provvista mill-Asja u l-pressjoni li rriżultat miż-żieda fl-importazzjonijiet, flimkien mat-tneħħija tal-istokk tal-inventarji wasslu għal tnaqqis qawwi fil-produzzjoni tal-Unjoni mill-2022 ’il quddiem.

(285)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli, ħlief għal tnaqqis żgħir ta’ 5 % fl-2023 għall-perjodu ta’ investigazzjoni kkawżat minn kwistjoni ta’ manutenzjoni f’wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fl-2023.

(286)

L-użu tal-kapaċità baqa’ stabbli fl-2020 u fl-2021 filwaqt li wera tnaqqis sinifikanti mill-2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, meta waqa’ taħt il-50 %. L-użu tal-kapaċità naqas mill-2022 ’il quddiem minħabba tnaqqis qawwi fil-produzzjoni (ara l-premessa (284) hawn fuq).

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(287)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

259 759

273 030

210 733

174 965

178 157

Indiċi

100

105

81

67

69

Sehem mis-suq

68  %

64  %

58  %

52  %

52  %

Indiċi

100

95

85

76

77

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju makro, Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, S&P Global intelligence.

(288)

Il-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni juri varjazzjonijiet sinifikanti bejn il-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni (2020-2021) u l-perjodu 2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Filwaqt li l-volum tal-bejgħ żdied fl-2021 b’5 % minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 flimkien maż-żieda fid-domanda għar-reżini epossidiċi, din iż-żieda temporanja ġiet segwita mit-tnaqqis gradwali fil-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni matul il-bqija tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bit-tnaqqis jilħaq aktar minn 30 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-2020. Tali evoluzzjoni kienet dovuta għat-tnaqqis fid-domanda flimkien mal-fluss dejjem akbar tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

(289)

Fir-rigward tal-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, ix-xejra negattiva ġenerali hija viżibbli b’mod ċar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu, filwaqt li t-telf tas-sehem mis-suq huwa l-aktar impressjonanti fuq bażi annwalizzata bejn il-perjodu 2021 u 2023/il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-industrija tal-Unjoni tilfet 6 punti perċentwali kull sena fis-sehem tagħha mis-suq tal-Unjoni. B’mod ġenerali, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 68 % għal 52 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(290)

It-telf tas-sehem mis-suq f’suq bi tnaqqis fil-konsum aggrava l-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ta’ epossi mill-pajjiżi kkonċernati, li kiseb sehem mis-suq (ara l-premessa (269)) għad-detriment tal-produtturi tal-Unjoni.

4.4.2.3.   Tkabbir

(291)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’31 %. Il-konsum kien pjuttost volatili, b’żieda ta’ 11 % fl-2021. Il-konsum tal-Unjoni mbagħad wera tnaqqis mill-2022 ’il quddiem, flimkien ma’ tnaqqis saħansitra ogħla fil-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni u b’żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. B’konsegwenza ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq f’dan is-suq li qed jiċkien, għall-kuntrarju tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(292)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Numru ta’ impjegati

1 402

1 394

1 421

1 432

1 423

Indiċi

100

99

101

102

102

Produttività (tunnellata/impjegat)

291

309

213

169

175

Indiċi

100

106

73

58

60

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju makro, Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, S&P Global intelligence.

(293)

L-għadd ta’ impjegati baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (+ 2 %). Dan huwa konsistenti ma’ kapaċità stabbli ta’ produzzjoni peress li l-għadd ta’ impjegati meħtieġa biex joperaw l-impjanti ma jvarjax skont ir-rata tal-użu tal-kapaċità.

(294)

Il-produttività għal kull impjegat kellha xejra negattiva fl-2022. Is-sitwazzjoni kompliet tmur għall-agħar fl-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-produttività baxxa mill-2022 ’il quddiem kienet riżultat tal-kombinazzjoni ta’ numri stabbli tal-għadd ta’ persunal matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni mal-livelli baxxi ta’ produzzjoni. B’mod ġenerali, il-produttività f’tunnellati għal kull impjegat naqset b’40 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping tal-passat

(295)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(296)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(297)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Prezz medju ta’ bejgħ ta’ unità lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

[2 162 – 2 512 ]

[4 116 – 4 801 ]

[5 192 – 6 057 ]

[3 684 – 4 297 ]

[3 250 – 3 792 ]

Indiċi

100

191

241

171

151

Kost tal-produzzjoni ta’ unità (EUR/ tunnellata)

[2 367 – 2 762 ]

[2 679 – 3 126 ]

[4 599 – 5 366 ]

[4 559 – 5 318 ]

[4 121 – 4 808 ]

Indiċi

100

113

194

193

174

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(298)

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni kien volatili ħafna matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda fid-domanda, flimkien mat-tfixkil fil-katina tal-provvista u ż-żieda fl-inflazzjoni fl-2021 u l-2022 irriżultaw f’żieda notevoli fil-prezzijiet li qabżet iż-żieda fil-kostijiet. Madankollu, din ix-xejra ma kinitx sostnuta u wara li nħolqot il-kriżi tal-enerġija fl-Unjoni fl-2022, flimkien mat-tneħħija tal-istokk tal-inventarji mix-xerrejja u l-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, is-sitwazzjoni malajr iddeterjorat fl-2023, meta l-produtturi tal-Unjoni sempliċiment ma setgħux jassorbu ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Dan irriżulta f’sitwazzjoni ta’ prezzijiet tal-bejgħ baxxi tal-produtturi tal-Unjoni fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni li kienu taħt il-kost tal-produzzjoni f’dawk il-perjodi.

(299)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kost tal-produzzjoni ra korrezzjoni ladarba l-kriżi tal-enerġija naqset, iżda l-prezz tal-bejgħ naqas saħansitra b’mod aktar drastiku kif muri fit-Tabella 8 (fil-perjodu ta’ investigazzjoni u meta mqabbel mal-2022, il-kost tal-produzzjoni naqas b’10 % iżda l-prezz medju tal-bejgħ naqas b’marġni akbar, jiġifieri b’37 %). B’riżultat ta’ dan, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu qed joperaw b’telf sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Id-disparità kbira bejn il-kost tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni turi l-kobor tal-impatt li l-importazzjonijiet dejjem akbar u oġġett ta’ dumping kellhom fuq l-imġiba tas-suq, il-politika tal-ipprezzar u l-kompetittività tal-produtturi tal-Unjoni.

(300)

B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b’51 %, filwaqt li din iż-żieda kienet issuperata miż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni (żieda ta’ 74 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni).

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(301)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

[108 781 – 126 911 ]

[115 950 – 135 275 ]

[127 900 – 149 217 ]

[105 066 – 122 577 ]

[105 166 – 122 694 ]

Indiċi

100

107

118

97

97

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(302)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat kien relattivament stabbli, u naqas bi 3 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni ma tqisx li l-evoluzzjoni tal-kost lavorattiv medju b’xi mod taffettwa l-valutazzjoni tad-dannu f’dan il-każ.

4.4.3.3.   Inventarji

(303)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Inventarji

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

[19 743 – 22 860 ]

[32 515 – 37 649 ]

[21 329 – 24 697 ]

[18 479 – 21 397 ]

[25 612 – 29 656 ]

Indiċi

100

165

108

94

130

Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

8,8  %

13,2  %

14,8  %

16,0  %

20,8  %

Indiċi

100

150

169

182

236

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(304)

L-istokks tal-għeluq ta’ tmiem is-sena bħala perċentwal tal-produzzjoni żdiedu minn 8,8 % fl-2020 għal 16 % fl-2023 u saħansitra 20,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-impatt tal-importazzjonijiet għoljin mill-pajjiżi kkonċernati, flimkien ma’ kundizzjonijiet tas-suq mhux favorevoli nħassu l-aktar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(305)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

[-2,2 – -1,6 ] %

[34,2 – 45,6 ] %

[11,7 – 15,6 ] %

[-25,3 – -18,4 ] %

[-37,4 – -27,2 ] %

Indiċi

100

1 899

627

-1 141

-1 672

Fluss ta’ flus (EUR)

[25 421 000 – 29 658 ]

[265 732 000 – 310 021 000 ]

[164 278 000 – 191 657 000 ]

[-26 506 000 – -22 892 000 ]

[- 101 026 000 – -87 250 000 ]

Indiċi

100

1 045

646

-85

- 325

Investimenti (EUR)

[18 003 000 – 21 003 000 ]

[16 853 000 – 19 661 000 ]

[17 330 000 – 20 219 000 ]

15 122 000 – 17 642 000 ]

[15 090 000 – 17 605 000 ]

Indiċi

100

94

96

84

84

Redditu fuq l-investimenti

-4  %

150  %

63  %

-66  %

-93  %

Indiċi

100

3 378

1 405

-1 472

-2 086

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(306)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Filwaqt li s-sitwazzjoni ta’ telf fl-2020 kienet xprunata mir-rispons inizjali tas-suq għall-pandemija tal-COVID-19, il-profittabbiltà rpiljat malajr u laħqet livelli eċċezzjonali fl-2021 peress li l-pandemija tal-COVID-19 fl-aħħar mill-aħħar wasslet għal spinta fid-domanda għall-prodotti li fihom l-epossi u t-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista rriżulta fi ssikkar tal-provvista. Filwaqt li l-profittabbiltà miksuba fl-2022 kienet diġà naqset b’aktar min-nofs mill-kriżi emerġenti tal-enerġija, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irnexxielhom jgħaddu ż-żieda sinifikanti fil-kostijiet lix-xerrejja fl-Unjoni. Madankollu, mill-2023, is-sitwazzjoni saret insostenibbli għall-produtturi tal-Unjoni peress li esperjenzaw tnaqqis sinifikanti fir-rati operattivi li wassal għal kostijiet ta’ unità fissi ogħla u tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ, li wassal għal sitwazzjoni ta’ telf kbir fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(307)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. L-analiżi tal-fluss tal-flus nett turi xejra ’l isfel mill-2021 u tnaqqis sinifikanti fl-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-fluss tal-flus kien negattiv għall-ewwel darba matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-produtturi inklużi fil-kampjun dewmu xi investimenti jew ipposponew xi manutenzjoni mhux essenzjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda dawn il-miżuri ma kinux biżżejjed biex jiġu evitati flussi ta’ flus negattivi.

(308)

Filwaqt li l-investimenti kienu relattivament stabbli fil-perjodu 2020-2022, dawn urew xejra ta’ tnaqqis fl-2023-il-perjodu ta’ investigazzjoni, b’mod simili għal indikaturi prinċipali oħra tad-dannu.

(309)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Fid-dawl tal-iżviluppi deskritti hawn fuq, dan kien qed jonqos kontinwament mill-2021 sa tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u naqas minn ċifra b’saħħitha ta’ +63 % fl-2022 għal -93 % negattiv profond fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(310)

Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jiġġeneraw il-kapital kienet affettwata serjament mid-deterjorament fil-prestazzjoni ekonomika tagħhom lejn tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u mill-prospetti inċerti tas-suq.

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(311)

Il-makroindikaturi ewlenin urew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Il-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni naqas b’39 %, l-użu tal-kapaċità b’34 %, il-volum tal-bejgħ tal-Unjoni b’31 % u l-produttività b’40 %. Filwaqt li l-indikaturi msemmija wrew xejra pożittiva fl-2021 meta mqabbla mal-2020, dawn imbagħad baqgħu jonqsu b’mod drammatiku għall-bqija tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(312)

Tista’ titfassal stampa simili għall-mikroindikaturi. Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni kienet pożittiva bejn l-2021 u l-2022 iżda bdiet tonqos minn hemm ’il quddiem u l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Bl-istess mod, il-fluss tal-flus li kien pożittiv mill-2020 sal-2022, sar negattiv fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-istokks tal-għeluq fi tmiem is-sena bħala perċentwal tal-produzzjoni telgħu aktar minn 15 % fit-tieni parti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, meta l-impatt taż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kien diġà nħass mill-industrija tal-Unjoni.

(313)

Il-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu aktar minn erba’ darbiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum annwali ta’ 43 031 tunnellata fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet annwali mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’44 023 tunnellata matul l-istess perjodu, li wassal biex l-esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati jżidu s-sehem mis-suq ikkombinat tagħhom minn 3,5 % fl-2020 għal 16,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni peress li l-prezzijiet tagħhom waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-2021 ’il quddiem. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz tal-esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati kienu sinifikanti u varjaw bejn 20-28 %. (kif definit fil-premessa (275)).

(314)

L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw ukoll tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tbigħ bi prezzijiet li jkopru l-kost tal-produzzjoni tagħha u bdiet tagħmel it-telf fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(315)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-investimenti netti naqsu b’16 % u r-redditu fuq l-investiment kif ukoll il-fluss tal-flus saru negattivi mill-2023. Minkejja li l-għadd ta’ impjegati żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bi 2 %, il-produttività naqset b’40 % matul l-istess perjodu, li rriżulta f’kost lavorattiv ogħla għal kull tunnellata ta’ reżina epossidika prodotta. Minn dan isegwi li filwaqt li l-livelli tal-impjiegi kienu stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni qed tiffaċċja pressjoni sinifikanti biex iżżomm il-forza tax-xogħol tagħha peress li qed topera b’kapaċitajiet imnaqqsa b’mod sinifikanti minħabba l-fluss massiv ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(316)

Kif stabbilit hawn fuq, l-indikaturi finanzjarji bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment iddeterjoraw b’mod drammatiku matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn l-iżviluppi negattivi affettwaw il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tagħmel kwalunkwe investiment sinifikanti u li tiġġenera l-kapital, u b’hekk impedixxiet it-tkabbir tagħha.

(317)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(318)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra barra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi inkluża l-Korea, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, l-effetti tal-kriżi tal-enerġija u ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(319)

Il-kwantitajiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni żdiedu b’erba’ darbiet, minn 13 526 tunnellata fl-2020 għal 57 549 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Din iż-żieda qawwija, kif spjegat fil-premessa (313), ġrat fl-istess waqt ta’ tnaqqis ta’ 11 % fil-konsum domestiku filwaqt li l-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’31 % matul l-istess perjodu.

(320)

B’riżultat ta’ dan, fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-pajjiżi kkonċernati żdied minn 3,5 % għal 16,9 %. Sadanittant, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas kontinwament minn 68 % fl-2020 għal 52 % biss fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(321)

Il-perjodu 2020-2021 kien milqut mill-pandemija tal-COVID-19, interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista u żieda straordinarja fid-domanda għal prodotti li fihom l-epossi, li għenet lill-produtturi tal-Unjoni jirribattu l-effetti dannużi taż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Madankollu, l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping saru aktar evidenti mill-2022 ’il quddiem meta l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati baqgħu jżidu s-sehem mis-suq tagħhom f’suq li qed jiċkien, u b’hekk eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni li qed tbati. Filwaqt li fl-2022 il-produtturi tal-Unjoni xorta rnexxielhom jiksbu profitti tajbin, il-pressjoni miż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping ferm taħt il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma baqgħetx sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid aktar il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tgħaddi lill-klijenti l-kost dejjem akbar tal-materja prima minħabba li ffaċċjat kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Sabiex jittaffa t-telf fil-volumi tal-produzzjoni u fis-sehem mis-suq, il-produtturi tal-Unjoni ġew imġiegħla jnaqqsu l-prezzijiet għad-detriment tal-profittabbiltà tagħhom. Tabilħaqq, filwaqt li kienet profittabbli fl-2021-2022, l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel telf kbir fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku.

(322)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod proviżorju li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Tali dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz.

(323)

Cortex affermat li filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi jaffettwaw il-kummerċ fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li teskludi l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra kkonċernati mill-ambitu tal-proċedimenti. Aditya Birla argumenta wkoll li ż-żieda fl-importazzjonijiet kienet prinċipalment mill-pajjiżi kkonċernati għajr it-Tajlandja (minħabba l-benefiċċji riċevuti mill-prezzijiet tal-enerġija ssussidjati), li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajlandiża u tal-importazzjoni CIF kienu ogħla minn dawk tal-pajjiżi l-oħra kkonċernati u li kwalunkwe dannu kien prinċipalment dovut għall-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(324)

Kif stabbilit fit-Taqsima 4.3.1, l-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kkonċernati f’dan il-każ huma vvalutati b’mod kumulattiv u kif ġie konkluż fil-premessi preċedenti, instab li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kollha kkonċernati (iċ-Ċina, it-Tajlandja, it-Tajwan). Barra minn hekk, u anki meta vvalutati individwalment, filwaqt li r-rata ta’ żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif ukoll il-livell tat-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienu aktar prominenti meta mqabbla mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati, jirriżulta mill-premessi (269) u minn (272) sa (276) li x-xejriet osservati għall-importazzjonijiet Tajlandiżi u Tajwaniżi jappoġġaw bl-istess mod il-konklużjoni li dawk ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, bħala riżultat kemm taż-żieda fil-volumi tagħhom kif ukoll tal-livelli tal-prezzijiet tagħhom, li huwa muri b’mod ċar mit-twaqqigħ tal-prezz sinifikanti li nstab fil-konfront tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ta’ Cortex u ta’ Aditya Birla ġew miċħuda b’mod proviżorju.

(325)

PPG argumentat li l-profittabbiltà tal-produtturi lmentaturi żdiedet bil-volum tal-importazzjoni (bejn l-2020 u l-2021) u bdiet tonqos b’mod sinifikanti filwaqt li l-volum tal-importazzjoni żdied biss b’mod diskret (bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni). Skont PPG, dan juri n-nuqqas ta’ korrelazzjoni bejn ir-reżini epossidiċi importati mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(326)

L-ewwel nett, issir referenza għall-kuntest deskritt u s-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessa (321) hawn fuq. It-tieni, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ PPG, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu qed jiżdiedu b’mod kostanti u b’rata sinifikanti kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni (għalhekk mhux biss bejn l-2020 u l-2021), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni kien qed jonqos u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (minbarra l-Korea) kienu fil-biċċa l-kbira stabbli. Iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienet ferm ’il bogħod minn diskreta bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni – is-sehem mis-suq tal-Unjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet laħaq 16,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel ma’ 8,4 % fl-2021. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ PPG ġiet miċħuda b’mod proviżorju.

(327)

PPG sostniet ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati, ħlief għaċ-Ċina, żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jqajjem dubji serji li dawk l-importazzjonijiet setgħu kienu responsabbli għad-dannu mġarrab.

(328)

L-affermazzjoni ta’ PPG instabet li kienet qarrieqa. Filwaqt li huwa minnu li meta mqabbla mal-2020, il-prezzijiet għat-Tajlandja u t-Tajwan żdiedu, l-analiżi sena b’sena wriet li l-prezzijiet żdiedu fl-2021 u fl-2022, u naqsu drastikament fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, ix-xejriet tal-prezzijiet ma jistgħux jitqiesu b’mod iżolat minn indikaturi oħra tad-dannu u mid-dinamika ġenerali tas-suq. F’dan il-każ, ix-xejra osservata jeħtieġ li titqies f’kuntest ta’ żieda fil-kostijiet tal-materja prima u l-pressjoni inflazzjonarja. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati (inklużi t-Tajwan u t-Tajlandja) meta mqabbla mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni juru twaqqigħ sinifikanti tal-prezzijiet. Għalhekk, l-argument ta’ PPG ġie miċħud b’mod proviżorju.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħra

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(329)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-Korea

Volum (tunnellati)

42 271

42 590

43 772

53 735

52 382

 

Indiċi

100

101

104

127

124

 

Sehem mis-suq

11  %

10  %

12  %

16  %

15  %

 

Prezz medju

2 143

3 962

4 590

2 908

2 684

 

Indiċi

100

185

214

136

125

L-Iżvizzera

Volum (tunnellati)

34 166

40 716

33 930

28 245

27 396

 

Indiċi

100

119

99

83

80

 

Sehem mis-suq

8,9  %

9,6  %

9,3  %

8,3  %

8,0  %

 

Prezz medju

4 383

4 573

6 170

6 318

6 236

 

Indiċi

100

104

141

144

142

L-Indja

Volum (tunnellati)

10 832

11 251

14 686

7 339

7 243

 

Indiċi

100

104

136

68

67

 

Sehem mis-suq

2,8  %

2,73  %

4,0  %

2,2  %

2,1  %

 

Prezz medju

1 939

3 716

4 159

3 336

3 170

 

Indiċi

100

192

215

172

163

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

23 142

21 310

19 767

18 576

17 935

 

Indiċi

100

92

85

80

78

 

Sehem mis-suq

6,0  %

5,0  %

5,4  %

5,5  %

5,3  %

 

Prezz medju

5 327

7 114

9 480

9 799

10 081

 

Indiċi

100

134

178

184

189

Total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiżi kkonċernati

Volum (tunnellati)

110 411

115 868

112 155

107 895

104 957

 

Indiċi

100

105

102

98

95

 

Sehem mis-suq

29  %

27  %

31  %

32  %

31  %

 

Prezz medju

3 484

4 733

5 874

5 016

4 909

 

Indiċi

100

136

169

144

141

Sors:

L-Eurostat.

(330)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-uniċi pajjiżi terzi li minnhom ġew importati volumi sinifikanti ta’ reżini epossidiċi fl-Unjoni kienu l-Korea, l-Iżvizzera u l-Indja.

(331)

B’mod ġenerali, il-pajjiżi terzi għajr il-pajjiżi kkonċernati flimkien kellhom sehem mis-suq tal-Unjoni ta’ bejn 27 % u 32 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, is-sehem mis-suq baqa’ stabbli bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping inħassu l-aktar. Barra minn hekk, f’numri assoluti, il-volumi tal-importazzjoni baqgħu relattivament stabbli meta l-2020 titqabbel mal-perjodu ta’ investigazzjoni.

(332)

Meta wieħed iħares lejn l-importaturi individwalment, il-Korea kienet tirrappreżenta kważi nofs l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Is-sehem mis-suq Korean varja bejn 11 % fl-2020 u 15 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni u ra żieda ġenerali ta’ 4 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-2020, ukoll għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet Koreani kienu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet Koreani ċertament ikkontribwew għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni (speċjalment fid-dawl tal-ishma mis-suq fis-suq tal-Unjoni) fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, u l-iżvilupp tagħhom matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ma jistax jiġi konkluż li l-importazzjonijiet mill-Korea kienu kapaċi jnaqqsu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu materjali li kkawżaw lill-industrija tal-Unjoni.

(333)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet Żvizzeri u Indjani, il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu bi 42 % u 63 % rispettivament matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u mill-2022 ’il quddiem, il-prezzijiet tagħhom kienu konsistentement ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk u b’mod importanti, l-ishma mis-suq kemm tal-Iżvizzera kif ukoll tal-Indja naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (minn 8,9 % għal 8 % fil-każ tal-Iżvizzera u minn 2,8 % għal 2,1 % fil-każ tal-Indja) u għalhekk dawn l-importazzjonijiet ma jistgħux ikunu l-kawża tad-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. Flimkien ma’ dan, fil-każ tal-Iżvizzera, il-prezzijiet fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienu ogħla jew ekwivalenti għal dawk tal-produtturi tal-Unjoni.

(334)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet mill-Korea kkontribwew għad-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni, madankollu mhux sal-punt li jiksru r-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(335)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

 

2020

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-esportazzjoni lil klijenti mhux relatati (tunnellati)

[56 905 – 65 890 ]

[53 455 – 61 895 ]

[40 480 – 46 872 ]

[27 036 – 31 305 ]

[27 538 – 31 885 ]

Indiċi

100

94

71

48

48

Prezz medju (tunnellati)

[2 157 – 2 497 ]

[3 826 – 4 430 ]

[5 005 – 5 795 ]

[3 905 – 4 522 ]

[3 467 – 4 014 ]

Indiċi

100

177

232

181

161

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(336)

B’mod simili għall-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ domestiku, il-volumi tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni segwew l-istess xejra bħall-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, hekk kif żdiedu fl-2021 u fl-2022 qabel ma naqsu b’mod sinifikanti fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(337)

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi mill-pajjiżi kkonċernati huma attivi wkoll fis-swieq tal-esportazzjoni tradizzjonali tal-Unjoni, u dan jispjega l-isfidi ffaċċjati mill-industrija tal-Unjoni biex iżżomm il-volumi u l-prezzijiet fis-swieq tal-esportazzjoni wkoll.

(338)

Barra minn hekk, fil-perjodu 2020-2022 meta l-Unjoni rnexxielha tegħleb l-isfida tal-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati, il-prezzijiet domestiċi tal-produtturi tal-Unjoni kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni; madankollu, is-sitwazzjoni treġġgħet lura fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-2023, meta l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kienu l-aktar evidenti. Għalhekk, f’sitwazzjoni tad-dannu materjali, meta l-prezzijiet tal-esportazzjoni kellhom xejra ogħla mill-prezzijiet domestiċi, jekk xejn, il-bejgħ għall-esportazzjoni taffa s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, aktar milli aggravaha.

(339)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kinitx suxxettibbli li tnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(340)

Aditya Birla u PPG argumentaw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għat-telf fis-sehem mis-suq tal-esportazzjoni. Skont Aditya Birla, anki jekk l-ilmentatur ġarrab dannu fl-Unjoni, dan ma jispjegax għaliex l-ilmentatur ma setax iżid il-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu. Kif deskritt fil-premessi minn (335) sa (337) hawn fuq, il-produtturi tal-Unjoni kienu kkonfrontati bl-istess sfidi fis-swieq tal-esportazzjoni, li kellhom jikkompetu kontra l-pajjiżi kkonċernati u t-telf tas-swieq tal-esportazzjoni ma jistax jispjega t-telf tas-sehem mis-suq domestiku u l-prezzijiet tal-Unjoni mnaqqsa ħafna, li wasslu għal profitti negattivi fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Aditya Birla u ta’ PPG kellha tiġi miċħuda.

5.2.3.   Żieda fil-kost tal-produzzjoni u l-kriżi tal-enerġija

(341)

L-ERC sostna li l-fattur prinċipali li kkawża deterjorament tal-prestazzjoni u l-profittabbiltà tal-ilmentatur kien iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u mhux l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. F’dan il-kuntest, l-ERC argumenta wkoll li fl-2022-2023, il-prezzijiet tal-elettriku fl-Unjoni żdiedu sew, li saru rilevanti għall-kostijiet tal-produzzjoni u għall-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni. Aditya Birla sostna wkoll li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa dovut għall-kost għoli tal-produzzjoni li jirriżulta mill-kriżi tal-enerġija u minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. Skont Aditya Birla, iż-żieda fl-esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati seħħet fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li huwa l-perjodu meta l-industrija tal-Unjoni kienet l-aktar milquta miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u min-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-materja prima. Bl-istess mod, Cortex affermat li t-tnaqqis fil-profittabbiltà għar-reżini epossidiċi fl-2023 kien prinċipalment attribwibbli għall-okkorrenza ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi straordinarji bħall-kriżi tal-enerġija fl-Ewropa. Barra minn hekk, PPG irreferiet ukoll għaż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija wara l-2021 bħala raġuni għad-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(342)

Mhuwiex ikkontestat li l-kriżi tal-enerġija ġabet żieda qawwija fil-kostijiet tal-enerġija u sussegwentement fil-kost tal-produzzjoni tar-reżini epossidiċi fl-Unjoni, kif imfakkar fil-premessa (305) ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, fil-perjodu 2021-2022, minkejja ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-enerġija li laħqu l-ogħla livelli tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom biex jassorbu din iż-żieda fil-kostijiet u jiksbu l-ogħla livelli ta’ profittabbiltà tagħhom matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Min-naħa l-oħra, fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta x-xejra ’l fuq fil-prezzijiet tal-enerġija kienet treġġgħet lura (għall-kuntrarju ta’ dak li sostnew l-ERC u Aditya Birla), il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni naqset drastikament biex laħqet livelli negattivi allarmanti u d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni sar viżibbli b’mod ċar. Barra minn hekk, Aditya Birla naqas milli juri li mill-2022 ’il quddiem, kien hemm problema bid-disponibbiltà ta’ materja prima. Fi kwalunkwe każ, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jenħtieġ li ma jipprevjenux lill-produtturi tal-UE milli jżidu l-prezzijiet sabiex jgħaddu ż-żidiet fil-kost. F’sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni kienu batuti ħafna minħabba l-livelli dejjem jiżdiedu ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-kost tal-produzzjoni baqa’ għoli, il-profittabbiltà li qed tonqos hija biss manifestazzjoni tad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, aktar milli minn tnaqqis fil-prestazzjoni kkawżat minnhom stess. Għalhekk l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

5.2.4.   Tnaqqis fil-konsum

(343)

Kif iddikjarat fil-premessi minn (257) sa (258), il-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 % mill-2020 sal-2021, riżultat ta’ żieda fid-domanda. Id-domanda mbagħad naqset taħt il-livelli tal-2020 fl-2022 biex kompliet tonqos aktar fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-2023.

(344)

L-ERC sostna li d-domanda aktar baxxa mill-2022 kienet riżultat dirett ta’ aġġustamenti standard tas-suq mill-manifatturi taż-żebgħa għall-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu aktar milli r-riżultat ta’ kwalunkwe prattika kompetittiva inġusta. PPG irreferiet ukoll għat-tnaqqis sinifikanti fil-konsum wara l-2021 fil-kuntest tal-kawżalità. Aditya Birla sostna wkoll li bi tnaqqis fil-konsum, il-bejgħ kien se jonqos ukoll u li tali evoluzzjoni ma kellha x’taqsam xejn mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, Cortex sostniet li kienu l-problemi fis-settur tal-kostruzzjoni, wieħed mis-swieq prinċipali għar-reżini epossidiċi, li kellhom impatt dirett fuq il-profittabbiltà għall-prodott ikkonċernat. Cortex affermat li t-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni kien influwenzat mil-livell ġenerali ta’ konsum tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.

(345)

Is-suq tal-Unjoni fil-fatt naqas b’7 punti perċentwali bejn l-2022 u l-2023 (u lil hinn) u bi 11 % b’mod ġenerali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan it-tnaqqis kien riżultat tal-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, tat-tneħħija tal-istokk tal-inventarji u tat-tnaqqis ġenerali fir-ritmu ekonomiku. F’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, f’suq li qed jiċkien bħal dan, il-volumi tal-bejgħ tal-parteċipanti kollha fis-suq kienu jonqsu bejn wieħed u ieħor bl-istess mod. Madankollu, f’dan il-każ, il-pajjiżi kkonċernati kisbu sehem addizzjonali ta’ 5.2 punti perċentwali mis-suq tal-Unjoni bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni (li tilfet sehem mis-suq ta’ 6 punti perċentwali), filwaqt li s-sehem mis-suq totali tal-pajjiżi importaturi l-oħra baqa’ stabbli. Barra minn hekk, ma ġiex spjegat mill-partijiet għaliex it-tnaqqis fid-domanda kellha ġġiegħel lill-industrija tal-Unjoni b’sehem mis-suq ta’ aktar minn 55 % biex f’daqqa waħda tbigħ il-prodotti tagħha ferm taħt il-kost. Barra minn hekk, id-domanda naqset bi kważi 14 % diġà bejn l-2021 u l-2022 (u għalhekk id-doppju ta’ dak bejn l-2022 u l-2023), filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni xorta setgħu jgawdu profitti tajbin.

(346)

Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-partijiet ġew miċħuda peress li r-reċessjoni ekonomika ma nstabitx li tikkawża dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni f’dan il-każ.

5.2.5.   Deċiżjonijiet kummerċjali tal-ilmentaturi

(347)

Cortex, PPG u Akzo Nobel sostnew li fl-2020-2021, kien hemm żieda sinifikanti fid-domanda għar-reżini epossidiċi filwaqt li, fl-istess ħin, ġiet osservata żieda mhux raġonevoli u sinifikanti fil-prezz mill-produtturi lmentaturi fis-suq tal-Unjoni. Skont Cortex u PPG, il-produtturi lmentaturi imponew prezzijiet ferm ogħla mill-kostijiet tal-produzzjoni, li mbagħad ħeġġew lill-klijenti jfittxu sorsi alternattivi ta’ provvista. Konsegwentement, Cortex sostniet li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-2020-2021 mill-pajjiżi kkonċernati kienet riżultat ta’ azzjonijiet naturali tal-forzi tas-suq, filwaqt li fl-2022 u lil hinn, il-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati baqgħu stabbli.

(348)

Kif stabbilit fil-premessa (306), il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu qed jagħmlu telf fl-2020 u kien biss fl-2021 li huma ppreżentaw profitti eċċezzjonali bħala riżultat ta’ (i) tkabbir fid-domanda, (ii) tfixkil fil-ktajjen tal-provvista li wassal għal issikkar tal-provvista u (iii) iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ (li qabżet iż-żieda gradwali fil-prezzijiet tal-idrokarburi). It-tweġiba tal-produtturi tal-Unjoni għall-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq ta’ dak iż-żmien trid titqies bħala reazzjoni razzjonali tan-negozju għal operatur ekonomiku f’ekonomija tas-suq. Madankollu, id-deterjorament tal-industrija tal-Unjoni fost żieda qawwija fl-importazzjonijiet bi prezz baxx ma jistax jitqies li jirriżulta mill-forzi tas-suq. Ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet akkumulati mill-pajjiżi kkonċernati kienu qed jiżdiedu b’mod kostanti kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni (għalhekk mhux biss bejn l-2020 u l-2021), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni kien qed jonqos u l-importazzjonijiet totali minn pajjiżi oħra kienu stabbli. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kienu diġà waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni mill-2021. Għalkemm l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet bi prezz baxx u li kienu qed jiżdiedu saru biss aktar evidenti fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-istrateġija tal-esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati baqgħet essenzjalment l-istess matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Bħala konklużjoni, ma hemm l-ebda rabta bejn il-politika tal-ipprezzar u deċiżjonijiet kummerċjali oħra tal-industrija tal-Unjoni u d-dannu mġarrab. Id-dannu tal-industrija tal-Unjoni ma jirriżultax minn forzi tas-suq ħieles, iżda pjuttost minn prattiki kummerċjali inġusti tal-esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati.

(349)

PPG irreferiet ukoll għall-istrateġija allegata tal-produtturi tal-Unjoni biex tipprijoritizza l-marġnijiet/valuri ta’ unità ogħla fuq il-volumi tal-bejgħ fl-2021. Madankollu, PPG naqset milli tissostanzja kif u għaliex din l-imġiba kummerċjali fil-perjodu fejn l-industrija tal-Unjoni gawdiet profitti tajbin setgħet ikkawżat jew saħansitra kkontribwiet għad-deterjorament tal-kundizzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-2022 ’il quddiem, aħseb u ara kif tali mġiba setgħet naqqset ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali tal-produtturi tal-Unjoni.

(350)

Cortex sostniet ukoll li minbarra d-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar, deċiżjonijiet kummerċjali oħra tal-produtturi lmentaturi (bħall-għeluq tal-linji ta’ produzzjoni tal-BPA, impjant tal-kumen jew operazzjonijiet ta’ reżina epossidika barra mill-Unjoni) x’aktarx kellhom impatt fuq il-livell ġenerali tal-produzzjoni u tal-profittabbiltà tagħhom. Fuq l-istess linji, Aditya Birla sostna li t-tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni kien dovut għall-għeluq tal-impjanti ta’ Olin u Westlake li kien ippjanat strateġikament.

(351)

L-ewwel nett, la Westlake u lanqas Olin ma għalqu l-impjanti tar-reżina epossidika tagħhom fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni setgħu naqqsu l-operazzjonijiet tagħhom f’suq li qed jonqos, b’mod ġenerali, kif stabbilit fit-Tabella 5, il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet f’livelli stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-tieni, Cortex naqset milli tissostanzja kif l-operazzjonijiet ta’ produtturi jew operazzjonijiet oħra, għalkemm affiljati, relatati ma’ assi differenti minn reżini epossidiċi jaffettwaw il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fin-negozju tar-reżini epossidiċi.

(352)

Barra minn hekk, PPG irreferiet għal investimenti insuffiċjenti magħmulin minn Olin u Westlake fil-faċilitajiet skaduti tagħhom kif ukoll għal għadd ta’ avvenimenti ta’ force majeure invokati minn Westlake fil-kuntest tal-kawżalità.

(353)

Ta’ min jinnota li l-livell konsolidat ta’ investiment għaż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kien relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (prinċipalment fl-2020-2022) u fi kwalunkwe każ kien ogħla meta mqabbel mal-livelli ta’ produzzjoni u bejgħ fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li l-attività ta’ investiment kienet imxaqilba lejn tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (li rriżulta fi tnaqqis ta’ 16 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni) dan kien dovut għas-suq dgħajjef u għall-prestazzjoni finanzjarja l-aktar reċenti tal-kumpaniji kkonċernati. Madankollu, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni saru firxa wiesgħa ta’ investimenti biex: (i) jaġġornaw it-tagħmir u jimmodernizzaw il-faċilitajiet bħal sistemi ta’ kontroll biex ineħħu l-konġestjoni tal-proċess tal-produzzjoni; (ii) jiksbu żidiet fl-effiċjenza u jiżguraw il-konformità mar-regolamenti ambjentali u tas-sikurezza. L-invokazzjoni ta’ force majeure f’okkażjonijiet iżolati lanqas ma hija indikazzjoni ta’ xi implikazzjoni usa’ għall-effiċjenza tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. B’mod ġenerali, ma hemm l-ebda indikazzjoni li t-tnaqqis osservat fl-investiment b’xi mod jaffettwa l-kompetittività tal-produtturi tal-Unjoni. Bħala konklużjoni, PPG naqset milli tissostanzja kif l-investimenti allegatament insuffiċjenti jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(354)

Ġiet stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati minn naħa waħda u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni min-naħa l-oħra. Kien hemm koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda sinifikanti fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-deterjorament tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, viżibbli b’mod partikolari mill-2022 ’il quddiem. F’suq relattivament dgħajjef bi tnaqqis fid-domanda, il-volumi akbar ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping naqqsu r-rati operattivi tal-industrija tal-Unjoni u l-kapaċità tagħha li tistabbilixxi prezzijiet li jassorbu l-kostijiet għoljin tal-produzzjoni, u b’hekk indikaw b’mod ċar l-eżistenza ta’ tnaqqis fil-prezzijiet. Din is-sitwazzjoni rriżultat f’sitwazzjoni ta’ telf għall-produtturi tal-Unjoni fl-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(355)

Il-Kummissjoni eżaminat fatturi possibbli oħra li seta’ kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti ta’ dawn il-fatturi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(356)

Fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, ħlief għall-importazzjonijiet Koreani, dawk l-importazzjonijiet ma kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni. B’mod ġenerali, il-pajjiżi terzi kellhom ishma mis-suq u prezzijiet stabbli ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, b’mod partikolari fil-perjodu 2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni meta l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kienu l-aktar evidenti. Fir-rigward tal-importazzjonijiet Koreani speċifikament, dawn waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u żiedu s-sehem mis-suq tal-Unjoni tagħhom minn 11 % għal 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li ċ-Ċina, it-Tajwan u t-Tajlandja żiedu s-sehem mis-suq kumulattiv tagħhom minn 3,5 % għal 16,9 % (90). Għalhekk, filwaqt li l-importazzjonijiet Koreani setgħu kkontribwew għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet Koreani ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(357)

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bl-istess mod ma naqqsitx ir-rabta kawżali. Il-bejgħ għall-esportazzjoni, fil-volum kif ukoll fil-prezz segwa xejra simili għal dik osservata għall-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan minħabba li l-produtturi tal-Unjoni jiffaċċjaw l-istess sfidi fis-swieq tal-esportazzjoni tradizzjonali tagħhom, u jkollhom jikkompetu kontra produtturi mill-pajjiżi kkonċernati bl-importazzjonijiet bi prezz baxx tagħhom. Bħala konklużjoni, filwaqt li l-effett tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni fuq il-produtturi tal-Unjoni kkontribwixxa għas-sitwazzjoni avversa tal-produtturi tal-Unjoni, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi minn (335) sa (340), dan ma kisirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(358)

Fir-rigward tat-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni li tirriżulta miż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, huwa inkontestabbli li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat bosta sfidi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, li kieku ma kienx għall-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun kapaċi tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet u twieġeb b’mod adegwat għall-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu. Kif innotat hawn fuq, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jenħtieġ li ma jipprevjenux lill-produtturi tal-Unjoni milli jżidu l-prezzijiet sabiex jgħaddu ż-żidiet fil-kostijiet. Għalhekk, filwaqt li l-kriżi tal-enerġija u t-tnaqqis fid-domanda ppreżentaw sfida sinifikanti għall-produtturi tal-Unjoni, instab li dawn l-iżviluppi ma kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(359)

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali li ttieħdu mill-produtturi tal-Unjoni, kemm fir-rigward taż-żidiet fil-prezzijiet, id-deċiżjonijiet ta’ investiment jew l-operazzjonijiet tal-impjanti tagħhom, tali deċiżjonijiet saru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u jridu jitqiesu bħala deċiżjonijiet kummerċjali razzjonali li kwalunkwe operatur ekonomiku kien jieħu f’ekonomija tas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li dawk id-deċiżjonijiet ma kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(360)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra (l-importazzjonijiet mill-Korea u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni), ikkunsidrati individwalment jew kollettivament, ma naqqsux jew kissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti fi tnaqqis tas-sehem mis-suq, tal-produzzjoni, tal-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-profittabbiltà, tal-istokks tal-għeluq, tal-fluss tal-flus u tar-redditu fuq l-investimenti. Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (276), l-industrija tal-Unjoni sofriet tnaqqis fil-prezzijiet ikkawżat minn importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati,

6.   LIVELL TA’ MIŻURI

(361)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni.

6.1.   Marġni tad-dannu

(362)

Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(363)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %.

(364)

Il-profitt għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun varja ħafna fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-profitti eċċezzjonalment għoljin fl-2021-2022 inkisbu f’perjodu straordinarju ta’ domanda xprunata mill-ekonomija tal-COVID-19 u mir-restrizzjonijiet tal-katina tal-provvista. Għalhekk, ma jkunx xieraq li ċ-ċifri tal-profitt mill-2021-2022 jintużaw bħala profitt bażiku f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, għas-snin ta’ qabel il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, lanqas ma setgħu jiġu identifikati livelli preċiżi jew xierqa ta’ profittabbiltà minħabba n-nuqqas ta’ data affidabbli dwar il-profitt minħabba restrizzjonijiet tas-sistema korporattiva jew il-varjazzjonijiet minn profitti kbar għal profittabbiltà negattiva ħafna. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet il-profitt fil-mira biex tiddetermina l-prezz mhux dannuż għal 6 %, f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma għamel affermazzjoni sostanzjata għal investimenti mitlufa jew għal kostijiet tar-R&Ż u innovazzjoni. Fid-dawl ta’ dawk il-fatti, il-Kummissjoni rrikorriet għall-użu tal-profitt minimu fil-mira ta’ 6 % li ġie miżjud mal-kost attwali tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni sabiex jiġi stabbilit il-prezz mhux dannuż.

(365)

Peress li ma saret ebda affermazzjoni sostanzjata skont l-Artikolu 7(2d) dwar il-kostijiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw minn ftehimiet ambjentali multilaterali u l-protokolli tagħhom jew mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati, ma żdied l-ebda kost ieħor mal-prezz mhux dannuż b’hekk stabbilit.

(366)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(367)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha” li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat rispettiv huwa definit bl-istess mod bħall-marġini tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u importazzjonijiet.

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni ta’ dannu (%)

Iċ-Ċina

Jiangsu Sanmu Group Co., Ltd.

24,2

116

Sinochem Group:

Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co., Ltd.

Nantong Xingchen Synthetic Material Co., Ltd.

Jiangsu Kumho Yangnong Chemical Co., Ltd.

40,8

118,9

Kumpaniji Ċiniżi oħra li kkooperaw

30,3

117,1

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina

40,8

118,9

It-Tajwan

Chang Chun Plastics Co

10,8

105,8

Nan Ya Plastics

11,0

96,5

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajwan

11,0

105,8

It-Tajlandja

Aditya Birla Chemicals (Thailand) Limited

32,1

84,2

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajlandja

32,1

84,2

6.2.   Konklużjoni dwar il-livell tal-miżuri

(368)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping proviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Iċ-Ċina

Jiangsu Sanmu Group Co., Ltd.

24,2  %

Sinochem Group:

Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co., Ltd.

Nantong Xingchen Synthetic Material Co., Ltd.

Jiangsu Kumho Yangnong Chemical Co., Ltd.

40,8  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

30,3  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina

40,8  %

It-Tajwan

Chang Chun Plastics Co

10,8  %

Nan Ya Plastics

11,0  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajwan

11,0  %

It-Tajlandja

Aditya Birla Chemicals (Thailand) Limited

32,1  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajlandja

32,1  %

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(369)

Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku.

(370)

Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(371)

Kif spjegat fil-premessa (249), l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’sitt gruppi ta’ produtturi li jimmanifatturaw il-prodott li qed jiġi investigat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(372)

L-industrija tal-Unjoni tar-reżini epossidiċi hija fundamentali għall-bażi industrijali tal-Unjoni. Ir-reżina epossidika, kimika reżistenti għall-ilma, tintuża għall-kisi u l-adeżivi fid-difiża, fil-karozzi, fl-ajruspazju, fl-elettronika, fil-kostruzzjoni, fl-apparat mediku, fl-enerġija, u f’bosta industriji kritiċi oħra. Ir-reżina epossidika tintuża wkoll għall-oġġetti tad-dar u tal-konsumatur u fl-ipproċessar u l-ippakkjar tal-ikel.

(373)

Ir-reżina epossidika għandha wkoll rwol importanti fit-tranżizzjoni tal-enerġija peress li l-prodotti użati għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovabbli (bħall-pali tat-turbini eoliċi, il-batteriji, iċ-ċelloli tal-fjuwil, u l-pannelli solari) jinkorporaw ir-reżina epossidika bħala komponent insostitwibbli biex jiġu żgurati l-lonġevità u l-effiċjenza. L-Assoċjazzjoni tal-Industrija Kimika tar-Repubblika Ċeka (li tappoġġa l-miżuri u għandha l-produttur Ċek ilmentatur Spolchemie bħala wieħed mill-membri tagħha) enfasizzat ukoll li billi jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni, jistgħu jinkisbu t-tranżizzjoni ekoloġika fil-katina tal-provvista kimika tal-Unjoni u l-għanijiet klimatiċi.

(374)

B’mod ġenerali, l-impożizzjoni ta’ miżuri f’dan il-każ x’aktarx twassal għal volum ogħla ta’ bejgħ għall-produtturi tal-Unjoni u, għalhekk, użu aħjar tal-kapaċità u rkupru fil-marġnijiet operattivi u l-profitt. Il-prestazzjoni mtejba min-naħa tagħha twassal għal livelli sostnuti ta’ investiment u impjiegi u promozzjoni ta’ innovazzjoni kontinwa.

(375)

Il-miżuri jkunu ta’ benefiċċju wkoll għall-industriji upstream, li se jaraw domanda aktar sostenibbli għall-materja prima b’volumi ta’ produzzjoni dejjem akbar ta’ reżini epossidiċi.

(376)

Mingħajr miżuri, ikun aktar probabbli li l-impronta tal-manifattura tar-reżina epossidika fl-Unjoni se tkompli titnaqqar. It-tnaqqis fir-rati tal-użu jwassal għal operazzjonijiet għoljin b’mod mhux sostenibbli b’kostijiet fissi u tnaqqis qawwi fl-investimenti li jirriżultaw f’telf potenzjali ta’ impjiegi, li min-naħa tagħhom jagħmlu l-operazzjonijiet saħansitra inqas kapaċi jikkompetu mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Kif osservat ukoll mill-Kamra Pollakka tal-Industrija Kimika (b’appoġġ għall-miżuri), l-importazzjonijiet ta’ reżini epossidiċi bi prezzijiet li ma jirriflettux il-valur tas-suq ġust għandhom impatt negattiv mhux biss fuq is-suq tar-reżini epossidiċi, iżda wkoll fuq is-swieq upstream (bħal dak għall-fenol).

(377)

Barra minn hekk, fid-dawl tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ li għaddejjin fl-Istati Uniti tal-Amerka kontra l-pajjiżi kkonċernati, jekk jiġu imposti dazji, l-esportazzjonijiet x’aktarx li jiġu diretti mill-ġdid lejn destinazzjonijiet oħra, bħall-Unjoni, minħabba l-attraenza tagħha bħala suq alternattiv. Din id-devjazzjoni tal-flussi kummerċjali lejn l-Unjoni taggrava s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni saħansitra aktar fin-nuqqas ta’ miżuri.

(378)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li timponi dazji anti-dumping.

7.2.   Interess tal-utenti

(379)

F’dan il-każ, resqu ’l quddiem utenti li jirrappreżentaw b’mod predominanti s-segment tal-kisi/taż-żebgħa u s-segment tal-industrija tar-riħ. Dawn tal-aħħar jirrappreżentaw tnejn mill-applikazzjonijiet tal-utent prinċipali tal-prodott ikkonċernat. Diversi utenti (PPG, Akzo Nobel, Sherwin Williams, Siemens Gamesa, Allnex Europe) wieġbu għall-kwestjonarju tal-utenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni. Utenti oħra (MIPA u Emil Frei) ipparteċipaw fl-investigazzjoni mingħajr ma mlew il-kwestjonarju tal-utenti ddedikat.

(380)

Għall-utenti fl-industrija tal-kisi, il-prestazzjoni finanzjarja tagħhom turi (tal-anqas għall-utenti li ssottomettew tweġibiet strutturati għall-kwestjonarju li jkopru n-negozju kollu tagħhom tal-kisi fl-Unjoni) li huma gawdew minn marġnijiet ta’ profitt kbar, li saħansitra laħqu żewġ ċifri fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, is-sottomissjonijiet għall-utenti tal-industrija tal-kisi indikaw li l-proporzjon tal-kost tar-reżina epossidika fuq il-kost tal-produzzjoni tagħhom huwa limitat u ġeneralment kien jammonta għal mhux aktar minn 10 % tal-kost tal-produzzjoni. Barra minn hekk, id-dħul tagħhom derivat mill-prodotti li jinkorporaw reżini epossidiċi ma kienx ogħla minn 40-45 % (u spiss ħafna inqas minn dak).

(381)

Fir-rigward tal-utenti fl-industrija tar-riħ, filwaqt li fi stat fraġli, l-utent li ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni (Siemens Gamesa) jiddomina s-suq tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u introduċa mekkaniżmi kuntrattwali biex jiħħeġġja kontra fluttwazzjonijiet potenzjali fil-prezzijiet tal-materja prima u l-kost tar-reżini epossidiċi fuq il-kost tat-turbina tar-riħ (negozju li fih joperaw l-utenti tal-industrija tar-riħ (91)) huwa biss madwar [0–3] %.

(382)

Fil-kuntest tal-analiżi tal-interess tal-utenti, huwa notevoli li diversi utenti (bħal Akzo Nobel jew Emil Frei) irrikonoxxew li l-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ reżini epossidiċi jistgħu jkunu qed jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

7.3.   Interess tal-importaturi mhux relatati

(383)

Fir-rigward ta’ importaturi mhux relatati, żewġ kumpaniji (Cortex u Comexim) ikkooperaw f’din l-investigazzjoni, inkluż billi pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Importatur mhux relatat ieħor, Monchy, ukoll ippreżenta ruħu, u esprima l-oppożizzjoni tiegħu kontra miżuri anti-dumping potenzjali. Cortex kienet favur l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq iċ-Ċina, filwaqt li sostniet li tali azzjoni twassal għal restawr tal-kundizzjonijiet kummerċjali normali, madankollu hija opponiet l-applikazzjoni tal-miżuri għal pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina.

7.4.   Kummenti tal-utenti u tal-importaturi

(384)

Cortex argumentat li l-applikazzjoni wiesgħa tal-miżuri anti-dumping (li jinvolvu pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina) mhijiex fl-interess tal-Unjoni. Skont Cortex, il-kapaċità tal-operaturi tal-Unjoni li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq tal-Unjoni għar-reżini epossidiċi hija limitata u tista’ ma tkunx biżżejjed. Comexim u Monchy argumentaw ukoll li l-volum prodott fl-Ewropa mhuwiex biżżejjed biex ikopri d-domanda tal-Unjoni. PPG sostniet ukoll li huwa kruċjali li jinżammu sorsi alternattivi ta’ provvista bi prezzijiet kompetittivi minħabba l-produzzjoni mnaqqsa u diversi dikjarazzjonijiet ta’ force majeure mill-produtturi tal-Unjoni fil-passat. Sherwin Williams argumentat ukoll li l-kapaċità tal-Unjoni mhijiex biżżejjed biex tkopri d-domanda tal-Unjoni u li d-dazji jwasslu għal tnaqqis fid-disponibbiltà tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni.

(385)

Barra minn hekk, skont PPG, l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping se twassal għal konċentrazzjoni ulterjuri tas-suq tar-reżini epossidiċi f’idejn produtturi kbar, għad-detriment tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni tas-suq b’mod ġenerali.

(386)

Fl-aħħar nett, skont PPG, id-dazji jfixklu l-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar in-newtralità karbonika u l-enerġija rinnovabbli, sa fejn dan jipprovoka tfixkil fil-katina tal-provvista tar-reżini epossidiċi. Siemens Gamesa Renewable Energy (“SGRE”) sostniet ukoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tmur kontra l-objettivi tal-politika tal-enerġija stabbiliti mill-Unjoni, li l-utenti jċaqilqu l-produzzjoni tagħhom barra mill-Unjoni jew saħansitra jħallu s-suq kompletament u li ma hemm l-ebda alternattiva vijabbli għall-importazzjonijiet ta’ reżini epossidiċi mill-pajjiżi kkonċernati. Sherwin Williams esprimiet ukoll tħassib li l-impożizzjoni ta’ dazji twassal għal rilokazzjoni potenzjali ta’ industriji downstream barra mill-Unjoni.

(387)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-affermazzjoni li l-industrija tal-Unjoni mhijiex f’pożizzjoni li tkopri d-domanda u l-possibbiltà ta’ sorsi alternattivi oħra, il-Kummissjoni fakkret li hemm pajjiżi esportaturi kbar oħra bħall-Indja, il-Korea, jew l-Iżvizzera u l-produtturi tagħhom li jirrappreżentaw sorsi alternattivi ta’ provvista u jippreżentaw kompetizzjoni tajba għall-industrija tal-Unjoni. It-tieni nett, l-importazzjonijiet Ċiniżi, Tajlandiżi u Tajwaniżi bi prezz ġust mhux se jinżammu milli jidħlu fl-Unjoni. L-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping għalhekk mhijiex suxxettibbli li twassal għal konċentrazzjoni akbar ta’ produtturi fis-suq tar-reżina epossidika. It-tielet nett, il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza sostanzjata li l-produtturi tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jissodisfaw id-domanda li ġejja mill-utenti tal-Unjoni. Filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni setgħu naqqsu r-rati tal-operazzjonijiet tagħhom f’suq li qed jonqos, kif stabbilit fil-premessa (351), il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet f’livelli stabbli u suffiċjenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(388)

Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ miżuri, mhux biss l-eżistenza tal-industrija tar-reżina epossidika fl-Unjoni tiġi pperikolata, iżda bl-istess mod tista’ tiġi pperikolata l-istabbiltà tal-provvista tal-epossi għall-utenti tal-epossi. Għall-kuntrarju ta’ dak li argumentaw il-partijiet, id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping twaqqa’ l-isforzi tal-Unjoni biex tiżviluppa l-bażi industrijali affidabbli tagħha stess u biex tilħaq l-għanijiet tal-enerġija rinnovabbli u tan-newtralità karbonika. Barra minn hekk, kif irrimarka wkoll wieħed mill-utenti (Allnex Europe), filwaqt li r-reżini epossidiċi Ċiniżi jistgħu juru varjabbiltà fil-kwalità u fil-prestazzjoni, ir-reżini prodotti fl-Unjoni huma tipikament assoċjati mal-konsistenza fl-applikazzjonijiet fejn il-prestazzjoni u l-konformità regolatorja huma kritiċi.

(389)

Fl-aħħar nett, minħabba l-livell ta’ profittabbiltà (prinċipalment għall-industrija tal-kisi) u/jew il-proporzjon limitat tal-kost tal-epossi fuq il-kost tal-produzzjoni tal-utenti (ara l-premessi minn (380) sa (381) għal aktar dettalji) kif ukoll is-sorsi alternattivi eżistenti ta’ provvista, l-impożizzjoni ta’ miżuri jenħtieġ li ma jkollhiex effett projbittiv fuq l-utenti, aħseb u ara ġġiegħlhom jirrilokaw barra mill-Unjoni. Għalhekk, l-argumenti tal-partijiet ġew miċħuda.

(390)

L-ERC sostna wkoll li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping mhijiex fl-interess ġenerali tal-Unjoni minħabba li tali pass iżid il-prezzijiet tar-reżini epossidiċi għall-utenti industrijali u l-konsumaturi finali fl-Unjoni. Cortex sostniet ukoll li l-kost tad-dazji se jingħadda kollu kemm hu lill-konsumaturi, u b’hekk dawn jiġu affettwati. Fl-aħħar nett, PPG affermat li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping twassal għal żidiet fil-prezzijiet tar-reżini epossidiċi, li min-naħa tagħhom iżidu l-pressjoni fuq PPG u fuq utenti oħra tal-Unjoni biex iżidu l-prezzijiet. Fil-fatt, PPG sostniet li ma tkun tista’ tgħaddi l-ebda żieda fil-kostijiet tal-materjali li jirriżultaw mid-dazji anti-dumping u li tali żieda fil-kost taffettwa l-kompetittività ta’ PPG fis-suq tal-Unjoni. Monchy argumentat ukoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha effett negattiv fuq il-prestazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni tal-impjiegi tal-importatur. Fl-aħħar nett, SGRE sostniet li s-sopravivenza teknoloġika fit-tul tal-industrija tal-utenti tkun affettwata mill-miżuri.

(391)

L-ewwel nett, filwaqt li l-miżuri anti-dumping jistgħu jwasslu għal żieda fil-prezz tal-epossi u jista’ jkollhom effett negattiv fuq xi importaturi, industriji tal-utenti u utenti finali ta’ prodotti li fihom l-epossi, din l-affermazzjoni hija purament spekulattiva peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza biex jiġi kkwantifikat l-effett li jkollhom id-dazji. Barra minn hekk, is-sorsi ta’ informazzjoni dwar is-suq (jiġifieri Tecnon OrbiChem fir-Rapport ChemFocus (92) tagħhom minn Ottubru 2024) jipproġettaw biss żieda modesta fil-prezz jekk jiġu introdotti miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tar-reżina epossidika. Barra minn hekk, kwalunkwe korrezzjoni tal-prezzijiet tkun biss manifestazzjoni tar-restawr tal-kummerċ ġust f’sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu mnaqqsa minn pressjoni ’l isfel li ġejja mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Flimkien ma’ dan, l-operazzjonijiet profittabbli ħafna tal-utenti tal-kisi (bħall-PPG) se jippermettu l-assorbiment ta’ kwalunkwe żieda potenzjali fil-kost u d-dazji imposti huma stabbiliti f’livell li se jippermetti lill-utenti u lill-importaturi jkomplu jimportaw reżini epossidiċi, bi prezzijiet raġonevoli u ġusti. Bħala konklużjoni, l-effetti avversi ipotetiċi fuq l-industriji tal-utenti u fuq l-importaturi ma jistgħux jegħlbu l-ħtieġa distinta li jiġu restawrati kundizzjonijiet ekwi fis-suq tar-reżini epossidiċi tal-Unjoni, b’mod partikolari fejn tkun f’riskju l-preservazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(392)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, il-miżuri x’aktarx li jkollhom effett immaterjali fuq l-utenti u l-konsumaturi. Tali konklużjoni tista’ tinsilet abbażi tal-kombinazzjoni tal-fatturi li ġejjin. L-ewwel nett, il-proporzjon tal-kost tar-reżina epossidika fuq il-prodotti downstream jew il-prodotti għall-konsumatur finali huwa ġeneralment limitat. It-tieni, sorsi alternattivi ta’ reżina epossidika huma disponibbli faċilment mill-produtturi tal-Unjoni u diversi sorsi oħra ta’ importazzjonijiet, li jiżguraw provvista kostanti u kompetizzjoni tajba. Fl-aħħar nett, il-pressjoni kompetittiva x’aktarx li ttaffi kwalunkwe żieda potenzjali fil-kostijiet li tista’ tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ dawn id-dazji.

(393)

Barra minn hekk, il-miżuri x’aktarx li se jkollhom impatt insinifikanti (jekk ikun hemm) fuq l-importaturi peress li dawn jistgħu jkomplu jimportaw reżina epossidika bi prezzijiet ġusti mill-pajjiżi kkonċernati jew minn pajjiżi terzi oħra, u b’hekk tinħoloq kompetizzjoni tajba għar-reżina epossidika prodotta domestikament.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(394)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ reżini epossidiċi li joriġinaw miċ-Ċina, mit-Tajwan u mit-Tajlandja f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI

(395)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(396)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ reżini epossidiċi li joriġinaw miċ-Ċina, mit-Tajlandja u mit-Tajwan f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx bejn il-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu.

(397)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati ta’ dazju anti-dumping proviżorji, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Iċ-Ċina

Jiangsu Sanmu Group Co., Ltd.

24,2  %

Sinochem Group:

Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co., Ltd.

Nantong Xingchen Synthetic Material Co., Ltd.

Jiangsu Kumho Yangnong Chemical Co., Ltd.

40,8  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

30,3  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina

40,8  %

It-Tajwan

Chang Chun Plastics Co

10,8  %

Nan Ya Plastics

11,0  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajwan

11,0  %

It-Tajlandja

Aditya Birla Chemicals (Thailand) Limited

32,1  %

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajlandja

32,1  %

(398)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u prodott mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw minn [il-pajjiż ikkonċernat]”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(399)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw minn [pajjiż ikkonċernat]”.

(400)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(401)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu.

9.   REĠISTRAZZJONI

(402)

Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(403)

Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet titwaqqaf.

(404)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping.

10.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU

(405)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom.

(406)

Aditya Birla, l-ilmentatur u l-Grupp Sinochem issottomettew kummenti, madankollu l-ebda wieħed mill-kummenti ma qajjem tħassib dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli. Il-Kummissjoni se tindirizza l-kummenti magħmulin minn dawk il-partijiet fl-istadju definittiv.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(407)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(408)

Is-sejbiet rigward l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti li fihom aktar minn 35 % bil-piż ta’ reżini epossidiċi, magħrufin ukoll bħala reżini tal-epossidu jew poliepossidi, li huma polimeri jew prepolimeri li fihom gruppi epossidiċi reattivi, ibbażati fuq l-epikloroidrin u komponent alkoħoliku alifatiku jew aromatiku (bħall-BPA), f’forom solidi, semisolidi jew likwidi, li jkollhom it-tipi kollha ta’ grad, purità, piż molekulari jew struttura molekulari, kemm jekk fihom modifikaturi, aġenti solidifikanti, jew addittivi kif ukoll jekk le, sakemm l-aġenti solidifikanti ma jkunux irreaġixxew kimikament sabiex jissolidifikaw ir-reżina epossidika jew jikkonvertuha fi prodott differenti li ma jkunx għad fih gruppi epossidiċi, li bħalissa huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 2910 90 00 , ex 3824 99 92 , ex 3824 99 93 , u ex 3907 30 00 (kodiċijiet TARIC 2910 90 00 05, 3824 99 92 96, 3824 99 93 10, 3907 30 00 05, 3907 30 00 20, u 3907 30 00 80), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mit-Tajwan u mit-Tajlandja.

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi mill-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1):

Ċerti prodotti taż-żebgħa u tal-kisi, li huma taħlitiet, jew formulazzjonijiet oħra ta’ reżina epossidika, aġent solidifikanti, u pigment, fi kwalunkwe forma, ippakkjati f’kontenitur wieħed jew aktar, fejn (1) il-pigment jirrappreżenta minimu ta’ 10 % tal-piż totali tal-prodott, (2) ir-reżina epossidika tirrappreżenta massimu ta’ 80 % tal-piż totali tal-prodott, u (3) l-aġent solidifikanti jirrappreżenta bejn 5 sa 40 % tal-piż totali tal-prodott.

Drappijiet jew fibri impregnati minn qabel, spiss imsejħa “preimpregnati”, li huma materjali komposti li jikkonsistu minn drappijiet jew fibri (tipikament karbonju jew ħġieġ) impregnati b’reżina epossidika.

Taħlitiet ta’ reżini epossidiċi ma’ materjali oħra, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM minbarra 2910 90 00 , 3824 99 92 , 3824 99 93 , u 3907 30 00 .

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Iċ-Ċina

Jiangsu Sanmu Group Co., Ltd.

24,2  %

89LO

Sinochem Group:

Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co., Ltd.

Nantong Xingchen Synthetic Material Co., Ltd.

Jiangsu Kumho Yangnong Chemical Co., Ltd.

40,8  %

89LP

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness

30,3  %

 

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw miċ-Ċina

40,8  %

8999

It-Tajwan

Chang Chun Plastics Co

10,8  %

89LQ

Nan Ya Plastics

11,0  %

89LR

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajwan

11,0  %

8999

It-Tajlandja

Aditya Birla Chemicals (Thailand) Limited

32,1  %

89LS

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mit-Tajlandja

32,1  %

8999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu/isimha u l-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat(a), niċċertifika li (volum f’unità li qed nużaw) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ b’rabta mad-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jissottemettu l-kummenti bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, inkuż dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċediment attwali fil-konfront tar-Repubblika tal-Korea fi żmien 15-il jum kalendarju mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Smigħ fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Smigħ jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax talbiet bħal dawn jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2714.

2.   Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ 6 xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU C/2024/4137, 1.7.2024. ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4137/oj.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2714 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ reżini tal-epossi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u t-Tajlandja soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2024/2714, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2714/oj).

(4)  Li jirrappreżenta lil Jiangsu Sanmu Group Co., Ltd, Jiangsu Kumho Yangnong Chemical Co. Ltd, Jiangsu Ruiheng New Material Technology Co., Ltd, u Nantong Xingchen Synthetic Material Co. Ltd.

(5)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2733.

(6)  B’mod partikolari s-sottosettur tal-polimeri, li huwa l-fokus ta’ din l-investigazzjoni.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959 tas-17 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-eritritol li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1959, 19.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1959/oj); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2180, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2180/oj); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752 tat-12 ta’ April 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 13.4.2023, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/752/oj); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441 tal-11 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 85, 12.3.2021, p. 154, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/441/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 161-162; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 89-90; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752, il-premessa 70; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441, il-premessa 99.

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 103-113; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 46-50; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752, il-premessa 49, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441, il-premessi 59-65.

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 114-122; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 51-55; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752, il-premessi 50-54; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441, il-premessi 66-68. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji Ċiniża, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ it-talbiet tiegħu biex jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, fosthom għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 123-133; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 56-65; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752, il-premessi 55-63; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441, il-premessi 69-79.

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 134-138; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 66-69; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752, il-premessa 64; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441, il-premessi 80-83.

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 139-142; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 71-72; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752, il-premessa 65; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441, il-premessi 84-85.

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 143-152; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 72-81; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752, il-premessa 66; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441, il-premessi 86-95.

(15)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the Purposes of Trade Defense Investigations, l-10 ta’ April 2024, SWD(2024) 91 final, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=en, inkluża l-verżjoni preċedenti tad-dokument: Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the purposes of Trade Defence Investigations, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=en.

(16)  Ara l-paġni 20-22 tal-Ilment.

(17)  Ara l-paġni 22-23 tal-Ilment.

(18)  Ara l-paġni 24-25 tal-Ilment.

(19)  Ara l-paġni 25-26 tal-Ilment.

(20)  Ara: http://www.graceepoxy.com/ (aċċessat fl-4 ta’ Diċembru 2024).

(21)  Ara: https://www.wellswam.com/ (aċċessat fl-4 ta’ Diċembru 2024).

(22)  Ara: http://san-mu.com/ (aċċessat fl-4 ta’ Diċembru 2024).

(23)  Ara: https://www.sinochem.com/sinochem/guwm/qygk/jj/A031002001001Gone1.html (aċċessat fl-4 ta’ Diċembru 2024).

(24)  Ara: http://www.sinopecgroup.com/group/en/ (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2024).

(25)  Ara: https://www.chinabaogao.com/detail/702936.html (aċċessat fl-4 ta’ Diċembru 2024).

(26)  Ara r-rapport annwali 2023 tal-Grupp Fujian Sanmu, p. 63, disponibbli fuq: http://static.cninfo.com.cn/finalpage/2024-04-25/1219790731.PDF (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2024).

(27)  Ara: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2024).

(28)  Ara l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ara wkoll ir-Rapport, il-Kapitolu 3, p. 47-50.

(29)  Ara: https://www.chinaepoxy.com/article/116 (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2024).

(30)  Ara l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-Artikolu 3, disponibbli fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2024).

(31)   Ibid.

(32)  Ara l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-Artikolu 36, disponibbli fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2024).

(33)  Ara l-Artikolu 12 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-Huibo New Materials, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2024/2024-3/2024-03-13/9867790.PDF (aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2024).

(34)  Ara r-Rapport Annwali 2023 tal-Fujian Samu Group, p. 32, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2024/2024-4/2024-04-25/10054249.PDF.

(35)  Ara: https://www.sinochem.com/sinochem/guwm/zlzz/ds/A031002002002Gone1.html, (aċċessat fl-10 ta’ Diċembru 2024).

(36)  Ara: https://www.sinochem.com/sinochem/dzyjj/dj11/A031007001Gone1.html (aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2024).

(37)  Ara: http://www.sinopecgroup.com/group/gsglc/index.shtml, (aċċessat fl-10 ta’ Diċembru 2024).

(38)  Ara: http://www.sinopecgroup.com/group/000/000/041/41878.shtml (aċċessat fl-10 ta’ Diċembru 2024).

(39)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 16.

(40)  Ibid., it-Taqsima 16.3.

(41)  Ara t-Taqsima IV.3, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/content_5665166.htm (aċċessat fis-6 ta’ Diċembru 2024).

(42)  Ara: https://kjj.yueyang.gov.cn/20422/20423/content_2164298.html (aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2024).

(43)  Ara: https://finance.sina.com.cn/jjxw/2024-12-05/doc-incyizxz3336680.shtml (aċċessat fl-10 ta’ Diċembru 2024).

(44)  Ara r-Rapport Annwali 2023 ta’ Hongchang Electronics Materials, p. 188, disponibbli fuq: http://www.graceepoxy.com/UploadFiles/20240516/2024516102534937102XW9FP3HR1N.pdf (aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2024).

(45)  Ara r-Rapport Annwali 2023 ta’ Huibo New Materials, p. 161, disponibbli fuq: http://static.cninfo.com.cn/finalpage/2024-04-25/1219792519.PDF (aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2024).

(46)  Ara r-Rapport Annwali 2023 tal-Grupp Fujian Sanmu, p. 8, disponibbli fuq: https://q.stock.sohu.com/newpdf/202457839703.pdf (aċċessat fl-10 ta’ Diċembru 2024).

(47)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 fil-premessa 67 tar-Regolament.

(48)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 13 fil-premessa 67 tar-Regolament.

(49)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 14 fil-premessa 67 tar-Regolament.

(50)  Ara t-Taqsima VIII.16, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-04/08/content_5683972.htm#msdynttrid=WRmyf07ph0z74SHmXoOLKjRWl09BdZ4lGdYp9fiI9xU (aċċessat fis-16 ta’ Diċembru 2024).

(51)  Il-parti I tar-Rapport. Ara wkoll il-premessi 73-94 tar-Regolament.

(52)  Il-parti II tar-Rapport. Ara wkoll il-premessi 95-97 tar-Regolament.

(53)  Ara l-premessi 69-71 tar-Regolament.

(54)  Ara l-premessi 73-75 tar-Regolament.

(55)  Ara l-premessi 76-79 u l-premessa 86 tar-Regolament.

(56)  Ara l-premessa 94 tar-Regolament.

(57)  Ara l-premessi 95-97 tar-Regolament.

(58)  Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(59)   https://www.adityabirla.com/businesses/companies/aditya-birla-chemicals-thailand-abctl/.

(60)  Referenza għal TRON: t24.010663.

(61)   https://www.dic-global.com/my/about/malaysia.html.

(62)   https://br.dow.com/pt-br.html.

(63)   https://www.hexion.com/.

(64)   https://olinepoxy.com/about-us/locations/.

(65)   https://app.bot.or.th.

(66)   https://www.pea.co.th u https://www.mea.or.th.

(67)   https://www.eppo.go.th.

(68)   https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=636&language=ENG, u b’mod partikolari l-Paga medja kklassifikata skont l-industrija (ISIC Rev.4) għas-settur tal-manifattura, matul il-PI. Id-data mbagħad ġiet aġġustata biex tinkludi 5,2 % tal-imposti soċjali għall-impjegatur u 5 % oħra tal-imposti soċjali għall-impjegat (sors: https://www.papayaglobal.com/countrypedia/country/thailand). Dettalji fl-Anness IV.

(69)   https://rshiny.ilo.org/dataexplorer59/?lang=en&id=HOW_TEMP_SEX_AGE_ECO_NB_A u b’mod partikolari s-Siegħa medja fil-ġimgħa maħduma għal kull impjegat, għas-sena 2023, għas-settur tal-manifattura. Dettalji fl-Anness IV.

(70)  L-Awtorità Provinċjali tal-Elettriku, Data Mejju 2023 (https://www.pea.co.th/Portals/1/Knowledge%20PEA/PEA%20Electricity%20Tariffs%20MAY66%20Unofficial%20Translation.pdf?ver=2024-05-23-112008-353), Tariffa għaż-żmien tal-użu (tariffa TOU) - Servizz Ġenerali Kbir, Livell ta’ vultaġġ taħt 22 Kv. Dettalji fl-Anness IV.

(71)  Il-Ministeru tal-Enerġija - L-Uffiċċju tal-politika u l-ippjanar tal-enerġija (Tabella 7.2.4) https://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static.

(72)  Ibid. Għad-deskrizzjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju tal-fwar, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 1.10.

(*1)  Minbarra l-EHC u s-soda kawstika

(73)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(74)  L-Atlas tal-Kummerċ Globali: https://connect.ihsmarkit.com/gta/home/.

(75)   https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=636&language=ENG, u b’mod partikolari l-Paga medja kklassifikata skont l-industrija (ISIC Rev.4) għas-settur tal-manifattura, matul il-PI. Id-data mbagħad ġiet aġġustata biex tinkludi 5,2 % tal-imposti soċjali għall-impjegatur u 5 % oħra tal-imposti soċjali għall-impjegat (sors: https://www.papayaglobal.com/countrypedia/country/thailand).

(76)   https://www.papayaglobal.com/countrypedia/country/thailand/.

(77)  Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME) et vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-263/22, ECLI:EU:T:2024:663.

(78)   Ibid. il-paragrafu 162.

(79)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/191/oj), premessi 259-260.

(80)  L-Awtorità tal-Elettriku Provinċjali, Data Mejju 2023 (https://www.pea.co.th/Portals/1/Knowledge%20PEA/PEA%20Electricity%20Tariffs%20MAY66%20Unofficial%20Translation.pdf?ver=2024-05-23-112008-353), Tariffa għall-ħin tal-użu (tariffa TOU) - Servizz Ġenerali Kbir, Livell ta’ vultaġġ taħt 22 Kv.

(81)   https://www.mea.or.th/en/our-services/tariff-calculation/latestft.

(82)  Il-Ministeru tal-Enerġija - L-Uffiċċju tal-politika u l-ippjanar tal-enerġija (Tabella 7.2.4) https://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static. Ikkonsultat l-aħħar fid-9 ta’ Ottubru 2024.

(83)  Sors għall-kontenut tal-enerġija f’MMBtu ta’ metru kubu wieħed ta’ gass naturali: Natural Gas MMBTU To m3 And m3 To MMBTU Calculator + Chart (learnmetrics.com). Ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Ottubru 2024.

(84)  Sors għall-effiċjenza tal-kombustjoni: https://www.energy.gov/eere/amo/articles/benchmark-fuel-cost-steam-generation. Ikkonsultat l-aħħar fil-11 ta’ Ottubru 2024.

(85)  Għalkemm il-kalkolu kien speċifikament għall-fwar b’4 MPa, it-tabelli mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti jindikaw li l-varjazzjoni fil-prezz tkun inqas minn 0,6 % għall-fwar b’1 MPa.

(86)   https://connect.ihsmarkit.com/gta/home/.

(87)  Epoxy Resins – Chemical Economics Handbook, 2024 – minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “S&P Global intelligence” ippubblikat f’Ottubru 2024. Ara https://www.spglobal.com/commodityinsights/en/ci/products/epoxy-resins-chemical-economics-handbook.html, aċċessat l-aħħar fid-29 ta’ Novembru 2024 (rapport sħiħ disponibbli bl-abbonament).

(88)  Wieħed mill-utenti (PPG) talab lill-Kummissjoni biex twettaq il-valutazzjoni tagħha fuq iċ-ċifri attwali tal-importazzjoni għall-prodott ikkonċernat. Madankollu, it-talba ma kinitx sostanzjata aktar u barra minn hekk saret wara li kienet għaddiet l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ kummenti dwar l-Ilment jew dwar kwalunkwe aspett rigward il-bidu tal-investigazzjoni.

(89)  Sabiex jinqabdu b’mod preċiż ir-rati tal-użu tal-kapaċità, ġew ikkunsidrati l-produzzjoni kollha tar-reżini bażi (inkluża dik użata internament għall-ipproċessar ulterjuri f’reżini avvanzati) kif ukoll il-produzzjoni tar-reżini avvanzati.

(90)  Ara t-Tabella 3 hawn fuq.

(91)  Dan huwa konsistenti mas-sejbiet tal-investigazzjoni anti-dumping tal-GFF, li skonthom ix-xfafar ġeneralment ma jinbigħux separatament, iżda flimkien ma’ turbini eoliċi jew saħansitra bħala parti minn park eoliku sħiħ. Ara l-premessi 480-490 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 108, 6.4.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/492/oj).

(92)   https://www.orbichem.com/solutions/chemical-analytics.


ANNESS

Produtturi esportaturi li kkoperaw u li ma ddaħħlux fil-kampjun fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Isem il-Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Allnex Resins (China) Co., Ltd.

89LT

Chang Chun Chemical (JiangSu) Co., Ltd.

89LU

Chang Chun Chemical (Panjin) Co. Ltd.

89LV

Dalian Qihua New Material Co., Ltd.

89LW

Dongying Hebang Chemical Co., Ltd.

89LX

Fujian Huanyang New Material Co., Ltd.

89LY

Sinopec Hunan Petrochemical Co., Ltd.

89LZ

Techstorm Advanced Material Corporation Limited

89M0

Zhuhai Epoxy Base Electronic Material Co., Ltd.

89M1


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/393/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)