European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/376

25.2.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/376

tal-24 ta’ Frar 2025

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2023/2147.

(2)

Fit-8 ta’ Novembru 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1591(2005) tal-KSNU żied żewġ persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Jenħtieġ li l-entrati għaż-żewġ persuni elenkati mill-Kumitat tal-KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1591 (2005) tal-KSNU f’Novembru 2024 jitħassru mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2147.

(4)

Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2147 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2147 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 tad-9 ta' Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj).


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2147, taħt l-intestatura “A (Persuni Fiżiċi)”, jitħassru ż-żewġ entrati li ġejjin:

4.

Abdulrahman JUMA BARAKALLAH;

10.

Osman Mohamed HAMID.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/376/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)