|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/345 |
19.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/345
tat-18 ta’ Frar 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/1998. |
|
(2) |
L-informazzjoni dwar żewġ persuni elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1998/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998, fit-Taqsima A (“Persuni fiżiċi”), l-entrati numru 80 u 105 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin) |
Ismijiet |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
“80. |
Alexander Valerievich OBRAZTSOV* |
Александр Валерьевич ОБРАЗЦОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony Data tat-twelid: 1980-1990 Post tat-twelid: Ir-Russja Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: Priuralisky District, Yamalo-Nenets Autonomous Okrug, Russia, 629420 |
Alexander Valerievich Obraztsov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony. F’dik il-pożizzjoni, huwa direttament responsabbli għall-kundizzjonijiet ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-‘Polar Wolf’, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma. Għaldaqstant, Alexander Valerievich Obraztsov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
105. |
Vladimir Sergeevich SHVEDOV* |
Владимир Сергеевич ШВЕДОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Department of State Policy in the Sphere of Execution of Criminal Sentences fil-Ministeru għall-Ġustizzja Russu Data tat-twelid: 26.10.1980 Post tat-twelid: Moscow, Russia Numru tal-passaport: 4506085659 In-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa: 773320017740 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: Moscow City, Russian Federation Individwi assoċjati: Vsevolod Lvovich Vukolov Entitajiet assoċjati: Ministeru għall-Ġustizzja Russu |
Vladimir Sergeevich Shvedov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa il-Kap tad-Department of State Policy in the Sphere of Execution of Criminal Sentences fil-Ministeru għall-Ġustizzja Russu. F’dik il-pożizzjoni, peress li jmexxi l-politika tal-istat fil-qasam tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali u jikkunsidra l-appelli taċ-ċittadini, huwa kien responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs tal-politiku tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny. Għaldaqstant, Vladimir Sergeevich Shvedov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni |
22.3.2024.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/345/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)