European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/330

20.2.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/330

tad-19 ta’ Frar 2025

li jemenda l-Annessi VIII u XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 fir-rigward tal-approvazzjoni jew l-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 42(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu, u jispeċifika kif dawk ir-regoli jridu jiġu applikati għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi wkoll l-approvazzjoni jew l-irtirar mill-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom rigward ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tiegħu. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b), tiegħu u programmi tal-eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (c), tiegħu, u li l-Kummissjoni tapprova dawn il-programmi.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard elenkat, imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, tal-annimali, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod aktar partikolari, dan jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom bi status approvat ta’ ħelsien mill-mard, u bil-programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi approvati eżistenti. Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel fl-Unjoni ta’ ċertu mard elenkat, jenħtieġ li jiġu emendati l-Annessi VIII u XI ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

It-tieni, fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV), iċ-Ċekja u l-Polonja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-infezzjoni bis-serotip 3 tal-BTV. It-tifqigħat fiċ-Ċekja kienu fiż-żona li għad għandha status ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward ta’ dik il-marda u t-tifqigħat fil-Polonja kienu fil-provinċji ta’: dolnośląskie, zachodniopomorskie u warmińsko-mazurskie li jaffettwaw ukoll provinċji oħra. Barra minn hekk, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ infezzjoni bis-serotip 8 tal-BTV fil-komunità awtonoma ta’ Castilla la Mancha u País Vasco, li jaffettwaw ukoll komunitajiet awtonomi oħra, fiż-żona li għad għandha status ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward ta’ dik il-marda. Billi t-territorju kollu tal-Polonja u partijiet mit-territorju taċ-Ċekja u ta’ Spanja għandhom status ta’ ħelsien mill-mard, u huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-BTV jenħtieġ li tiġi rtirata mill-provinċji ta’: dolnośląskie, lubuskie, pomorskie, u zachodniopomorskie u ċerti żoni tal-provinċji ta’ kujawsko-pomorskie, łódzkie, mazowieckie, opolskie, podlaskie, warmińsko-mazurskie u wielkopolskie fil-Polonja, it-territorju kollu taċ-Ċekja u l-komunità awtonoma ta’ País Vasco, il-komunità awtonoma ta’ Navarra, ċerti żoni tal-provinċja ta’ Zaragoza fil-komunità awtonoma ta’ Aragón, ċerti żoni fil-provinċja ta’ Burgos fil-komunità awtonoma ta’ Castilla y León u ċerti żoni fil-provinċja ta’ Guadalajara fil-komunità awtonoma ta’ Castilla-La Mancha fi Spanja. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għaċ-Ċekja, għall-Polonja u għal Spanja fil-Parti I ta’ dak l-Anness jiġu emendati skont dan.

(5)

Barra minn hekk, Spanja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li estendiet l-ambitu territorjali tal-programm tal-eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni bil-BTV li diġà ġie approvat għaż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, biż-żieda tal-komunità awtonoma ta’ País Vasco, il-komunità awtonoma ta’ Navarra, ċerti żoni tal-provinċja ta’ Zaragoza fil-komunità awtonoma ta’ Aragón, ċerti żona tal-provinċja ta’ Burgos fil-komunità awtonoma ta’ Castilla y León u ċerti żoni fil-provinċja ta’ Guadalajara fil-komunità awtonoma ta’ Castilla-La Mancha fi Spanja. Għalhekk, dawk iż-żoni jenħtieġ li jiżdiedu mal-entrata għal Spanja fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, u tiġi approvata l-emenda proposta tal-programm tal-eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni bil-BTV.

(6)

Fir-rigward tal-infezzjoni bl-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI), l-awtorità kompetenti tan-Netherlands infurmat lill-Kummissjoni li Verbeek’s poultry international B.V bin-numru tal-approvazzjoni 1122 ma tistax titqies bħala kompartiment ħieles mill-HPAI billi l-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ma għadhomx issodisfati. Billi dan il-kompartiment huwa elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 bħala ħieles mill-HPAI, l-istatus ta’ ħelsien mill-HPAI jenħtieġ li jiġi rtirat. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għan-Netherlands f’dak l-Anness tiġi emendata skont dan.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi VIII u XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformita mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi VIII u XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/620/oj).


ANNESS

L-Annessi VIII u XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti I hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għaċ-Ċekja titħassar;

(ii)

l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Spanja

Comunidad Autónoma de Aragón:

Provincia de Zaragoza ħlief Ejea de los Caballeros, Sos del Rey Católico,

Provincia de Teruel

Comunidad Autónoma de Canarias

Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha:

Provincia de Guadalajara ħlief iż-żoni li ġejjin: Guadalajara u Pastrana

Comunidad Autónoma de Castilla y León, ħlief iż-żoni li ġejjin:

Provincia de Ávila

Condado de Treviño y La Puebla de Arganzón fil-provincia de Burgos,

Provincia de Salamanca,

Cantalejo, Carbonero El Mayor, Santa María la Real de Nieva, Segovia, Villacastín fil-provincia de Segovia,

Alcañices, Bermillo de Sayago, Puebla de Sanabria fil-provincia de Zamora

Comunidad Autónoma de La Rioja

Comunidad Autónoma de Valencia: provincia de Castellón, provincia de Valencia”

(iii)

l-entrata għall-Polonja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Polonja

It-territorju kollu tal-Polonja ħlief:

 

województwo dolnośląskie

 

województwo lubuskie

 

województwo pomorskie

 

województwo zachodniopomorskie

 

w województwie kujawsko-pomorskim:

 

powiat brodnicki

 

powiat golubsko-dobrzyński

 

powiat grudziądzki

 

miasto na prawach powiatu Grudziądz

 

powiat rypiński

 

powiat sępoleński

 

powiat wąbrzeski

 

w powiecie chełmińskim: gmina Chełmno, miasto Chełmno, gmina Kijewo Królewskie, gmina Lisewo, gmina Papowo Biskupie, gmina Stolno

 

w powiecie lipnowskim: gmina Chrostkowo, gmina Skępe

 

w powiecie nakielskim: gmina Mrocza, gmina Sadki

 

w powiecie świeckim: gmina Bukowiec, gmina Dragacz, gmina Drzycim, gmina Jeżewo, gmina Lniano, gmina Nowe, gmina Osie, gmina Świecie, gmina Warlubie

 

w powiecie toruńskim: gmina Chełmża, miasto Chełmża,

 

w powiecie tucholskim: gmina Cekcyn, gmina Gostycyn, gmina Kęsowo, gmina Śliwice, gmina Tuchola

 

w województwie łódzkim:

 

powiat wieruszowski

 

w powiecie sieradzkim: gmina Błaszki, gmina Brąszewice, gmina Brzeźnio, gmina Goszczanów, gmina Klonowa, gmina Sieradz, miasto Sieradz, gmina Warta, gmina Wróblew, gmina Złoczew

 

w powiecie wieluńskim: gmina Biała, gmina Czarnożyły, gmina Mokrsko, gmina Ostrówek, gmina Pątnów, gmina Skomlin, gmina Wieluń

 

w województwie mazowieckim:

 

powiat mławski

 

powiat przasnyski

 

powiat żuromiński

 

w powiecie ciechanowskim: gmina Ciechanów, miasto Ciechanów, gmina Glinojeck, gmina Grudusk, gmina Opinogóra Górna, gmina Regimin

 

w powiecie makowskim: gmina Krasnosielc, gmina Płoniawy-Bramura, gmina Sypniewo

 

w powiecie ostrołęckim: gmina Baranowo, gmina Czarnia, gmina Kadzidło, gmina Lelis, gmina Łyse, gmina Myszyniec, gmina Olszewo-Borki

 

w powiecie płońskim: gmina Raciąż, miasto Raciąż

 

w powiecie sierpeckim: gmina Rościszewo, gmina Sierpc, miasto Sierpc, gmina Szczutowo, gmina Zawidz

 

w województwie opolskim:

 

powiat brzeski

 

powiat kluczborski

 

powiat namysłowski

 

powiat nyski

 

powiat opolski

 

miasto na prawach powiatu Opole

 

w powiecie krapkowickim: gmina Gogolin, gmina Krapkowice, gmina Strzeleczki

 

w powiecie oleskim: gmina Gorzów Śląski, gmina Olesno, gmina Praszka, gmina Radłów, gmina Zębowice

 

w powiecie prudnickim: gmina Biała, gmina Lubrza, gmina Prudnik

 

w województwie podlaskim:

 

w powiecie kolneńskim: gmina Kolno, miasto Kolno, gmina Turośl

 

w powiecie łomżyńskim: gmina Zbójna

 

w województwie warmińsko-mazurskim:

 

powiat bartoszycki

 

powiat braniewski

 

powiat działdowski

 

powiat elbląski

 

miasto na prawach powiatu Elbląg

 

powiat giżycki

 

powiat iławski

 

powiat kętrzyński

 

powiat lidzbarski

 

powiat mrągowski

 

powiat nidzicki

 

powiat nowomiejski

 

powiat olsztyński

 

miasto na prawach powiatu Olsztyn

 

powiat ostródzki

 

powiat piski

 

powiat szczycieński

 

powiat węgorzewski

 

w powiecie ełckim: gmina Ełk, miasto Ełk, gmina Stare Juchy

 

w powiecie gołdapskim: gmina Banie Mazurskie, gmina Gołdap

 

w powiecie oleckim: gmina Kowale Oleckie, gmina Świętajno

 

w województwie wielkopolskim:

 

powiat chodzieski

 

powiat czarnkowsko-trzcianecki

 

powiat gnieźnieński

 

powiat gostyński

 

powiat grodziski

 

powiat jarociński

 

powiat kaliski

 

miasto na prawach powiatu Kalisz

 

powiat kępiński

 

miasto na prawach powiatu Konin

 

powiat kościański

 

powiat krotoszyński

 

powiat leszczyński

 

miasto na prawach powiatu Leszno

 

powiat międzychodzki

 

powiat nowotomyski

 

powiat obornicki

 

powiat ostrowski

 

powiat ostrzeszowski

 

powiat pilski

 

powiat pleszewski

 

powiat poznański

 

miasto na prawach powiatu Poznań

 

powiat rawicki

 

powiat słupecki

 

powiat szamotulski

 

powiat średzki

 

powiat śremski

 

powiat wolsztyński

 

powiat wrzesiński

 

powiat złotowski

 

w powiecie konińskim: gmina Golina, gmina Grodziec, gmina Kazimierz Biskupi, gmina Kleczew, gmina Kramsk, gmina Krzymów, gmina Rychwał, gmina Rzgów, gmina Stare Miasto

 

w powiecie tureckim: gmina Dobra, gmina Kawęczyn, gmina Malanów, gmina Tuliszków, gmina Turek, miasto Turek, gmina Władysławów

 

w powiecie wągrowieckim: gmina Mieścisko, gmina Skoki, gmina Wągrowiec, miasto Wągrowiec.”

(b)

Il-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI II

L-ISTATI MEMBRI JEW IŻ-ŻONI TAGĦHOM BI PROGRAMM TAL-ERADIKAZZJONI APPROVAT GĦALL-INFEZZJONI TAL-BTV

Stat Membru

Territorju

Data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

Spanja

Comunidad Autónoma de Aragon:

 

Ejea de los Caballeros, Sos del Rey Católico fil-provincia de Zaragoza

 

Provincia de Huesca

 

Comunidad Autónoma de Andalucía

 

Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha:

 

Provincia de Albacete

 

Provincia de Ciudad Real

 

Provincia de Cuenca

 

Guadalajara u Pastrana fil-provincia de Guadalajara

 

Provincia de Toledo

 

Comunidad Autónoma de Asturias

 

Comunidad Autónoma de Cantabria

 

Comunidad Autónoma de las Islas Baleares

 

Comunidad Autónoma de Castilla y León

 

Provincia de Ávila

 

Condado de Treviño, La Puebla de Arganzón fil-provincia de Burgos

 

Provincia de Salamanca

 

Cantalejo, Carbonero El Mayor, Santa María la Real de Nieva, Segovia, Villacastín fil-provincia de Segovia

 

Alcañices, Bermillo de Sayago, Puebla de Sanabria fil-provincia de Zamora

 

Comunidad Autónoma de Cataluña

 

Comunidad Autónoma de Extremadura

 

Comunidad Autónoma de Galicia

 

Comunidad Autónoma de Madrid

 

Comunidad Autónoma de Murcia

 

Comunidad Autónoma de Navarra

 

Comunidad Autónoma del País Vasco

 

Comunidad Autónoma de Valencia: provincia de Alicante.

21.2.2022”

(2)

fl-Anness XI, l-entrata għan-Netherlands hi sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Isem

“In-Netherlands

Institut de selection animale B.V bin-numru tal-approvazzjoni 2338.

Cobb Europe B.V. bin-numru tal-approvazzjoni 2951.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/330/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)