|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/315 |
17.2.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/315
tal-14 ta’ Frar 2025
li tistabbilixxi mudell għan-notifika tal-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 27(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-istabbiliment ta’ żona fejn il-persuni huma liberi li jiċċirkolaw mingħajr fruntieri interni huwa wieħed mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni. Għalhekk, l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni jenħtieġ li tibqa’ eċċezzjoni u jenħtieġ li tkun biss miżura tal-aħħar istanza. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/399 jobbliga lill-Istati Membri jinnotifikaw kif xieraq kwalunkwe deċiżjoni li jintroduċu mill-ġdid tali kontrolli fil-fruntieri lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell għan-notifiki mill-Istati Membri tal-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni. |
|
(4) |
Il-mudell jenħtieġ li jinkludi l-elementi kollha li l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu skont ir-Regolament (UE) 2016/399 biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-konformità mal-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1717 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u tar-Regolament (UE) 2016/399 u ma hijiex marbuta bihom jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom. Madankollu, minħabba li r-Regolament (UE) 2024/1717 jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, fid-19 ta’ Novembru 2024 innotifikat id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2024/1717 fil-liġi nazzjonali tagħha. Għaldaqstant, id-Danimarka hija marbuta bid-dritt internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew li b’xi mod ieħor huwa relatat, mal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (4) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5). |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (6) ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7). |
|
(10) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (8) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (9). |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mudell għan-notifika tal-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni, kif imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/399, għandu jkun kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/399/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1717 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (ĠU L, 2024/1717, 20.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1717/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/192/oj).
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/439(1)/oj.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/437/oj).
(6) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/146/oj).
(8) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/350/oj).
ANNESS
Notifika ta’ introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni jew l-estensjoni tiegħu
1. Notifika sottomessa minn:
|
Jekk jogħġbok speċifika l-Istat(i) Membru/i. |
2. Data tan-notifika:
|
Jekk jogħġbok speċifika d-data tas-sottomissjoni tan-notifika. |
3. Id-data u d-durata tal-introduzzjoni mill-ġdid jew tal-estensjoni ppjanata tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni (l-Artikolu 27(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2016/399:
|
Jekk jogħġbok speċifika d-data u d-durata. Fin-nuqqas ta’ indikazzjoni taż-żmien, l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni hija preżunta li tidħol fis-seħħ f’nofsillejl (00:00) fl-ewwel data tal-introduzzjoni mill-ġdid jew tal-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni. |
4. Kamp ta’ applikazzjoni tal-introduzzjoni mill-ġdid jew tal-estensjoni proposta tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, bl-ispeċifikazzjoni ta’ fuq liema parti jew partijiet mill-fruntieri interni se jiġu introdotti mill-ġdid jew estiżi l-kontrolli fuq il-fruntieri (l-Artikolu 27(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2016/399)
|
Jekk jogħġbok speċifika l-parti jew il-partijiet tal-fruntieri interni, kif ukoll it-tip ta’ fruntiera (art, baħar, ajru) fejn se jiġu introdotti mill-ġdid jew estiżi l-kontrolli fuq il-fruntieri. |
5. Notifika għal:
|
☐ |
l-ewwel introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni (avveniment imprevedibbli): L-Artikolu 25a(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
☐ |
estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni (avveniment imprevedibbli): L-Artikolu 25a(3) tar-Regolament (UE) 2016/399 Perjodu/i ta’ introduzzjoni mill-ġdid preċedenti tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni:
|
|
☐ |
l-ewwel introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni (avveniment prevedibbli): L-Artikolu 25a(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
☐ |
estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni (avveniment prevedibbli): L-Artikolu 25a(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/399 Perjodu/i ta’ introduzzjoni mill-ġdid preċedenti tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni:
|
|
☐ |
estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni wara sentejn (2), minħabba sitwazzjoni eċċezzjonali maġġuri: L-Artikolu 25a(6) tar-Regolament (UE) 2016/399 Perjodu/i ta’ introduzzjoni mill-ġdid preċedenti tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni:
|
|
☐ |
estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni wara sentejn (2) u sitt (6) xhur, minħabba sitwazzjoni eċċezzjonali maġġuri: L-Artikolu 25a(6) tar-Regolament (UE) 2016/399 Perjodu/i ta’ introduzzjoni mill-ġdid preċedenti tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni:
|
|
☐ |
introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni f’konformità ma’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill: L-Artikolu 28(1) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
Importanti: |
Kontinwazzjoni ta’ introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni ma għandhiex għalfejn titqies bħala estensjoni jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna li fuqha tkun ibbażata tkun differenti mit-theddida serja li kienet immotivat l-introduzzjoni mill-ġdid preċedenti tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni. Jekk dan ikun il-każ, jekk jogħġbok agħti notifika tal-ewwel introduzzjoni mill-ġdid u speċifika n-natura ġdida u distinta tat-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont il-punt 7. |
6. F’każ li n-notifika għal avveniment prevedibbli ssir inqas minn erba’ ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanat jew l-estensjoni ppjanata tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni (l-Artikolu 25a(4), (5) u (6) tar-Regolament (UE) 2016/399):
|
Jekk jogħġbok indika meta kienu saru magħrufa ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-ħtieġa li jiġu introdotti mill-ġdid jew estiżi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni. |
7. Theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, li tikkonsisti minn:
|
☐ |
inċidenti jew theddid minn terroristi, u theddid ikkawżat minn kriminalità organizzata serja
|
|
☐ |
emerġenzi tas-saħħa pubblika fuq skala kbira
|
|
☐ |
sitwazzjoni eċċezzjonali kkaratterizzata minn movimenti mhux awtorizzati fuq skala kbira għal għarrieda ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, skont it-tifsira tal-Artikolu 25(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2016/399
|
|
☐ |
Avveniment internazzjonali fuq skala kbira jew ta’ profil għoli
|
|
☐ |
Oħrajn
|
8. Ismijiet tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera awtorizzati
|
Jekk jogħġbok imla jew ehmeż fajl separat man-notifika. Jekk ma tiġi pprovduta l-ebda lista, jekk jogħġbok spjega. |
9. Miżuri meħuda minn Stati Membri oħra (jekk applikabbli)
|
Jekk jogħġbok speċifika l-miżuri adottati minn Stati Membri oħra b’reazzjoni għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni. |
10. Valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2016/399
|
11. Jekk in-notifika tikkonċerna estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni wara sitt (6) xhur f’konformità mal-Artikolu 25a(5) tar-Regolament (UE) 2016/399 (l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2016/399)
|
12. Jekk in-notifika tikkonċerna estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni wara sentejn (2) minħabba sitwazzjoni eċċezzjonali maġġuri (l-Artikolu 25a(6) tar-Regolament (UE) 2016/399).
|
13. Kwalunkwe informazzjoni oħra (fakultattiva)
|
Pereżempju:
|
14. Żamma ta’ informazzjoni minħabba sigurtà pubblika (l-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2016/399)
|
Jekk jogħġbok indika, sa fejn jippermettu r-raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, jekk inżammitx xi informazzjoni minħabba raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, fil-kunsiderazzjoni tal-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. Jekk jogħġbok indika jekk xi informazzjoni notifikata, kompletament jew parzjalment, ġietx ikklassifikata bħala kunfidenzjali skont il-liġi nazzjonali. |
15. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/399.
|
Jekk jogħġbok indika u speċifika jekk xi informazzjoni notifikata għandhiex tibqa’ kunfidenzjali. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/315/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)