|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/308 |
17.2.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/308
tal-14 ta’ Frar 2025
li tistabbilixxi format uniformi għar-rapport dwar l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni hija ż-żona li fiha l-persuni huma ħielsa li jiċċaqilqu bejn il-fruntieri interni. Għaldaqstant, l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni jenħtieġ li tibqa’ eċċezzjoni u jenħtieġ li tkun biss miżura ta’ meta ma jkunx jista’ jsir mod ieħor. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/399 jobbliga lill-Istati Membri li jkunu wettqu kontrolli fil-fruntieri interni biex jippreżentaw rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid u, fejn japplika, l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni, fi żmien 4 ġimgħat minn meta jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi format uniformi tar-rapport dwar l-introduzzjoni mill-ġdid u, fejn japplika, l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni. |
|
(4) |
Il-format uniformi jenħtieġ li jinkludi l-elementi kollha li l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu skont ir-Regolament (UE) 2016/399. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar il-valutazzjoni ex post tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri fi fruntiera interna waħda jew aktar jew f’partijiet minnha fuq bażi temporanja. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1717 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, peress li r-Regolament (UE) 2024/1717 jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, fid-19 ta’ Novembru 2024 innotifikat id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2024/1717 fil-liġi nazzjonali tagħha. Għaldaqstant, id-Danimarka hija marbuta bid-dritt internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li qed tieħu sehem fihom l-Irlanda, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas ma hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(8) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew li b’xi mod ieħor huwa relatat, mal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (4), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5). |
|
(10) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7). |
|
(11) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (8), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (9). |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Fruntieri ta’ Schengen, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-format uniformi għar-rapport dwar l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni mill-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2016/399, għandu jkun kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/399/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1717 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (ĠU L, 2024/1717, 20.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1717/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/192/oj).
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/439(1)/oj.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/437/oj).
(6) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/146/oj).
(8) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/350/oj).
ANNESS
Rapport dwar l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni
1. Rapport ippreżentat minn:
|
Jekk jogħġbok indika l-Istat Membru li qiegħed jippreżenta r-rapport. |
2. Data tal-preżentazzjoni:
|
Jekk jogħġbok indika d-data. |
3. Il-perjodu kopert mir-rapport:
|
Jekk jogħġbok indika l-perjodu kopert mir-rapport, b’referenza għan-notifika għal din l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni. |
4. Rapport ippreżentat minn:
|
☐ |
fi żmien 4 ġimgħat mit-tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni |
|
☐ |
meta jiskadu l-ewwel 12-il xahar, fil-każ fejn il-kontroll fil-fruntieri ġie estiż kif imsemmi fl-Artikolu 25a(5) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
☐ |
meta jiskadu t-tieni 12-il xahar, fil-każ fejn il-kontroll fil-fruntieri ġie estiż kif imsemmi fl-Artikolu 25a(5) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
5. Rapport dwar it-tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni wara:
|
☐ |
l-ewwel introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni (avveniment imprevedibbli): L-Artikolu 25 A(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
☐ |
l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni (avveniment imprevedibbli): L-Artikolu 25a(3) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
☐ |
l-ewwel introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni (avveniment prevedibbli): L-Artikolu 25a(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
☐ |
l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni (avveniment prevedibbli): L-Artikolu 25a(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
☐ |
estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni wara sentejn għal sitwazzjoni eċċezzjonali maġġuri: L-Artikolu 25a(6) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
☐ |
estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni wara sentejn u 6 xhur, għal sitwazzjoni eċċezzjonali maġġuri: L-Artikolu 25a(6) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
|
☐ |
introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fil-fruntieri interni f’konformità ma’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill: L-Artikolu 28(1) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/399 |
6. Deskrizzjoni tal-implimentazzjoni prattika tal-kontrolli fil-fruntieri interni (għal kull parti u/jew punt ta’ qsim tal-fruntiera)
|
7. Valutazzjoni inizjali u ta’ segwitu, kif ukoll valutazzjoni ex post, tal-proporzjonalità u tan-neċessità
|
7.1. Adegwatezza: sa fejn l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni rrimedjaw it-theddida b’mod adegwat
7.2. Ir-raġunijiet li għalihom ma kienx possibbli li jintlaħqu l-objettivi billi:
7.3. L-impatt fuq il-moviment ta’ persuni fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u l-funzjonament tar-reġjuni transfruntiera
7.4. Jekk it-theddida kienet tikkonsisti f’sitwazzjoni eċċezzjonali kkaratterizzata minn movimenti mhux awtorizzati fuq skala kbira għal għarrieda ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, skont it-tifsira tal-Artikolu 25(1)(c), tar-Regolament (UE) 2016/399
7.5. Jekk applikabbli, fatturi li wasslu għad-deċiżjoni li jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni
7.6. Jekk disponibbli, l-għadd ta’ persuni maqbuda matul l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni
7.7. L-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fil-fruntiera interna matul l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni
|
8. Rifjut, trasferiment u riammissjoni fil-fruntieri interni
|
9. Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri applikati b’mod parallel matul l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni
|
10. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni (Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/399)
|
Jekk jogħġbok indika jekk xi parti minn dan ir-rapport għandhiex tibqa’ kunfidenzjali, u, jekk iva, liema. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/308/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)