|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/269 |
7.2.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/269
tal-4 ta’ Frar 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3238 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument C(2025) 866)
(Il-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
Test b’rilevanza għaż-ŻEE
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tikkawża disturb fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluża l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. L-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3238 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Bulgarija b’reazzjoni għal tifqigħa kkonfermata fil-25 ta’ Novembru 2024 fil-muniċipalità ta’ Velingrad, fir-reġjun ta’ Pazardzhik. B’mod aktar speċifiku, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3238 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3238, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar dewmien serju fl-applikazzjoni tal-miżuri għall-kontroll tal-mard li huma meħtieġa jiġu applikati fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali miżmuma fi stabbiliment f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fir-rigward tat-tifqigħa li ġiet ikkonfermata fil-muniċipalità ta’ Velingrad, fir-reġjun ta’ Pazardzhik. |
|
(6) |
Id-daqs u d-durata taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u ta’ żoni ristretti ulterjuri, kif ukoll il-miżuri li għandhom jiġu applikati f’dawk iż-żoni huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Barra minn hekk, jitqiesu s-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Bulgarija, kif ukoll il-livell ta’ riskju għal aktar tixrid ta’ dik il-marda f’dak l-Istat Membru u fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-durata tal-miżuri previsti minn din id-deċiżjoni ġiet iddeterminata f’konformità mal-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH). Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, biex jittaffa b’mod effettiv ir-riskju tat-tixrid tal-mard kemm fil-Bulgarija kif ukoll fi Stati Membri oħra, huwa kruċjali li tiġi aġġustata d-durata tal-miżuri ta’ kontroll fiż-żoni ristretti elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Bulgarija, fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3238. Dawn l-aġġustamenti jindirizzaw ir-riskju sinifikanti kkawżat miċ-ċirkolazzjoni kontinwa u t-tixrid potenzjali tal-marda lil hinn miż-żoni attwalment affettwati, sakemm il-miżuri ta’ kontroll tal-mard ma jkunux tlestew. |
|
(7) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, il-perjodu li matulu jeħtieġ li japplikaw il-miżuri previsti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3238 jenħtieġ għalhekk li jiġi estiż sal-31 ta’ Mejju 2025. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3238
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3238 hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 4, id-data “31 ta’ Marzu 2025” hija sostitwita bid-data “31 ta’ Mejju 2025”; |
|
2. |
l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3238 tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3109 (ĠU L, 2024/3238, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3238/oj).
ANNESS
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata
|
Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-reġjun ta’ Pazardzhik BG-PPR-2024-00001 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Pazardzhik region, contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.0156, Long. 23.9989 (2024/1) |
22.3.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Pazardzhik region, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.0156, Long. 23.9989 (2024/1) excluding the areas contained in the protection zone |
31.3.2025 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Pazardzhik region, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.0156, Long. 23.9989 (2024/1) |
23.3.2025 - 31.3.2025 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Unità reġjonali |
Żoni inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||
|
Ir-reġjun ta’ Pazardzhik |
|
30.4.2025 |
||
|
1.4.2025 - 30.4.2025 |
|||
|
Ir-reġjun ta’ Blagoevgrad |
|
30.4.2025 |
||
|
Ir-reġjun ta’ Smolyan |
|
30.4.2025 |
||
|
Ir-reġjun ta’ Sofia oblast |
|
30.4.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/269/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)