European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/266

12.2.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/266

tal-11 ta’ Frar 2025

li jirrettifika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/45 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba żball tekniku, l-Anness li jelenka kumpaniji oħra li kkooperaw, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/45 (2), kien nieqes f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. L-Anness jeħtieġ li jiżdied mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/45 biex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa ta’ dak l-att.

(2)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/45 jiġi kkoreġut kif xieraq.

(3)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/45, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għall-produtturi esportaturi kollha li se jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/45, it-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/45 tat-8 ta’ Jannar 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/45, 9.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/45/oj).


ANNESS

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Ir-RPĊ):

Pajjiż

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-RPĊ

Lingong Heavy Machinery Co., Ltd.

89DP

Ir-RPĊ

Zoomlion Intelligent Access Machinery Co., Ltd.

89DQ

Ir-RPĊ

XCMG Fire Fighting Safety Equipment Co., Ltd.

89DR

Ir-RPĊ

Sunward Intelligent Equipment Co., Ltd.

89DS

Ir-RPĊ

Haulotte Access Equipment Manufacturing (Changzhou) Co., Ltd.

89DT

Ir-RPĊ

Fronteq (Changzhou) Machinery Co., Ltd.

89DU

Ir-RPĊ

Jiangsu Liugong Machinery Co., Ltd.

89DV

Ir-RPĊ

Hangcha Group Co., Ltd.

89DW

Ir-RPĊ

Shandong Chufeng Heavy Industry Machinery Co., Ltd.

89DX

Ir-RPĊ

Reeslift Ltd.

89DY

Ir-RPĊ

Mantall Heavy Industry Co., Ltd

89DZ

Ir-RPĊ

Shandong Qiyun Group Co., Ltd

89EA

Ir-RPĊ

Jinan Juxin Machinery Co., Ltd

89EB

Ir-RPĊ

Shandong Yuntian Intelligent Machinery Equipment Co., Ltd.

89EC


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/266/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)