European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/262

6.2.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/262

tat-2 ta’ Frar 2025

li jerġa’ jiftaħ is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja, billi jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/3250

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2024.

(2)

Fl-4 ta’ Diċembru 2024, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, bid-deċiżjoni tagħha li tipprojbixxi s-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran mis-7 ta’ Novembru 2024.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/3250 (3) ipprojbixxa s-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja.

(4)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni fl-10 ta’ Diċembru 2024 mill-awtoritajiet Griegi, hija disponibbli mill-ġdid għall-Greċja kwantità għall-kwota għal dak l-istokk wara skambji ta’ opportunitajiet tas-sajd konklużi skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Konsegwentement, is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja jew li huma rreġistrati fiha jenħtieġ li jerġa’ jinfetaħ sakemm jingħata avviż ieħor.

(5)

Dak il-ftuħ mill-ġdid tas-sajd jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2024 sabiex il-kwantità tat-tonn inkwistjoni tkun tista’ tinqabad qabel tmiem l-2024.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2024/3250 jenħtieġ li jitħassar b’effett mid-9 ta’ Diċembru 2024.

(7)

Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipju taċ-ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi peress li l-kwota hija disponibbli mill-ġdid għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran għall-istaġun tas-sajd tal-2024 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, imsemmi fl-Anness, jinfetaħ mill-ġdid.

Ir-Regolament (UE) 2024/3250 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-9 ta’ Diċembru 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Costas KADIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/3250 tal-20 ta’ Diċembru 2024 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja (ĠU L, 2024/3250, 31.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3250/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).


ANNESS

Nru

32/TQ257 — Ftuħ mill-ġdid

Stat Membru

Il-Greċja

Stokk

BFT/AE45WM (inklużi l-kundizzjonijiet speċjali BFT/*641, BFT/*643, BFT/*8301, BFT/*8302, BFT/*8303F)

Speċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran

Data tal-għeluq

Is-7 ta’ Novembru 2024

Data tal-ftuħ mill-ġdid

Id-9 ta’ Diċembru 2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/262/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)