European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/246

20.2.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 242/2024

tal-25 ta’ Ottubru 2024

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/246]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1085 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-metodoloġija ta’ valutazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti sabiex jintużaw mudelli interni għar-riskju tas-suq (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1728 tas-6 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw f’liema ċirkostanzi jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-identifikazzjoni ta’ gruppi ta’ klijenti konnessi (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 14azzp (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/397) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“14azzq.

32024 R 1085: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1085 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-metodoloġija ta’ valutazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti sabiex jintużaw mudelli interni għar-riskju tas-suq (ĠU L, 2024/1085, 17.6.2024).

14azzr.

32024 R 1728: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1728 tas-6 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw f’liema ċirkostanzi jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-identifikazzjoni ta’ gruppi ta’ klijenti konnessi (ĠU L, 2024/1728, 18.6.2024).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2024/1085 u (UE) 2024/1728 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Anders H. EIDE


(1)   ĠU L, 2024/1085, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1085/oj.

(2)   ĠU L, 2024/1728, 18.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1728/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/246/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)