![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/240 |
17.2.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/240
tas-7 ta’ Frar 2025
li tadotta l-ħames aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku
(notifikata bid-dokument C(2025) 741)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-reġjun bijoġeografiku Steppiku msemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet tat-territorju tal-Unjoni tar-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva (“il-Kumitat dwar il-Ħabitats”). |
(2) |
Il-lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġiet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/966/KE (2). Dik il-lista ġiet aġġornata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/446 (3). |
(3) |
Is-siti inklużi fil-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku jiffurmaw parti min-network Natura 2000, li huwa element essenzjali għall-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni. Sabiex in-network Natura 2000 ikompli jiġi stabbilit dejjem iktar u fil-kuntest tal-adattament dinamiku ta’ dak in-network, il-listi ta’ siti ta’ importanza Komunitarja jiġu rieżaminati regolarment. |
(4) |
Bejn il-5 ta’ Marzu 2023 u sd-29 ta’ Frar 2024, ir-Rumanija pproponiet siti addizzjonali ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. Ir-Rumanija ppreżentat ukoll tibdil fl-informazzjoni li għandha x’taqsam mas-siti li jkunu fil-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku. |
(5) |
Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, jenħtieġ li tiġi adottata lista aġġornata ta’ siti magħżulin bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku. L-Artikoli 4(4) u 6 tad-Direttiva 92/43/KEE japplikaw għas-siti li ġew inklużi dan l-aħħar. |
(6) |
L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza mwettqa f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien. |
(7) |
Fir-rigward tar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, ir-Rumanija ma pproponietx biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Barra minn hekk, l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali elenkati fl-Anness I u ta’ wħud mill-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut. Għaldaqstant, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet ma jistax jiġi konkluż li n-network Natura 2000 huwa komplut. |
(8) |
Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/446 jenħtieġ li titħassar. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ġie adottat il-ħames aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku kif stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/446 titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Jessika ROSWALL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/966/KE tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 117, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/966/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/446 tat-2 ta’ Frar 2024 li tadotta r-raba’ aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (ĠU L 2024/446, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/446/oj).
ANNESS
PARTI 1
Il-ħames aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku
Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat bl-informazzjoni pprovduta fil-format Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Din l-informazzjoni ntbagħtet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.
It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-informazzjoni li ġejja:
A: |
kodiċi SIK b’disa’ karattri, l-ewwel tnejn il-kodiċi ISO tal-Istat membru; |
B: |
l-isem tas-SIK; |
C: |
* = il-preżenza tas-SIK f’mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali u/jew speċi ta’ prijorità wieħed/waħda fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE; |
D: |
l-erja tas-SIK f’ettari jew it-tul tas-SIK f’km; |
E: |
il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali. |
L-informazzjoni kollha mogħtija fil-lista tal-Unjoni ta’ hawn taħt hija msejsa fuq id-data proposta, mibgħuta u vvalidata mir-Rumanija.
A |
B |
C |
D |
E |
||
Kodiċi SIK |
Isem tas-SIK |
* |
Erja tas-SIK (ha) |
Tul tas-SIK (km) |
Koordinati ġeografiċi tas-SIK |
|
|
|
|
|
|
Lonġitudni |
Latitudni |
PARTI 2
KodiċiSIK |
IsemSIK |
Artikolu1 |
ErjaHA |
TULKM |
Lonġitudni |
Latitudni |
ROSAC0022 |
Canaralele Dunării |
* |
26 109,9 |
|
27,899211 |
44,246708 |
ROSAC0053 |
Dealul Alah Bair |
* |
193,5 |
|
28,218786 |
44,501053 |
ROSAC0060 |
Dealurile Agighiolului |
* |
1 514,1 |
|
28,83043 |
45,041464 |
ROSAC0067 |
Deniz Tepe |
* |
414,4 |
|
28,688092 |
45,003028 |
ROSAC0071 |
Dumbrăveni - Valea Urluia - Lacul Vederoasa |
* |
18 024,4 |
|
27,879294 |
44,147972 |
ROSAC0072 |
Dunele de nisip de la Hanul Conachi |
* |
249,2 |
|
27,578975 |
45,571839 |
ROSAC0083 |
Fântânița Murfatlar |
* |
577,5 |
|
28,386333 |
44,154403 |
ROSAC0103 |
Lunca Buzăului |
* |
9 575,4 |
|
27,001089 |
45,075905 |
ROSAC0131 |
Oltenița - Mostiștea - Chiciu |
|
11 521,2 |
|
26,813089 |
44,101503 |
ROSAC0133 |
Pădurea Bădeana |
* |
62,3 |
|
27,571833 |
46,156728 |
ROSAC0134 |
Pădurea Balta - Munteni |
|
85,8 |
|
27,464731 |
45,948678 |
ROSAC0139 |
Pădurea Breana - Roșcani |
* |
155 |
|
27,994822 |
45,926528 |
ROSAC0149 |
Pădurea Eseschioi - Lacul Bugeac |
* |
2 942,8 |
|
27,437842 |
44,081742 |
ROSAC0151 |
Pădurea Gârboavele |
* |
219,8 |
|
27,997914 |
45,576669 |
ROSAC0157 |
Pădurea Hagieni - Cotul Văii |
* |
3 680,1 |
|
28,427772 |
43,742622 |
ROSAC0162 |
Lunca Siretului Inferior |
* |
24 980,6 |
|
27,270253 |
45,878 |
ROSAC0163 |
Pădurea Mogoș - Mâțele |
* |
65,5 |
|
27,948678 |
45,721917 |
ROSAC0165 |
Pădurea Pogănești |
* |
173,5 |
|
28,0255 |
45,976192 |
ROSAC0169 |
Pădurea Seaca - Movileni |
* |
50,7 |
|
27,533314 |
46,288261 |
ROSAC0172 |
Pădurea și Valea Canaraua Fetii - Iortmac |
* |
13 636,7 |
|
27,611631 |
44,027705 |
ROSAC0175 |
Pădurea Tălășmani |
|
54,3 |
|
27,840661 |
46,122075 |
ROSAC0178 |
Pădurea Torcești |
|
132,1 |
|
27,490425 |
45,680747 |
ROSAC0215 |
Recifii Jurasici Cheia |
* |
5 654,5 |
|
28,453094 |
44,483892 |
ROSCI0005 |
Balta Albă - Amara - Jirlău - Lacul Sărat Câineni |
* |
6 397,6 |
|
27,316536 |
45,289225 |
ROSCI0006 |
Balta Mică a Brăilei |
|
20 665,5 |
|
27,906128 |
44,943669 |
ROSCI0012 |
Brațul Măcin |
* |
10 433,2 |
|
28,118842 |
44,867642 |
ROSCI0065 |
Delta Dunării |
* |
453 645,5 |
|
29,198361 |
45,052417 |
ROSCI0105 |
Lunca Joasă a Prutului |
* |
5 753,4 |
|
28,179103 |
45,418505 |
ROSCI0114 |
Mlaștina Hergheliei - Obanul Mare și Peștera Movilei |
* |
231,7 |
|
28,583339 |
43,83785 |
ROSCI0123 |
Munții Măcinului |
* |
16 926,6 |
|
28,303483 |
45,155361 |
ROSCI0191 |
Peștera Limanu |
|
21,4 |
|
28,522075 |
43,807069 |
ROSCI0201 |
Podișul Nord Dobrogean |
* |
84 875 |
|
28,48925 |
44,766353 |
ROSCI0213 |
Râul Prut |
|
10 583,4 |
|
28,127055 |
46,129622 |
ROSCI0259 |
Valea Călmățuiului |
* |
18 125,7 |
|
27,416908 |
44,953353 |
ROSCI0278 |
Bordușani - Borcea |
* |
5 847,5 |
|
27,913892 |
44,520333 |
ROSCI0286 |
Colinele Elanului |
* |
741,4 |
|
28,12623 |
46,400597 |
ROSCI0290 |
Coridorul Ialomiței |
* |
27 109,2 |
|
26,883194 |
44,602303 |
ROSCI0305 |
Ianca - Plopu - Sărat - Comăneasca |
* |
3 234,5 |
|
27,717489 |
45,227367 |
ROSCI0307 |
Lacul Sărat - Brăila |
* |
329,4 |
|
27,895547 |
45,207547 |
ROSCI0309 |
Lacurile din jurul Măscurei |
|
1 139 |
|
27,539814 |
46,388753 |
ROSCI0315 |
Lunca Chineja |
|
923,9 |
|
28,037417 |
45,761706 |
ROSCI0319 |
Mlaștina de la Fetești |
|
2 110,9 |
|
27,802817 |
44,340708 |
ROSCI0340 |
Cuiugiuc |
* |
139 |
|
27,51245 |
44,034981 |
ROSCI0343 |
Pădurile din Silvostepa Mostiștei |
* |
2 115,3 |
|
26,725792 |
44,242261 |
ROSCI0353 |
Peștera - Deleni |
|
2 549,3 |
|
28,083069 |
44,115219 |
ROSCI0360 |
Râul Bârlad între Zorleni și Gura Gârbăvoțului |
|
2 478,8 |
|
27,66963 |
46,20675 |
ROSCI0389 |
Sărăturile de la Gura Ialomiței - Mihai Bravu |
* |
3 488,6 |
|
27,75385 |
44,755803 |
ROSCI0398 |
Straja - Cumpăna |
|
1 099,8 |
|
28,504836 |
44,091892 |
ROSCI0412 |
Ivrinezu |
|
411,1 |
|
28,003356 |
44,249917 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/240/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)