|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/219 |
4.2.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2025/219
tat-30 ta’ Jannar 2025
dwar l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill irid jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet marbuta b’mod funzjonali ma’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd, kif xieraq. L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedi li l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd irid isir f’konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li jiżguraw l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew tip ta’ sajd. |
|
(2) |
Għalhekk, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll l-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. |
|
(3) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha fl-2024, il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/1 li tistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni fit-tul għas-sallura (Anguilla anguilla) kif previst mir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/16 dwar pjan ta’ ġestjoni fit-tul għas-sallura (is-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (GFCM GSAs) 1 sa 27). Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/1 iżżomm, għall-2025, il-perjodu ta’ għeluq ta’ sitt xhur għas-sajd kummerċjali u l-projbizzjoni fuq is-sajd rikreattiv. Barra minn hekk, dik ir-Rakkomandazzjoni tillimita l-attivitajiet tas-sajd kummerċjali għall-frieħ tas-sallura għal perjodu ta’ xahrejn u tippermetti tali sajd taħt ċerti kundizzjonijiet biss. Jenħtieġ li dawk il-miżuri japplikaw għall-ibħra kollha tal-Baħar Mediterran u għall-ilma ħelu, kif ukoll għall-ilmijiet salmastri, inkluż l-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni, f’konformità ma’ dik ir-Rakkomandazzjoni. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(4) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha fl-2024, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/2 li tistabbilixxi miżuri fit-tul għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar (Corallium rubrum) kif previst mir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/4 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran (il-GFCM GSAs 1 sa 27). Ir-rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/2 iżżomm għall-2025 l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress bħala għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u limiti ta’ qbid għall-qroll aħmar. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(5) |
Fis-46 laqgħa annwali tagħha fl-2023, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/14 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-lampuki (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran (il-GFCM GSAs 1 sa 27). Dik ir-Rakkomandazzjoni introduċiet, b’mod konsistenti mal-approċċ prekawzjonarju u għall-perjodu tranżitorju mill-2024 sal-2026, limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta, iffriżar tal-kapaċità tal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (FADs, fish aggregating devices) għal kull bastiment u limitu ta’ qbid. Għas-sajd rikreattiv, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi wkoll li jrid jiġi osservat limitu tal-qabda ta’ kuljum. Dawk il-miżuri ġew implimentati fil-liġi tal-Unjoni għall-2024 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 (2) u jenħtieġ li dawk il-miżuri jkomplu jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni għall-2025. Dawk il-miżuri huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ ġestjoni li ser jiġu proposti mill-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv fil-GFCM għall-pjan ta’ ġestjoni fit-tul għall-perjodu 2027 sal-2031. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet demersali fil-Punent tal-Baħar Mediterran (GFCM GSAs 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11). Dak il-pjan jistabbilixxi miri u miżuri għall-konservazzjoni fit-tul u għall-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet koperti minnu. Dan jinkludi miżuri biex jintlaħaq u jinżamm ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY, maximum sustainable yield) għall-istokkijiet fil-mira, biex jiġi żgurat li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirrestawra l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maħsuda u jżommhom ‘il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament iridu jiġu stabbiliti sabiex tinkiseb il-mortalità mis-sajd fil-livell tal-MSY fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020, fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/1022 jiġu ffissati f’konformità mal-firxa ta’ valuri tal-mortalità mis-sajd li jirriżultaw f’MSY (meded ta’ FMSY), jew f’livell aktar baxx, u f’konformità mas-salvagwardji previsti f’dak ir-Regolament. Il-meded tal-FMSY huma stipulati fil-parir rilevanti tal-STECF. Meta ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni xjentifika xierqa, jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) u fl-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament jiġu ffissati f’konformità mal-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, f’konformità mal-Artikolu 4(6) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(9) |
Barra minn hekk, l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu espressi bħala l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz, stabbiliti f’konformità mar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022, u bħala l-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) u għall-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fl-ilmijiet fondi, stabbiliti f’konformità mal-parir xjentifiku u mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(10) |
L-STECF ta parir li, sabiex jintlaħqu l-miri tal-MSY fl-2025 għall-istokkijiet tal-ħut kollha fil-punent tal-Mediterran, huwa meħtieġ tnaqqis sinifikanti ulterjuri fil-mortalità mis-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir. Barra minn hekk, l-STECF indika differenzi fl-istatus tal-istokk l-aktar vulnerabbli f’kull grupp ta’ stokkijiet u qies li l-mortalità mis-sajd jeħtieġ li titnaqqas b’mod differenti bejn l-unitajiet ta’ ġestjoni tal-isforz (EMU), jiġifieri EMU 1 (GFCM GSAs 1, 2, 5, 6, u 7,) u EMU 2 (GFCM GSAs 8, 9, 10, u 11). L-STECF ta parir li għall-istokk l-aktar vulnerabbli (il-merluzz (Merluccius merluccius) fl-EMU 1 u l-merluzz fl-EMU 2), it-tnaqqis fil-mortalità mis-sajd jenħtieġ li jammonta għal 66 % fl-EMU 1 u 38 % fl-EMU 2 sabiex jintlaħaq l-FMSY fl-2025. Abbażi ta’ tali parir, għall-2025, jenħtieġ għalhekk li l-isforz tas-sajd massimu permissibbli tal-bastimenti tat-tkarkir għal kull grupp ta’ sforz tas-sajd jitnaqqas b’66 % fl-EMU 1 u bi 38 % fl-EMU 2 filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet ta’ kull Stat Membru għall-mortalità mis-sajd u jitnaqqas mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(11) |
Fl-2024, l-STECF ta parir li l-bastimenti tas-sajd bil-konz għandhom impatt fuq il-merluzz riproduttiv, b’mod partikolari fil-GFCM GSAs 8-9-10 u 11. L-STECF ta parir ukoll li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv tal-merluzz fil-GFCM GSAs 1, 5, 6 u 7 u fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11 għadu taħt il-punt ta’ referenza tal-limitu ta’ konservazzjoni (BLIM) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2019/1022 u li jenħtieġ li l-mortalità mis-sajd titnaqqas b’66 % fil-GFCM GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 u bi 38 % fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11 sabiex jintlaħaq l-FMSY fl-2025. Fil-GFCM GSAs 1,2, 5, 6 u7, huwa għalhekk xieraq li, għall-2025, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tas-sajd bil-konz jinżamm fil-livelli stabbiliti għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259, abbażi tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/1022. Fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11 huwa xieraq li, għall-2025, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tas-sajd bil-konz jitnaqqas bi 13 % meta mqabbel mal-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259, abbażi tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/1022. |
|
(12) |
Fl-2024, l-STECF ta parir li l-mortalità mis-sajd tal-gamblu blu u aħmar fil-GFCM GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 għadha ‘l bogħod minn livelli sostenibbli u li għalhekk huma meħtieġa aktar miżuri ta’ ġestjoni, minbarra t-tnaqqis tal-isforz tas-sajd. B’mod partikolari, l-STECF ta parir li, sabiex jintlaħaq l-FMSY fl-2025, jenħtieġ li l-qabdiet jitnaqqsu b’medja ta’ 50 %, u speċifikament b’25 % fil-GFCM GSAs 1 u 2, b’64 % fil-GFCM GSA 5 u b’62 % fil-GFCM GSAs 6 u 7. B’kontinwazzjoni tal-miżuri adottati fl-2022, fl-2023 u fl-2024 u f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, huwa għalhekk xieraq li r-reġim tal-isforz tas-sajd jiġi kkomplementat b’limiti massimi ta’ qbid. Jenħtieġ li l-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu blu u aħmar fil-GFCM GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 jitnaqqsu b’10 % meta mqabbla mal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(13) |
Fl-2024, l-STECF ta parir li huma meħtieġa aktar miżuri ta’ ġestjoni għall-gamblu blu u aħmar fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11 minbarra t-tnaqqis tal-isforz tas-sajd u rrakkomanda li l-qabda totali titnaqqas bi 18 %. Għalhekk huwa xieraq li r-reġim tal-isforz tas-sajd jiġi kkomplementat b’limiti massimi ta’ qbid, b’kontinwazzjoni tal-miżuri adottati fl-2022, fl-2023 u fl-2024 u f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jenħtieġ li l-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu blu u aħmar fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11 jitnaqqsu b’6 % meta mqabbla mal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(14) |
Fl-2024, l-STECF ta parir li huma meħtieġa aktar miżuri ta’ ġestjoni għall-gamblu aħmar kbir fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11 minbarra t-tnaqqis tal-isforz tas-sajd u rrakkomanda li l-qabda totali titnaqqas b’29 %. Għalhekk huwa xieraq li r-reġim tal-isforz tas-sajd jiġi kkomplementat b’limiti massimi ta’ qbid, b’kontinwazzjoni tal-miżuri adottati fl-2022, fl-2023 u fl-2024 u f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jenħtieġ li l-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11 jitnaqqsu b’6 % meta mqabbla mal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(15) |
Sabiex jiġi promoss l-użu tas-selettivita’ tal-irkaptu tas-sajd u jiġu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni effiċjenti għall-protezzjoni tal-frieħ tal-ħut u tal-ħut riproduttiv, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 (4) stabbilixxa mekkaniżmu ta’ kumpens b’rabta mar-reġim tal-isforz għall-bastimenti tat-tkarkir. Hekk kif l-STECF ikompli jirrakkomanda għall-2025 it-titjib ulterjuri tas-selettività tal-irkaptu tas-sajd u tal-effiċjenza taż-żoni magħluqa biex jiġu protetti l-ħut li għadu qed jikber u l-ħut riproduttiv, u peress li dawk il-miżuri għandhom impatt muri fuq l-isforz tas-sajd, jenħtieġ li l-Istati Membru jkun jista’ jalloka jiem tas-sajd addizzjonali lil bastiment jekk il-bastiment jikkonforma ma’ tal-anqas waħda minn dawn il-miżuri stabbilita fuq il-livell nazzjonali. L-Istat Membru kkonċernat ma għandux jalloka jiem tas-sajd addizzjonali li jirriżultaw fil-qbiż tal-livell tal-isforz tas-sajd stabbilit għall-grupp tal-isforz tas-sajd rilevanti mir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(16) |
F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1022, meta l-parir xjentifiku juri li l-bijomassa ta’ stokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament tkun anqas mill-punt ta’ referenza prekawzjonarju tal-bijomassa (BPA), jew tkun anqas mill-punt ta’ referenza ta’ limitu tal-bijomassa (BLIM), għandhom jittieħdu aktar miżuri ta’ rimedju sabiex jiżguraw ir-ritorn rapidu tal-istokkijiet għal livelli ogħla minn dawk li huma kapaċi jipproduċu l-MSY. |
|
(17) |
Fl-44 laqgħa annwali tagħha fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (il-GFCM GSAs 17 u 18), li mill-2022 sal-2029 introduċiet livell massimu ta’ qabdiet u limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta relatat għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li għandhom fil-mira speċijiet pelaġiċi żgħar. Jenħtieġ li dawk il-miżuri li huma relatati mal-2025 jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(18) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha fl-2024, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/4 dwar reġim tas-sajd fit-tul u l-istabbiliment ta’ limiti ta’ qbid għall-2025 għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (il-GFCM GSAs 17 u 18), li jirriżulta mir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/4 stabbiliet għall-2025 il-livell separat ta’ qabdiet għall-inċova u s-sardin, li jirriżulta mill-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-kontroll tal-ħsad. Id-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri hija bbażata fuq il-qabdiet storiċi ta’ kull Stat Membru. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(19) |
Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli għall-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (il-GFCM GSAs 17 u 18), li introduċiet reġim ta’ sforz tas-sajd u limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta għal ċerti stokkijiet demersali. Jenħtieġ li dawk il-miżuri li huma relatati mal-2025 jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(20) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha fl-2024, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/5 dwar l-implimentazzjoni ta’ reġim tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet demersali ewlenin fil-Baħar Adrijatiku (il-GFCM GSAs 17 u 18) fl-2025, li jirriżulta mir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5. Ir-rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/5 tipprevedi tnaqqis globali b’5,2 % tar-reġim tal-isforz tas-sajd għall-bastiment bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti u tiġdid tal-livelli tal-isforz tal-2024 għall-bastimenti tat-tkarkir bit-travu. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqas 5,2 % mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastiment bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti stabbilit għall-2024 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 u l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir bit-travu jenħtieġ li jinżamm fil-livelli tal-2024. |
|
(21) |
Filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħha fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar u fuq l-istokkijiet demersali, u f’konformità mal-paragrafu 33 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 u l-paragrafu 13 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5, jixraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u li jiġi żgurat l-aċċess mill-flotta Slovena għal kwantità minima ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar u għal allokazzjoni minima tal-isforz għall-istokkijiet demersali. |
|
(22) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet demersali fil-Kanal ta’ Sqallija (GFCM GSAs 12 sa 16), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/12 u GFCM/42/2018/5. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 introduċiet reġim ta’ sforz għall-merluzz u limiti ta’ qbid għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), kif ukoll iffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2025, ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 tipprevedi l-iffriżar tal-isforz tas-sajd fil-livell tal-2024 u tnaqqis ta’ 3 % tal-limiti ta’ qbid għall-gamblu abjad. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu abjad stabbiliti għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(23) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Kanal ta’ Sqallija (GFCM GSAs 12 sa 16), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/7 u GFCM/43/2019/6. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 introduċiet limitu ta’ qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2025, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar stabbiliti għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(24) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Jonju (GFCM GSAs 19 sa 21), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/8 u GFCM/42/2018/4. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 introduċiet limitu ta’ qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2025, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar stabbiliti għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(25) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Levantin (GFCM GSAs 24 sa 27), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/6 u GFCM/42/2018/3. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 introduċiet limitu ta’ qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2025, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar stabbiliti għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(26) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran (GFCM GSAs 1 sa 3), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/4, GFCM/43/2019/2 u GFCM/41/2017/2. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(27) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha fl-2024, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/3 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju addizzjonali għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (GFCM GSAs 1 sa 3), li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3. Ir-rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/3 introduċiet tnaqqis ta’ 30 % tal-limiti tal-qbid għall-2025. Għalhekk, sabiex jiġu implimentati dawk il-miżuri fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li t-30 % jitnaqqsu mil-livell massimu ta’ qabdiet stabbilit għall-2024 bir-Regolament (UE) 2024/259. |
|
(28) |
Abbażi tal-parir xjentifiku mogħti mill-Grupp ta’ Ħidma tal-GFCM għall-Baħar l-Iswed, jenħtieġ li l-livell attwali tal-mortalità mis-sajd tal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) jinżamm biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed (GFCM GSA 29). Għalhekk jixraq li tkompli tiġi stabbilita kwota awtonoma għal dan l-istokk. |
|
(29) |
Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed (GFCM GSA 29). Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 introduċiet qabda totali permissibbli (TAC, total allowable catch) reġjonali aġġornata u skema ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni ulterjuri, b’mod partikolari perjodu ta’ xahrejn magħluq għas-sajd u limitazzjoni tal-jiem tas-sajd ta’ 180 jum fis-sena. F’konformità mar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3, dawk il-miżuri ta’ konservazzjoni ulterjuri huma marbuta mil-lat funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd, peress li mingħajr dawk il-miżuri fis-seħħ il-livell tat-TAC għall-barbun imperjali jkollu jitnaqqas biex jiġi żgurat l-irkupru tiegħu. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(30) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha fl-2024, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/8 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (GFCM GSA 29), li temenda r-Rakkomandazzjonijiet GFCM/43/2019/3 u GFCM/41/2017/4. Ir-rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/8 stabbiliet it-TAC għall-barbun imperjali għall-perjodu mill-2025 sal-2028. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(31) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha fl-2024, il-GFCM approvat riport tal-kwota mhux użata tal-Unjoni għall-barbun imperjali fl-2023, fid-dawl tas-sitwazzjoni eċċezzjonali li nħolqot mill-kuntest reġjonali fil-Baħar l-Iswed. Jenħtieġ li dik il-miżura tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li d-distribuzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li jirriżultaw mis-sottoutilizzazzjoni titwettaq abbażi tal-kontribut rispettiv ta’ kull Stat Membru lejn is-sottoutilizzazzjoni, mingħajr ma jinbidel il-koeffiċjent tad-distribuzzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2024/259 dwar l-allokazzjoni annwali tat-TACs. |
|
(32) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (5), u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu dwar ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ jiġu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri jridu jużaw meta jibagħtu d-data dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament lill-Kummissjoni. |
|
(33) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (6) jipprevedi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti, inkluż skont l-Artikoli 3 u 4 tagħha, u dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għall-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema stokkijiet ma jkunux soġġetti għall-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Barra minn hekk, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi flessibbiltà ulterjuri minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li timmina l-ilħuq tal-objettivi tal-PKS u tikkawża d-deterjorament tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jkun espliċitu li l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma japplikawx b’mod kumulattiv. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li, fejn rilevanti, il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tiġi eskluża abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. |
|
(34) |
Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2025. Għal raġunijiet ta’ urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed u li jisfruttaw l-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:
|
(a) |
is-sallura (Anguilla anguilla), il-qroll aħmar (Corallium rubrum) u l-lampuka (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran; |
|
(b) |
il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Punent tal-Baħar Mediterran; |
|
(c) |
l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardina (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku; |
|
(d) |
il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku; |
|
(e) |
il-merluzz (Merluccius merluccius) u l-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Kanal ta’ Sqallija; |
|
(f) |
il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Kanal ta’ Sqallija, fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin; |
|
(g) |
il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran; |
|
(h) |
il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed. |
2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għal attivitajiet tas-sajd oħrajn tal-Unjoni, inkluż is-sajd rikreattiv, meta tali attivitajiet tas-sajd jissemmew b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“ilmijiet internazzjonali” tfisser l-ilmijiet li ma huma fis-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni ta’ kwalunkwe Stat; |
|
(b) |
“sajd rikreattiv” tfisser l-attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport; |
|
(c) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:
|
|
(d) |
“kwota” tfisser proporzjon tat-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru; |
|
(e) |
“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu ta’ qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ TAC maqbula; |
|
(f) |
“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha hemm disponibbli valutazzjoni analitika; |
|
(g) |
“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, ibbażata fuq id-data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li r-rieżami xjentifiku indika li hija ta’ kwalità suffiċjenti biex tipprovdi parir xjentifiku dwar l-għażliet għall-qabdiet futuri; |
|
(h) |
“irkaptu biex jinġema’ l-ħut” (FAD) tfisser kwalunkwe tagħmir li jżomm f’wiċċ il-baħar bl-objettiv li jattira l-ħut. |
Artikolu 3
Żoni tas-sajd
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni tas-sajd li ġejjin:
|
(a) |
“subżoni ġeografiċi tal-GFCM” (GFCM GSAs) tfisser iż-żoni stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
|
(b) |
“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 1 sa 27, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(c) |
“il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(d) |
“il-Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 17 u 18, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(e) |
“il-Kanal ta’ Sqallija” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 12, 13, 14, 15 u 16, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(f) |
“il-Baħar Jonju” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 19, 20 u 21, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(g) |
“il-Baħar Levantin” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 24, 25, 26 u 27, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(h) |
“il-Baħar Alboran” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 1, 2 u 3, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(i) |
“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet fis-subżona ġeografika tal-GFCM 29, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124. |
TITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI
KAPITOLU I
Il-Baħar Mediterran
Artikolu 4
Sallura
1. Dan l-Artikolu japplika għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 1 sa 27, għall-ilmijiet salmastri u għall-ilma ħelu. L-ilmijiet salmastri jinkludu l-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni.
2. Għandu jkun ipprojbit it-twettiq ta’ attivitajiet tas-sajd kummerċjali għas-sallura (Anguilla anguilla) ta’ tul totali ta’ aktar minn 12-il cm, jew bħala speċi fil-mira jew bħala qabda aċċessorja, għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur fl-2025. Għal dak l-għan, kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina perjodu wieħed jew aktar ta’ għeluq soġġett għal dan li ġej:
|
(a) |
fejn xieraq, il-perjodu jew il-perjodi ta’ għeluq jistgħu jvarjaw fi Stat Membru wieħed minn żona tas-sajd għal oħra sabiex titqies ix-xejra tal-migrazzjoni ġeografika u temporali tas-sallura fl-istadji differenti tal-ħajja tagħha; |
|
(b) |
il-perjodu jew il-perjodi ta’ għeluq għandhom idumu mill-inqas 6 xhur konsekuttivi, jew total ta’ 6 xhur f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3; u |
|
(c) |
il-perjodu jew il-perjodi ta’ għeluq għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi ta’ konservazzjoni stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 (8), mal-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fis-seħħ u max-xejriet tal-migrazzjoni temporali tas-sallura fl-istadju tal-ħajja rispettiv fl-Istat Membru kkonċernat. |
3. Il-perjodu ta’ għeluq għandu jkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2025, u perjodu addizzjonali ta’ għeluq ta’ tliet xhur għandu jiġi stabbilit minn kull Stat Membru kkonċernat biex iseħħ bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Novembru 2025.
4. L-attivitajiet tas-sajd kummerċjali għas-sallura ta’ tul totali ta’ inqas minn 12 cm għandhom jiġu awtorizzati kull sena għal perjodu ta’ xahrejn, u dawk l-attivitajiet tas-sajd għandhom jiġu mmonitorjati minn istituzzjoni xjentifika deżinjata li ser tissorvelja l-ġbir u l-analiżi tad-data.
5. L-għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-għadd massimu ta’ rkapti passivi awtorizzati biex jimmiraw għas-sallura ta’ tul totali ta’ inqas minn 12 cm għal skopijiet kummerċjali ma għandhomx jaqbżu l-livelli stipulati fl-Anness I.
6. Is-sajd rikreattiv tas-sallura fl-istadji kollha tal-ħajja għandu jkun ipprojbit.
7. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar:
|
(a) |
il-perjodu ta’ għeluq jew il-perjodi ta’ għeluq li huwa jkun iddetermina f’konformità mal-paragrafi 2 sa 3 sal-1 ta’ Marzu 2025; |
|
(b) |
il-miżuri nazzjonali relatati mal-perjodu ta’ għeluq jew perjodi ta’ għeluq li huwa jkun iddetermina f’konformità mal-paragrafi 2 u 3, fi żmien ġimagħtejn mill-adozzjoni tagħhom; u |
|
(c) |
il-perjodu awtorizzat għas-sajd tas-sallura ta’ tul totali ta’ inqas minn 12 cm f’konformità mal-paragrafu 4 sal-1 ta’ Marzu 2025. |
Artikolu 5
Qroll aħmar
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaħsdu l-qroll aħmar (Corallium rubrum) fil-Baħar Mediterran.
2. Għas-sajd immirat, l-għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-kwantitajiet massimi tal-istokkijiet tal-qroll aħmar maħsuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni kif ukoll l-attivitajiet tal-ħsad tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 6
Lampuka
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet tas-sajd kummerċjali kollha għall-ispeċijiet pelaġiċi mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għal-lampuka (Coryphaena hippurus) billi jużaw FADs fil-Baħar Mediterran. Japplika wkoll għas-sajd rikreattiv tal-lampuka fil-Baħar Mediterran.
2. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’għadd ta’ bastimenti, kW u tunnellaġġ gross (GT, gross tonnage), ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għal-lampuka hija stabbilita fl-Anness III.
3. L-għadd massimu ta’ FADs għal kull bastiment awtorizzat jistad għal-lampuka huwa stabbilit fl-Anness III.
4. Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-lampuka ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness III.
5. Għas-sajd rikreattiv, l-għadd massimu ta’ qabdiet għandu jkun limitat għal 10 kg jew għal ħames ħutiet ta’ kwalunkwe daqs għal kull persuna kuljum.
KAPITOLU II
Il-Punent tal-Baħar Mediterran
Artikolu 7
Stokkijiet demersali
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-istokkijiet demersali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/1022 fil-Punent tal-Baħar Mediterran.
2. L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz huwa stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u mal-Artikoli 26 sa 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
3. Il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu tal-fond fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni huma stabbiliti fl-Anness IV.
4. Il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu tal-fond fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja huma stabbiliti fl-Anness IV.
5. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stipulat fl-Anness IV, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(d) |
kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 8
Mekkaniżmu ta’ kumpens
1. Għat-taqsima tal-flotta kkonċernata u għal-lista tal-bastimenti eliġibbli kkonċernati, fl-2025 Stat Membru jista’ jagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd kif prevista f’dan il-paragrafu u kkalkulata f’konformità mal-paragrafi 4 u 5 , dment li l-bastiment li jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali jissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fil-livell nazzjonali:
|
(a) |
jekk il-bastiment ineħħi l-irkaptu tax-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti tewmin (OTT), Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’24 %; jekk il-bastiment ikun qed jimplimenta dik il-miżura qabel l-1 ta’ Mejju 2025, l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd tista’ tiżdied b’35 %; jekk in-numru totali tal-bastimenti jirrappreżenta aktar minn 40 % tal-flotta tal-Istat Membru kkonċernat, l-Istat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’40 %; |
|
(b) |
jekk il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b’malja kwadra ta’ 45 mm fil-manka, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’9,3 %; jekk il-bastiment ikun qed jimplimenta dik il-miżura qabel l-1 ta’ Mejju 2025, l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd tista’ tiżdied bi 18,6 %; jekk in-numru totali tal-bastimenti jirrappreżenta aktar minn 40 % tal-flotta tal-Istat Membru kkonċernat, l-Istat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’25 %; jekk il-miżura tapplika għall-bastimenti kollha tal-Istat Membru kkonċernat, l-Istat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 30 %; |
|
(c) |
jekk il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b’malja kwadra ta’ 50 mm fil-manka, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’15,4 %; jekk il-bastiment ikun qed jimplimenta dik il-miżura qabel l-1 ta’ Mejju 2025, l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd tista’ tiżdied bi 30,8 %; jekk in-numru totali tal-bastimenti jirrappreżenta aktar minn 40 % tal-flotta tal-Istat Membru kkonċernat, l-Istat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’40 %; jekk il-miżura tapplika għall-bastimenti kollha tal-Istat Membru kkonċernat, l-Istat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’50 %; |
|
(d) |
jekk il-bastiment ikun soġġett għal perjodu magħluq li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir bejn fond ta’ 100 m u 500 m għal mill-inqas sitt ġimgħat kontinwi bejn Mejju u Settembru, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’10 %; |
|
(e) |
jekk il-bastiment ikun soġġett għal perjodu magħluq li jipprojbixxi l-attività tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11 għal mill-inqas erba’ ġimgħat kontinwi bejn Mejju u Ottubru, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 15 %; |
|
(f) |
jekk il-bastiment ikun soġġett għal perjodu magħluq li jipprojbixxi l-attività tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-GFCM GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 għal mill-inqas erba’ ġimgħat kontinwi bejn Mejju u Ottubru, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 15 %; |
|
(g) |
jekk il-bastiment ikun soġġett għal żona nazzjonali magħluqa għas-sajd li tkopri mill-inqas 5 % taż-żoni tas-sajd tiegħu bejn fond ta’ 100 m u 500 m, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’4 %; |
|
(h) |
jekk il-bastiment ikun soġġett għal żona magħluqa temporanja li tippermetti t-tnaqqis ta’ mill-inqas 20 % tal-qabdiet ta’ ħut riproduttiv tal-merluzz, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b’ 13 %; |
|
(i) |
jekk il-bastiment ikun soġġett għal żona magħluqa temporanja li tippermetti t-tnaqqis ta’ mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta’ ħut li għadu qed jikber tal-ispeċijiet demersali kollha jew b’mill-inqas 20 % qabdiet ta’ ħut riproduttiv tal-ispeċijiet demersali kollha, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 3 %; |
|
(j) |
jekk il-bastiment ikun soġġett għal għeluq permanenti għall-attività tas-sajd b’bastimenti tat-tkarkir f’fond ta’ inqas minn 800 m, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 3 %; |
|
(k) |
jekk il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b’bibien sospiżi fuq wiċċ l-ilma, sospiżi fl-ilma, diriġenti b’kuntatt baxx jew bibien oħra li jnaqqsu l-kuntatt tal-bibien u l-irkaptu ma’ qiegħ il-baħar, biex jippreservaw il-ħabitats essenzjali tal-ħut tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 3 %; |
|
(l) |
jekk il-bastiment juża rkaptu regolat selettiv ħafna, li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont studju mill-STECF, fi tnaqqis ta’ mill-inqas 25 % fil-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha jew tnaqqis ta’ mill-inqas 20 % ta’ ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020, bħal għarbiel bi spazji ta’ 20 mm, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 3 %. |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, meta jinnotifika allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd, il-lista tal-bastimenti tas-sajd li jissoddisfaw kull wieħed mill-kundizzjonijiet magħżula għall-kumpens, kif ukoll l-għadd relatat ta’ jiem addizzjonali tas-sajd.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru, in-notifika tiegħu ta’ allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd u jittrażmetti lill-Kummissjoni, mill-aktar fis possibbli, l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna t-twettiq tal-kundizzjonijiet.
4. L-allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd għandha tiġi kkalkulata mill-isforz massimu permess skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 proporzjonalment għall-għadd rilevanti ta’ bastimenti eliġibbli kkonċernati mill-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1.
5. L-Istat Membru kkonċernat ma għandux jalloka jiem tas-sajd addizzjonali li jirriżultaw fil-qbiż tal-livell tal-isforz tas-sajd stabbilit għall-grupp tal-isforz tas-sajd rilevanti fir-Regolament (UE) 2024/259.
6. L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf ukoll b’mod separat, kull xahar, lill-Kummissjoni bl-isforz implimentat biex jinqata’ mill-kwota addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 billi juża kodiċijiet tar-rapportar speċifiċi għal dik l-allokazzjoni.
Artikolu 9
Miżuri ta’ rimedju għall-merluzz fil-GFCM GSAs 1, 2, 5, 6 u 7, għall-gamblu blu u aħmar fil-GFCM GSAs 5, 6 u 7, għall-gamblu aħmar kbir fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11, u għall-iskampu fil-GFCM GSA 6
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius) fil-GFCM GSAs 1, 2, 5, 6 u 7, l-iskampu (Nephrops norvegicus) fil-GFCM GSA 6, il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-GFCM GSAs 5, 6 u 7, u l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-GFCM GSAs 8, 9, 10 u 11.
2. Il-limitu massimu tal-qbid tal-merluzz għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GTR, GND) fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Punent tal-Baħar Mediterran huwa stipulat fl-Anness IV.
3. L-Istati Membri għandhom jadottaw daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni tal-gamblu blu u aħmar u għall-gamblu aħmar kbir ta’ mill-inqas 25 mm CL.
4. L-Istati Membri għandhom jadottaw daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għall-iskampu ta’ mill-inqas 25 mm CL.
5. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, diment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).
Artikolu 10
Miżuri ta’ rimedju għall-merluzz fil-GFCM GSAs 8, 9, 10, u 11
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius) fil-GFCM GSAs 8, 9, 10, u 11.
2. Il-limitu massimu tal-qbid tal-merluzz għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GTR, GND) fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Punent tal-Baħar Mediterran huwa stipulat fl-Anness IV.
3. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, diment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.
Artikolu 11
Reġistrazzjoni u trażmissjoni tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jittrażmettu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u mal-Artikoli 146c, 146d u 146e tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (10).
2. Meta l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni data relatata mal-isforz tas-sajd skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, dawn għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness IV f’dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
Il-Baħar Adrijatiku
Artikolu 12
Stokkijiet pelaġiċi żgħar
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu s-sardina (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-Baħar Adrijatiku.
2. Il-livell massimu ta’ qabdiet ta’ sardin u inċova ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness V.
3. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’numri ta’ bastimenti, kW u GT ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar hija stabbilita fl-Anness V.
4. L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 13
Stokkijiet demersali
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku.
2. L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għal dawk l-istokkijiet demersali u l-kapaċità massima tal-flotta fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huwa stabbilit fl-Anness V.
3. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 14
Trażmissjoni tad-data
Meta, f’konformità mal-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jippreżentaw data relatata mal-ħatt l-art u mal-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet u l-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
Il-Kanal ta’ Sqallija
Artikolu 15
Merluzz u gamblu abjad
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius) u l-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Kanal ta’ Sqallija.
2. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet demersali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu hija stabbilita fl-Anness VI.
3. L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-merluzz (espress f’għadd ta’ jiem tas-sajd), għall-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti (OTB) li jistadu għall-merluzz huwa stipulat fl-Anness VI.
4. Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu abjad ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VI.
5. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 16
Gamblu tal-fond
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Kanal ta’ Sqallija.
2. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet demersali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu hija stabbiliat fl-Anness VI.
3. Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VI.
Artikolu 17
Trażmissjoni tad-data
Meta, f’konformità mal-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jippreżentaw data dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda lill-Kummissjoni, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU V
Il-Baħar Jonju u l-Baħar Levantin
Artikolu 18
Gamblu tal-fond
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin.
2. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet demersali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu hija stabbilita fl-Anness VII.
3. Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VII.
KAPITOLU VI
Il-Baħar Alboran
Artikolu 19
Paġella ħamra
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd kummerċjali u rikreattiv mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) bil-konzijiet u bix-xlief fil-Baħar Alboran.
2. Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VIII.
3. L-għadd massimu ta’ konzijiet u xlief awtorizzati għas-sajd tal-paġella ħamra huwa stabbilit fl-Anness VIII.
4. Għandu jiġi stabbilit għeluq temporali bl-għan li jiġi protett l-istokk ewlieni matul ir-riproduzzjoni għal perjodi ta’ mhux inqas minn 60 jum kontinwu. Tali għeluq għandu jdum għal mill-anqas xahrejn u għandu jsir waqt il-perjodu minn Jannar sa Marzu 2025 u għandu jkopri ż-żoni ewlenin tad-distribuzzjoni tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran.
5. Għall-attivitajiet tas-sajd rikreattiv, l-għadd massimu ta’ qabdiet għandu jkun limitat għal ħuta waħda għal kull persuna kuljum. Id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 40 cm għall-paġella ħamra għandu japplika għas-sajd rikreattiv fil-Baħar Alboran. Is-sajd rikreattiv għal dik l-ispeċi għandu jkun ipprojbit matul il-perjodu magħluq għas-sajd kummerċjali stabbilit fil-livell nazzjonali.
KAPITOLU VII
Il-Baħar l-Iswed
Artikolu 20
Laċċa kaħla
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed.
2. Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla hija stabbilita fl-Anness IX.
3. L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 21
Barbun imperjali
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed.
2. It-TAC għall-barbun imperjali applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed, l-allokazzjoni ta’ din it-TAC fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbuta mil-lat funzjonali magħha, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness IX.
3. L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 22
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-barbun imperjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21, irrispettivament mit-tul kumplessiv tal-bastiment, ma għandhomx jaqbżu l-180 jum tas-sajd fis-sena.
Artikolu 23
Perjodu ta’ għeluq għall-barbun imperjali
Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kwalunkwe attività tas-sajd għall-barbun imperjali, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ tal-barbun imperjali, fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 24
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 25
Trażmissjoni tad-data
Meta, f’konformità mal-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni data dwar il-ħatt l-art tal-kwantitajiet ta’ stokkijiet tal-laċċa kaħla u tal-barbun imperjali maqbuda fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2024/259, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/259/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1022/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2022/110/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/847/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) (ĠU L, 2023/2124, 12.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2124/oj).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1100/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/404/oj).
ANNESS I
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD KUMMERĊJALI TAL-UNJONI GĦALL-FRIEĦ TAS-SALLURA FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA’ ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-KUMMISSJONI ĠENERALI TAS-SAJD GĦALL-MEDITERRAN (GFCM) GĦAS-SALLURA FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistipulaw l-għadd massimu permissibbli ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-għadd massimu għall-irkapti tas-sajd awtorizzati għal attivitajiet tas-sajd kummerċjali li għandhom fil-mira s-sallura (Anguilla anguilla) ta’ tul totali ta’ inqas minn 12 cm.
Tabella 1
Għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
Stati Membri |
Sallura ELE |
|
Spanja |
153 |
Tabella 2
Għadd massimu ta’ rkapti tas-sajd
|
Stati Membri |
Rkaptu tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Unitajiet |
|
Spanja |
Kontenituri u nases |
EPO |
249 |
ANNESS II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA’ ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-KUMMISSJONI ĠENERALI TAS-SAJD GĦALL-MEDITERRAN (GFCM) GĦALL-QROLL AĦMAR FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu permissibbli ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Corallium rubrum |
COL |
Qroll aħmar |
Tabella 1
Għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd (*1)
|
Stati Membri |
Qroll aħmar COL |
|
Greċja |
12 |
|
Spanja |
0 (*2) |
|
Franza |
32 |
|
Kroazja |
0 (*2) |
|
Italja |
40 |
|
(*1) Jirrappreżenta l-għadd ta’ bastimenti jew bugħaddasa, jew it-tnejn li huma, jew l-abbinament ta’ bugħaddas wieħed ma’ bastiment wieħed, awtorizzati għall-ħsad tal-qroll aħmar. (*2) F’konformità mal-projbizzjoni temporali attwali għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilita fl-ilmijiet Spanjoli u fl-ilmijiet Kroati, sakemm ikun hemm bidliet possibbli fil-futur. |
|
Tabella 2
Livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi: |
Qroll aħmar Corallium rubrum |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Mediterran – GSAs 1-27 COL/GF1-27 |
|
|
Greċja |
1 844 |
|
|
|
|
Spanja |
0 |
|||
|
Franza |
1 400 |
|
||
|
Kroazja |
0 |
|||
|
Italja |
1 378 |
|
||
|
Unjoni |
4 622 |
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
||
|
(**) F’konformità mal-projbizzjoni temporali attwali għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilita fl-ilmijiet Spanjoli u fl-ilmijiet Kroati, sakemm ikun hemm bidliet possibbli fil-futur. |
||||
ANNESS III
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-LAMPUKI FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu, il-kW u t-tunnellaġġ gross (GT, gross tonnage) tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-lampuki bl-użu ta’ rkapti biex jinġema’ l-ħut (FADs, fish aggregation devices) fil-Baħar Mediterran u l-livell massimu ta’ qabdiet.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Coryphaena hippurus |
DOL |
Lampuka |
Tabella 1
Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti li jistadu għal-lampuki bl-użu ta’ FADs fil-Baħar Mediterran (GSAs 1-27)
|
Stat Membru |
Għadd ta’ bastimenti |
kW |
GT |
|
Italja |
261 |
21 061 |
1 986 |
|
Malta |
130 |
16 662 |
1 296,28 |
|
Spanja |
45 |
2 105,73 |
153,34 |
Tabella 2
L-għadd massimu ta’ FADs għal kull bastiment awtorizzat biex jistad għal-lampuki fil-Baħar Mediterran (GSAs 1-27)
|
Stat Membru |
Għadd ta’ FADs għal kull bastiment |
|
Italja |
100 |
|
Malta |
200 |
|
Spanja |
50 |
Tabella 3
Il-livell massimu ta’ qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj maqbuda fil-Baħar Mediterran (GSAs 1-27)
|
Speċi: |
Lampuka Coryphaena hippurus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tal-GSAs 1-27 tal-GFCM (DOL/MED) |
|
|
Italja |
1 174 |
|
Livell massimu ta’ qabdiet |
|
|
Malta |
517 |
|
||
|
Spanja |
127 |
|
||
|
Unjoni |
1 818 |
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
||
ANNESS IV
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET DEMERSALI FIL-PUNENT TAL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2019/1022, il-limiti massimi ta’ qbid u t-tul kumplessiv tal-bastimenti għat-tipi kollha tax-xbieki tat-tkarkir (1) u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ li jistadu għall-istokkijiet demersali fil-punent tal-Baħar Mediterran.
L-opportunitajiet tas-sajd kollha stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Aristaeomorpha foliacea |
ARS |
Gamblu aħmar kbir |
|
Aristeus antennatus |
ARA |
Gamblu blu u aħmar |
|
Merluccius merluccius |
HKE |
Merluzz |
|
Mullus barbatus |
MUT |
Trilja tal-ħama |
|
Nephrops norvegicus |
NEP |
Skampu |
|
Parapenaeus longirostris |
DPS |
Gamblu abjad |
1. Sforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd)
|
(a) |
Għadd ta’ jiem tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7)
|
|
(b) |
Għadd ta’ jiem tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardenja (GSAs 8, 9, 10 u 11)
|
|
(c) |
Għadd ta’ jiem tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7)
|
|
(d) |
Għadd ta’ jiem tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardenja (GSAs 8, 9, 10 u 11)
|
2. Limiti massimi ta’ qbid għall-gambli tal-fond
|
(a) |
Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7) espressi bħala livell massimu ta’ qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) u l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (GSAs 8, 9, 10 u 11) espressi bħala livell massimu ta’ qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Limiti massimi ta’ qbid għall-merluzz
|
(a) |
Opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz (Merluccius merluccius) maqbud bl-irkaptu passiv (GNS, GND u GTR) fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7), espressi bħala livell massimu ta’ qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj.
|
||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz (Merluccius merluccius) maqbud bl-irkaptu passiv (GNS, GND u GTR) fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (GSAs 8, 9, 10 u 11), espressi bħala livell massimu ta’ qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj.
|
||||||||||||||||||||||
(1) TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP u TSP.
ANNESS V
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta’ sforz tal-bastimenti u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, inkluż l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar.
L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Engraulis encrasicolus |
ANE |
Inċova |
|
Merluccius merluccius |
HKE |
Merluzz |
|
Mullus barbatus |
MUT |
Trilja tal-ħama |
|
Nephrops norvegicus |
NEP |
Skampu |
|
Parapenaeus longirostris |
DPS |
Gamblu abjad |
|
Sardina pilchardus |
PIL |
Sardina |
|
Solea solea |
SOL |
Lingwata komuni |
1. Stokkijiet pelaġiċi żgħar – GSAs 17 u 18
|
(a) |
Livell massimu ta’ qabdiet espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir u tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jistadu b’mod attiv għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar
|
|||||||||||||||||||||||||
2. Stokkijiet tal-ħut demersali – GSAs 17 u 18
|
(a) |
L-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont it-tipi ta’ xbieki tat-tkarkir u s-segment tal-flotta għas-sajd tal-istokkijiet demersali fil-GSAs 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku).
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ u tal-bastiment tat-tkarkir bit-travu awtorizzati għas-sajd tal-istokkijiet demersali
|
|||||||||||||||||||||||||
ANNESS VI
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KANAL TA’ SQALLIJA
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta’ sforz tal-bastimenti u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, inkluż l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet demersali u għall-gambli tal-fond.
L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Merluccius merluccius |
HKE |
Merluzz |
|
Parapenaeus longirostris |
DPS |
Gamblu abjad |
|
Aristaeomorpha foliacea |
ARS |
Gamblu aħmar kbir |
|
Aristeus antennatus |
ARA |
Gamblu blu u aħmar |
1. Stokkijiet demersali
|
(a) |
Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet demersali fil-Kanal ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16)
|
|
(b) |
Il-livell massimu tal-isforz tas-sajd (f’jiem tas-sajd), għall-bastimenti bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti (OTB) li jistadu għall-merluzz (Merluccius merluccius) fil-Kanal ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16)
|
|
(c) |
Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Kanal ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16) espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
||||||||||||||||||||||
2. Gambli tal-fond
|
(a) |
Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet tal-gambli tal-fond fil-Kanal ta’ Sqallija (GSAs 12, 13 14, 15 u 16)
|
|
(b) |
Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Kanal ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16) espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(c) |
Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Kanal ta’ Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16) espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
|||||||||||||||||||||||||
ANNESS VII
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR JONJU U FIL-BAĦAR LEVANTIN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-istokkijiet demersali fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Aristaeomorpha foliacea |
ARS |
Gamblu aħmar kbir |
|
Aristeus antennatus |
ARA |
Gamblu blu u aħmar |
1. Il-Baħar Jonju
|
(a) |
Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet tal-gambli tal-fond fil-Baħar Jonju (GSAs 19, 20 u 21)
|
|
(b) |
Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Baħar Jonju (GSAs 19, 20 u 21) espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
||||||||||||||||||||||
|
(c) |
Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Jonju (GSAs 19, 20 u 21) espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
||||||||||||||||||||||
2. Il-Baħar Levantin
|
(a) |
Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet tal-gambli tal-fond fil-Baħar Levantin (GSAs 24, 25, 26 u 27)
|
|
(b) |
Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Baħar Levantin (GSAs 24, 25, 26 u 27) espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
|||||||||||||||||||
|
(c) |
Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Levantin (GSAs 24, 25, 26 u 27) espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
|||||||||||||||||||
ANNESS VIII
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ALBORAN
(a) Il-livell massimu ta’ qabdiet li jsiru bil-konzijiet u bix-xlief, espress f’tunnellati ta’ piż ħaj
|
Speċi: |
Paġella ħamra Pagellus boraraveo |
Żona: |
l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Alboran - GSAs 1, 2, u 3 (SBR/GF1-3) |
|
|
Spanja |
20,83 |
|
Maximum level of catches |
|
|
Unjoni |
20,83 |
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
||
(b) Għadd massimu ta’ konzijiet u xlief awtorizzati għas-sajd fil-Baħar Alboran (GSAs 1, 2 u 3)
|
Stat Membru |
Paġella ħamra fil-GSAs 1, 2 u 3 |
|
Spanja |
82 |
ANNESS IX
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, espressi f’tunnellati ta’ piż ħaj, skont l-istokk u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.
L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċ ikħal |
|
Scophthalmus maximus |
TUR |
Barbun imperjali |
|
Speċi: |
Laċċ ikħal Sprattus sprattus |
Żona: |
l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29 (SPR/F3742C) |
|
|
Bulgarija |
8 032,50 |
|
TAC Analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
|
|
Rumanija |
3 442,50 |
|
||
|
Unjoni |
11 475 |
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
||
|
Speċi: |
Barbun imperjali Scophthalmus maximus |
Żona: |
l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29 (SPR/F3742C) |
|
|
Bulgarija |
90,26 |
|
TAC Analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
|
|
Rumanija |
93,09 |
|
||
|
Unjoni |
183,35 |
|||
|
TAC |
890 |
|
||
|
(*1) Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2025 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ. |
||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/219/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)