|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/212 |
31.1.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/212
tat-13 ta’ Settembru 2024
li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2055 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi tal-istituzzjonijiet ta’ pagament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2055 (2) fih żball fir-rigward tan-numru ta’ identifikazzjoni uniku applikabbli għad-Danimarka. L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dak l-Anness. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament Delegat (UE) 2017/2055 jiġi kkoreġut skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament Delegat (UE) 2017/2055 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2366/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2055 tat-23 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi tal-istituzzjonijiet ta’ pagament (ĠU L 294, 11.11.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/2055/oj).
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament Delegat (UE) 2017/2055, ir-ringiela rigward id-Danimarka hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Id-Danimarka |
Numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpaniji (Numru CVR) |
Numru bi 8 ċifri (eż. 12345678) |
Għal sjieda unika: Numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpaniji (Numru CVR) Għal persuni fiżiċi oħra għajr sjieda unika: Numru personali ta’ reġistrazzjoni (Numru CPR) |
Numru bi 8 ċifri fil-format 12345678 Numru b’10 ċifri fil-format 123456-7890” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/212/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)