European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/211

31.1.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/211

tat-30 ta’ Jannar 2025

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 dwar missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Jannar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 (1), li stabbiliet il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) għal perjodu ta’ sentejn mit-tnedija tagħha.

(2)

Fl-20 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/386 (2), li tniedi l-EUMA u li tagħti lill-missjoni ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perjodu mit-23 ta’ Jannar 2023 sad-19 ta’ Frar 2025.

(3)

Fil-kuntest tar-rieżami strateġiku tal-EUMA, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li jestendi l-EUMA sad-19 ta’ Frar 2027 bl-istess mandat.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 tiġi emendata skont dan.

(5)

L-EUMA ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni sentenza titħassar;

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUMA għall-perjodu mill-20 ta’ Frar 2025 sad-19 ta’ Frar 2027 għandu jkun ta’ EUR 44 199 520.”

;

(2)

fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għandha tapplika sad-19 ta’ Frar 2027.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SZŁAPKA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta’ Jannar 2023 dwar missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (ĠU L 22, 24.1.2023, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/162/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/386 tal-20 ta’ Frar 2023 li tniedi l-missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/162 (ĠU L 53, 21.2.2023, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/386/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/211/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)