European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/209

7.2.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/209

tal-5 ta’ Frar 2025

li tirrimborża ċerta nefqa mġarrba mir-Renju Unit taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li qabel kienet eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni

(notifikata bid-dokument C(2025)680)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 104 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 51 u 52 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 131 u 138 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2866 (3), l-ammont ta’ EUR 3 696 542,04 taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ġie eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni bħala korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta mill-awditu CEB/2023/049/GB.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2851 (4), il-kontijiet tal-Aġenzija tal-Pagamenti “l-Aġenzija tal-Pagamenti Rurali” fir-rigward tal-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni u relatati mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 ġew approvati. Dawk il-kontijiet kienu jinkludu aġġustament relatat mal-korrezzjoni finanzjarja għall-ammont ta’ EUR 3 696 542,04, li jirriżulta mill-awditu CEB/2023/049/GB.

(3)

Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2866 u (UE) 2024/2851 ġew eżegwiti fil-pagament tal-bilanċ finali tal-2024, li rriżulta fit-tnaqqis ta’ EUR 3 696 542,04 mill-pagament finali darbtejn.

(4)

Sabiex jiġi kkumpensat l-effett tat-tnaqqis doppju, huwa neċessarju li jiġi rrimborsat l-ammont ta’ EUR 3 696 542,04 lir-Renju Unit.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1038 (5) approvat il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit għan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2022. Dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni approvat il-kontijiet tal-“Aġenzija tal-Pagamenti Rurali” u inkludiet ammont negattiv ta’ EUR 6 667,13 għall-miżura M19 (Appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER). Madankollu, dan l-ammont ġie eskluż bi żball mill-kalkolu tal-ammont eliġibbli finali għall-miżura.

(6)

Konsegwentement, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2851, li approvat il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit għan-nefqa tal-FAEŻR matul is-sena ta’ eżekuzzjoni finali tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 (mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023), u stabbiliet il-bilanċ finali għall-programmi tal-iżvilupp rurali, ħallset inqas mill-bilanċ finali għall-programm tal-iżvilupp rurali 2014UK06RDRP001 b’EUR 6 667,13. Biex jiġi rettifikat dan in-nuqqas ta’ ħlas, jeħtieġ li jiġu rimborżati EUR 6 667,13 lir-Renju Unit.

(7)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tasal għalihom il-Kummissjoni abbażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’kawżi pendenti fid-9 ta’ Diċembru 2024,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont stabbilit fl-Anness u li huwa marbut man-nefqa li ġarrbu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tar-Renju Unit, iddikjarat fil-qafas tal-FAEŻR u preċedentement eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni, għandu jiġi rimborżat lir-Renju Unit.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Christophe HANSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1306/oj.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2866 tat-13 ta’ Novembru 2024 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerta nefqa mġarrba mir-Renju Unit fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L, 2024/2866, 15.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2866/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2851 tal-11 ta’ Novembru 2024 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti tar-Renju Unit li jikkonċernaw in-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 (is-16 ta’ Ottubru 2022 – il-31 ta’ Diċembru 2023) (ĠU L, 2024/2851, 13.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2851/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1038 tal-24 ta’ Mejju 2023 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2022 (ĠU L 139, 26.5.2023, p. 81, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1038/oj).


ANNESS

Rimborżi

FAEŻR

Partita tal-Baġit: 08030102

Pajjiż

Miżura

Sena Finanzjarja

Raġuni

Tip

Korrezzjoni %

Munita

Ammont Gross

Deduzzjonijiet

Nett Deċiż

GB

Żvilupp Rurali, Miżuri FAEŻR soġġetti għas-SIAK

2022

Rimborż: FAEŻR SIAK: erruri magħrufa identifikati mill-Korp ta’ Konċiljazzjoni (KK) (testjar sostantiv)

TA’ DARBA

 

EUR

7 178,20

0,00

7 178,20

 

Żvilupp Rurali, Miżuri FAEŻR soġġetti għas-SIAK

2022

Rimborż: FAEŻR SIAK - riskju finanzjarju l-aktar probabbli ogħla mill-materjalità

TA’ DARBA

 

EUR

2 068 375,83

0,00

2 068 375,83

 

Żvilupp Rurali FAEŻR, Għarfien u innovazzjoni

2022

Rimborż: FAEŻR mhux SIAK: erruri magħrufa identifikati mill-KK (testjar ta’ konformità)

TA’ DARBA

 

EUR

805 627,84

0,00

805 627,84

 

Ikklerjar ta’ Kontijiet - Ikklerjar Finanzjarju

2022

Rimborż: FAEŻR mhux SIAK: riskju finanzjarju l-aktar probabbli

TA’ DARBA

 

EUR

768 046,80

0,00

768 046,80

 

Żvilupp Rurali, Miżuri FAEŻR soġġetti għas-SIAK

2022

Rimborż: Erruri magħrufa identifikati mill-KK (testjar ta’ konformità)

TA’ DARBA

 

EUR

47 313,37

0,00

47 313,37

 

 

 

 

 

Total għar-Renju Unit:

EUR

3 696 542,04

0,00

3 696 542,04


Munita

Ammont Gross

Deduzzjonijiet

Nett Deċiż

EUR

3 696 542,04

0,00

3 696 542,04


EUR

6 667,13

0,00

6 667,13

Rimborż addizzjonali kif imsemmi fil-premessi (5) u (6) ta’ din id-Deċiżjoni:

Korrezzjonijiet Finanzjarji

Total Nett Deċiż

TOTAL:

 

0,00


Rimborżi

Total Nett Deċiż

FAEŻR

3 696 542,04

Rimborż addizzjonali kif imsemmi fil-premessi (5) u (6) ta’ din id-Deċiżjoni:

6 667,13

TOTAL:

3 703 209,17


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/209/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)