European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/195

4.2.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/195

tat-3 ta’ Frar 2025

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-fenbukonażol u l-penkonażol f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA, ()

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għas-sustanzi attivi fenbukonażol u penkonażol ġew stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Fl-2017 u fl-2018, rispettivament, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjonijiet motivati (2) (3) dwar ir-rieżami tal-MRLs għall-penkonażol u l-fenbukonażol f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-Awtorità kienet identifikat xi informazzjoni bħala mhux disponibbli għal ċerti prodotti. L-informazzjoni disponibbli kienet biżżejjed biex l-Awtorità tipproponi MRLs li huma sikuri għall-konsumaturi.

(3)

Fl-2019, il-Kummissjoni stabbiliet MRLs ġodda għall-fenbukonażol u l-penkonażol fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, billi żammithom fil-livell eżistenti jew billi stabbiliethom fil-livell identifikat mill-Awtorità. Fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ġew indikati lakuni fid-data dwar id-data sa meta l-applikant kellu jressaq lill-Awtorità l-informazzjoni nieqsa b’appoġġ għall-MRLs proposti.

(4)

Peress li l-fenbukonażol ma għadhiex approvata fl-Unjoni, l-applikant ressaq informazzjoni addizzjonali dwar il-provi li tindirizza lakuna fid-data dwar il-Metaboliti Derivattivi tat-Triażol (TDMs) identifikata mill-Awtorità (4) li kienet ġiet ivvalutata wkoll mil-Laqgħa Konġunta tal-Esperti tad-WHO/FAO dwar ir-residwi tal-pestiċidi b’appoġġ għal-limiti massimi ta’ residwi eżistenti tal-Codex (“CXLs”) (5). Il-provi mressqa oriġinarjament biex jiġu stabbiliti l-MRLs tentattivi eżistenti, li huma ogħla mis-CXL, għal ċerti għelejjel ma indirizzawx il-lakuna fid-data. Il-lakuna fid-data dwar it-TDMs rigward il-provi għall-grapefruit, il-larinġ, il-lumi, l-ixkomp, il-frott taż-żerriegħa, iċ-ċirasa, il-ħawħ u l-mirtill ġiet indirizzata mill-provi mressqa b’appoġġ għas-CXLs. Il-lakuna fid-data dwar it-TDMs għall-mandolin ġiet indirizzata permezz ta’ estrapolazzjoni mid-data dwar ir-residwi għal-lumi.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-MRLs eżistenti jitnaqqsu għal-livell tas-CXLs għall-grapefruit, il-larinġ u l-ħawħ u jinżammu fl-MRLs attwali (diġà fil-livell tas-CXLs) għal-lumi, l-ixkomp, il-mandolin, il-frott taż-żerriegħa, iċ-ċirasa u l-mirtill.

(6)

Il-lakuna fid-data dwar l-okkorrenza tat-TDMs ma ġietx indirizzata għall-fenbukonażol fil-każ tal-ġewż tas-siġar, l-għeneb tal-mejda u tal-inbid, il-cranberries, il-banana, il-bżar ħelu/kapsikum, iż-żerriegħa tal-ġirasol, il-karawett/il-karawett mitħun, il-lift/iż-żerriegħa tal-kanola, ix-xgħir, is-segala u l-qamħ. Għalhekk, l-MRLs stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal dawn il-prodotti jenħtieġ li jitnaqqsu għal-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”), ħlief għall-ġewż tas-siġar, li diġà jinsabu fl-LOD.

(7)

Id-data kemm dwar il-provi kif ukoll dwar l-okkorrenza tat-TDMs fil-każ tal-fenbukonażol ma tressqitx għall-berquq, l-għanbaqar u l-kukurbiti bil-qoxra li tittiekel u li ma tittikilx. Għalhekk, jenħtieġ li l-MRLs stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal dawn il-prodotti jitnaqqsu għal-LOD.

(8)

Għall-fenbukonażol, fil-każ ta’ prodotti tal-annimali, il-piż alimentari tal-bhejjem ikkalkulat wera li l-limitu ma nqabiżx meta wieħed iqis ir-residwi tat-TDM permezz tal-karfa tat-tuffieħ u tal-polpa taċ-ċitru mnixxfa. L-Awtorità vvalutat l-informazzjoni l-ġdida pprovduta u ma identifikat l-ebda tħassib dwar il-konsum mill-konsumatur. Għalhekk, jenħtieġ li jinżammu l-MRLs għall-fwied, il-kliewi u l-ġewwieni li jittiekel tal-ħnieżer, tal-bovini, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tal-ekwini u ta’ annimali terrestri mrobbija oħrajn. Għall-ħalib, abbażi tal-valutazzjoni tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, l-LOD ta’ 0,05 mg/kg stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jitnaqqas għal 0,01 mg/kg.

(9)

Għall-penkonażol, l-informazzjoni nieqsa dwar studju rappreżentattiv rigward il-metaboliżmu fl-għelejjel primarji, il-provi addizzjonali dwar ir-residwi, u l-istabbiltà tal-ħżin tal-metaboliti rilevanti, tressqet għat-tut tal-għollieq u għal-lampun. Dawk il-lakuni fid-data ġew indirizzati u l-provi l-ġodda dwar ir-residwi jindikaw il-ħtieġa ta’ MRL ogħla. L-Awtorità kkonfermat (6) li l-ogħla MRL huwa sikur għall-konsumaturi, u għalhekk jenħtieġ li jiżdied l-MRL eżistenti.

(10)

Il-lakuni fid-data għall-penkonażol ġew indirizzati wkoll għall-qara’ aħmar u d-dulliegħ, b’tali mod li jikkonferma li l-MRL eżistenti jenħtieġ li jinżamm.

(11)

Tressqet data dwar il-provi għall-penkonażol għall-frott taż-żerriegħa u l-għanbaqar li minnhom jistgħu fil-prinċipju jiġu dderivati MRLs ogħla. Għalkemm id-data nieqsa rigward il-provi dwar ir-residwi li janalizzaw simultanjament id-definizzjonijiet tar-residwi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskju ma ġietx ipprovduta, l-Awtorità setgħet tuża fattur ta’ konverżjoni biex tqis id-differenza fid-definizzjonijiet tar-residwi. Billi l-Awtorità ma indikatx riskju għall-konsumaturi, abbażi tad-data l-ġdida, l-MRLs jenħtieġ li jiżdiedu.

(12)

Għall-penkonażol, tressqet biżżejjed data dwar il-provi għall-berquq, il-ħawħ, l-għeneb tal-mejda u tal-inbid li minnhom jistgħu jiġu dderivati MRLs aktar baxxi, u għaċ-ċirasa, ir-ribes, it-tadam u l-brunġiel biex jiġu appoġġati l-MRLs eżistenti. Għalkemm il-provi nieqsa dwar ir-residwi li janalizzaw simultanjament id-definizzjonijiet tar-residwi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskju ma ġietx ipprovduta, l-Awtorità setgħet tuża fattur ta’ konverżjoni biex tqis id-differenza fid-definizzjonijiet tar-residwi. Billi l-Awtorità ma indikatx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs jenħtieġ li għalhekk jitnaqqsu għal-livelli identifikati mill-Awtorità għall-berquq, il-ħawħ u l-għeneb tal-mejda u tal-inbid, u l-MRLs eżistenti miżmuma għaċ-ċirasa, ir-ribes, it-tadam u l-brunġiel.

(13)

In-noti kollha f’qiegħ il-paġna li jeħtieġu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali jenħtieġ li jitħassru mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-fenbukonażol u l-penkonażol.

(14)

Barra minn hekk, fis-6 ta’ Frar 2023 (7), il-Kummissjoni Codex Alimentarius adottat CXL ġdid għall-fenbukonażol fit-te aħdar u t-te iswed (iffermentat u mnixxef).

(15)

F’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fejn jeżistu standards internazzjonali jew fejn it-tlestija tagħhom tkun imminenti, dawn għandhom jitqiesu fl-iżvilupp jew fl-adattament tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, ħlief meta dawn l-istandards jew il-partijiet rilevanti jkunu mezz ineffettiv jew mhux adattat biex jintlaħqu l-objettivi leġittimi tal-liġi dwar l-ikel, jew meta jkun hemm ġustifikazzjoni xjentifika, jew meta dawn jirriżultaw f’livell differenti ta’ protezzjoni minn dak iddeterminat bħala xieraq fl-Unjoni. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 13, il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament, l-Unjoni għandha tippromwovi l-konsistenza bejn l-istandards tekniċi internazzjonali u l-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel filwaqt li tiżgura li ma jitbaxxiex il-livell għoli ta’ protezzjoni adottat fl-Unjoni.

(16)

L-Awtorità vvalutat ir-riskji li dak is-CXL joħloq għall-konsumaturi u ppubblikat rapport xjentifiku (9). Fil-każijiet fejn l-Awtorità ma identifikatx riskji għall-konsumaturi fl-Unjoni, u li għalihom l-Unjoni għalhekk ma ppreżentatx riżerva (10) lill-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, is-CXLs jistgħu jitqiesu sikuri. Dan huwa l-każ għas-CXL għall-fenbukonażol fit-te aħdar u t-te iswed (iffermentat u mnixxef), u għalhekk jenħtieġ li jiġi inkluż fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(17)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżviluppi tekniċi jippermettu li jiġu stabbiliti LODs iktar baxxi.

(18)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom.

(19)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(20)

Sabiex ikun hemm lok għall-kummerċjalizzazzjoni, għall-ipproċessar u għall-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-prodotti li jkunu ġew introdotti fis-suq fl-Unjoni qabel ma bdew japplikaw l-MRLs il-ġodda u li għalihom inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(21)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(22)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li jkunu ġew introdotti fis-suq tal-Unjoni qabel l-24 ta’ Awwissu 2025.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-24 ta’ Awwissu 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1., ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.

(2)  EFSA 2017. Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for penconazole according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2017;15(6):4853, 56 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.4853.

(3)  EFSA 2018. Reasoned Opinion on the review of the existing maximum residue levels for fenbuconazole according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2018;16(8):5399, 51 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5399.

(4)  EFSA 2023. Evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for fenbuconazole. EFSA Journal, 21(8), 1–44. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8205.

(5)  FAO (Food and Agriculture Organization of the United Nations), 2016. Submission and evaluation of pesticide residues data for the estimation of Maximum Residue Levels in food and feed. Residwi tal-Pestiċidi. 3rd Edition. Ed. FAO Plant Production and Protection Paper 225, 298 pp.

(6)  EFSA 2023. Reasoned opinion on the evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for penconazole. EFSA Journal 2023;21(3):7889, 52 pp., https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.7889.

(7)  Joint FAO/WHO Food Standards Programme Codex Alimentarius Commission. Il-ħamsa u erbgħin sessjoni. Kwartieri ġenerali tal-FAO, Ruma, l-Italja. Mill-21 sal-25 ta’ Novembru 2022, mit-12 sat-13 ta’ Diċembru 2022, u mid-19 ta’ Diċembru 2022 sas-6 ta’ Frar 2023. fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FMeetings%252FCX-701-45%252FFinal%2BReport%2BCAC45%252FCompiled%2BREP22_CAC.pdf.

(8)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).

(9)  EFSA (European Food Safety Authority), 2022. Scientific support for preparing an EU position in the 53rd Session of the Codex Committee on Pesticide Residues (CCPR). EFSA Journal 2022;20(9):7521, 310 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7521.

(10)   https://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FMeetings%252FCX-718-53%252FCRDs%252Fpr53_crd13revx.pdf.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonni għall-fenbukonażol u għall-penkonażol huma sostitwiti b’dan li ġej:

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Fenbukonażol (is-somma tal-enantjomeri kostitwenti)

Penkonażol (is-somma tal-isomeri kostitwenti) (F)

(1)

(2)

(3)

(4)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

 

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0,01  (*1)

0110010

Grejpfrut

0,5

 

0110020

Larinġ

0,5

 

0110030

Lumi

1

 

0110040

Xkomp

1

 

0110050

Mandolin

0,5

 

0110990

Oħrajn (2)

0,5

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0120010

Lewż

 

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

 

0120040

Qastan

 

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

 

0120060

Ġellewż

 

 

0120070

Macadamia

 

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

 

0120100

Pistaċċi

 

 

0120110

Ġewż

 

 

0120990

Oħrajn (2)

 

 

0130000

Pomu

0,5

0,3

0130010

Tuffieħ

 

0,3

0130020

Lanġas

 

0,3

0130030

Sfarġel

 

0,3

0130040

Naspli

 

0,3

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0,3

0130990

Oħrajn (2)

 

0,3

0140000

Frott tal-għadma

 

 

0140010

Berquq

0,01  (*1)

0,07

0140020

Ċiras (ħelu)

1

0,15

0140030

Ħawħ

0,5

0,07

0140040

Għanbaqar

0,01  (*1)

0,15

0140990

Oħrajn (2)

0,6

0,01  (*1)

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

 

0151000

(a)

għeneb

0,01  (*1)

0,4

0151010

Għeneb tal-mejda

 

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

 

0152000

(b)

frawli

0,01  (*1)

0,5

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

0,01  (*1)

 

0153010

Tut

 

0,4

0153020

Tut salvaġġ

 

0,01  (*1)

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0,4

0153990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

 

0154010

Mirtill

0,5

0,01  (*1)

0154020

Cranberries

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

0,01  (*1)

2

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

0,01  (*1)

0,1

0154050

Warda skoċċiża

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0154080

Frott tas-sebuqa

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0154990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

 

0161010

Tamal

 

 

0161020

Tin

 

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

 

0161050

Karambola

 

 

0161060

Kaki

 

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

 

0161990

Oħrajn (2)

 

 

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

 

0162020

Liċċi

 

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

 

0162990

Oħrajn (2)

 

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

 

0163010

Avokado

 

 

0163020

Banana

 

 

0163030

Mango

 

 

0163040

Papaja

 

 

0163050

Rummien

 

 

0163060

Ċerimoja

 

 

0163070

Gwava

 

 

0163080

Ananas

 

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

 

0163100

Durian

 

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

 

0163990

Oħrajn (2)

 

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0211000

(a)

patata

 

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

 

0212020

Patata ħelwa

 

 

0212030

Jammijiet

 

 

0212040

Ararut

 

 

0212990

Oħrajn (2)

 

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

 

0213010

Pitravi

 

 

0213020

Zunnarija

 

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

 

0213050

Artiċokks

 

 

0213060

Zunnarija bajda

 

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

 

0213080

Ravanell

 

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

 

0213100

Swedes

 

 

0213110

Lift

 

 

0213990

Oħrajn (2)

 

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0220010

Tewm

 

 

0220020

Basal

 

 

0220030

Xalotti

 

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

 

0220990

Oħrajn (2)

 

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,01  (*1)

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

 

0231010

Tadam

 

0,1

0231020

Bżar ħelu

 

0,2

0231030

Brunġiel

 

0,1

0231040

Bamja

 

0,01  (*1)

0231990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0,06

0232010

Ħjar

 

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

 

0232030

Zukkini

 

 

0232990

Oħrajn (2)

 

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

0,15

0233010

Bettieħ

 

 

0233020

Qara’ aħmar

 

 

0233030

Dulliegħ

 

 

0233990

Oħrajn (2)

 

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

 

0,01  (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0,01  (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

 

0241010

Brokkli

 

 

0241020

Pastard

 

 

0241990

Oħrajn (2)

 

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

 

0242990

Oħrajn (2)

 

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

 

0243990

Oħrajn (2)

 

 

0244000

(d)

ġdur

 

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

 

0251020

Ħass

 

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

 

0251060

Aruka

 

 

0251070

Mustarda ħamra

 

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

 

0251990

Oħrajn (2)

 

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0252010

Spinaċi

 

 

0252020

Burdlieq

 

 

0252030

Weraq tas-selq

 

 

0252990

Oħrajn (2)

 

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,02  (*1)

0,02  (*1)

0256010

Maxxita

 

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

 

0256040

Tursin

 

 

0256050

Salvja

 

 

0256060

Klin

 

 

0256070

Timu

 

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

 

0256090

Weraq tar-rand

 

 

0256100

Stregun

 

 

0256990

Oħrajn (2)

 

 

0260000

Legumi

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

 

0260050

Għads

 

 

0260990

Oħrajn (2)

 

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01  (*1)

 

0270010

Spraġ

 

0,01  (*1)

0270020

Kardun

 

0,01  (*1)

0270030

Krafes

 

0,01  (*1)

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0,01  (*1)

0270050

Qaqoċċ

 

0,06

0270060

Kurrat

 

0,01  (*1)

0270070

Rabarbru

 

0,01  (*1)

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0,01  (*1)

0270090

Qlub tal-palm

 

0,01  (*1)

0270990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

 

0300000

BUS U ĦEMES

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0300010

Fażola

 

 

0300020

Għads

 

 

0300030

Piżelli

 

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

 

0300990

Oħrajn (2)

 

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

 

0401020

Karawett

 

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

 

0401040

Ġulġlien

 

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

 

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

 

 

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

 

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

 

0401140

Qannebusa

 

 

0401150

Fażola tar-riġnu

 

 

0401990

Oħrajn (2)

 

 

0402000

Frott taż-żejt

 

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

 

0402040

Kapok

 

 

0402990

Oħrajn (2)

 

 

0500000

ĊEREALI

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0500010

Xgħir

 

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

 

0500030

Qamħirrum

 

 

0500040

Millieġ komuni

 

 

0500050

Ħafur

 

 

0500060

Ross

 

 

0500070

Segala

 

 

0500080

Sorgu

 

 

0500090

Qamħ

 

 

0500990

Oħrajn (2)

 

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0,05  (*1)

0610000

Tejiet

30

 

0620000

Kafeni

0,05  (*1)

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

0,05  (*1)

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

 

0631010

Kamumella

 

 

0631020

Ibisku

 

 

0631030

Ward

 

 

0631040

Ġiżimin

 

 

0631050

Tilju

 

 

0631990

Oħrajn (2)

 

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

 

0632010

Frawla

 

 

0632020

Rooibos

 

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

 

0632990

Oħrajn (2)

 

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

 

0633010

Valerjana

 

 

0633020

Ġinseng

 

 

0633990

Oħrajn (2)

 

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,05  (*1)

 

0650000

Ħarrub

0,05  (*1)

 

0700000

ĦOPS

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

 

0810020

Kemmun iswed

 

 

0810030

Karfus

 

 

0810040

Kosbor

 

 

0810050

Kemmun

 

 

0810060

Xibt

 

 

0810070

Bużbież

 

 

0810080

Fienu

 

 

0810090

Noċemuskata

 

 

0810990

Oħrajn (2)

 

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

 

0820030

Karwija

 

 

0820040

Kardamomu

 

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

 

0820070

Vanilja

 

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

 

0820990

Oħrajn (2)

 

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0830010

Kannella

 

 

0830990

Oħrajn (2)

 

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

 

0840010

Għud is-sus

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0840020

Ġinġer (10)

 

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

 

0850020

Kappar

 

 

0850990

Oħrajn (2)

 

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0860010

Żagħfran

 

 

0860990

Oħrajn (2)

 

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

 

0870990

Oħrajn (2)

 

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

 

0900020

Kannamieli

 

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

 

0900990

Oħrajn (2)

 

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

0,05

1011010

Muskoli

0,05  (*1)

 

1011020

Xaħam

0,05  (*1)

 

1011030

Fwied

0,1

 

1011040

Kliewi

0,1

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

 

1011990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

0,05

1012010

Muskoli

0,05  (*1)

 

1012020

Xaħam

0,05  (*1)

 

1012030

Fwied

0,1

 

1012040

Kliewi

0,1

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

 

1012990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

 

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

0,05

1013010

Muskoli

0,05  (*1)

 

1013020

Xaħam

0,05  (*1)

 

1013030

Fwied

0,1

 

1013040

Kliewi

0,1

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

 

1013990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

 

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

0,05

1014010

Muskoli

0,05  (*1)

 

1014020

Xaħam

0,05  (*1)

 

1014030

Fwied

0,1

 

1014040

Kliewi

0,1

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

 

1014990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

 

1015000

(e)

mill-ekwini

 

0,05

1015010

Muskoli

0,05  (*1)

 

1015020

Xaħam

0,05  (*1)

 

1015030

Fwied

0,1

 

1015040

Kliewi

0,1

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

 

1015990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

 

1016000

(f)

mill-pollam

0,05  (*1)

 

1016010

Muskoli

 

0,05

1016020

Xaħam

 

0,01  (*1)

1016030

Fwied

 

0,05

1016040

Kliewi

 

0,05

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

0,05

1016990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

0,05

1017010

Muskoli

0,05  (*1)

 

1017020

Xaħam

0,05  (*1)

 

1017030

Fwied

0,1

 

1017040

Kliewi

0,1

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

 

1017990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

 

1020000

Ħalib

0,01  (*1)

0,01  (*1)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

 

1020020

Nagħaġ

 

 

1020030

Mogħoż

 

 

1020040

Żwiemel

 

 

1020990

Oħrajn (2)

 

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,05  (*1)

0,05

1030010

Tiġieġ

 

 

1030020

Papri

 

 

1030030

Wiżż

 

 

1030040

Summien

 

 

1030990

Oħrajn (2)

 

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,05  (*1)

0,01  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,05  (*1)

0,01  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,05  (*1)

0,05

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

 

(+)

Kombinament ta’ pestiċidi u ta’ prodotti li għalih teżisti nota f’qiegħ il-paġna. Il-lista tan-noti f’qiegħ il-paġna hija pprovduta hawn taħt.

Penkonażol (is-somma tal-isomeri kostitwenti) (F)

(F) Solubbli fix-xaħam”


(*1)  Jindika l-limitu l-iktar baxx ta’ kwantifikazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/195/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)