|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/187 |
3.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/187
tal-31 ta’ Jannar 2025
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/415 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu maliku, tal-aċidu ċitriku prodott mill-Aspergillus niger DSM 25794 jew CGMCC 4513/CGMCC 5751 jew CICC 40347/CGMCC 5343, tal-aċidu sorbiku u tas-sorbat tal-potassju, tal-aċidu aċetiku, tad-diaċetat tas-sodju u tal-aċetat tal-kalċju, tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju, tal-propjonat tal-kalċju u tal-propjonat tal-ammonju, tal-aċidu formiku, tal-format tas-sodju, tal-format tal-kalċju u tal-format tal-ammonju, u tal-aċidu lattiku prodott mill-Bacillus coagulans (LMG S-26145 jew DSM 23965), jew mill-Bacillus smithii (LMG S-27890) jew mill-Bacillus subtilis (LMG S-27889), u tal-lattat tal-kalċju, bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-użu tal-aċidu aċetiku, tad-diaċetat tas-sodju u tal-aċetat tal-kalċju bħala addittivi tal-għalf ġie awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/415 (2) għall-pollam, għall-ħnieżer u għall-annimali tad-dar b’kontenut massimu ta’ 2 500 mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %, u għall-ispeċijiet l-oħra kollha tal-annimali għajr il-ħut mingħajr kontenut massimu. Madankollu, skont l-opinjonijiet adottati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fl-1 ta’ Frar 2012 (3) u fis-6 ta’ Mejju 2021 (4), is-sikurezza tal-użu tat-tliet addittivi kkonċernati mingħajr il-ħtieġa li jiġi stabbilit kontenut massimu, intweriet biss għar-ruminanti. |
|
(2) |
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/415 dwar l-addittivi diaċetat tas-sodju (identifikat bħala “1a262”) u aċetat tal-kalċju (identifikat bħala “1a263”) iddaħħlet b’mod żbaljat entrata relatata mal-materja mhux volatili fil-kolonna “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku” taħt l-intestatura “Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva”. |
|
(3) |
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/415 dwar l-addittiv diaċetat tas-sodju (identifikat bħala “1a262”), ġew indikati b’mod żbaljat il-kompożizzjoni tal-addittiv u l-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva. |
|
(4) |
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/415 dwar l-addittiv aċidu lattiku (identifikat bħala “1a270”), jenħtieġ li l-kolonna “Kontenut massimu” tirreferi għal-livell tas-sustanza attiva, mhux tal-addittiv. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/415 jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(6) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-korrezzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittivi aċidu aċetiku, diaċetat tas-sodju u aċetat tal-kalċju, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawk il-korrezzjonijiet. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjonijiet
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/415 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
it-tielet kolonna “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku” hija kkoreġuta kif ġej:
|
|
(2) |
fir-raba’ kolonna “Speċi jew kategorija tal-annimal”, fl-entrati 1a260 dwar l-aċidu aċetiku, 1a262 dwar id-diaċetat tas-sodju u 1a263 dwar l-aċetat tal-kalċju, il-kategorija tal-annimali “Tjur tat-trobbija, ħnieżer, annimali tad-dar” hija sostitwita bi “L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħut u r-ruminanti” u l-kategorija tal-annimali “L-ispeċijiet l-oħrajn kollha tal-annimali għajr il-ħut” b’“Ruminanti”; |
|
(3) |
fis-sitt kolonna “Kontenut minimu/Kontenut massimu”, fl-entrata 1a270 dwar l-aċidu lattiku, it-titolu “mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %” huwa sostitwit bi “mg ta’ sustanza attiva/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %”. |
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittivi aċidu aċetiku (identifikat bħala 1a260), diaċetat tas-sodju (identifikat bħala 1a262) u aċetat tal-kalċju (identifikat bħala 1a263) u l-premmixeli li jkun fihom dawn l-addittivi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta’ Awwissu 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-23 ta’ Frar 2025, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-addittivi jew il-premixxeli msemmija fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-23 ta’ Frar 2025, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-addittivi jew il-premixxeli msemmija fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta’ Frar 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-23 ta’ Frar 2025, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/415 tal-11 ta’ Marzu 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu maliku, tal-aċidu ċitriku prodott mill-Aspergillus niger DSM 25794 jew CGMCC 4513/CGMCC 5751 jew CICC 40347/CGMCC 5343, tal-aċidu sorbiku u tas-sorbat tal-potassju, tal-aċidu aċetiku, tad-diaċetat tas-sodju u tal-aċetat tal-kalċju, tal-aċidu propjoniku, tal-propjonat tas-sodju, tal-propjonat tal-kalċju u tal-propjonat tal-ammonju, tal-aċidu formiku, tal-format tas-sodju, tal-format tal-kalċju u tal-format tal-ammonju, u tal-aċidu lattiku prodott mill-Bacillus coagulans (LMG S-26145 jew DSM 23965), jew mill-Bacillus smithii (LMG S-27890) jew mill-Bacillus subtilis (LMG S-27889), u tal-lattat tal-kalċju, bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (ĠU L 85, 14.3.2022, p. 6; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/415/oj).
(3) EFSA Journal 2012;10(2):2571.
(4) EFSA Journal 2021;19(6):6615.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/187/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)