|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/171 |
27.1.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/171
tas-27 ta’ Jannar 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 (1). |
|
(2) |
Il-miżuri restrittivi mmirati kontra l-attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha huma waħda mill-miżuri inklużi fil-qafas tal-Unjoni għal rispons diplomatiku konġunt għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, jiġifieri s-Sett ta’ Għodod taċ-Ċiberdiplomazija, u huma strument vitali biex attivitajiet bħal dawn jiġu evitati, ikunu ta’ deterrent, skoraġġuti u jingħata rispons għalihom. |
|
(3) |
L-attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi kontra infrastruttura kritika jew servizzi essenzjali, inkluż permezz tal-użu ta’ ransomware u wipers, l-immirar tal-ktajjen tal-provvista u l-ispjunaġġ ċibernetiku, inkluż attivitajiet ta’ serq tal-proprjetà intellettwali, qed jiżdiedu fl-għadd, fil-frekwenza u fis-sofistikazzjoni. Bl-effetti fixkiela u distruttivi tagħhom, dawk l-attivitajiet huma ta’ theddida sistemika għas-sigurtà, l-ekonomija u d-demokrazija u s-soċjetà tal-Unjoni b’mod ġenerali. |
|
(4) |
Fl-2020, twettqu attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra l-Estonja. Twettqu attakki ċibernetiċi mmirati lejn is-sistemi tal-kompjuter ta’ diversi istituzzjonijiet bl-għan li d-data tintuża biex thedded is-sigurtà tal-Estonja. Dawk l-attakki ċibernetiċi jikkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni klassifikata. |
|
(5) |
Bħala parti mill-azzjoni sostnuta, imfassla u koordinata tal-Unjoni kontra atturi persistenti ta’ theddid ċibernetiku, jenħtieġ li tliet persuni fiżiċi jiġu inklużi fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797. Dawk il-persuni huma responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti jew involuti fihom li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta' Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/797/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797, l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“15. |
Nikolay Alexandrovich KORCHAGIN |
Николай Александрович Корчагин Data tat-twelid: 16.9.1997 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Entità assoċjata: Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa |
Nikolay Korchagin huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti permezz tat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ intelligence diretti kontra l-Estonja u permezz ta’ aċċess illegali għal sistema tal-kompjuter. Nikolay Korchagin huwa uffiċjal tal-military unit 29155 tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). F’dak ir-rwol, huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi kontra sistemi tal-kompjuter bl-għan li jiġbor data mis-sistemi tad-data ta’ diversi istituzzjonijiet, li b’mod indipendenti jew flimkien, jagħtu ħarsa ġenerali tal-politika taċ-ċibersigurtà tal-Estonja, il-mezzi ċibernetiċi tal-istat, data personali sensittiva u data sensittiva oħra, bl-għan li d-data tintuża biex thedded is-sigurtà tal-Estonja. L-attakki għalhekk jikkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni klassifikata. L-attakki kkonċernaw alleati u sħab tal-Estonja. Għalhekk, Nikolay Korchagin huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għal Stat Membru. |
27.1.2025 |
|
16. |
Vitaly SHEVCHENKO |
Виталий Шевченко Data tat-twelid: 1.9.1997 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Entità assoċjata: Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa |
Vitaly Shevchenko huwa involut responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti permezz tat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ intelligence diretti kontra l-Estonja u permezz ta’ aċċess illegali għal sistema tal-kompjuter. Vitaly Shevchenko huwa uffiċjal tal-military unit 29155 tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). F’dak ir-rwol, huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi kontra sistemi tal-kompjuter bl-għan li jiġbor data mis-sistemi tad-data ta’ diversi istituzzjonijiet, li b’mod indipendenti jew flimkien, jagħtu ħarsa ġenerali tal-politika taċ-ċibersigurtà tal-Estonja, il-mezzi ċibernetiċi tal-istat, data personali sensittiva u data sensittiva oħra, bl-għan li d-data tintuża biex thedded is-sigurtà tal-Estonja. L-attakki għalhekk jikkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni klassifikata. L-attakki kkonċernaw alleati u sħab tal-Estonja. Għalhekk, Vitaly Shevchenko huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għal Stat Membru. |
27.1.2025 |
|
17. |
Yuriy Fedorovich DENISOV |
Юрий Федорович Денисов Data tat-twelid: 17.6.1980 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Entità assoċjata: Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa |
Yuriy Denisov huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti permezz tat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ intelligence diretti kontra l-Estonja u permezz ta’ aċċess illegali għal sistema tal-kompjuter. Yuriy Denisov huwa uffiċjal tal-military unit 29155 tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). F’dak ir-rwol, huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi kontra sistemi tal-kompjuter bl-għan li jiġbor data mis-sistemi tad-data ta’ diversi istituzzjonijiet, li b’mod indipendenti jew flimkien, jagħtu ħarsa ġenerali tal-politika taċ-ċibersigurtà tal-Estonja, il-mezzi ċibernetiċi tal-istat, data personali sensittiva u data sensittiva oħra, bl-għan li d-data tintuża biex thedded is-sigurtà tal-Estonja. L-attakki għalhekk jikkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni klassifikata. L-attakki kkonċernaw alleati u sħab tal-Estonja. Għalhekk, Yuriy Denisov huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għal Stat Membru. |
27.1.2025”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/171/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)