European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/166

28.1.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/166

tas-27 ta’ Jannar 2025

li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (1).

(2)

Fit-13 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/762 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2014/219/PESK, u b’mod partikolari l-Artikolu 14a tagħha, biex tistabbilixxi Ċellula ta’ Konsulenza u Koordinazzjoni Reġjonali (RACC) fi ħdan l-EUCAP Sahel Mali b’objettivi speċifiċi marbuta mal-istrutturi u l-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel.

(3)

Fl-10 ta’ Jannar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/96 (3), li estendiet il-EUCAP Sahel Mali sal-31 ta’ Jannar 2025 u emendat il-mandat tagħha.

(4)

Fl-20 ta’ Novembru 2024, fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku tal-EUCAP Sahel Mali, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) irrakkomanda li l-EUCAP Sahel Mali tiġi estiża sal-31 ta’ Jannar 2027. Barra minn hekk, l-KPS irrakkomanda li l-RACC tiġi estiża sal-31 ta’ Lulju 2025 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-futur tagħha.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/219/PESK tiġi emendata skont dan.

(6)

EUCAP Sahel Mali ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa marbuta ma’ EUCAP Sahel Mali bejn l-1 ta’ Frar 2025 u l-31 ta’ Jannar 2027 għandu jkun ta’ EUR 60 954 154,59.”

;

(2)

fl-Artikolu 18, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2027, ħlief għall-Artikolu 14a li għandu japplika sal-31 ta’ Lulju 2025.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/219/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/762 tat-13 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/762/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/96 tal-10 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 8, 11.1.2023, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/96/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/166/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)