|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/165 |
31.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/165
tat-30 ta’ Jannar 2025
dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva, li huma konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2024) 1241 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN, European Committee for Standardization) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC, European Committee for Electrotechnical Standardization) għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti u għat-tlestija tal-ħidma fuq l-abbozzi tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2024) 1241, is-CEN irreveda u emenda l-istandard armonizzat li ġej: EN 19:2016 għall-valvi industrijali. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard emendatorju EN 19:2023. Is-CEN irreveda wkoll l-istandards EN 12952-3:2011, EN 12952-8:2002, EN 12952-9:2002 u EN 12952-16:2002 għall-bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards emendatorji li ġejjin: EN 12952-3:2022, EN 12952-8:2022, EN 12952-9:2022 u EN 12952-16:2022. Is-CEN kompla jirrevedi l-istandard EN 15001-1:2009 għall-infrastruttura għall-gass, li rriżulta fl-istandard rivedut EN 15001-1:2023. Is-CEN irreveda wkoll l-istandard EN 15776:2011+A1:2015 għar-reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar, li rriżulta fl-istandard rivedut EN 15776:2022. Finalment, is-CEN irreveda wkoll l-istandards EN 13445-2:2021 u EN 13445-4:2021 għar-reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar, li rriżulta fl-istandards riveduti EN 13445-2:2021+A1:2023 u EN 13445-4:2021+A1:2023. Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2024)1241, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati ġodda EN 13480-3:2017/A5:2022 għall-pajpijiet industrijali metalliċi, EN 13799:2022 għat-tagħmir u l-aċċessorji tal-LPG u EN 12261:2024 għall-miters tal-gass. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif abbozzati, emendati jew riveduti mis-CEN, jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2024) 1241. |
|
(5) |
Dawk l-istandards jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet riveduti tal-istandards armonizzati EN 19:2016, EN 12952-3:2011, EN 12952-8:2002, EN 12952-9:2002, EN 12952-16:2002, EN 15001-1:2009, EN 15776:2011+A1:2015, EN 13445-2:2021, EN 13445-4:2021 u EN 13480-3:2017, huwa neċessarju li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġi differit. |
|
(7) |
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 (4) u fil-Komunikazzjoni 2017/C 389/01 (5). Fl-interessi taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att legali uniku lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru. |
|
(8) |
Konsegwentement, ir-referenzi tal-istandards armonizzati ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 u fil-Komunikazzjoni 2017/C 389/01 jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Anness ta’ din id-Deċiżjoni u kemm id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 kif ukoll il-Komunikazzjoni 2017/C 389/01 jenħtieġ li jitħassru. |
|
(9) |
Madankollu, il-Komunikazzjoni 2017/C 389/01 jenħtieġ li tkompli tapplika għar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 19:2016, EN 12952-3:2011, EN 12952-8:2002, EN 12952-9:2002, EN 12952-16:2002, EN 15001-1:2009 u EN 15776:2011+A1:2015, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jenħtieġ li tkompli tapplika għar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13445-2:2021, EN 13445-4:2021 u EN 13480-3:2017. |
|
(10) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-apparat jew għall-assemblaġġi ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Il-Komunikazzjoni 2017/C 389/01 titħassar.
Madankollu, għandha tkompli tapplika fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-data tal-irtirar ta’ dawk ir-referenzi stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 titħassar.
Madankollu, għandha tkompli tapplika fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati tal-irtirar ta’ dawk ir-referenzi stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/68/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2024) 1241 final tal-1 ta’ Marzu 2024 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward l-apparat u l-assemblaġġi ta’ pressjoni b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 tas-27 ta’ Settembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 95, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1616/oj).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 389, 17.11.2017, p. 1).
ANNESS I
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
1. |
EN 3-8:2021 Apparat tat-tifi tan-nar portabbli - Parti 8: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni, għar-reżistenza għall-pressjoni u għat-testijiet mekkaniċi għal apparati tat-tifi tan-nar bi pressjoni massima permessibbli daqs jew inqas minn 30 bar, li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ EN 3-7 |
|
2. |
EN 19:2023 Valvi industrijali - Immarkar tal-valvi metalliċi |
|
3. |
EN 267:2009+A1:2011 Berners awtomatiċi li jgħaddu l-arja bil-forza għal fjuwils likwidi |
|
4. |
EN 334:2005+A1:2009 Regolaturi tal-pressjoni tal-gass li jintużaw għal pressjonijiet tal-bokka sa 100 bar |
|
5. |
EN 378-2:2016 Sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana - Rekwiżiti tas-sikurezza u ambjentali - Parti 2: Disinn, kostruzzjoni, ittestjar, immarkar u dokumentazzjoni |
|
6. |
EN 593:2017 Valvi industrijali - Valvi farfett għal skopijiet ġenerali |
|
7. |
EN 676:2003+A2:2008 Berners awtomatiċi li jgħaddu l-arja bil-forza għal fjuwils gassużi EN 676:2003+A2:2008/AC:2008 |
|
8. |
EN 764-4:2014 Apparat ta’ pressjoni - Parti 4: Determinazzjoni għad-dħul fis-seħħ ta’ kundizzjonijiet tekniċi ta’ konsenji ta’ materjali metalliċi |
|
9. |
EN 764-5:2014 Apparat ta’ pressjoni - Parti 5: Dokumentazzjoni tal-ispezzjoni ta’ materjali metalliċi u konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal |
|
10. |
EN 764-7:2002 Apparat ta’ pressjoni - Parti 7: Sistemi ta’ sikurezza għal apparat ta’ pressjoni mhux espost għan-nar EN 764-7:2002/AC:2006 |
|
11. |
EN 1057:2006+A1:2010 Ram u ligi tar-ram - Tubi tar-ram tondi mingħajr weldjaturi għal ilma u gass f’applikazzjonijiet sanitarji u ta’ tisħin |
|
12. |
EN 1092-1:2018 Flanġi u l-ġonot tagħhom - Flanġi tondi għal pajpijiet, valvi, tagħmir u aċċessorji, desinjati PN - Parti 1: Flanġi tal-azzar |
|
13. |
EN 1092-3:2003 Flanġi u l-ġonot tagħhom - Flanġi tondi għal pajpijiet, valvi, tagħmir u aċċessorji, desinjati PN - Parti 3: Flanġi tal-liga tar-ram EN 1092-3:2003/AC:2007 |
|
14. |
EN 1092-4:2002 Flanġi u l-ġonot tagħhom - Flanġi tondi għal pajpijiet, valvi, tagħmir u aċċessorji, desinjati PN - Parti 4: Flanġi tal-liga tal-aluminju |
|
15. |
EN 1171:2015 Valvi industrijali - Valvi xatba (gate valves) tal-ħadid fondut |
|
16. |
EN 1349:2009 Valvi li jikkontrollaw proċessi industrijali |
|
17. |
EN 1515-4:2021 Flanġi u l-ġonot tagħhom - Bolting - Parti 4: Għażla ta’ bolting għall-apparat soġġett għad-Direttiva dwar l-Apparat ta’ Pressjoni 2014/68/UE |
|
18. |
EN 1562:2019 Tidwib ta’ metalli - Ħadid fondut malleabbli |
|
19. |
EN 1563:2018 Tidwib ta’ metalli - Ħadid fondut bil-grafit sferojdali |
|
20. |
EN 1564:2011 Tidwib ta’ metalli - Ħadid fondut bil-grafit sferojdali awstemperat |
|
21. |
EN 1591-1:2013 Flanġi u l-ġonot tagħhom - Regoli għad-disinjar ta’ konnessjonijiet ta’ flanġi tondi li jkollhom gaskit magħhom - Parti 1: Kalkolu |
|
22. |
EN 1626:2008 Reċipjenti krijoġeniċi - Valvi għal servizz krijoġeniku |
|
23. |
EN 1653:1997 Ram u ligi tar-ram - Pjanċa, folja u ċrieki għal bojlers, reċipjenti taħt pressjoni u unitajiet li jaħżnu ilma sħun EN 1653:1997/A1:2000 |
|
24. |
EN 1759-3:2003 Flanġi u l-ġonot tagħhom - Flanġi tondi għal pajpijiet, valvi, tagħmir u aċċessorji, desinjati skont il-klassi - Parti 3: Flanġi tal-liga tar-ram EN 1759-3:2003/AC:2004 |
|
25. |
EN 1759-4:2003 Flanġi u l-ġonot tagħhom - Flanġi tondi għal pajpijiet, valvi, tagħmir u aċċessorji, desinjati skont il-klassi - Parti 4: Flanġi tal-liga tal-aluminju |
|
26. |
EN 1797:2001 Reċipjenti krijoġeniċi - Kompatibilità gass/materjal |
|
27. |
EN 1866-2:2014 Apparat tat-tifi tan-nar mobbli - Parti 2: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni, għar-reżistenza għall-pressjoni u għat-testijiet mekkaniċi għal apparati tat-tifi tan-nar bi pressjoni massima permessibbli daqs jew inqas minn 30 bar, li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ EN 1866-1 |
|
28. |
EN 1866-3:2013 Apparat tat-tifi tan-nar mobbli - Parti 3: Rekwiżiti għall-assemblaġġ, għall-kostruzzjoni u għar-reżistenza għall-pressjoni ta’ apparati tat-tifi tan-nar tas-CO2 li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ EN 1866-1 |
|
29. |
EN 1983:2013 Valvi industrijali - Valvi bil-balla tal-azzar |
|
30. |
EN 1984:2010 Valvi industrijali - Valvi xatba (gate valves) tal-azzar |
|
31. |
EN ISO 4126-1:2013 Apparat tas-sikurezza għall-protezzjoni mill-pressjoni eċċessiva - Parti 1: Valvi tas-sikurezza (ISO 4126-1:2013) EN ISO 4126-1:2013/A2:2019 |
|
32. |
EN ISO 4126-2:2019 Tagħmir tas-sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva - Parti 2: Apparat ta’ sikurezza b’disk li jinfaqa’ (ISO 4126-2:2018) |
|
33. |
EN ISO 4126-3:2020 Tagħmir tas-sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva - Parti 3: Valvi tas-sikurezza u apparati tas-sikurezza b’disk li jinfaqa’ kkombinati (ISO 4126-3:2020) |
|
34. |
EN ISO 4126-4:2013 Tagħmir tas-sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva - Parti 4: Valvi ta’ sikurezza mħaddmin minn tagħmir li jinterrompi l-pressjoni meta tilħaq livell indikat (ISO 4126-4:2013) |
|
35. |
EN ISO 4126-5:2013 Tagħmir tas-sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva - Parti 5: Sistemi kontrollati ta’ sikurezza għat-tnaqqis tal-pressjoni (CSPRS, Controlled safety pressure relief systems) (ISO 4126-5:2013) |
|
36. |
EN ISO 4126-7:2013 Tagħmir tas-sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva - Parti 7: Data Komuni (ISO 4126-7:2013) |
|
37. |
EN ISO 9606-1:2017 Itestjar tal-kwalifikazzjoni tal-welders - Iwweldjar b’fużjoni - Parti 1: Azzar (ISO 9606-1:2012 inkluż Cor 1:2012 u Cor 2:2013) |
|
38. |
EN ISO 9606-2:2004 Test tal-kwalifikazzjoni tal-welders - Iwweldjar b’fużjoni - Parti 2: Aluminju u ligi tal-aluminju (ISO 9606-2:2004) |
|
39. |
EN ISO 9606-3:1999 Ittestjar tal-approvazzjoni tal-welders - Iwweldjar b’fużjoni - Parti 3: Ram u ligi tar-ram (ISO 9606-3:1999) |
|
40. |
EN ISO 9606-4:1999 Ittestjar tal-approvazzjoni tal-welders - Iwweldjar b’fużjoni - Parti 4: Nikil u ligi tan-nikil (ISO 9606-4:1999) |
|
41. |
EN ISO 9606-5:2000 Ittestjar tal-approvazzjoni tal-welders - Iwweldjar b’fużjoni - Parti 5: Titanju u ligi tat-titanju, żirkonju u ligi taż-żirkonju (ISO 9606-5:2000) |
|
42. |
EN ISO 9712:2022 Ittestjar mhux distruttiv - Kwalifikazzjoni u ċertifikazzjoni tal-persunal tal-NDT (ISO 9712:2021) |
|
43. |
EN 10028-1:2017 Prodotti ċatti tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali |
|
44. |
EN 10028-2:2017 Prodotti ċatti tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 2: Azzar magħmul minn ligi u azzar mhux magħmul minn ligi bi propjetajiet speċifiċi ta’ temperatura elevata |
|
45. |
EN 10028-3:2017 Prodotti ċatti tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 3: Azzar b’vina fina li jista’ jkun iwweldjat, normalizzat |
|
46. |
EN 10028-4:2017 Prodotti ċatti tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 4: Azzar magħmul minn liga ta’ nikil bi propjetajiet speċifiċi ta’ temperatura baxxa |
|
47. |
EN 10028-5:2017 Prodotti ċatti tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 5: Azzar b’vina fina li jista’ jkun iwweldjat, irrolljat termomekkanikament |
|
48. |
EN 10028-6:2017 Prodotti ċatti tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 6: Azzar b’vina fina li jista’ jkun iwweldjat, imkessaħ fl-ilma u ttemprat |
|
49. |
EN 10028-7:2016 Prodotti ċatti tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 7: Azzar inossidabbli |
|
50. |
EN 10204:2004 Prodotti metalliċi - Tipi ta’ dokumenti ta’ spezzjoni |
|
51. |
EN 10213:2007+A1:2016 Fondituri tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni |
|
52. |
EN 10216-1:2013 Tubi tal-azzar mingħajr weldjaturi għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 1: Tubi tal-azzar mhux illigat, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura ambjentali |
|
53. |
EN 10216-2:2013 Tubi tal-azzar mingħajr weldjaturi għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 2: Tubi mingħajr liga tal-azzar u b’liga tal-azzar bi propjetajiet speċifiċi ta’ temperatura elevata |
|
54. |
EN 10216-3:2013 Tubi tal-azzar mingħajr weldjaturi għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 3: Tubi tal-azzar illigat u b’partikoli fini |
|
55. |
EN 10216-4:2013 Tubi tal-azzar mingħajr weldjaturi għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 4: Tubi tal-azzar illigat u tal-azzar mhux illigat, iwweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura baxxa |
|
56. |
EN 10216-5:2021 Tubi tal-azzar mingħajr weldjaturi għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 5: Tubi tal-azzar inossidabbli |
|
57. |
EN 10217-1:2019 Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 1: Tubi tal-azzar mhux illigat, iwweldjati b’mod elettriku u wweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura ambjentali |
|
58. |
EN 10217-2:2019 Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 2: Tubi tal-azzar illigat u tal-azzar mhux illigat, iwweldjati b’mod elettriku, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura elevata |
|
59. |
EN 10217-3:2019 Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 3: Tubi tal-azzar illigat u b’partikoli fini, iwweldjati b’mod elettriku u wweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura ambjentali, elevata u baxxa |
|
60. |
EN 10217-4:2019 Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 4: Tubi tal-azzar mhux illigat iwweldjati b’mod elettriku, bi propjetajiet speċifiċi ta’ temperatura baxxa |
|
61. |
EN 10217-5:2019 Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 5: Tubi tal-azzar illigat u tal-azzar mhux illigat, iwweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura elevata |
|
62. |
EN 10217-6:2019 Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 6: Tubi tal-azzar mhux illigat, iwweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura baxxa |
|
63. |
EN 10217-7:2021 Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 7: Tubi tal-azzar inossidabbli |
|
64. |
EN 10222-1:2017 Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali għal foroġ b’mastra miftuħa |
|
65. |
EN 10222-2:2017+A1:2021 Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 2: Azzar ferritiku u azzar martensitiku bi proprjetajiet speċifikati f’temperaturi elevati |
|
66. |
EN 10222-3:2017 Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 3: Azzar b’liga tan-nikil bi propjetajiet speċifiċi ta’ temperatura baxxa |
|
67. |
EN 10222-4:2017+A1:2021 Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 4: Azzar b’partikoli fini li jista’ jiġi wweldjat, bi proof strength għolja |
|
68. |
EN 10222-5:2017 Foroġ tal-azzar għal skopijiet ta’ pressjoni - Parti 5: Azzar inossidabbli martensitiku, awstenitiku u awstentiku-ferritiku |
|
69. |
EN 10253-2:2021 Fittings tal-pajpijiet tal-iwweldjar tarf ma’ tarf - Parti 2: Azzar mhux illigat u azzar illigat ferritiku b’rekwiżiti speċifiċi ta’ spezzjoni |
|
70. |
EN 10253-4:2008 Fittings tal-pajpijiet tal-iwweldjar tarf ma’ tarf - Parti 4: Azzar inossidabbli awstenitiku u awstentiku-ferritiku (dupleks) maħdum b’rekwiżiti ta’ spezzjoni speċifiċi EN 10253-4:2008/AC:2009 |
|
71. |
EN 10269:2013 Azzar u ligi tan-nikil għal oġġetti tal-metall li jorbtu bi propjetajiet speċifiċi ta’ temperatura elevati u/jew baxxi |
|
72. |
EN 10272:2016 Żbarri ta’ azzar inossidabbli għal skopijiet ta’ pressjoni |
|
73. |
EN 10273:2016 Żbarri tal-azzar irrolljati bis-sħana u li jistgħu jkunu wweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni bi propjetajiet speċifiċi ta’ temperatura elevata |
|
74. |
EN 10305-4:2016 Tubi tal-azzar għal applikazzjonijiet ta’ preċiżjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 4: Tubi mingħajr weldjaturi u miġbudin bil-kiesaħ għal sistemi tal-enerġija idrawlika u pnewmatika |
|
75. |
EN 10305-6:2016 Tubi tal-azzar għal applikazzjonijiet ta’ preċiżjoni - Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment - Parti 6: Tubi wweldjati miġbudin bil-kiesaħ biex jintużaw f’sistemi tal-enerġija idrawlika u pnewmatika |
|
76. |
EN OSI 10931:2005 Sistemi ta’ pajpijiet tal-plastik għal applikazzjonijiet industrijali - Poli(fluworur tal-poliviniliden) (PVDF) - Speċifikazzjonijiet għall-komponenti u għas-sistema - Serje metrika (ISO 10931:2005) EN ISO 10931:2005/A1:2015 |
|
77. |
EN 12178:2016 Sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana - Apparati li juru l-livell tal-likwidu - Rekwiżiti, ittestjar u mmarkar |
|
78. |
EN 12263:1998 Sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana - Apparati ta’ sikurezza li jirregolaw il-limitazzjoni tal-pressjoni - Rekwiżiti u testijiet |
|
79. |
EN 12261:2024 Miters tal-gass - Miters tal-gass bit-turbini |
|
80. |
EN 12266-1:2012 Valvi industrijali - Ittestjar ta’ valvi - Parti 1: Testijiet tal-pressjoni, proċeduri tat-testijiet u kriterji tal-aċċettazzjoni - Rekwiżiti obbligatorji |
|
81. |
EN 12288:2010 Valvi industrijali - Valvi xatba (gate valves) magħmulin minn liga tar-ram |
|
82. |
EN 12392:2016 Aluminju u ligi tal-aluminju - Prodotti tal-ferrobattut u prodotti fonduti - Rekwiżiti speċjali maħsubin għal produzzjoni ta’ apparat ta’ pressjoni |
|
83. |
EN 12420:2014 Ram u ligi tar-ram - Foroġ |
|
84. |
EN 12434:2000 Reċipjenti krijoġeniċi - Manki flessibbli krijoġeniċi EN 12434:2000/AC:2001 |
|
85. |
EN 12451:2012 Ram u ligi tar-ram - Tubi tondi mingħajr weldjaturi għal skambjaturi tas-sħana |
|
86. |
EN 12452:2012 Ram u ligi tar-ram - Tubi tondi mingħajr weldjaturi, irrumblati, imqallgħin għal skambjaturi tas-sħana |
|
87. |
EN 12516-1:2014+A1:2018 Valvi industrijali - Saħħa tad-disinn tal-forma - Parti 1: Metodu ta’ tabulazzjoni għal forom ta’ valvi tal-azzar |
|
88. |
EN 12516-2:2014+A1:2021 Valvi industrijali - Saħħa tad-disinn tal-forma - Parti 2: Metodu tal-kalkolu għal forom ta’ valvi tal-azzar |
|
89. |
EN 12516-3:2002 Valvi - Saħħa tad-disinn tal-forma - Parti 3: Metodu sperimentali EN 12516-3:2002/AC:2003 |
|
90. |
EN 12516-4:2014+A1:2018 Valvi industrijali - Saħħa tad-disinn tal-forma - Parti 4: Metodu ta’ kalkolu għal forom tal-valvi manifatturati minn materjali metalliċi, minbarra tal-azzar |
|
91. |
EN 12542:2020 Tagħmir u aċċessorji tal-LPG - Reċipjenti taħt pressjoni statiċi, ċilindriċi, tal-azzar u wweldjati, prodotti f’serje għall-ħżin ta’ Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG) b’volum mhux akbar minn 13 m3 - Disinn u manifattura |
|
92. |
EN 12735-1:2020 Ram u ligi tar-ram - Tubi tondi mingħajr weldjaturi għall-kundizzjonament tal-arja u għar-refriġerazzjoni - Parti 1: Tubi għas-sistemi ta’ pajpijiet |
|
93. |
EN 12735-2:2016 Ram u ligi tar-ram - Tubi tondi mingħajr weldjaturi għall-kundizzjonament tal-arja u għar-refriġerazzjoni - Parti 2: Tubi għal tagħmir |
|
94. |
EN 12778:2002 Oġġetti tal-kċina għat-tisjir - Kukers tal-pressjoni għal użu domestiku EN 12778:2002/A1:2005 EN 12778:2002/AC:2003 |
|
95. |
EN 12952-1:2015 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 1: Ġenerali |
|
96. |
EN 12952-2:2021 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 2: Materjali għall-partijiet taħt pressjoni ta’ bojlers u aċċessorji |
|
97. |
EN 12952-3:2022 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 3: Disinn u kalkolu għall-partijiet taħt pressjoni tal-bojler |
|
98. |
EN 12952-5:2021 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 5: Kwalità tax-xogħol u kostruzzjoni ta’ partijiet taħt pressjoni tal-bojler |
|
99. |
EN 12952-6:2021 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 6: Spezzjoni waqt il-kostruzzjoni, dokumentazzjoni u mmarkar tal-partijiet taħt pressjoni tal-bojler |
|
100. |
EN 12952-7:2012 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 7: Rekwiżiti għal tagħmir għall-bojler |
|
101. |
EN 12952-8:2022 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 8: Rekwiżiti għas-sistemi tat-tqabbid għal fjuwils likwidi u gassużi għall-bojlers |
|
102. |
EN 12952-9:2022 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 9: Rekwiżiti għal sistemi ta’ ħruq ta’ fjuwil solidu mfarrak għall-bojler |
|
103. |
EN 12952-10:2021 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 10: Rekwiżiti għat-tagħmir tas-sikurezza minn pressjoni eċċessiva |
|
104. |
EN 12952-11:2007 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 11: Rekwiżiti għal apparati b’funzjoni limitattiva għall-balja u aċċessorji |
|
105. |
EN 12952-14:2004 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 14: Rekwiżiti għal sistemi DENOX ta’ gass li jgħaddi minn tubu bi proċess ta’ kombustjoni bl-użu ta’ ammonja likwefatta taħt pressjoni u soluzzjoni ta’ ilma u ammonja |
|
106. |
EN 12952-16:2022 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 16: Rekwiżiti għal sistemi ta’ tqabbid ta’ fjuwils solidi permezz ta’ gradilja u sodda fluwidizzata għall-bojler |
|
107. |
EN 12952-18:2012 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 18: Struzzjonijiet operattivi |
|
108. |
EN 12953-1:2012 Shell boilers - Parti 1: Ġenerali |
|
109. |
EN 12953-2:2012 Shell boilers - Parti 2: Materjali għall-partijiet taħt pressjoni ta’ bojlers u aċċessorji |
|
110. |
EN 12953-3:2016 Shell boilers - Parti 3: Disinn u kalkolu għal partijiet li joħolqu pressjoni |
|
111. |
EN 12953-4:2018 Shell boilers - Parti 4: Kwalità tax-xogħol u kostruzzjoni ta’ partijiet taħt pressjoni tal-bojler |
|
112. |
EN 12953-5:2020 Shell boilers - Parti 5: Spezzjoni waqt il-kostruzzjoni, dokumentazzjoni u mmarkar tal-partijiet taħt pressjoni tal-bojler |
|
113. |
EN 12953-6:2011 Shell boilers - Parti 6: Rekwiżiti għal tagħmir għall-bojler |
|
114. |
EN 12953-7:2002 Shell boilers - Parti 7: Rekwiżiti għas-sistemi tat-tqabbid għal fjuwils likwidi u gassużi għall-bojlers |
|
115. |
EN 12953-8:2001 Shell boilers - Parti 8: Rekwiżiti għas-salvagwardji minn pressjoni eċċessiva EN 12953-8:2001/AC:2002 |
|
116. |
EN 12953-9:2007 Shell boilers - Parti 9: Rekwiżiti għal apparati b’funzjoni limitattiva għall-bojler u aċċessorji |
|
117. |
EN 12953-12:2003 Shell boilers - Parti 12: Rekwiżiti għal sistema ta’ ħruq ta’ fjuwil solidu f’saff mirfud b’sistema ta’ gradilji għall-bojler |
|
118. |
EN 12953-13:2012 Shell boilers - Parti 13: Struzzjonijiet operattivi |
|
119. |
EN 13121-1:2021 Tankijiet u reċipjenti tal-fibra tal-ħġieġ għal użu ’l fuq mill-art - Parti 1: Materja prima - Kundizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni u kriterji tal-aċċettazzjoni |
|
120. |
EN 13121-2:2003 Tankijiet u reċipjenti tal-fibra tal-ħġieġ għal użu ’l fuq mill-art - Parti 2: Materjali kompożiti - Reżistenza kimika |
|
121. |
EN 13121-3:2016 Tankijiet u reċipjenti tal-fibra tal-ħġieġ għal użu ’l fuq mill-art - Parti 3: Disinn u kwalità ta’ xogħol |
|
122. |
EN 13134:2000 Ibbreżjar - Approvazzjoni tal-proċedura |
|
123. |
EN 13136:2013+A1:2018 Sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana - Mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni u l-pajpijiet assoċjati magħhom - Metodi għall-kalkolu |
|
124. |
EN 13175:2019+A1:2020 Tagħmir u aċċessorji tal-LPG - Speċifikazzjoni u ttestjar għal valvi u fittings tar-reċipjent taħt pressjoni tal-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG, Liquefied Petroleum Gas) |
|
125. |
EN 13348:2016 Ram u ligi tar-ram - Tubi tar-ram tondi mingħajr weldjaturi għal gassijiet mediċi jew vakwu |
|
126. |
EN 13371:2001 Reċipjenti krijoġeniċi - Mezzi ta’ akkoppjar ta’ servizzi krijoġeniċi |
|
127. |
EN 13397:2001 Valvi industrijali - Valvi bid-dijaframma magħmulin minn materjali metalliċi |
|
128. |
EN 13445-1:2021 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 1: Ġenerali |
|
129. |
EN 13445-2:2021+A1:2023 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 2: Materjali |
|
130. |
EN 13445-3:2021 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 3: Disinn |
|
131. |
EN 13445-4:2021+A1:2023 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 4: Fabbrikazzjoni |
|
132. |
EN 13445-5:2021 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 5: Spezzjoni u ttestjar |
|
133. |
EN 13445-6:2021 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 6: Rekwiżiti għad-disinn u għall-fabbrikazzjoni ta’ reċipjenti taħt pressjoni u partijiet taħt pressjoni magħmulin minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali |
|
134. |
EN 13445-8:2021 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali għal reċipjenti taħt pressjoni, tal-aluminju u ta’ ligi tal-aluminju |
|
135. |
EN 13445-10:2021 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 10: Rekwiżiti addizzjonali għal reċipjenti taħt pressjoni, tan-nikil u ta’ ligi tan-nikil |
|
136. |
EN 13458-1:2002 Reċipjenti krijoġeniċi - Reċipjenti insulati statiċi li fihom vakwu - Parti 1: Rekwiżiti fundamentali |
|
137. |
EN 13458-2:2002 Reċipjenti krijoġeniċi - Reċipjenti insulati statiċi li fihom vakwu - Parti 2: Disinn, fabbrikazzjoni, spezzjoni u ttestjar EN 13458-2:2002/AC:2006 |
|
138. |
EN 13480-1:2017 Pajpijiet industrijali metalliċi - Parti 1: Ġenerali EN 13480-1:2017/A1:2019 |
|
139. |
EN 13480-2:2017 Pajpijiet industrijali metalliċi - Parti 2: Materjali EN 13480-2:2017/A3:2018 EN 13480-2:2017/A1:2018 EN 13480-2:2017/A2:2018 EN 13480-2:2017/A7:2020 EN 13480-2:2017/A8:2021 |
|
140. |
EN 13480-3:2017 Pajpijiet industrijali metalliċi - Parti 3: Disinn u kalkolu EN 13480-3:2017/A3:2020 EN 13480-3:2017/A2:2020 EN 13480-3:2017/A1:2021 EN 13480-3:2017/A4:2021 EN 13480-3:2017/A5:2022 |
|
141. |
EN 13480-4:2012 Pajpijiet industrijali metalliċi - Parti 4: Fabbrikazzjoni u stallazzjoni EN 13480-4:2012/A1:2013 EN 13480-4:2012/A2:2015 |
|
142. |
EN 13480-5:2017 Pajpijiet industrijali metalliċi - Parti 5: Spezzjoni u ttestjar EN 13480-5:2017/A1:2019 EN 13480-5:2017/A2:2021 |
|
143. |
EN 13480-6:2017 Pajpijiet industrijali metalliċi - Parti 6: Rekwiżiti addizzjonali għall-pajpijiet mirdumin EN 13480-6:2017/A1:2019 |
|
144. |
EN 13480-8:2017 Pajpijiet industrijali metalliċi - Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali għal pajpijiet tal-aluminju u tal-liga tal-aluminju |
|
145. |
EN 13547:2013 Valvi industrijali - Valvi bil-balla magħmulin minn liga tar-ram |
|
146. |
EN ISO 13585:2012 Ibbreżjar - Test tal-kwalifikazzjoni għal min jibbreżja u għall-operaturi tal-ibbreżjar (ISO 13585:2012) |
|
147. |
EN 13648-1:2008 Reċipjenti krijoġeniċi - Tagħmir tas-sikurezza għal protezzjoni minn pressjoni eċċessiva - Parti 1: Valvi ta’ sikurezza għal servizzi krijoġeniċi |
|
148. |
EN 13648-2:2002 Reċipjenti krijoġeniċi - Tagħmir tas-sikurezza għal protezzjoni minn pressjoni eċċessiva - Parti 2: Tagħmir tas-sikurezza għal disk li jinfaqa’ għal servizzi krijoġeniċi |
|
149. |
EN 13709:2010 Valvi industrijali - Valvi sferiċi u valvi sferiċi iżolanti u valvi unidirezzjonali tal-azzar |
|
150. |
EN 13789:2010 Valvi industrijali - Valvi sferiċi tal-ħadid fondut |
|
151. |
EN 13799:2022 Tagħmir u aċċessorji tal-LPG - Gejġis tal-kontenut għal reċipjenti taħt pressjoni tal-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG) |
|
152. |
EN 13831:2007 Kontenituri għall-espansjoni magħluqin b’dijaframma mibnija fihom stess għall-installazzjoni fl-ilma |
|
153. |
EN 13835:2012 Tidwib ta’ metalli - Ħadid fondut awstenitiku |
|
154. |
EN 13923:2005 Reċipjenti taħt pressjoni FRP imdawrin b’filament - Materjali, disinn, manifattura u ttestjar |
|
155. |
EN 14129:2014 Tagħmir u aċċessorji għal LPG - Valvi li jtaffu l-pressjoni għal reċipjenti taħt pressjoni tal-LPG |
|
156. |
EN 14197-1:2003 Reċipjenti krijoġeniċi - Reċipjenti insulati statiċi li ma fihomx vakwu - Parti 1: Rekwiżiti fundamentali |
|
157. |
EN 14197-2:2003 Reċipjenti krijoġeniċi - Reċipjenti insulati statiċi li ma fihomx vakwu - Parti 2: Disinn, fabbrikazzjoni, spezzjoni u ttestjar EN 14197-2:2003/A1:2006 EN 14197-2:2003/AC:2006 |
|
158. |
EN 14197-3:2004 Reċipjenti krijoġeniċi - Reċipjenti insulati statiċi li ma fihomx vakwu - Parti 3: Rekwiżiti operazzjonali EN 14197-3:2004/A1:2005 EN 14197-3:2004/AC:2004 |
|
159. |
EN 14222:2021 Bojlers tal-istim tal-azzar inossidabbli |
|
160. |
EN 14276-1:2020 Apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana - Parti 1: Reċipjenti - Rekwiżiti ġenerali |
|
161. |
EN 14276-2:2020 Apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana - Parti 2: Pajpijiet - Rekwiżiti ġenerali |
|
162. |
EN 14359:2006+A1:2010 Akkumulaturi mgħobbijin bil-gass għal applikazzjonijiet ta’ enerġija fluwida |
|
163. |
EN 14382:2005+A1:2009 Apparati tas-sikurezza għal stazzjonijiet u installazzjonijiet li jirregolaw il-pressjoni tal-gass - Apparati iżolanti tas-sikurezza għall-gass li jintużaw għall-pressjonijiet tal-bokka sa 100 bar EN 14382:2005+A1:2009/AC:2009 |
|
164. |
EN 14394:2005+A1:2008 Bojlers tat-tisħin - Bojlers tat-tisħin bil-berners li jgħaddu l-arja bil-forza - Produzzjoni termika nominali ta’ mhux aktar minn 10 MW u temperatura operattiva massima ta’ 110 °C |
|
165. |
EN 14570:2014 Tagħmir u aċċessorji għal LPG - Tgħammir ta’ kontenturi LGP fuq u taħt l-art |
|
166. |
EN 14585-1:2006 Assemblaġġi korrugati ta’ manki tal-metall għal applikazzjonijiet ta’ pressjoni - Parti 1: Rekwiżiti |
|
167. |
EN 14917:2021 Ġonot għall-espansjoni tal-imniefaħ tal-metall għal applikazzjonijiet ta’ pressjoni |
|
168. |
EN 15001-1:2023 Infrastruttura tal-Gass - Pajpijiet tal-installazzjoni tal-gass bi pressjoni operattiva ogħla minn 0,5 bar għal installazzjonijiet industrijali u ogħla minn 5 bar għal installazzjonijiet industrijali u mhux industrijali - Parti 1: Rekwiżiti funzjonali dettaljati għad-disinn, għall-materjali, għall-kostruzzjoni, għall-ispezzjoni u għall-ittestjar |
|
169. |
EN OSI 15493:2003 Sistemi ta’ pajpijiet tal-plastik għal applikazzjonijiet industrijali - Akrilonitril-butadin-sterin (ABS), polivinil mhux plastiċizzat (klorur tal-vinil) (PVC-U) u klorurat tal-polivinil (klorur tal-polivinil) (PVC-C) - Speċifikazzjonijiet għal komponenti u għas-sistema - Serje metrika (ISO 15493:2003) EN ISO 15493:2003/A1:2017 |
|
170. |
EN OSI 15494:2018 Sistemi ta’ pajpijiet tal-plastik għal applikazzjonijiet industrijali - Polibuten (PB), polietilen (PE), polietilen reżistenti għal temperaturi għoljin (PE-RT), polietilen retikolat (PE-X), polipropilen (PP) - Serje metrika għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ komponenti u tas-sistema (ISO 15494:2015) |
|
171. |
EN OSI 15613:2004 Speċifikazzjoni u kwalifikazzjoni ta’ proċeduri ta’ wweldjar għal materjali metalliċi - Kwalifikazzjoni bbażata fuq test tal-iwweldjar qabel il-produzzjoni (ISO 15613:2004) |
|
172. |
EN ISO 15614-1:2004 Speċifikazzjoni u kwalifikazzjoni tal-proċeduri tal-iwweldjar għal materjali metalliċi - Test tal-proċedura tal-iwweldjar - Parti 1: Iwweldjar bl-ark u bil-gass ta’ azzar u wweldjar bl-ark ta’ nikil u ligi tan-nikil (ISO 15614-1:2004) EN ISO 15614-1:2004/A1:2008 EN ISO 15614-1:2004/A2:2012 |
|
173. |
EN ISO 15614-2:2005 Speċifikazzjoni u kwalifikazzjoni tal-proċeduri tal-iwweldjar għal materjali metalliċi - Test tal-proċedura tal-iwweldjar - Parti 2: Iwweldjar bl-ark ta’ aluminju u l-ligi tiegħu (ISO 15614-2:2005) EN ISO 15614-2:2005/AC:2009 |
|
174. |
EN ISO 15614-4:2005 Speċifikazzjoni u kwalifikazzjoni tal-proċeduri tal-iwweldjar għal materjali metalliċi - Test tal-proċedura tal-iwweldjar - Parti 4: Finitura tal-iwweldjar ta’ kkastjar ta’ aluminju (ISO 15614-4:2005) EN ISO 15614-4:2005/AC:2007 |
|
175. |
EN ISO 15614-5:2004 Speċifikazzjoni u kwalifikazzjoni tal-proċeduri tal-iwweldjar għal materjali metalliċi - Test tal-proċedura tal-iwweldjar - Parti 5: Iwweldjar bl-ark ta’ titanju, żirkonju u ligi tagħhom (ISO 15614-5:2004) |
|
176. |
EN ISO 15614-6:2006 Speċifikazzjoni u kwalifikazzjoni tal-proċeduri tal-iwweldjar għal materjali metalliċi - Test tal-proċedura tal-iwweldjar - Parti 6: Iwweldjar ta’ ram u l-liġi tiegħu bl-ark u bil-gass (ISO 15614-6:2006) |
|
177. |
EN ISO 15614-7:2007 Speċifikazzjoni u kwalifikazzjoni ta’ proċeduri ta’ wweldjar għal materjali metalliċi - Test tal-proċedura tal-iwweldjar - Parti 7: Iwweldjar overlay (ISO 15614-7:2007) |
|
178. |
EN ISO 15614-8:2016 Speċifikazzjoni u kwalifikazzjoni tal-proċeduri tal-iwweldjar għal materjali metalliċi - Test tal-proċedura tal-iwweldjar - Parti 8: Iwweldjar ta’ tubi ma’ ġonot ta’ pjanċa tat-tubi (ISO 15614-8:2016) |
|
179. |
EN ISO 15614-11:2002 Speċifikazzjoni u kwalifikazzjoni tal-proċeduri tal-iwweldjar għal materjali metalliċi - Test tal-proċedura tal-iwweldjar - Parti 11: Iwweldjar bl-elettroni u b’raġġ tal-lejser (ISO 15614-11:2002) |
|
180. |
EN OSI 15620:2019 Iwweldjar - Iwweldjar bil-frizzjoni ta’ materjali metalliċi (ISO 15620:2019) |
|
181. |
EN 15776:2022 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Rekwiżiti għad-disinn u għall-fabbrikazzjoni ta’ reċipjenti taħt pressjoni u partijiet ta’ reċipjenti taħt pressjoni mibnijin minn ħadid fondut b’titwil wara l-frattura ta’ 15 % jew inqas |
|
182. |
EN OSI 16135:2006 Valvi industrijali - Valvi bil-balla ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16135:2006) EN ISO 16135:2006/A1:2019 |
|
183. |
EN OSI 16136:2006 Valvi industrijali - Valvi farfett ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16136:2006) EN ISO 16136:2006/A1:2019 |
|
184. |
EN OSI 16137:2006 Valvi industrijali - Valvi unidirezzjonali ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16137:2006) EN ISO 16137:2006/A1:2019 |
|
185. |
EN OSI 16138:2006 Valvi industrijali - Valvi bid-dijaframma ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16138:2006) EN ISO 16138:2006/A1:2019 |
|
186. |
EN OSI 16139:2006 Valvi industrijali - Valvi xatba (gate valves) ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16139:2006) EN ISO 16139:2006/A1:2019 |
|
187. |
EN 16668:2016+A1:2018 Valvi industrijali - Rekwiżiti u ttestjar għal valvi metalliċi bħala aċċessorji ta’ pressjoni |
|
188. |
EN 16767:2020 Valvi industrijali - Valvi unidirezzjonali metalliċi |
|
189. |
EN 17278:2021 Vetturi tal-gass naturali - Apparati ta’ forniment tal-fjuwil lill-vetturi |
|
190. |
EN ISO 21009-2:2015 Reċipjenti krijoġeniċi - Reċipjenti insulati statiċi li fihom vakwu - Parti 2: Rekwiżiti operazzjonali (ISO 21009-2:2015) |
|
191. |
EN ISO 21013-3:2016 Reċipjenti krijoġeniċi - Aċċessorji li jtaffu l-pressjoni għas-servizz krijoġeniku - Parti 3: Determinazzjoni ta’ kejl u kapaċità (ISO 21013-3:2016) |
|
192. |
EN ISO 21028-1:2016 Reċipjenti krijoġeniċi - Rekwiżiti ta’ tenaċità għal materjali f’temperaturi krijoġeniċi - Parti 1: Temperaturi taħt -80 °C (ISO 21028-1:2016) |
|
193. |
EN ISO 21028-2:2018 Reċipjenti krijoġeniċi - Rekwiżiti ta’ tenaċità għal materjali f’temperaturi krijoġeniċi - Parti 2: Temperaturi bejn -80 grad C u -20 grad C (ISO 21028-2:2018) |
|
194. |
EN OSI 21787:2006 Valvi industrijali - Valvi sferiċi ta’ materjali termoplastiċi (ISO 21787:2006) EN ISO 21787:2006/A1:2019 |
|
195. |
EN ISO 21922:2021 Sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana - Valvi - Rekwiżiti, ittestjar u mmarkar (ISO 21922:2021) |
ANNESS II
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tat-tneħħija |
|
1. |
EN 19:2016 Valvi industrijali - Immarkar tal-valvi metalliċi |
31.7.2026 |
|
2. |
EN 12952-3:2011 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 3: Disinn u kalkolu għall-partijiet taħt pressjoni tal-bojler |
31.7.2026 |
|
3. |
EN 12952-8:2002 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 8: Rekwiżiti għas-sistemi tat-tqabbid għal fjuwils likwidi u gassużi għall-bojlers |
31.7.2026 |
|
4. |
EN 12952-9:2002 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 9: Rekwiżiti għal sistemi ta’ ħruq ta’ fjuwil solidu mfarrak għall-bojler |
31.7.2026 |
|
5. |
EN 12952-16:2002 Bojlers b’tubi tal-ilma u installazzjonijiet awżiljarji - Parti 16: Rekwiżiti għal sistemi ta’ tqabbid ta’ fjuwils solidi permezz ta’ gradilja u sodda fluwidizzata għall-bojler |
31.7.2026 |
|
6. |
EN 15001-1:2009 Infrastruttura tal-Gass - Pajpijiet tal-installazzjoni tal-gass bi pressjoni operattiva ogħla minn 0,5 bar għal installazzjonijiet industrijali u ogħla minn 5 bar għal installazzjonijiet industrijali u mhux industrijali - Parti 1: Rekwiżiti funzjonali dettaljati għad-disinn, għall-materjali, għall-kostruzzjoni, għall-ispezzjoni u għall-ittestjar |
31.7.2026 |
|
7. |
EN 15776:2011+A1:2015 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Rekwiżiti għad-disinn u għall-fabbrikazzjoni ta’ reċipjenti taħt pressjoni u partijiet taħt pressjoni mibnijin minn ħadid fondut b’titwil wara l-frattura ta’ 15 % jew inqas |
31.7.2026 |
ANNESS III
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tat-tneħħija |
|
1. |
EN 13445-2:2021 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 2: Materjali |
31.7.2026 |
|
2. |
EN 13445-4:2021 Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar - Parti 4: Fabbrikazzjoni |
31.7.2026 |
|
3. |
EN 13480-3:2017 Pajpijiet industrijali metalliċi - Parti 3: Disinn u kalkolu EN 13480-3:2017/A3:2020 EN 13480-3:2017/A2:2020 EN 13480-3:2017/A1:2021 EN 13480-3:2017/A4:2021 |
31.7.2026 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/165/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)