European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/158

30.1.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/158

tad-29 ta’ Jannar 2025

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-aċetamiprid f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għas-sustanza attiva aċetamiprid ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex tipprovdi dikjarazzjoni dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi u l-MRLs tal-aċetamiprid u l-metaboliti tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Fid-dikjarazzjoni tagħha (3), l-Awtorità stabbiliet doża aċċettabbli ta’ kuljum (“ADI”) aktar baxxa u doża akuta ta’ referenza (“DAR”) aktar baxxa għall-aċetamiprid u inkludiet il-metabolit IM-2-1 fid-definizzjoni tar-residwi għall-valutazzjoni tar-riskji tal-aċetamiprid fl-għelejjel tal-frott u tal-weraq.

(4)

L-Awtorità identifikat qbiż tal-ARfD bl-MRLs għall-passolina, il-banana, il-ħass, l-iskalora/l-indivja tal-weraq wiesa’, l-ispinaċi u l-weraq tas-selq. L-Awtorità kkonsultat lill-Istati Membri u talbithom jirrapportaw Prattiki Agrikoli Tajbin (“GAPs”) ta’ riżerva potenzjali, awtorizzati fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi u diġà evalwati fil-livell tal-Istati Membri, li ma jwasslux għal riskju inaċċettabbli għall-konsumaturi. Ma kien hemm l-ebda GAP ta’ riżerva rrapportata. Għalhekk jixraq li l-MRLs għal dawn il-prodotti bażiċi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitbaxxew għal-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”) rilevanti.

(5)

L-Awtorità identifikat ukoll qbiż tal-ARfD bl-MRLs għan-naspli, iċ-ċirasa, il-ħawħ, l-għeneb tal-mejda u tal-inbid, it-tut tal-għollieq, il-lampun, il-mirtill, il-cranberries, ir-ribes bix-xewk, it-tut tas-sebuqa, iż-żebbuġ tal-mejda, it-tadam, il-brunġiel, il-bettieħ, il-qara’ aħmar, id-dulliegħ, il-brokkoli, il-pastard, il-kaboċċi kkapoċċati, il-ħass tal-ħaruf, l-aruka, il-mustarda ħamra, l-ispraġ, il-fwied tal-bovini u ġewwieni ieħor komestibbli tal-bovini. L-Awtorità kkonsultat lill-Istati Membri u talbithom jirrapportaw GAPs ta’ riżerva potenzjali, awtorizzati fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi u diġà evalwati fil-livell tal-Istati Membri, li ma jwasslux għal riskju inaċċettabbli għall-konsumaturi. Għal dawn il-prodotti bażiċi, ġew irrapportati l-GAPs ta’ riżerva li ma jwasslux għal qbiż tal-ARfD. Għalhekk jixraq li l-MRLs għal dawn il-prodotti bażiċi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitbaxxew għall-valuri proposti mill-Awtorità.

(6)

L-Awtorità identifikat ukoll qbiż tal-ARfD bl-MRLs għat-tuffieħ, il-lanġas, l-isfarġel, il-berquq, il-bżar ħelu, il-ħjar u z-zukkini. L-Awtorità kkonsultat lill-Istati Membri u talbithom jirrapportaw GAPs ta’ riżerva potenzjali, awtorizzati fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi u diġà evalwati fil-livell tal-Istati Membri, li ma jwasslux għal riskju inaċċettabbli għall-konsumaturi. Għal dawn il-prodotti bażiċi, ġew irrapportati l-GAPs ta’ riżerva li ma jwasslux għal qbiż tal-ARfD. Madankollu, billi xi informazzjoni ma kinitx disponibbli, kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Għalhekk, filwaqt li l-MRLs għal dawn il-prodotti bażiċi huma meqjusa sikuri, dawn se jiġu rieżaminati. Ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRLs għal dawn il-prodotti bażiċi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitbaxxew għall-valuri proposti mill-Awtorità.

(7)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew meqjusa.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs il-ġodda, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-19 ta’ Awwissu 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Statement on the toxicological properties and maximum residue levels of acetamiprid and its metabolites; EFSA Journal 2024;22:e8759.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għall-aċetamiprid hija sostitwita b’dan li ġej:

Residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Aċetamiprid (R)

“0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,9

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,07

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

0,07 (+)

0130020

Lanġas

0,07 (+)

0130030

Sfarġel

0,15 (+)

0130040

Naspli

0,3

0130050

Naspli tal-Ġappun

0,8

0130990

Oħrajn (2)

0,8

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

0,08 (+)

0140020

Ċiras (ħelu)

0,8

0140030

Ħawħ

0,08

0140040

Għanbaqar

0,03

0140990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,08

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

0,5

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

0,6

0153020

Tut salvaġġ

2

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

0,6

0153990

Oħrajn (2)

2

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

0,7

0154020

Cranberries

0,7

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

0,01  (*1)

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

0,7

0154050

Warda skoċċiża

2

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

2

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,01  (*1)

0154080

Frott tas-sebuqa

0,5

0154990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

0,01  (*1)

0161020

Tin

0,03

0161030

Żebbuġ tal-mejda

0,9

0161040

Larinġ tal-qsari

0,01  (*1)

0161050

Karambola

0,01  (*1)

0161060

Kaki

0,01  (*1)

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

0,01  (*1)

0161990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

0,01  (*1)

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

0,01  (*1)

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01  (*1)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

Tewm

0,02

0220020

Basal

0,02

0220030

Xalotti

0,01  (*1)

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

0,01  (*1)

0220990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

0,06

0231020

Bżar ħelu

0,09 (+)

0231030

Brunġiel

0,2

0231040

Bamja

0,2

0231990

Oħrajn (2)

0,2

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

0,05 (+)

0232020

Ħjar tal-pikles

0,6

0232030

Zukkini

0,05 (+)

0232990

Oħrajn (2)

0,3

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

0,08

0233020

Qara’ aħmar

0,08

0233030

Dulliegħ

0,08

0233990

Oħrajn (2)

0,2

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,01  (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,2

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

0,06

0241020

Pastard

0,06

0241990

Oħrajn (2)

0,4

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

0,05

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

0,03

0242990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0243000

(c)

brassika bil-weraq

0,01  (*1)

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

0,01  (*1)

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

1,5

0251020

Ħass

0,01  (*1)

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

0,01  (*1)

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

3

0251050

Krexxuni tal-art

3

0251060

Aruka

1,5

0251070

Mustarda ħamra

0,9

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

3

0251990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

0,01  (*1)

0252020

Burdlieq

0,6

0252030

Weraq tas-selq

0,01  (*1)

0252990

Oħrajn (2)

0,6

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

3

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

0,6

0260020

Fażola (bla mżiewed)

0,3

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

0,6

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

0,3

0260050

Għads

0,01  (*1)

0260990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

0270010

Spraġ

0,01  (*1)

0270020

Kardun

0,01  (*1)

0270030

Krafes

0,01  (*1)

0270040

Bużbież ta' Firenze

0,01  (*1)

0270050

Qaqoċċ

0,7

0270060

Kurrat

0,01  (*1)

0270070

Rabarbru

0,01  (*1)

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

0,01  (*1)

0270090

Qlub tal-palm

0,01  (*1)

0270990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

0,15

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,01  (*1)

0401020

Karawett

0,01  (*1)

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,01  (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01  (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,4

0401070

Fażola tas-sojja

0,01  (*1)

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,01  (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,7

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,01  (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,01  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,01  (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,01  (*1)

0401140

Qannebusa

0,01  (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,01  (*1)

0401990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

3

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

0,01  (*1)

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

0,01  (*1)

0402040

Kapok

0,01  (*1)

0402990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0500000

ĊEREALI

 

0500010

Xgħir

0,05

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,01  (*1)

0500030

Qamħirrum

0,01  (*1)

0500040

Millieġ komuni

0,01  (*1)

0500050

Ħafur

0,05

0500060

Ross

0,01  (*1)

0500070

Segala

0,01  (*1)

0500080

Sorgu

0,01  (*1)

0500090

Qamħ

0,1

0500990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05  (*1)

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,05  (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

 

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

0,05  (*1)

0820020

Bżar tas-Sichuan

0,05  (*1)

0820030

Karwija

0,05  (*1)

0820040

Kardamomu

0,1

0820050

Frott tal-ġnibru

0,05  (*1)

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

0,1

0820070

Vanilja

0,05  (*1)

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

0,05  (*1)

0820990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05  (*1)

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05  (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  (*1)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

0,5

1011020

Xaħam

0,3

1011030

Fwied

1

1011040

Kliewi

1

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1

1011990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,5

1012020

Xaħam

0,3

1012030

Fwied

0,03

1012040

Kliewi

1

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,05

1012990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

0,5

1013020

Xaħam

0,3

1013030

Fwied

1

1013040

Kliewi

1

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1

1013990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

0,5

1014020

Xaħam

0,3

1014030

Fwied

1

1014040

Kliewi

1

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1

1014990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

0,5

1015020

Xaħam

0,3

1015030

Fwied

1

1015040

Kliewi

1

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1

1015990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

1016000

(f)

mill-pollam

 

1016010

Muskoli

0,02  (*1)

1016020

Xaħam

0,02  (*1)

1016030

Fwied

0,1  (*1)

1016040

Kliewi

0,1  (*1)

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02  (*1)

1016990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

0,5

1017020

Xaħam

0,3

1017030

Fwied

1

1017040

Kliewi

1

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1

1017990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

1020000

Ħalib

0,2

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,02  (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,02  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,02  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,02  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

(+)

Kombinament ta’ pestiċidi u prodotti li għalih teżisti nota f’qiegħ il-paġna. Il-lista ta’ noti f’qiegħ il-paġna hija pprovduta hawn taħt.

Aċetamiprid (R)

(R) Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi: Aċetamiprid - kodiċi 1000000 għajr 1040000 : It-total tal-aċetamiprid u N-desmetil-aċetamiprid (IM-2-1), espress bħala aċetamiprid

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din tintbagħat sad-19 ta’ Frar 2027, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0130010 Tuffieħ

0130020 Lanġas

0130030 Sfarġel

0140010 Berquq

0231020 Bżar ħelu

0232010 Ħjar

0232030 Zukkini”


(*1)  Jindika l-limitu l-aktar baxx ta’ kwantifikazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/158/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)