European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/128

24.1.2025

DEĊIŻJONI Nru 1/2025 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ŻVIZZERA

tat-13 ta’ Jannar 2025

li temenda l-Iskedi III u IV tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 [2025/128]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 (1), kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (2) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 2 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 5(2) tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera, bħala Partijiet Kontraenti, ipprovdew lill-Kumitat Konġunt il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-materja prima kollha li għaliha ġew applikati miżuri ta’ kumpens għall-prezzijiet, għall-perjodu ta’ referenza ta’ 12-il xahar minn Settembru 2023 sa Awwissu 2024. Minn dawk il-prezzijiet jirriżulta li s-sitwazzjoni reali tal-prezzijiet fir-rigward ta’ dik il-materja prima fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti nbidlet.

(2)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu aġġornati l-prezzijiet domestiċi ta’ referenza u d-differenzi fil-prezzijiet għall-materja prima agrikola elenkata fl-Iskeda III tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, kif ukoll li jiġu adattati l-ammonti bażiċi tal-materja prima agrikola elenkata fl-Iskeda IV ta’ dak il-Protokoll,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Iskeda III hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

fl-Iskeda IV, il-punt (b) huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2025.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2025,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Marco DÜERKOP


(1)   ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)   ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.


ANNESS I

“SKEDA III

Prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-UE u tal-Iżvizzera

Materja prima agrikola

Prezz domestiku ta’ referenza tal-Iżvizzera

CHF għal kull 100 kg netti

Prezz domestiku ta’ referenza tal-UE

CHF għal kull 100 kg netti

L-Artikolu 4(1)

Applikat fl-Iżvizzera, Differenza fil-prezz ta’ referenza tal-Iżvizzera/tal-UE

CHF għal kull 100 kg netti

L-Artikolu 3(3)

Applikat fl-UE, Differenza fil-prezz ta’ referenza tal-Iżvizzera/tal-UE

EUR għal kull 100 kg netti

Qamħ komuni

60,35

20,93

39,40

0,00

Qamħ durum

-

-

1,20

0,00

Segala

47,37

18,48

28,90

0,00

Barli

-

-

-

-

Qamħirrum

-

-

-

-

Dqiq tal-qamħ komuni

100,37

42,47

57,90

0,00

Trab tal-ħalib sħiħ

724,26

356,22

368,05

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

498,09

237,55

260,55

0,00

Butir

1 247,15

556,88

690,25

0,00

Zokkor abjad

-

-

-

-

Bajd

-

-

38,00

0,00

Patata friska

42,31

20,55

21,75

0,00

Xaħam veġetali

-

-

170,00

0,00 ”


ANNESS II

“(b)

Ammonti bażiċi għall-materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima agrikola

Ammont bażiku applikat fl-Iżvizzera L-Artikolu 3(2)

Ammont bażiku applikat fl-UE L-Artikolu 4(2)

CHF għal kull 100 kg netti

EUR għal kull 100 kg netti

Qamħ komuni

29,80

0,00

Qamħ durum

1,00

0,00

Segala

22,75

0,00

Barli

-

-

Qamħirrum

-

-

Dqiq tal-qamħ komuni

47,20

0,00

Trab tal-ħalib sħiħ

299,95

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

212,35

0,00

Butir

549,35

0,00

Zokkor abjad

-

-

Bajd

30,95

0,00

Patata friska

15,75

0,00

Xaħam veġetali

138,55

0,00 ”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/128/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)