|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/114 |
24.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/114
tat-23 ta’ Jannar 2025
li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tieghu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 (2)(“ir-regolament oriġinali”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-RPĊ jew “il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina”). Id-dazji kumpensatorji attwalment fis-seħħ ivarjaw minn 3,9 % sa 17,2 % (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-243/19, id-dazji kumpensatorji ġew imposti mill-ġdid fuq Giant Electric Vehicle (Kunshan) Co., Ltd f’Marzu 2023 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/610 (3). Id-dazju impost mill-ġdid ġie stabbilit fl-istess livell bħal fir-Regolament oriġinali. Għalhekk, ir-rati tad-dazju kumpensatorju attwalment fis-seħħ huma dawk li ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/73 (4), il-Kummissjoni imponiet ukoll miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw miċ-Ċina. Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ jvarjaw minn 9,9 % sa 70,1 %. |
1.2. Bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza
|
(4) |
Fis-17 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu (IATE) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(5) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara talba għal reviżjoni li ġiet ippreżentata fis-16 ta’ Ottubru 2023 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (“it-talba” u “r-rikorrent”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tar-roti elettriċi fis-sens tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament bażiku. It-talba kien fiha evidenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar u rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni li kienet suffiċjenti biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(6) |
Qabel il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (il-“GTĊ”) (6) li kienet irċeviet talba dokumentata kif xieraq, u stiednet lill-GTĊ għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma weġibx u għalhekk ma kienx hemm konsultazzjonijiet. |
1.3. Perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni u l-perjodu kkunsidrat
|
(7) |
L-investigazzjoni dwar is-sussidjar u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni” jew l-“RIP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.4. Partijiet interessati
|
(8) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lir-rikorrent, lill-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fir-RPĊ kif ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma mħassba dwar il-bidu tal-iskadenza u stidnithom biex jipparteċipaw. |
|
(9) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar- reviżjoni ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. Grupp ad hoc, f’isem 8 kumpanija fl-Unjoni li jarmaw partijiet tar-roti elettriċi importati miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħra, ippreżenta ruħu u pprovda kummenti. Dawn il-kummenti ma kinux jirrigwardaw il-bidu sa ċertu punt u ġew indirizzati fit-Taqsima 6 dwar l-interess tal-Unjoni hawn taħt. Dan il-grupp talab ukoll seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni, li saret fit-30 ta’ April 2024. |
1.5. Kampjunar
|
(10) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li għandha mnejn tinkludi fil-kampjun il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
1.5.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(11) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet iddeċidiet li tillimita l-investigazzjoni għal għadd raġonevoli ta’ produtturi tal-Unjoni billi tapplika l-kampjunar. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-ogħla kwantità rappreżentattiva ta’ produzzjoni li tista’ tiġi investigata b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. |
|
(12) |
F’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun proviżorju. Il-kampjun huwa meqjus rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.5.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(13) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(14) |
L-ebda importatur mhux relatat ma wieġeb għall-formola tal-kampjunar. |
1.5.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(15) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fl-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(16) |
Żewġ produtturi esportaturi biss mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina pprovdew tweġiba għall-kampjunar u għalhekk il-kampjunar ma tqiesx li kien meħtieġ. Madankollu, dawn iż-żewġ kumpaniji kienu jirrappreżentaw flimkien inqas minn 0,1 % tal-industrija Ċiniża tar-roti elettriċi f’termini ta’ (i) esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, (ii) bejgħ domestiku u, (iii) kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dawk iż-żewġ kumpaniji ma setgħux jitqiesu rappreżentattivi tal-industrija Ċiniża tar-roti elettriċi għall-fini tal-investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ skadenza u li l-informazzjoni speċifika għall-kumpanija tagħhom ma kinitx suxxettibbli li tifforma bażi għal sejbiet rappreżentattivi rigward l-esportazzjonijiet kollha mir-RPĊ lejn l-Unjoni. |
|
(17) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kooperazzjoni mill-produtturi tar-roti elettriċi fir-RPĊ kienet insuffiċjenti biex isiru sejbiet rappreżentattivi u infurmat liż-żewġ kumpaniji, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tapplika l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ sussidju u dannu fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq fatti disponibbli. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(18) |
Il-Kummissjoni stiednet liż-żewġ kumpaniji li kienu pprovdew tweġiba għall-kampjunar biex jikkuntattjaw lis-servizzi tal-Kummissjoni f’każ li kellhom l-intenzjoni li jimlew tweġiba għall-kwestjonarju minkejja n-nuqqas ta’ rappreżentattività tagħhom tal-industrija tar-roti elettroniċi fir-RPĊ (ara hawn fuq). Fil-bidu tal-investigazzjoni, kopja tal-kwestjonarji saret disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ. Ma ġiet ippreżentata l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(19) |
Fit-12 ta’ Frar 2024 il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-gvern taċ-Ċina (il-“GTĊ”). Il-GTĊ intalab ukoll jibgħat kwestjonarji speċifiċi lil (i) il-Korporazzjoni tal-Assigurazzjoni tal-Esportazzjoni u l-Kreditu Ċiniża (“Sinosure”), (ii) produtturi u distributuri ta’ magni, batteriji u parts u komponenti oħra tar-roti elettriċi u (iii) banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra magħrufa mill-GTĊ li pprovdew self lill-industrija kkonċernata. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarji msemmija hawn fuq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ permezz tan-Note Verbale tal-5 ta’ April 2024 li kellha l-intenzjoni li tapplika l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarji mibgħuta lill-GTĊ u stiednet lill-GTĊ biex jikkummenta dwar dan. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku twettqu fil-binjiet tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.7. Divulgazzjoni
|
(22) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji kumpensatorji fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(23) |
Diversi partijiet interessati ssottomettew kummenti, li ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u indirizzati fit-Taqsimiet 2.3, 3.9 u 6 hawn taħt. Parti waħda li talbet dan ingħatat seduta ta’ smigħ. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(24) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali jiġifieri roti, b’assistenza ta’ pedali, b’mutur elettriku awżiljarju (“roti elettriċi”, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 8711 60 10 u ex 8711 60 90 (kodiċi TARIC 8711 60 90 10). |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(25) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
2.3. Prodott simili
|
(26) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(27) |
Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(28) |
Wara d-divulgazzjoni, parti waħda sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika li l-partijiet importati mill-importaturi eżentati u/jew mill-esportaturi barranin eżentati skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1279 (7) jenħtieġ li ma jitqisux bħala l-prodott ikkonċernat. Skont din il-parti, għandu jiġi ċċarat li partijiet tal-prodott ikkonċernat li għandhom jintużaw għall-prodott ikkonċernat mhumiex soġġetti għal dazji kumpensatorji jekk jiġu importati separatament. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni qieset li tali kjarifika ma kinitx iġġustifikata peress li l-partijiet mhumiex koperti mill-miżuri li huma soġġetti għal dan ir-rieżami. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
3. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ SUSSIDJAR
|
(30) |
F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u kif iddikjarat fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti x’aktarx li twassal għal kontinwazzjoni ta’ sussidjar. |
3.1. Nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-użu tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku
|
(31) |
Fit-12 ta’ Frar 2024 il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-gvern taċ-Ċina (il-“GTĊ”). Il-GTĊ intalab ukoll jibgħat kwestjonarji speċifiċi lil (i) il-Korporazzjoni tal-Assigurazzjoni tal-Esportazzjoni u l-Kreditu Ċiniża (“Sinosure”), (ii) produtturi u distributuri ta’ magni, batteriji u parts u komponenti oħra tar-roti elettriċi u (iii) banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra magħrufa mill-GTĊ li pprovdew self lill-industrija kkonċernata. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarji msemmija hawn fuq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ permezz tan-Note Verbale tal-5 ta’ April 2024 li kellha l-intenzjoni li tapplika l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarji mibgħuta lill-GTĊ u stiednet lill-GTĊ biex jikkummenta dwar dan. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(33) |
Peress li l-kooperazzjoni mill-produtturi tar-roti elettriċi fir-RPĊ kienet insuffiċjenti biex isiru sejbiet rappreżentattivi għall-fini ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza (ara l-premessi (16) u (17) hawn fuq) u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u partijiet rilevanti oħra fir-RPĊ li kienu ntalbu jipprovdu informazzjoni kif deskritt hawn fuq, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, irrikorriet għall-użu tal-fatti disponibbli biex tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar tal-industrija tar-roti elettriċi fir-RPĊ. |
|
(34) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat għall-analiżi tagħha l-fatti kollha disponibbli għaliha, b’mod partikolari:
|
3.2. Kummenti introduttorji dwar l-industrija tar-roti elettriċi fir-RPĊ
|
(35) |
Fl-investigazzjoni oriġinali l-Kummissjoni stabbiliet il-viżjoni tal-GTĊ għat-titjib u l-promozzjoni ta’ industriji ewlenin, bħall-industrija tar-roti elettriċi, permezz tal-implimentazzjoni ta’ bosta pjanijiet fil-livell nazzjonali, lokali u settorjali. B’mod partikolari, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ li jkopri s-snin 2016–2020 (“it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin”) kien jinkludi vetturi b’enerġija ġdida bħala industrija strateġika (13), filwaqt li l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija Ħafifa għall-istess perjodu (2016–2020), li tħejja mill-GTĊ biex jimplimenta t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, u l-Made in China 2025, jidentifika speċifikament l-industrija tar-roti u tal-batteriji bħala industriji ewlenin. |
|
(36) |
Kif deskritt fir-Regolament oriġinali (14), skont il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija Ħafifa, l-industrija tar-roti u tar-roti elettriċi kienet teħtieġ “Inġinerija ta’ Riformazzjoni Teknoloġika” permezz tal- “Industrijalizzazzjoni ta’ rota ta’ materjal ġdid, trasformazzjoni teknika tal-linja ta’ produzzjoni ta’ roti elettriċi intelliġenti, li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u effiċjenti u partijiet kruċjali”. Dan il-Pjan irrakkomanda wkoll “Il-promozzjoni tal-industrija tar-roti sabiex tiżviluppa f’direzzjoni ħafifa, diversifikata, tal-moda u intelliġenti. It-tħaffif tar-R&Ż u l-applikazzjoni ta’ materjal ħafif iżda b’saħħtu, trażmissjoni, sistema tas-sewqan, enerġija ġdida, teknoloġija intelliġenti ta’ sensuri u teknoloġija tal-Internet tal-Oġġetti. Enfasi fuq l-iżvilupp ta’ roti diversifikati adattati għal skopijiet moda u każwali, eżerċizzju u idoneità, qsim tal-pajjiż fuq distanzi twal u tiwi ta’ prestazzjoni għolja, u r-rota elettrika kkonformat mar-rota elettrika standard u intelliġenti bil-batterija tal-litju”. Barra dan, il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija Ħafifa elenka xi miżuri ta’ politika konkreti għall-promozzjoni tal-industriji ewlenin, bħal roti elettriċi u industriji tal-batteriji. Hija rreferiet b’mod partikolari għal miżuri bħar-riforma tal-aċċess għas-suq, żieda fl-appoġġ tal-politika tat-tassazzjoni finanzjarja kif ukoll appoġġ finanzjarju. |
|
(37) |
Barra minn hekk, fil-livell speċifiku tas-settur tal-industrija tar-roti, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tar-Roti u r-Roti Elettriċi (2016-2020), maħruġ mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tar-Roti (,“CBA”, China Bicycle Association) inkluda l-industrija tar-roti fost l-industriji emerġenti u ddikjara: “l-industriji emerġenti ġew promossi għal-livell ta’ strateġija nazzjonali, bħalma huma enerġija ġdida, materjal ġdid, l-Internet, il-konservazzjoni tal-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent, u t-teknoloġija tal-informatika, għalhekk, saret xejra inevitabbli għall-industriji tradizzjonali li jidħlu fil-komunità ta’ livell medju u livell għoli. Speċjalment wara li l-Ħames Sessjoni Plenarja intervjeniet sabiex “tippromwovi l-iżvilupp ta’ traffiku u trasport b’livell baxx ta’ karbonju u tinkoraġġixxi l-ivvjaġġar ekoloġiku bir-rota”, l-industrija tar-roti ċertament se tgawdi mill-opportunitajiet storiċi ġodda għall-iżvilupp.” It-13-il Pjan tar-Roti kompla jiddikjara li “l-iskala tal-esportazzjoni tar-roti u l-ispare parts se tibqa’ stabbli u l-esportazzjoni tar-roti elettriċi se tiżdied b’mod drammatiku. L-integrazzjoni tal-industrija se tissaħħaħ aktar u l-kontribut tal-intrapriżi ewlenin għall-volum tal-produzzjoni se jaqbeż il-50 %. L-industrija se trawwem, tibni b’mod konġunt u ttejjeb 3-5 raggruppamenti tal-industrija u reġjuni karatteristiċi. Il-proporzjon ta’ roti ta’ livell medju u ta’ livell għoli u roti elettriċi b’batterija tal-litju se jiżdied kull sena”. Il-kompiti ewlenin fil-Pjan kienu li “jkompli jiġi promoss l-iżvilupp ta’ roti diversi, tad-ditta u ta’ livell għoli fl-industrija, u li gradwalment jiżdied il-proporzjon ta’ persuni li jivvjaġġaw bir-rota u l-proporzjon ta’ roti ta’ livell medju u għoli; ir-realizzazzjoni tal-batterija tal-litju ħafifa u tar-roti elettriċi intelliġenti u t-titjib kostanti tas-sehem mis-suq ta’ roti b’batterija tal-litju u l-proporzjon ta’ roti elettriċi għall-esportazzjoni (15). |
|
(38) |
Barra minn hekk, fil-“Katalogu ta’ Proġetti ta’ Investiment soġġetti għall-Verifika u l-Approvazzjoni tal-Gvern”, il-GTĊ kien għamel referenza għal prijoritizzazzjoni miżjuda ta’ vetturi li jaħdmu b’enerġija alternattiva, inklużi roti elettriċi: “Il-kapaċità ta’ produzzjoni li żżid in-numru ta’ vetturi tradizzjonali li jaħdmu bil-fjuwil għandha tkun ikkontrollata strettament b’mod li, fil-prinċipju, manifatturi ġodda ta’ vetturi tradizzjonali li jaħdmu bil-fjuwil ma għandhomx ikunu vverifikati u approvati aktar għall-kostruzzjoni. Għandhom isiru sforzi biex jiggwidaw b’mod attiv l-iżvilupp b’saħħtu u ordnat ta’ vetturi b’enerġija alternattiva” (16). |
|
(39) |
Barra minn hekk, il-Made in China 2025, id-Deċiżjoni Nru 40 u d-Direttorat Nazzjonali għall-Iżvilupp tax-Xjenza u t-Teknoloġija fuq Terminu Medju u Twil (2006–2020) identifikaw l-industrija tar-roti elettriċi bħala industrija strateġika/imħeġġa ewlenija li l-iżvilupp tagħha għandu jingħata prijorità u jiġi appoġġat (17). |
|
(40) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni oriġinali stabbiliet ukoll li l-GTĊ mhux biss ippromwova l-industrija tar-roti elettriċi iżda wkoll il-partijiet tagħhom, b’mod partikolari l-magni u l-batteriji (18)permezz ta’ diversi pjanijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u settorjali. Notevolment, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin irrefera espliċitament għall-appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħażna tal-enerġija b’effiċjenza għolja filwaqt li l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija Ħafifa elenka l-industrija tal-batteriji bħala industrija ewlenija. Barra minn hekk, il-parts tar-roti, speċifikament il-batteriji u l-metalli ħfief għall-oqfsa ġew elenkati bħala industriji mħeġġa fil- “Katalogu tal-Gwida ta’ Industriji ta’ Investiment Barrani” kif ukoll fil-Katalogu tal-Industriji ta’ Prijorità għall-Investiment Barrani fiċ-Ċina Ċentrali u tal-Punent. Fl-aħħar nett, il-batteriji tal-litju kienu parti mil-lista tal-industrija mħeġġa fil-Katalogu għall-Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija. |
|
(41) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet fir-regolament oriġinali li l-industrija tar-roti elettriċi u l-partijiet tagħha kienu meqjusa bħala industriji ewlenin/strateġiċi, li l-iżvilupp tagħhom kien segwit b’mod attiv mill-GTĊ bħala objettiv ta’ politika (19). |
|
(42) |
It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza kkonfermat li l-GTĊ kompla jappoġġa b’mod attiv l-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi u tal-parts, li għadhom jitqiesu bħala industriji ewlenin fiċ-Ċina permezz ta’ diversi dokumenti ta’ politika u leġiżlazzjoni, kif stabbilit hawn taħt. |
L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin
|
(43) |
L-14-il pjan ta’ ħames snin (“l-14-il FYP”) għall-perjodu mill-2021 sal-2025 jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-GTĊ għat-titjib u l-promozzjoni tal-industriji ewlenin (20). Skont il-Kapitolu I tiegħu, waħda mil-linji prinċipali ta’ żvilupp hija l-promozzjoni tal-ammeljorament tal-istruttura industrijali tradizzjonali u l-approfondiment tar-“rivoluzzjoni teknoloġika u t-trasformazzjoni industrijali”. Din l-idea tkompli tiġi elaborata fil-Kapitolu IV, li għandu l-għan li jiżviluppa sistema industrijali moderna ottimizzata bl-objettiv li ċ-Ċina ssir “mutur tal-manifattura”. Sabiex l-industriji emerġenti “jaċċelleraw u jespandu”, il-pjan jappoġġa l-iżvilupp u jippromwovi l-produzzjoni ta’ “vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida u prodotti ekoloġiċi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent”, kif diġà kien il-każ fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin. |
|
(44) |
L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin ikompli jiġi implimentat permezz ta’ pjanijiet lokali u settorjali, li jistabbilixxu d-direzzjoni tal-politiki li għandhom jiġu implimentati għall-iżvilupp ta’ industriji u setturi strateġiċi. |
|
(45) |
Minbarra l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin, kull livell subċentrali jimplimentah bi pjanijiet provinċjali u lokali biex jiżgura azzjoni effettiva. B’mod partikolari: |
|
(46) |
Il-provinċja ta’ Tianjin fl-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tagħha għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura tipprevedi t-trasformazzjoni aċċellerata f’ “belt tal-manifattura b’saħħitha” (21). Tianjin iqis is-settur tar-roti/roti elettriċi bħala “industrija vantaġġuża”, li għandha tiġi żviluppata “b’mod vigoruż” (22). Il-vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida huma wkoll prijorità ewlenija għal Tianjin, peress li l-provinċja tixtieq tiżviluppa vetturi li jiffrankaw l-enerġija u vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida. Il-pjan tal-Provinċja ta’ Tianjin jistenna li jespandi l-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju permezz tal-iżvilupp ta’ materjali, bħan-nikil, il-grafit u s-siliċju tal-karbonju, sabiex tiġi aċċellerata l-applikazzjoni tagħhom f’vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida. Materjali oħra rilevanti għall-produzzjoni tar-roti elettriċi, bħal folji tal-liga tal-aluminju tal-manjeżju għall-partijiet, eż. hubs tar-roti, azzar ta’ livell għoli għal vireg tal-azzar u wajers tal-azzar, huma wkoll qasam ta’ appoġġ fokali. (23) B’appoġġ għall-14-il Pjan ta’ 5-il sena, l-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin tal-Gvern tal-Poplu Muniċipali ta’ Tianjin ippubblika lista ta’ 33 inċentiv ta’ politika għal titjib ekonomiku fl-ewwel trimestru tal-2023, inklużi sussidji ta’ mhux aktar minn għaxra (50) miljun għal kull kumpanija (24). |
|
(47) |
Il-pjan ta’ żvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura fil-Provinċja ta’ Jiangsu matul l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin jistabbilixxi mira biex jirnexxi fl-iżvilupp tal-industriji tal-manifattura. Vetturi ġodda tal-enerġija huma waħda mill-prijoritajiet industrijali ewlenin, li se jkunu appoġġati minn programmi ta’ riċerka u żvilupp u permezz tal-inkoraġġiment ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet. (25) Il-batteriji tal-joni tal-litju jitqiesu bħala prodotti ewlenin għall-vetturi elettriċi u l-iżvilupp tagħhom għandu jiġi appoġġat permezz tal-forniment ta’ programmi ta’ R&Ż. (26) |
|
(48) |
Il-pjan ta’ azzjoni għall-promozzjoni ta’ progress kostanti u t-titjib fil-kwalità tal-ekonomija industrijali fil-Provinċja ta’ Zhejiang jipprevedi r-rinfurzar tal-katina industrijali b’fokus fuq ċerti industriji, inklużi vetturi li jaħdmu bl-enerġija ġdida. Il-vetturi ġodda tal-enerġija huma wieħed mis-sebgħa u għoxrin settur li għandhom jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Provinċja ta’ Zhejiang (27). |
|
(49) |
Il-Pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp ta’ clusters tal-industrija b’pilastri strateġiċi tal-Industrija Ħafifa Moderna u t-Tessuti fil-Provinċja ta’ Guangdong (2021-2025) jelenka s-sistemi ta’ trażmissjoni tar-roti fost it-teknoloġiji u l-materjali ewlenin f’industriji ewlenin tal-industrija ħafifa moderna u t-tessuti. Il-pjan jelenka ħamest ibliet tal-Provinċja ta’ Guangdong bħala “widien tar-roti” Ċiniżi (jiġifieri Guangzhou, Shenzhen, Huizhou, Dongguan u Zhongshan). (28) |
|
(50) |
Fil-livell partikolari tas-settur tal-industrija, l-Assoċjazzjoni Ċiniża tar-Roti (“CBA”) ħarġet l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Roti u r-Roti Elettriċi biex twitti t-triq għall-espansjoni tar-roti u r-roti elettriċi Ċiniżi għas-swieq barranin. Kif ġie kkonfermat ukoll fl-investigazzjoni oriġinali (29), is-CBA hija korp pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. Is-CBA hija sussidjarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Industrija Ħafifa taċ-Ċina (“CNLIC” China National Light Industry Council), dak li qabel kien il-Ministeru tal-Industrija Ħafifa. Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi tas-CBA għandu rabtiet mill-qrib mal-GTĊ. Barra dan, is-CEO jew il-President ta’ Intrapriża tal-istat jew assoċjazzjoni tar-roti għandu dejjem ikun membru tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). Anke fil-Bord ta’ kumpaniji tar-roti elettriċi privati, li huma membri tas-CBA u li huma fil-Bord tas-CBA, dejjem irid ikun hemm membru tas-CCP, xi ħaġa li tikkonferma n-natura tas-CBA bħala korp pubbliku. |
|
(51) |
Skont l-14-il Pjan tar-Roti, is-sitwazzjoni ġenerali għall-iżvilupp tal-industrija tar-roti/roti elettriċi għandha tiġi mmaniġġjata permezz ta’ riformi b’“mod ċentralizzat”, u permezz ta’ fokus fuq l-għan ġenerali tat-titjib fil-kwalità, it-titjib fl-effiċjenza, kif ukoll it-titjib u l-bini ta’ pajjiż b’industrija tar-roti/roti elettriċi b’saħħitha. Il-pjan jistabbilixxi wkoll miri għaż-żamma ta’ volum qawwi ta’ esportazzjoni ta’ roti/roti elettriċi u t-titjib tal-ishma mis-suq internazzjonali tal-produtturi Ċiniżi (30). Dawk l-għanijiet jenħtieġ li jintlaħqu permezz tal-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ appoġġ, bħall-għoti ta’ fondi speċjali biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-industrija tar-roti/tar-roti elettriċi (31). |
|
(52) |
L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Roti u r-Roti Elettriċi jiddeskrivi tliet aspetti tal-iżvilupp tal-industrija Ċiniża tar-roti/roti elettriċi għal perjodu lil hinn mill-14-il perjodu ta’ 5 snin: (i) sal-2025, il-ħolqien ta’ nazzjon kbir tar-roti/roti elettriċi għandu jiġi kkonsolidat permezz tal-modernizzazzjoni; (ii) sal-2035, l-industrija tar-roti/roti elettriċi Ċiniża se ssir is-setgħa predominanti fis-suq internazzjonali; (iii) sa nofs is-seklu, iċ-Ċina se tkun saret produttur tar-roti/roti elettriċi bl-istatus ta’ nazzjon b’saħħtu tar-roti/roti elettriċi. (32) Minbarra l-pjan nazzjonali ġenerali għall-industrija tar-roti/roti elettriċi, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Roti u r-Roti Elettriċi jipprevedi “strateġiji ta’ żvilupp reġjonali kkoordinati” (33). Għaxar reġjuni u provinċji (34) huma diretti biex iwettqu t-tqassim industrijali previst sabiex jippromwovu l-produzzjoni tar-roti elettriċi, tar-roti u tal-parts tar-roti bil-ħsieb li jsiru globali. |
|
(53) |
Dokument ta’ politika importanti ieħor huwa l-Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tad-Dawl, li jipprevedi diversi miżuri ta’ appoġġ għall-industrija Ċiniża tar-roti, tar-roti elettriċi u tal-komponenti. (35) L-Opinjonijiet għandhom l-għan li jħeġġu l-innovazzjoni u l-manifattura tat-tipi kollha ta’ roti u roti elettriċi u jiżviluppaw il-produzzjoni ta’ batteriji għat-trasformazzjoni diġitali u ekoloġika. Dan għandu jinkiseb permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ fiskali u finanzjarju, il-ħolqien ta’ raggruppamenti industrijali integrati, u l-għoti ta’ vantaġġi permezz tal-politiki “Belt and Road” u “Going Global” (36). |
Made in China 2025
|
(54) |
Il-“Made in China 2025” hija politika industrijali mmexxija mill-Istat li tfittex li tagħmel ir-RPĊ dominanti fil-manifattura globali ta’ teknoloġija avvanzata permezz ta’ sussidji tal-gvern, Intrapriżi tal-Istat, u akkwist ta’ proprjetà intellettwali, u b’hekk tissostitwixxi l-kapaċità barranija. (37) L-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (“USTR”) sab ukoll li l-Istat Ċiniż stabbilixxa fondi b’aktar minn USD 500 biljun disponibbli biex jappoġġa l-industriji identifikati (38). |
|
(55) |
Il-politika Made in China 2025 tinkludi miżuri direttament rilevanti għall-manifattura tar-roti elettriċi, billi telenka l-kompiti strateġiċi li għandhom jiġu implimentati sal-2025, inkluż l-intensifikazzjoni tal- “isforzi fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġija, proċess u tagħmir avvanzati għall-iffrankar tal-enerġija u l-protezzjoni ambjentali”, it-tisħiħ tar- “riċerka u l-iżvilupp ta’ prodott ekoloġiku, il-ġeneralizzazzjoni ta’ tekniki ta’ piż ħafif, konsum baxx tal-enerġija u rkupru faċli, il-promozzjoni kontinwa tal-effiċjenza enerġetika ta’ prodotti li jużaw l-enerġija terminali inkluż il-mutur, il-bojler, il-magna tal-kombustjoni interna u l-apparat elettriku, […] u l-promozzjoni enerġetika tal-iżvilupp ekoloġiku u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju ta’ industrija ta’ materjal ġdid, industrija ġdida tal-enerġija, industrija tat-tagħmir ta’ livell għoli” (39) . |
Deċiżjoni Nru 40
|
(56) |
Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat hija dokument legali maħruġ fl-2005 li għandu l-għan li jippromwovi aġġustamenti tal-istruttura industrijali fiċ-Ċina billi jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ industriji ta’ teknoloġija avvanzata u l-eliminazzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni skaduta (40). Il-“Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali”, li huwa miżura ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40, jipprovdi gwida kruċjali lill-GTĊ għal proġetti ta’ investiment u jifformula u jinforza politiki dwar il-finanzi pubbliċi, it-tassazzjoni, il-kreditu, l-importazzjoni u l-esportazzjoni, kif ukoll l-art (41). |
|
(57) |
Id-Deċiżjoni Nru 40, li hija legalment vinkolanti fuq il-korpi pubbliċi u l-operaturi ekonomiċi fir-RPĊ, tikklassifika setturi industrijali differenti fi tliet kategoriji, jiġifieri: proġetti mħeġġa, ristretti u pprojbiti. Skont id-Deċiżjoni Nru 40, bosta setturi ta’ rilevanza huma identifikati bħala mħeġġa, li mbagħad jirċievu bosta sussidji (il-Kunsill tal-Istat jagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu u jwiegħed l-implimentazzjoni ta’ “politiki preferenzjali oħra dwar il-proġetti mħeġġa”). B’mod partikolari, il-batteriji u l-materjali ħfief huma kklassifikati taħt il-kategorija “mħeġġa” (skont il-Kapitolu XIX) fl-edizzjoni tal-2019 tal-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (42). |
|
(58) |
Barra dan, il-parts tar-roti u, b’mod speċifiku, il-batteriji u l-metalli ħfief għall-frejms huma parti mil-lista ta’ “industriji mħeġġa” fil-Katalogu tal-Industriji għall-Inkoraġġiment tal-Investiment Barrani (il-Verżjoni tal-2020) (43). |
Konklużjonijiet
|
(59) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni li tindika mod ieħor, isegwi li r-roti elettriċi u l-katina tal-provvista tagħhom għadhom parti mill-industriji “mħeġġa” mill-GTĊ u, b’riżultat ta’ dan, il-benefiċjarju tal-appoġġ kontinwu tal-GTĊ li jinkludi aċċess għal finanzjament preferenzjali, eżenzjonijiet mit-taxxa, inputs għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (art, batteriji, magni, eċċ.) kif ukoll aċċess għal programmi ta’ għotja kemm fil-livell nazzjonali, reġjonali kif ukoll lokali. |
3.3. Sussidji u programmi ta’ sussidju li ġew eżaminati fir-reviżjoni ta’ skadenza attwali
|
(60) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, l-ewwel, jekk is-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali u li huma msemmija fit-talba ta’ skadenza komplewx jagħtu benefiċċju lill-industrija tar-roti elettriċi fir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni u, it-tieni, il-probabbiltà li s-sussidjar ikompli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(61) |
Dawk is-sussidji jew il-programmi ta’ sussidju huma dawn li ġejjin:
|
3.4. Finanzjament preferenzjali (self, linji ta’ kreditu)
3.4.1. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali
|
(62) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (44), il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek tal-Istat (“SOBs”) kienu korpi pubbliċi, peress li kienu jwettqu funzjonijiet governattivi u, b’hekk, kienu jeżerċitaw awtorità tal-gvern. Alternattivament, il-Kummissjoni sabet ukoll li dawn il-banek fi kwalunkwe każ ġew fdati u diretti mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
|
(63) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, fuq il-bażi tal-qafas legali normattiv li japplika għas-settur finanzjarju fir-RPĊ, notevolment l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja Kummerċjali, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self u d-Deċiżjoni Nru 40, li l-banek kummerċjali privati fiċ-Ċina ġew fdati jew diretti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) (iv) tar-Regolament bażiku biex isegwu l-politiki tal-gvern (45). |
|
(64) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-investigazzjoni oriġinali li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fir-RPĊ segwew politiki tal-gvern u pprovdew self, kif ukoll linji ta’ kreditu, (46) b’rati preferenzjali lill-industrija tar-roti elettriċi, li tqieset bħala industrija mħeġġa. |
|
(65) |
Skont it-tifsira tal-Artikoli 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku, instab li jeżisti benefiċċju sal-punt li s-self u l-linji ta’ kreditu ngħataw b’termini aktar favorevoli minn dawk li r-riċevitur seta’ jikseb f’suq ħieles. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri kien id-differenza bejn l-ammont ta’ mgħax li l-kumpanija fil-fatt ħallset u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal self kummerċjali/linja ta’ kreditu komparabbli li tista’ tinkiseb fis-suq ħieles. (47) |
|
(66) |
Dan il-programm ta’ sussidju nstab li kien speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, billi l-istituzzjonijiet mutwanti pprovdew biss self u linji ta’ kreditu preferenzjali lil għadd limitat ta’ kumpaniji/industriji li huma meqjusa bħala industriji ewlenin/strateġiċi mill-GTĊ, li l-industrija tar-roti elettriċi hija waħda minnhom. |
|
(67) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali fir-rigward ta’ din l-iskema varjat minn 0,23 % sa 2,77 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.4.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(68) |
Fit-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, ir-rikorrent ipprovda evidenza li l-industrija tar-roti elettriċi fir-RPĊ kompliet tibbenefika minn finanzjament preferenzjali wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali (48). |
|
(69) |
Skont ir-rikorrent, il-banek tal-Istat Ċiniż għadhom jiddominaw is-sistema bankarja Ċiniża u għalhekk għandhom rwol ċentrali fl-appoġġ u l-finanzjament tal-industriji identifikati bħala mħeġġa mill-GTĊ. Huwa jsostni wkoll li l-finanzjament preferenzjali mill-banek tal-Istat żdied mill-2021 ’l hawn, b’mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija nadifa, it-trasport ekoloġiku, it-tnaqqis tal-karbonju u t-trasformazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija tal-industriji tradizzjonali (49). |
|
(70) |
L-evidenza pprovduta li nġabret mir-rikorrent uriet li l-produtturi tar-roti elettriċi komplew jirċievu self u linji ta’ kreditu preferenzjali mill-banek Ċiniżi. Self u linji ta’ kreditu bħal dawn jidhru fir-Rapporti Annwali ta’ għadd ta’ kumpaniji produtturi. Pereżempju, il-produttur tar-roti elettriċi Yadea jirrapporta fir-rapporti finanzjarji tal-2022 tiegħu, żewġ selfiet bla mgħax mill-gvernijiet lokali għall-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet ġodda tal-produzzjoni fl-ammonti ta’ CNY 460 miljun u CNY 39 miljun, rispettivament (50). Barra dan, produttur ieħor tar-roti elettriċi, Joykie kiseb linji ta’ kreditu minn bosta banek Ċiniżi fl-2022 (51). Għalkemm it-termini u l-kundizzjonijiet kemm tas-self kif ukoll tal-linji ta’ kreditu huma dokumenti kummerċjali kunfidenzjali, l-applikant isostni li, simili għall-investigazzjoni oriġinali, dan is-self u l-linji ta’ kreditu komplew jiġu pprovduti b’kundizzjonijiet preferenzjali minħabba li l-industrija tar-roti elettriċi għadha industrija mħeġġa. |
|
(71) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni, il-qafas legali ġenerali li kien jeżisti matul l-investigazzjoni oriġinali u li serva biex jidderieġi lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jallinjaw mal-objettivi ta’ politika industrijali meta jieħdu istituzzjonijiet finanzjarji kien għadu prevalenti fiċ-Ċina. Tabilħaqq, mill-investigazzjoni oriġinali, l-Istat Ċiniż kompla jsaħħaħ il-kontroll tiegħu fuq is-suq finanzjarju biex iservi aħjar l-ekonomija reali u jikkonforma mal-għanijiet tal-politiki industrijali taċ-Ċina, mhux l-inqas billi jibgħat il-fondi lill-industriji ta’ prijorità. Dan jintwera b’mod partikolari minn (i) l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja li jiddikjara li l-banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju tagħhom ta’ self f’ konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat, (ii) l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self li jistabbilixxi li l-imgħax fuq is-self jista’ jiġi ssussidjat meta f’konformità mal-politika tal-Istat għall-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ċerti industriji u żoni ekonomiċi u, (iii) id-Deċiżjoni Nru 40 li tiddeżinja ċerti setturi industrijali bħala “mħeġġa” li għandhom jibbenefikaw minn aċċess privileġġat għall-kreditu (52). |
|
(72) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li kienet sabet f’din l-investigazzjoni (ara l-premessa (59)) li l-industrija tar-roti elettriċi għadha industrija mħeġġa fir-RPĊ. |
|
(73) |
L-istrumentalizzazzjoni sistematika tas-settur tal-finanzjament Ċiniż għall-finijiet li jiġu segwiti l-politiki industrijali u jiġi pprovdut finanzjament preferenzjali lill-industriji mħeġġa tkompli tiġi kkorroborata mis-sejbiet tal-Kummissjoni f’bosta investigazzjonijiet antisussidji riċenti (53). |
Speċifiċità
|
(74) |
Minħabba li dan il-programm ta’ sussidju huwa limitat għal kumpaniji f’industriji mħeġġa biss u mhuwiex disponibbli għas-setturi ekonomiċi kollha, il-Kummissjoni sabet li huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. |
Benefiċċju
|
(75) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, mill-GTĊ u mill-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(76) |
Madankollu, f’reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidji riċevuti. Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni setgħet tikkonkludi li l-GTĊ kompla jipprovdi self u linji ta’ kreditu lill-industrija tar-roti elettriċi fuq termini preferenzjali f’konformità mal-politika stipulata f’diversi pjanijiet u atti legali oħra li jirreferu għall-industrija tar-roti elettriċi bħala industrija mħeġġa. It-trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ finanzjament preferenzjali kompla jkun disponibbli għall-kumpaniji fl-industrija tar-roti elettriċi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
Konklużjoni
|
(77) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe argument għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ self u linji ta’ kreditu preferenzjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, benefiċċju mogħti u speċifiċità, dawn il-programmi ta’ sussidju jkomplu jitqiesu bħala kumpensabbli. |
3.5. Assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni
3.5.1. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali
|
(78) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tar-roti elettriċi Ċiniżi rċevew sussidji fil-forma ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni b’termini preferenzjali (54). |
|
(79) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni stabbiliet li l-uniku fornitur fiċ-Ċina ta’ assigurazzjonijiet ta’ kreditu għall-esportazzjoni, il-Korporazzjoni tal-Assigurazzjoni tal-Esportazzjoni u l-Kreditu Ċiniża (“Sinosure”) kien korp pubbliku, li eżerċita funzjonijiet tal-gvern fir-rigward tas-settur tar-roti elettriċi. |
|
(80) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li Sinosure pprovdiet assigurazzjonijiet ta’ kreditu għall-esportazzjoni lill-esportaturi tar- roti elettriċi b’termini preferenzjali, jiġifieri taħt il-kundizzjonijiet tas-suq, u b’hekk tat benefiċċju lill-produtturi esportaturi. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri tqies bħala d-differenza bejn l-ammont tal-primjum li l-kumpanija ħallset fuq l-assigurazzjoni fuq terminu qasir ipprovduta minn Sinosure u l-ammont tal-primjum li l-kumpanija tħallas għal assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni komparabbli li tista’ tinkiseb fis-suq. (55) |
|
(81) |
Fl-aħħar nett, peress li din l-iskema ta’ sussidju kienet kontinġenti fuq l-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li kienet speċifika skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk kumpensabbli. |
|
(82) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali fir-rigward ta’ din l-iskema varjat minn 0 % sa 0,50 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.5.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(83) |
Simili għas-sitwazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali, Sinosure għadha kompletament proprjetà tal-Istat Ċiniż. Skont ir-rikorrent, Sinosure għandha l-mandat, f’konformità mal-politiki diplomatiċi, kummerċjali internazzjonali, industrijali, fiskali u finanzjarji tal-GTĊ, li tippromwovi l-esportazzjonijiet u l-investimenti Ċiniżi, speċjalment l-esportazzjonijiet ta’ prodotti kapitali ta’ teknoloġija avvanzata jew ta’ valur miżjud għoli, billi toffri assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni kontra riskji ta’ nuqqas ta’ pagament. |
|
(84) |
Il-bażijiet legali għall-attivitajiet ta’ Sinosure huma l-istess bħal dawk applikabbli matul l-investigazzjoni oriġinali, b’mod partikolari n-Notifika dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni, Sinosure (Shang Ji Fa [2004] Nru 368) maħruġa b’mod konġunt mill-MOFCOM u Sinosure, u, n-Notifika dwar il-Ħruġ tal-Katalogu tal-Esportazzjoni tal-2006 ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, (Guo Ke Fa Ji Zi [2006] Nru 16. |
|
(85) |
Skont is-sit web proprju ta’ Sinosure (56), hija kumpanija tal-assigurazzjoni ffinanzjata mill-Istat u orjentata lejn il-politika li hija stabbilita u appoġġata mill-Istat biex tippromwovi l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomiċi u kummerċjali barranin taċ-Ċina. Hija tippromwovi l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ oġġetti, teknoloġiji u servizzi, speċjalment l-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ kapital ta’ teknoloġija avvanzata u ta’ valur miżjud għoli, bħal prodotti mekkaniċi u elettriċi u b’hekk isservi b’mod effettiv għal strateġiji nazzjonali, tappoġġa b’mod preċiż l-iżvilupp tal-intrapriżi u tiżgura s-sostenibbiltà finanzjarja. Peress li hija istituzzjoni finanzjarja orjentata lejn il-politika li ġiet stabbilita biex tissodisfa d-domandi tal-globalizzazzjoni ekonomika u l-iżvilupp tal-ekonomija u l-kummerċ barranin taċ-Ċina, hija tiddikjara b’mod espliċitu li se tiffoka mill-qrib fuq l-għan li sservi l-istrateġiji nazzjonali. |
|
(86) |
Barra minn hekk, ir-rwol kontinwu ta’ Sinosure bħala pjattaforma għall-appoġġ tal-politiki tal-Gvern jibqa’ l-istess, kif jidher minn sejħa konġunta tal-2022 mill-MOFCOM u Sinosure biex “ jingħata appoġġ lill-intrapriżi sabiex japprofondixxu d-destinazzjonijiet tradizzjonali tal-esportazzjoni u jisfruttaw swieq diversifikati, b’fokus fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi tul il-“Belt and Road”, is-swieq emerġenti, u s-sħab taż-żona ta’ kummerċ ħieles (57). |
|
(87) |
Minn dan isegwi li Sinosure għadha korp pubbliku li jeżerċita funzjonijiet tal-gvern, b’mod partikolari fir-rigward tal-industriji mħeġġa. Hija tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni b’termini aktar favorevoli minn dawk li r-riċevitur normalment ikun jista’ jikseb fis-suq jew tipprovdi kopertura tal-assigurazzjoni li nkella assolutament ma tkunx disponibbli fis-suq. Peress li l-industrija tar-roti elettriċi Ċiniża, bħala parti mill-industrija tal-vetturi elettriċi u t-trasport ekoloġiku, hija industrija mħeġġa u orjentata lejn l-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li din għadha appoġġata minn Sinosure. Is-sejba li Sinosure għadha tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa tkompli tiġi kkorroborata mis-sejbiet tal-Kummissjoni f’bosta investigazzjonijiet antisussidji riċenti (58). |
Speċifiċità
|
(88) |
Is-sussidji pprovduti taħt l-iskema ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu huma speċifiċi peress li ma jistgħux jinkisbu mingħajr esportazzjoni u b’hekk huma kontinġenti fuq l-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
Benefiċċju
|
(89) |
Fin-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi Ċiniżi, mill-GTĊ u minn Sinosure, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(90) |
Madankollu, f’reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidji riċevuti. Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni setgħet tikkonkludi li Sinosure kompliet, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni, tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq termini preferenzjali f’konformità mal-politika stipulata f’diversi pjanijiet u atti legali oħra li jirreferu għall-industrija tar-roti elettriċi bħala industrija mħeġġa. |
Konklużjoni
|
(91) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe argument għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq termini preferenzjali. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, benefiċċju mogħti u speċifiċità, dawn il-programmi ta’ sussidju jkomplu jitqiesu bħala kumpensabbli. |
3.6. Forniment mill-gvern ta’ oġġetti għal renumerazzjoni inqas minn adegwata
3.6.1. Forniment ta’ magni elettriċi
3.6.1.1. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali
|
(92) |
L-investigazzjoni oriġinali sabet li l-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi rċevew sussidji fil-forma ta’ magni għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (59). |
|
(93) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni kkonfermat li s-suq domestiku Ċiniż għall-magni kien fil-biċċa l-kbira ddominat mill-fornituri domestiċi Ċiniżi li kellhom sehem mis-suq ta’ aktar minn 90 %. Dawk il-fornituri kienu jew kumpaniji tal-Istat jew membri tal-Assoċjazzjoni Ċiniża tar-Roti (CBA) u sa ċertu punt operaturi ewlenin subordinati li ġew fdati biex jimplimentaw il-politika nazzjonali sabiex jintlaħqu l-objettivi usa’ relatati mal-produzzjoni tar-roti elettriċi (60). |
|
(94) |
It-tieni nett, il-Kummissjoni stabbiliet, fuq il-bażi ta’ diversi dokumenti legali, b’mod partikolari t-12-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Roti u r-Roti Elettriċi, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Roti u r-Roti Elettriċi u l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija Ħafifa (2016-2020), il-politika tal-GTĊ biex itejjeb il-kwalità u l-prestazzjoni ta’ inputs kruċjali għall-industrija tar-roti elettriċi, li l-magni huma parti integrali minnha, u biex jikkompleta l-katina tal-provvista industrijali tar-roti sabiex tkun tista’ tiġi stabbilita katina tal-produzzjoni tar-roti elettriċi integrata vertikalment u awtonoma fiċ-Ċina (61). |
|
(95) |
It-tielet, il-Kummissjoni sabet li l-industrija tar-roti elettriċi u l-industriji tal-magni huma interkonnessi u li l-iżvilupp tal-industrija tal-magni huwa importanti għall-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet ukoll li l-GTĊ ipprovda sussidji lill-industrija tal-magni bl-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-katina kollha kemm hi tal-industrija, inkluża l-industrija tar-roti elettriċi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ fada jew idderieġa lill-produtturi Ċiniżi tal-magni biex ifornu magni lill-industrija tar-roti elettriċi għal renumerazzjoni inqas minn adegwata. |
|
(96) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li s-sussidji fil-forma ta’ magni għal renumerazzjoni inqas minn adegwata kienu speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku peress li għadd limitat biss ta’ kumpaniji/industriji setgħu jibbenefikaw mill-iskema u li kien ingħata benefiċċju. Il-benefiċċju għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun ġie kkalkolat fl-investigazzjoni oriġinali billi tqabblu l-prezzijiet domestiċi ma’ dawk tal-esportazzjoni tal-magni mill-akbar fornitur domestiku tal-magni. Id-differenza, espressa bħala perċentwal, ġiet applikata għall-prezzijiet imħallsa mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għax-xiri ta’ magni mingħand fornituri domestiċi. (62) |
|
(97) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali fir-rigward ta’ din l-iskema varjat minn 0,78 % sa 5,44 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.6.1.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(98) |
Ir-rikorrent iddikjara li l-industrija tal-magni Ċiniża kompliet tiġi fdata jew diretta mill-GTĊ biex tipprovdi magni b’renumerazzjoni inqas minn adegwata lill-industrija tar-roti elettriċi (63). |
|
(99) |
Skont ir-rikorrent, il-produtturi Ċiniżi tal-magni komplew, simili għas-sitwazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, ikunu soġġetti għal diversi pjanijiet ta’ politika, li fihom il-GTĊ jindika appoġġ pubbliku lill-industrija tal-magni minħabba l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista industrijali tar-roti elettriċi fiċ-Ċina. |
|
(100) |
L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Roti u r-Roti Elettriċi (64) jirreferi għall-iżvilupp tas-sistema awżiljarja tar-roti elettriċi bħala wieħed mill-proġetti ta’ riċerka prinċipali għall-membri tas-CBA. Barra dan, ir-Rapport taċ-Ċina dwar l-Analiżi tal-Fattibbiltà tal-Investiment għall-Prospetti ta’ Riċerka u Żvilupp fil-Fond tas-Suq tal-Industrija tal-Magni tar-Roti Elettriċi għall-perjodu 2022-2027 (65) jikkonferma wkoll li l-GTĊ jipprovdi sussidji għall-magni li għandhom l-għan li jtejbu l-kompetittività tal-katina kollha kemm hi tal-industrija inkluża l-industrija tar-roti elettriċi. (66) Barra dan, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u d-Deskrizzjoni tal-Għanijiet fuq Terminu Twil għall-2035 jipprovdu wkoll appoġġ qawwi għall-industrija tal-manifattura intelliġenti ta’ livell għoli, intelliġenti u ekoloġika, bħar-roti elettriċi u l-magni tar-roti elettriċi. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (55) hawn fuq, l-istrateġija Made In China 2025 tipprevedi tisħiħ “fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji, proċessi u tagħmir avvanzati għall-iffrankar tal-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent” , it-tisħiħ tar- “riċerka u l-iżvilupp ta’ prodotti ekoloġiċi, il-ġeneralizzazzjoni ta’ tekniki ta’ konsum baxx tal-enerġija u rkupru faċli, il-promozzjoni kontinwa tal-effiċjenza enerġetika ta’ prodotti li jużaw l-enerġija terminali, inklużi mutur, bojler, magna b’kombustjoni interna u apparat elettriku, […] u jippromwovu enerġetikament l-iżvilupp ta’ industrija ta’ materjal ġdid, industrija ta’ enerġija ġdida u industrija ta’ tagħmir ta’ livell għoli”. |
|
(101) |
Ir-rikorrent ipprovda wkoll evidenza li l-produtturi Ċiniżi tal-magni komplew jirċievu sussidji sinifikanti fil-forma ta’ għotjiet, tnaqqis fit-taxxa, finanzjament preferenzjali, eċċ (67). |
|
(102) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ jew minn kwalunkwe manifattur tal-magni Ċiniż, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istruttura tas-suq għall-magni fiċ-Ċina ma nbidlitx mill-investigazzjoni oriġinali ’l hawn. Għalhekk, u minħabba l-importanza kruċjali u integrali tal-industrija tal-magni għall-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi mħeġġa, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-magni fiċ-Ċina għadhom fdati jew diretti mill-GTĊ biex jipprovdu magni lill-industrija tar-roti elettriċi għal renumerazzjoni inqas minn adegwata, kif kien il-każ fl-investigazzjoni oriġinali. |
Speċifiċità
|
(103) |
Is-sussidji pprovduti taħt din l-iskema huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li għadd limitat biss ta’ kumpaniji/industriji jistgħu jibbenefikaw mill-iskema. |
Benefiċċju
|
(104) |
Fin-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi, mill-produtturi Ċiniżi tal-magni u mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(105) |
Madankollu, f’reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidji riċevuti. Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni xorta waħda setgħet tikkonkludi li l-GTĊ kompla jafda jew jidderieġi lill-produtturi tal-magni fiċ-Ċina biex jipprovdu lill-produtturi tar-roti elettriċi magni għal renumerazzjoni inqas minn adegwata, li jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju skont l-Artikolu 1(a)(iv) u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. |
Konklużjoni
|
(106) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ forniment ta’ magni għal renumerazzjoni inqas minn adegwata. Peress li dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju u li hija speċifika, is-sussidji taħt din l-iskema huma kumpensabbli. |
3.6.2. Forniment ta’ batteriji
3.6.2.1. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali
|
(107) |
L-investigazzjoni oriġinali sabet li l-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi rċevew sussidji fil-forma ta’ batteriji għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (68). |
|
(108) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni kkonfermat li porzjon kbir ta’ batteriji fornuti lill-industrija tar-roti elettriċi ġie prodott fiċ-Ċina minn produtturi (parzjalment) tal-Istat u membri tas-CBA u sa ċertu punt operaturi ewlenin subordinati li ġew fdati biex jimplimentaw il-politika nazzjonali sabiex jintlaħqu l-objettivi usa’ relatati mal-produzzjoni tar-roti elettriċi (69). |
|
(109) |
It-tieni nett, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, fuq il-bażi ta’ diversi dokumenti (ta’ politika) legali, b’mod partikolari l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija Ħafifa (2016-2020), il-pjan Made in China 2025, it-12 u t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-industrija tal-batteriji u r-rapport (“Analiżi fil-fond tal-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju għar-roti elettriċi fil-perjodu 2018-2023 u rapport ta’ gwida dwar it-13-il pjan ta’ żvilupp ta’ Ħames Snin”), il-politika tal-GTĊ biex tappoġġa l-industrija tal-batteriji u biex tkompli tintegra l-industriji tal-batteriji u tar-roti elettriċi permezz ta’ kooperazzjoni u alleanzi avvanzati. Dawn id-dokumenti ta’ politika rrikonoxxew ukoll l-eżistenza ta’ politika ta’ sussidju għar-roti elettriċi li jaħdmu bil-batterija biex tippromwovi l-popolarizzazzjoni u l-esportazzjoni tar-roti elettriċi. Għalhekk, fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-batteriji hija industrija appoġġata li tista’ tibbenefika minn diversi sussidji u hija marbuta mill-qrib ma’ dik tal-industrija tar-roti elettriċi (70). |
|
(110) |
It-tielet, il-Kummissjoni sabet ukoll li l-industrija tar-roti elettriċi u l-industriji tal-batteriji tal-jon tal-litju huma interkonnessi u li l-GTĊ segwa politika li permezz tagħha l-industrija tal-batteriji għandha tnaqqas il-kostijiet u l-prezzijiet tagħha permezz ta’ sussidji sabiex tippromwovi l-industrija tar-roti elettriċi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ fada jew idderieġa lill-produtturi Ċiniżi tal-batteriji biex ifornu lill-industrija tar-roti elettriċi batteriji għal renumerazzjoni inqas minn adegwata. |
|
(111) |
Il-benefiċċju għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun ġie kkalkolat fl-investigazzjoni oriġinali billi tqabblu l-prezzijiet domestiċi ma’ dawk tal-esportazzjoni tal-magni li jaħdmu bil-batteriji mill-uniku fornitur domestiku tal-batteriji li kkoopera. Id-differenza, espressa bħala perċentwal, ġiet applikata għall-prezzijiet imħallsa mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għax-xiri ta’ batteriji mingħand fornituri domestiċi. (71) |
|
(112) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li s-sussidji fil-forma ta’ batteriji għal renumerazzjoni inqas minn adegwata kienu speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku peress li għadd limitat biss ta’ kumpaniji/industriji setgħu jibbenefikaw mill-iskema. |
|
(113) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali fir-rigward ta’ din l-iskema varjat minn 0,38 % sa 8,97 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.6.2.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(114) |
Ir-rikorrent iddikjara li l-industrija tal-batteriji Ċiniża kompliet tiġi fdata jew diretta mill-GTĊ biex tipprovdi batteriji b’renumerazzjoni inqas minn adegwata lill-industrija tar-roti elettriċi (72). |
|
(115) |
Skont ir-rikorrent, il-produtturi Ċiniżi tal-batteriji komplew, simili għas-sitwazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, ikunu soġġetti għal diversi pjanijiet ta’ politika, li fihom il-GTĊ jindika appoġġ pubbliku lill-industrija tal-batteriji tal-litju minħabba l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista industrijali tar-roti elettriċi fiċ-Ċina. |
|
(116) |
Ir-rikorrent jirreferi għall-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Roti u r-Roti Elettriċi (2012-2025), li jelenka l-iżvilupp tal-batteriji tal-litju għar-roti elettriċi bħala prijorità ewlenija għall-membri tas-CBA. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li bosta produtturi tal-batteriji fiċ-Ċina huma membri tas-CBA. L-industrija tal-batteriji Ċiniża hija appoġġata wkoll taħt l-Istrateġija Made in China 2025 u t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-batteriji li ġie adottat mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Enerġija Kimika u Fiżika taċ-Ċina (73). Ir-Rapport taċ-Ċina dwar l-Analiżi tal-Fattibbiltà tal-Investiment għall-Prospetti ta’ Riċerka u Żvilupp fil-Fond tas-Suq tal-Industrija tal-Batteriji tal-Jon tal-Litju tar-Roti Elettriċi għall-perjodu 2022-2027 jikkonferma l-appoġġ kontinwu tal-industrija tal-batteriji Ċiniża (74) |
|
(117) |
Ir-rikorrent ipprovda wkoll evidenza li l-produtturi Ċiniżi tal-batteriji komplew jirċievu sussidji sinifikanti fil-forma ta’ għotjiet, tnaqqis fit-taxxa, finanzjament preferenzjali, eċċ (75). |
|
(118) |
Minn dan isegwi li l-industrija tal-batteriji fiċ-Ċina kompliet tkun industrija appoġġata li tista’ tibbenefika minn diversi sussidji u hija marbuta mill-qrib mal-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi. |
|
(119) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ jew minn kwalunkwe manifattur tal-batteriji Ċiniż, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istruttura tas-suq għall-batteriji fiċ-Ċina ma nbidlitx mill-investigazzjoni oriġinali ’l hawn. Għalhekk, u minħabba l-importanza integrali tal-industrija tal-batteriji għall-iżvilupp tal-industrija tar-roti elettriċi mħeġġa, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-batteriji fiċ-Ċina għadhom fdati jew diretti mill-GTĊ biex jipprovdu batteriji lill-industrija tar-roti elettriċi għal renumerazzjoni inqas minn adegwata, kif kien il-każ fl-investigazzjoni oriġinali. |
Speċifiċità
|
(120) |
Is-sussidji pprovduti taħt din l-iskema huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li għadd limitat biss ta’ kumpaniji/industriji setgħu jibbenefikaw mill-iskema. |
Benefiċċju
|
(121) |
Fin-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi, mill-produtturi Ċiniżi tal-batteriji u mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(122) |
Madankollu, f’reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidji riċevuti. Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni xorta waħda setgħet tikkonkludi li l-GTĊ kompla jafda jew jidderieġi lill-produtturi tal-batteriji fiċ-Ċina biex jipprovdu lill-produtturi tar-roti elettriċi batteriji għal renumerazzjoni inqas minn adegwata, li jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju skont l-Artikolu 1(a)(iv) u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. |
Konklużjoni
|
(123) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe argument għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ forniment ta’ batteriji għal renumerazzjoni inqas minn adegwata. Peress li dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju u li hija speċifika, is-sussidji taħt din l-iskema huma kumpensabbli. |
3.6.3. Drittijiet għall-użu tal-art (LUR)
3.6.3.1. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali
|
(124) |
L-investigazzjoni oriġinali sabet li l-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi rċevew sussidji fil-forma ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (76). |
|
(125) |
B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni stabbiliet li ma kien hemm l-ebda suq li jiffunzjona għall-art fir-RPĊ u li l-użu ta’ parametru referenzjarju estern wera li l-prezzijiet mħallsa għad-drittijiet għall-użu tal-art kienu ferm inqas mir-rati tas-suq. Peress li l-industrija tar-roti elettriċi kienet industrija mħeġġa u li l-awtoritajiet lokali, meta jistabbilixxu l-prezzijiet, kellhom iqisu l-objettivi ta’ politika prevalenti tal-GTĊ, inkluż l-għoti ta’ aċċess preferenzjali għall-art għall-industriji mħeġġa, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali rċevew art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. L-għoti ta’ dritt għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata għalhekk tqies bħala sussidju li jagħti benefiċċju u skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(126) |
Il-benefiċċju ġie kkalkolat fl-investigazzjoni oriġinali billi tqieset id-differenza bejn l-ammont fil-fatt imħallas minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għad-drittijiet għall-użu tal-art u l-ammont li normalment kellu jitħallas fuq il-bażi tal-prezzijiet mit-Tajpej Ċiniż, li ntuża bħala prezz referenzjarju estern. L-ammont totali ta’ sussidju ġie allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni bl-użu tat-tul tal-ħajja normali tad-dritt għall-użu tal-art għal art għall-użu industrijali, jiġifieri 50 sena. (77) |
|
(127) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li s-sussidju kien speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li għadd limitat biss ta’ kumpaniji/industriji jistgħu jibbenefikaw mill-iskema. |
|
(128) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet ammont ta’ sussidju ad valorem fir-rigward ta’ din l-iskema bejn 0,43 % u 1,46 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.6.3.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(129) |
Fit-talba ta’ skadenza u fl-annessi korrispondenti (78), ir-rikorrent ipprovda evidenza li l-produtturi tar-roti elettriċi Ċiniżi komplew jibbenefikaw mid-drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. |
|
(130) |
Il-qafas legali li jirregola l-forniment tad-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ baqa’ l-istess u dawn id-drittijiet jistgħu jinkisbu biss mill-awtoritajiet rilevanti, li jkollhom iqisu l-politika industrijali tal-GTĊ meta jattribwixxu d-drittijiet għall-użu tal-art aktar milli jaderixxu strettament mal-prinċipji tas-suq ħieles (79). |
|
(131) |
Barra minn hekk, f’investigazzjonijiet antisussidji riċenti, il-Kummissjoni stabbiliet li l-industriji mħeġġa, li l-industrija tar-roti elettriċi hija waħda minnhom, għadhom jirċievu d-dritt għall-użu tal-art għal renumerazzjoni inqas minn adegwata (80). |
|
(132) |
Fl-aħħar nett, la l-GTĊ u lanqas xi produttur esportatur ma pprovdew xi evidenza li tindika li l-industrija tar-roti elettriċi mħeġġa waqfet tibbenefika mid-dritt għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. |
|
(133) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tar-roti elettriċi fiċ-Ċina għadhom jibbenefikaw minn sussidji fil-forma ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata u għalhekk jingħata benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. |
Speċifiċità
|
(134) |
Is-sussidji pprovduti taħt din l-iskema huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li għadd limitat biss ta’ kumpaniji/industriji jistgħu jibbenefikaw mill-iskema. |
Benefiċċju
|
(135) |
Fin-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi u mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(136) |
Madankollu, f’reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidji riċevuti. Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni xorta waħda setgħet tikkonkludi li l-GTĊ kompla jipprovdi drittijiet għall-użu tal-art lill-produtturi tar-roti elettriċi għal renumerazzjoni inqas minn adegwata, li jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju skont l-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. |
Konklużjoni
|
(137) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe argument għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal renumerazzjoni inqas minn adegwata. Peress li dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju u li hija speċifika, is-sussidji taħt din l-iskema huma kumpensabbli. |
3.7. Programmi ta’ tnaqqis u ta’ eżenzjoni mit-taxxa diretta
3.7.1. Privileġġi tal-EIT għal Intrapriżi b’Teknoloġija Avvanzata u Ġdida
3.7.1.1. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali
|
(138) |
Skont l-Artikolu 28 tal-Liġi Ċiniża dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“EIT”), l-intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ taxxa fuq l-introjtu mnaqqsa ta’ 15 % minflok ir-rata standard ta’ 25 %. |
|
(139) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li dan it-tnaqqis fit-taxxa kien sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li jinvolvi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Peress li huma biss il-kumpaniji li huma rikonoxxuti bħala intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida f’setturi appoġġati mill-Istat, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li s-sussidju kien speċifiku u għalhekk kumpensabbli. |
|
(140) |
L-investigazzjoni oriġinali stabbiliet li bosta produtturi tar-roti elettriċi kienu bbenefikaw minn din l-iskema ta’ sussidju. Il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata ta’ taxxa standard u t-taxxa totali pagabbli skont ir-rata ta’ taxxa mnaqqsa. |
|
(141) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali fir-rigward ta’ din l-iskema ta’ sussidju ġiet stabbilita bejn 0 % u 0,70 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.7.1.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(142) |
Ir-rikorrent iddikjara li l-produtturi tar-roti elettriċi fiċ-Ċina komplew jibbenefikaw minn din l-iskema ta’ sussidju u pprovda evidenza li bosta produtturi tar-roti elettriċi huma meqjusa bħala intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida u għalhekk huma eliġibbli għas-sussidju (81). Ir-rikorrent ipprovda wkoll evidenza fil-forma ta’ rapporti annwali li bosta produtturi tar-roti elettriċi bbenefikaw de facto mill-iskema wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (82). |
|
(143) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda evidenza jew indikazzjoni li tissuġġerixxi li l-iskema ta’ sussidju ma kinitx tkun applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(144) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tar-roti elettriċi fiċ-Ċina komplew jibbenefikaw minn sussidji fil-forma ta’ rifużjoni tat-taxxa għall-intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida, li jagħtu benefiċċju. |
Speċifiċità
|
(145) |
Is-sussidji pprovduti taħt din l-iskema huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li għadd limitat biss ta’ kumpaniji/industriji setgħu jibbenefikaw mill-iskema. |
Benefiċċju
|
(146) |
Fin-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi u mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(147) |
Madankollu, f’reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidji riċevuti. Madankollu, abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ kompla jipprovdi tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu, li kien jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju skont l-Artikolu 1(a)(iii) u 3 tar-Regolament bażiku. |
Konklużjoni
|
(148) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe argument għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ dħul tal-gvern mitluf. Peress li dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju u li hija speċifika, is-sussidji taħt din l-iskema huma kumpensabbli. |
3.7.2. Tpaċija tal-EIT għall-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp
3.7.2.1. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali
|
(149) |
L-Artikolu 30(1) tal-Liġi Ċiniża dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“EIT”), jipprevedi tpaċija tat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp u jintitola lill-kumpaniji għal trattament tat-taxxa preferenzjali għall-ispejjeż relatati mar-R&Ż imġarrba biex jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja’ ġodda f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata ddeterminati mill-Istat. |
|
(150) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li t-tpaċija tat-taxxa għar-R&Ż kien sussidju skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(2) minħabba li jinvolvi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li jagħti benefiċċju, ugwali għall-iffrankar tat-taxxa, lill-kumpaniji kkonċernati. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li s-sussidju kien speċifiku peress li kien limitat għal intrapriżi li ġarrbu spejjeż relatati mar-R&Ż f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata ddeterminati mill-Istat, li l-industrija tar-roti elettriċi hija waħda minnhom. |
|
(152) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali fir-rigward ta’ din l-iskema ta’ sussidju ġiet stabbilita bejn 0 % u 0,51 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.7.2.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(153) |
Ir-rikorrent ipprovda evidenza li l-produtturi tar-roti elettriċi għadhom rikonoxxuti bħala intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida (ara l-premessa (142) hawn fuq) li huma attivi f’industrija mħeġġa. L-applikant ipprovda wkoll biżżejjed evidenza li bosta produtturi tar-roti elettriċi jġarrbu spejjeż sinifikanti relatati mar-R&Ż li żdiedu mill-investigazzjoni oriġinali ’l hawn. |
|
(154) |
Barra dan, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza jew indikazzjoni li tissuġġerixxi li l-iskema ta’ sussidju ma kinitx tkun applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni jew li d-dispożizzjonijiet legali li jirregolawha kienu nbidlu. |
|
(155) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tar-roti elettriċi fiċ-Ċina komplew jibbenefikaw minn sussidji fil-forma ta’ trattament tat-taxxa preferenzjali għall-ispejjeż relatati mar-R&Ż. |
Speċifiċità
|
(156) |
Is-sussidji pprovduti taħt din l-iskema huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li għadd limitat biss ta’ kumpaniji/industriji setgħu jibbenefikaw mill-iskema. |
Benefiċċju
|
(157) |
Fin-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi u mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(158) |
Madankollu, f’reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidji riċevuti. Madankollu, abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni qieset li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ trattament tat-taxxa preferenzjali għall-ispejjeż relatati mar-R&Ż, li kienu jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju skont l-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku. |
Konklużjoni
|
(159) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe argument għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ dħul tal-gvern mitluf. Peress li dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju u li hija speċifika, is-sussidji taħt din l-iskema huma kumpensabbli. |
3.7.3. Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu minn dividendi bejn l-intrapriżi residenti kwalifikati
3.7.3.1. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali
|
(160) |
L-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu minn dividendi hija prevista fl-Artikoli 25-26 tal-liġi tal-EIT u fl-Artikolu 83 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi. |
|
(161) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li din l-eżenzjoni mit-taxxa hija sussidju skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpanija kkonċernata, ugwali għad-differenza bejn l-ammont ta’ taxxa normalment miġbur u l-ammont ta’ taxxa fil-fatt imħallas mill-kumpanija kkonċernata. Il-Kummissjoni sabet ukoll li s-sussidju huwa speċifiku peress li l-leġiżlazzjoni tillimita l-applikazzjoni għal ċerti kumpaniji. |
|
(162) |
Il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont ta’ sussidju ad valorem għal din l-iskema ta’ sussidju bejn 0 % u 0,04 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.7.3.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(163) |
Ir-rikorrent ipprovda evidenza fit-talba għal reviżjoni ta’ skadenza li xi produtturi tar-roti elettriċi fiċ-Ċina huma gruppi korporattivi kbar magħmula minn bosta kumpaniji u entitajiet legali Ċiniżi u għalhekk ikunu intitolati li jkomplu jużaw din l-iskema ta’ sussidju. |
|
(164) |
Barra dan, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza jew indikazzjoni li tissuġġerixxi li l-iskema ta’ sussidju ma kinitx tkun applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni jew li d-dispożizzjonijiet legali li jirregolawha kienu nbidlu. |
|
(165) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tar-roti elettriċi fiċ-Ċina komplew jibbenefikaw minn sussidji fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu minn dividendi bejn l-intrapriżi residenti kwalifikati. |
Speċifiċità
|
(166) |
Is-sussidji pprovduti taħt din l-iskema huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li għadd limitat biss ta’ kumpaniji/industriji setgħu jibbenefikaw mill-iskema. |
Benefiċċju
|
(167) |
Fin-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi u mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(168) |
Madankollu, f’reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidji riċevuti. Madankollu, abbażi tal-evidenza disponibbli u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe argument għall-kuntrarju, il-Kummissjoni qieset li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu minn dividendi bejn l-intrapriżi residenti kwalifikati, li kienu jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju skont l-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku. |
Konklużjoni
|
(169) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ dħul tal-gvern mitluf. Peress li dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju u li hija speċifika, is-sussidji taħt din l-iskema huma kumpensabbli. |
3.8. Programmi ta’ għotja
3.8.1. Għotjiet ad hoc ipprovduti mill-awtoritajiet muniċipali/reġjonali/nazzjonali
3.8.1.1. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali
|
(170) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tar-roti elettriċi fir-RPĊ kienu rċevew bosta għotjiet ad hoc individwali mill-awtoritajiet f’diversi livelli, jiġifieri l-livell ta’ gvern nazzjonali, provinċjali, tal-belt, tal-pajjiż jew distrettwali. Dawn l-għotjiet kienu ngħataw għal varjetà ta’ raġunijiet u finijiet, pereżempju fondi ta’ privattivi, fondi u għotjiet għax-xjenza u t-teknoloġija, fondi għall-iżvilupp tan-negozju, fondi għall-promozzjoni tal-esportazzjoni, għotjiet għall-parteċipazzjoni f’wirjiet, aġġornar tat-tagħmir tal-manifattura, taħriġ vokazzjonali u diversi fondi oħra ta’ appoġġ ġenerali. |
|
(171) |
L-għotjiet tqiesu bħala sussidji skont l-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku. Instab ukoll li kienu speċifiċi peress li l-Kummissjoni qieset li dawn kienu limitati għal ċerti kumpaniji jew proġetti speċifiċi f’reġjuni speċifiċi u/jew l-industrija tar-roti elettriċi. Xi għotjiet instabu wkoll li kienu kontinġenti fuq l-esportazzjoni. |
|
(172) |
Il-benefiċċju ġie kkalkolat fl-investigazzjoni oriġinali bħala l-ammont riċevut fil-perjodu ta’ investigazzjoni, jew allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni fejn l-ammont ġie deprezzat matul il-ħajja utli tal-assi fiss li miegħu kienet relatata l-għotja. (83) |
|
(173) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ir-rata ta’ sussidju fir-rigward ta’ din il-miżura bejn 0,07 % u 0,25 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.8.1.2. Kontinwazzjoni tal-programm ta’ sussidju
|
(174) |
Ir-rikorrent ipprovda evidenza fit-talba għal reviżjoni ta’ skadenza li l-produtturi tar-roti elettriċi fiċ-Ċina komplew jirċievu għotjiet ad hoc individwali mill-awtoritajiet muniċipali u reġjonali (84) għal ammonti sinifikanti, li juri li l-appoġġ mill-gvern għall-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina huwa komprensiv, mifrux mal-pajjiż kollu u sistemiku. |
|
(175) |
Barra minn hekk, la l-GTĊ u lanqas xi produttur esportatur ma jipprovdu xi evidenza jew indikazzjoni li jissuġġerixxu li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina ma tibqax tibbenefika minn dawn l-għotjiet. Tabilħaqq, peress li l-industrija inkwistjoni hija industrija mħeġġa u l-iżvilupp tagħha huwa prijorità għall-GTĊ, il-Kummissjoni qieset li huwa inkonċepibbli li l-produtturi tar-roti elettriċi ma komplewx jirċievu bosta u diversi għotjiet ad hoc mill-awtoritajiet f’diversi livelli amministrattivi biex jiġi żgurat l-iżvilupp kontinwu tal-industrija f’konformità mal-politika industrijali nazzjonali. |
|
(176) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tar-roti elettriċi fiċ-Ċina komplew jibbenefikaw minn sussidji fil-forma ta’ diversi għotjiet. |
Speċifiċità
|
(177) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għotjiet ad hoc huma speċifiċi għall-istess raġunijiet bħal dawk fl-investigazzjoni oriġinali (ara l-premessa (171)). |
Benefiċċju
|
(178) |
Fin-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi u mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(179) |
Madankollu, f’reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidji riċevuti. Madankollu, abbażi tal-evidenza disponibbli u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe argument għall-kuntrarju, il-Kummissjoni qieset li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ għotjiet ad hoc minn diversi livelli ta’ gvern, li kienu jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju skont l-Artikoli 3(1)(a)(i) u (3)2 tar-Regolament bażiku. |
Konklużjoni
|
(180) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ għotjiet. Peress li dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju u li hija speċifika, is-sussidji taħt din l-iskema huma kumpensabbli. |
3.9. Konklużjoni ġenerali dwar il- kontinwazzjoni ta’ sussidjar
|
(181) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet ammont totali ta’ sussidju ad valorem kumpensabbli li jvarja bejn 3,9 % u 17,2 % għall-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun. Hija stabbiliet ukoll ammont ta’ sussidji kumpensabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 9,2 % u rata tad-dazju fil-pajjiż kollu għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha ta’ 17,2 %. |
|
(182) |
Minħabba s-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rigward tad-diversi skemi u programmi ta’ sussidju eżaminati hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tar-roti elettriċi fiċ-Ċina komplew jibbenefikaw minn sussidji kumpensabbli f’livell li jaqbeż de minimis matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(183) |
Wara d-divulgazzjoni, parti interessata waħda ddikjarat li l-konklużjoni li l-industrija tar-roti elettriċi fiċ-Ċina kompliet tibbenefika mis-sussidji kienet żbaljata. Sabiex tiġi ssostanzjata din l-affermazzjoni, ġew mehmuża sottomissjonijiet ta’ tliet rappreżentanti tal-produtturi Ċiniżi tar-roti elettriċi, li fihom dikjarazzjonijiet li ma waslu l-ebda sussidji. Il-Kummissjoni qieset li, fid-dawl tal-fatt li dawn il-produtturi ma kinux ippreżentaw ruħhom fl-investigazzjoni u ma kinux ikkooperaw, id-dikjarazzjonijiet ta’ dawn il-produtturi, li ġew sottomessi mingħajr ebda evidenza sottostanti, ma setgħux jiġu aċċettati. Konsegwentement, il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
3.10. Żvilupp tal-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitħassru
|
(184) |
Minbarra s-sejba tal-eżistenza ta’ sussidjar kontinwu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat, jekk il-miżuri jitħassru. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin; il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
3.10.1. Kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(185) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha dwar il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba tiegħu għal rieżami. |
|
(186) |
L-informazzjoni disponibbli wriet li hemm kapaċità żejda ġenerali fil-produzzjoni tar-roti elettriċi fiċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità ta’ produzzjoni (85) fiċ-Ċina matul dan il-perjodu kienet stmata għal 130 miljun unità kull sena. Barra minn hekk, il-produzzjoni Ċiniża tar-roti standard tista’ faċilment tinbidel għall-produzzjoni tar-roti elettriċi, b’kapaċità totali potenzjali ta’ aktar minn 400 miljun unità. (86) Skont l-informazzjoni dwar is-suq tar-rikorrent, il-produzzjoni u l-bejgħ reali Ċiniżi ammontaw għal 57 miljun unità kull sena, li indikaw kapaċità ta’ riżerva stmata ta’ 73 miljun unità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. (87) Din il-kapaċità ta’ riżerva, li kienet kważi ħmistax-il darba tal-konsum totali tal-Unjoni matul l-istess perjodu, tista’ tiġi esportata lejn l-Unjoni jekk il-miżuri attwali jiskadu. |
|
(187) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jintużaw għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fi kwantitajiet kbar bi prezzijiet sussidjati jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.10.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(188) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba, is-suq tal-Unjoni għar-roti elettriċi baqa’ attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Mill-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi. Madankollu, mill-2020 ’l hawn, meta l-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien fil-livell l-aktar baxx, l-importazzjonijiet żdiedu b’mod sinifikanti u kważi rduppjaw minkejja l-miżuri fis-seħħ (ara t-Tabella 2 hawn taħt). Is-sehem mis-suq li qabel kien miżmum mir-RPĊ, ittieħed parzjalment minn pajjiżi terzi oħra bħat-Tajwan, li żied il-volumi tal-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni mill-investigazzjoni preċedenti ’l hawn. Fl-istess ħin, ir-RPĊ kienet għadha t-tieni l-akbar esportatur tar-roti elettriċi lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. Dan juri li l-Unjoni baqgħet suq attraenti għall-esportaturi mir-RPĊ. |
|
(189) |
Is-suq tal-Unjoni għar-roti elettriċi huwa wieħed mill-akbar fid-dinja, b’konsum ta’ 4 979 000 unità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fit-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, id-domanda għar-roti elettriċi hija mistennija li tikber fis-snin li ġejjin minħabba (fost affarijiet oħra) il-politiki ambjentali fl-Unjoni. |
|
(190) |
Barra minn hekk, anke bil-miżuri fis-seħħ, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni komplew u għandhom sehem mis-suq mhux negliġibbli li wera li s-suq tal-Unjoni baqa’ u se jibqa’ attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(191) |
Għalhekk, abbażi tal-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri attwali jiskadu, x’aktarx li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jkomplu u jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom tar-roti elettriċi sussidjati lejn l-Unjoni fi kwantitajiet kbar. |
3.10.3. Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ sussidjar
|
(192) |
Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni ta’ sussidjar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni u dwar l-iżvilupp probabbli ta’ żieda fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet tar-roti elettriċi mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni ta’ importazzjonijiet sussidjati. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(193) |
Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn 67 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(194) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni ġiet stabbilita għal madwar 4 560 000 unità. Dan l-għadd ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, bħar-rapport dwar l-Industrija Ewropea tar-Roti u l-Profil tas-Suq, u studju ekonomiku mwettaq mill-Konfederazzjoni tal-Industrija Ewropea tar-Roti (il-“CONEBI”). Kif indikat fil-premessa (11), intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw 23,4 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fir-rigward tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(195) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, kif ippreżentat mill-CONEBI. |
|
(196) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (unitajiet)
|
||||||||||||||||||||||
|
(197) |
Il-konsum totali tar-roti elettriċi fl-UE żdied minn madwar 4,3 miljun rota elettrika fl-2020 għal 5,3 miljun rota elettrika fl-2022. It-titjib fid-disinn u fil-prestazzjoni, ikkombinat ma’ sensibilizzazzjoni ambjentali akbar fost iċ-ċittadini tal-UE, wasslu għal żieda kostanti fil-konsum tar-roti elettriċi. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni, il-konsum tar-roti elettriċi fl-UE naqas bi 346 000 unità meta mqabbel mal-2022 wara tnaqqis fid-domanda li seħħ xi żmien wara t-tneħħija tal-aħħar miżuri tal-COVID-19 fl-ewwel nofs tal-2022. |
4.3. Importazzjonijiet mir-RPĊ
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(198) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(199) |
Imbagħad is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum fl-Unjoni kif jidher fit-Tabella 1. |
|
(200) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Volum tal-importazzjonijiet (unitajiet) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(201) |
Anke bil-miżuri fis-seħħ, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 2,3 % fl-2020 għal 4,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u twaqqigħ tal-prezz
|
(202) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(203) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/unità)
|
||||||||||||||||||||||
|
(204) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew ikunu estremament baxxi matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2020 u l-2021, il-prezzijiet irrappurtati mill-Eurostat kienu saħansitra aktar baxxi mill-prezzijiet medji li nstabu fl-investigazzjoni inizjali (jiġifieri bejn EUR 422 u EUR 477). |
|
(205) |
Abbażi tad-data tal-Eurostat, il-prezzijiet fl-2022 kienu temporanjament ogħla, iżda xorta waħda aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2016 (jiġifieri EUR 477). |
|
(206) |
Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni billi qabblet:
|
|
(207) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. It-twaqqigħ tal-prezz varja minn 68 % sa 80 %. Mingħajr id-dazji, it-twaqqigħ tal-prezz ammonta għal 82,8 %. |
4.3.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ
|
(208) |
L-importazzjonijiet tar-roti elettriċi minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ kienu prinċipalment mit-Tajwan u l-Vjetnam. |
|
(209) |
Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tar-roti elettriċi minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(210) |
L-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet totali tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ żdiedu bejn l-2020 u l-2022 u laħqu l-20,3 % fl-2022. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni dan naqas għal 16,3 %, livell aktar baxx milli fl-2020. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(211) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(212) |
Kif imsemmi fil-premessa (11), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(213) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-CONEBI. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(214) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġini ta’ sussidju, u l-irkupru minn sussidjar li sar fil-passat. |
|
(215) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(216) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(217) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-produzzjoni fl-Unjoni żdiedu b’mod kostanti fil-perjodu mill-2020 sal-2022 bħala konsegwenza ta’ żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni kien hemm tnaqqis fil-volumi u l-kapaċitajiet tal-produzzjoni minħabba żieda fl-akkumulazzjoni tal-istokk matul il-COVID-19, fejn il-produtturi tal-Unjoni antiċipaw bejgħ kontinwu f’livell aċċellerat għoli, li ma seħħx peress li, wara l-COVID-19, id-domanda naqset b’mod sinifikanti. |
4.4.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(218) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (unitajiet)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(219) |
Il-bejgħ żdied matul il-perjodu kkunsidrat, speċjalment minħabba żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, ladarba l-miżuri tal-COVID-19 tneħħew, id-domanda għar-roti elettriċi naqset u dan irriżulta f’ċifri tal-bejgħ aktar baxxi fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni ekonomika fl-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni (kostijiet ogħla tal-enerġija, inflazzjoni, b’mod partikolari) kellhom effett mhux biss fuq l-industrija tal-Unjoni iżda wkoll fuq il-konsumaturi, b’mod partikolari dawk b’inqas kapaċità tal-akkwist. Għalhekk, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni staġna fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni meta mqabbel mal-2022, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’ 4,5 punti perċentwali. |
4.4.2.3. Impjiegi u produttività
|
(220) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(221) |
L-industrija tal-Unjoni żiedet il-livell ta’ impjiegi bi 28 % fil-perjodu kkunsidrat. Il-biċċa l-kbira ta’ din iż-żieda seħħet bejn l-2020 u l-2022 bħala konsegwenza ta’ żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19. Fl-2023 kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati minħabba t-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni. Il-produttività baqgħet pjuttost stabbli fil-perjodu kkunsidrat. |
4.4.2.4. Tkabbir
|
(222) |
Billi l-bejgħ baqa’ stabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni meta mqabbel mal-2022, filwaqt li l-konsum naqas, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid is-sehem mis-suq tagħha b’ 4,5 % f’dak il-perjodu. |
4.4.2.5. Daqs tal-marġni tas-sussidju u l-irkupru minn sussidjar tal-passat
|
(223) |
Il-livell tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni kien relattivament limitat, u kien jirrappreżenta 4,4 % tal-konsum tal-Unjoni. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tas-sussidjar fuq l-industrija tal-Unjoni kien pjuttost limitat. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(224) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/unità)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(225) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif ukoll il-kostijiet tal-produzzjoni, żdiedu fil-perjodu kkunsidrat, li fl-2020 u fl-2021 kienu jirriflettu prinċipalment bidla fit-taħlita ta’ prodotti u l-avvanzi teknoloġiċi fil-magni u l-batteriji tar-roti elettriċi, filwaqt li fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni, dik iż-żieda kienet tirrifletti wkoll żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni minħabba s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali kkaratterizzata mill-inflazzjoni u kostijiet ogħla tal-enerġija. |
4.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(226) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(227) |
Għalkemm kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni meta mqabbel mal-2022 wara tnaqqis fid-domanda, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b’mod kostanti fil-perjodu kkunsidrat. |
4.4.3.3. Inventarji
|
(228) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||
|
(229) |
Iż-żidiet fl-inventarji kienu dovuti għaż-żieda fl-akkumulazzjoni tal-istokk matul il-COVID-19, fejn kien hemm żieda sinifikanti fid-domanda, ikkombinata mal-kwistjonijiet tal-katina tal-provvista peress li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jordnaw b’mod eċċessiv materja prima u komponenti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni. Madankollu, ladarba l-kwistjonijiet tal-katina tal-provvista jkunu ġew solvuti, il-produtturi tal-Unjoni rċevew aktar materja prima u komponenti milli kienu jeħtieġu. Dan ġie segwit bi tnaqqis fid-domanda għar-roti elettriċi fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni meta mqabbel mal-2022 li ħalla lill-produtturi tal-Unjoni b’għadd kbir ħafna ta’ inventarji fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
4.4.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(230) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(231) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun baqgħu profittabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni, il-profittabbiltà naqset minħabba żieda fil-kostijiet. |
|
(232) |
Il-profittabbiltà stabbli ġenerali fil-perjodu kkunsidrat ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni tagħmel investimenti kbar. |
|
(233) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-fluss tal-flus naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u sar negattiv fl-2023. Ir-redditu fuq l-investimenti ddeterjora wkoll, u dan għamilha aktar diffiċli għall-industrija tal-Unjoni biex tiġbor il-kapital u tikber. Dan irriżulta fi tnaqqis fl-investimenti ta’ 50 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni meta mqabbel mal-2022. |
4.5. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(234) |
L-indikaturi makro bħall-produzzjoni, il-bejgħ u l-impjiegi tal-Unjoni żdiedu b’mod kostanti fil-perjodu mill-2020 sal-2022, bħala konsegwenza ta’ żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni, il-volumi tal-produzzjoni, il-kapaċitajiet, il-bejgħ u l-impjiegi naqsu, minħabba żieda fl-akkumulazzjoni tal-istokk matul il-pandemija tal-COVID-19, segwita minn tnaqqis fid-domanda bħala riżultat tat-tneħħija tal-miżuri tal-COVID-19 u l-bidla fis-sitwazzjoni ekonomika fl-Unjoni, ikkaratterizzata b’mod partikolari minn kostijiet għoljin tal-enerġija u inflazzjoni. |
|
(235) |
Fir-rigward tal-indikaturi mikroekonomiċi, l-investigazzjoni stabbiliet li l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fil-perjodu mill-2020 sal-2022 baqgħet ogħla minn 7 %. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset għal 5,4 %. Il-fluss tal-flus naqas mill-2020 sal-2022 u sar negattiv fl-2023. Ir-redditu fuq l-investimenti ddeterjora wkoll, u dan għamilha aktar diffiċli għall-industrija tal-Unjoni biex tiġbor il-kapital u tikber. |
|
(236) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet irkuprat minn dannu materjali tal-passat skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku, li ġie kkawżat minn importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat, għadd ta’ indikaturi tad-dannu ddeterjoraw, u l-industrija tal-Unjoni rritornat għal sitwazzjoni ekonomikament fraġli. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament minn importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ jekk il-miżuri kellhom jitħassru. |
5. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU
|
(237) |
Il-Kummissjoni analizzat l-elementi li ġejjin sabiex tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu jekk il-miżuri jitħassru: il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali u l-livelli tal-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
5.1. Kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(238) |
Kif diġà ġie deskritt u dettaljat fit-Taqsima 3.10.1 hawn fuq, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti li jistgħu jintużaw biex jipproduċu l-prodott taħt rieżami għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jammontaw għal 73 miljun unità, li jaqbżu bil-bosta d-daqs tas-suq tal-Unjoni. |
|
(239) |
Kif deskritt u dettaljat fit-Taqsima 3.10.2 hawn fuq, is-suq tal-Unjoni għar-roti elettriċi huwa wieħed mill-akbar fid-dinja u d-domanda għar-roti elettriċi hija mistennija li tikber fis-snin li ġejjin minħabba, fost punti oħra, il-politiki ambjentali fl-Unjoni. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi esportaw lejn is-swieq terzi prinċipali tagħhom bi prezzijiet sinifikattivament inqas mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. Għalhekk, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment ħafna aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Konsegwentement, jista’ jkun raġonevolment mistenni li, jekk il-miżuri jitħassru, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jibdew jesportaw volumi kbar tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni. |
5.2. Prezzijiet tal-importazzjoni probabbli u impatt fuq l-industrija tal-Unjoni
|
(240) |
Sabiex jiġi stabbilit kif l-importazzjonijiet mir-RPĊ jaffettwaw l-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jintemmu, il-Kummissjoni wettqet analiżi komparattiva tal-prezzijiet mingħajr l-eżistenza ta’ miżuri antisussidji. |
|
(241) |
Sabiex jiġi stmat il-prezz probabbli li bih il-produtturi Ċiniżi jbigħu meta jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni għamlet tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezz medju (mill-fabbrika) tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mal-prezz medju korrispondenti tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ meta jiġi esportat lejn pajjiżi terzi bħar-Renju Unit, it-Turkija, in-Norveġja jew is-Serbja, li għandhom kodiċijiet separati għar-roti elettriċi u l-ebda miżura fis-seħħ. |
|
(242) |
Ir-riżultat tat-tqabbil wera li l-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lejn il-pajjiżi ta’ hawn fuq varja minn EUR 210 sa EUR 650, jiġifieri sinifikattivament aktar baxx mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, ikun probabbli li l-importazzjonijiet mir-RPĊ jidħlu fis-suq f’volumi kbar, bħal fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali u bi prezzijiet baxxi li jikkawżaw dannu. |
|
(243) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni hija li t-tħassir tal-miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ f’livelli ta’ prezzijiet dannużi. B’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(244) |
F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antisussidji eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(245) |
L-investigazzjoni wriet li jekk il-miżuri jiskadu jkollhom effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Il-miżuri reġgħu stabbilixxew kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. Dan ippermetta li kumpaniji ġodda jidħlu fis-suq, speċjalment fis-segmenti ta’ livell tad-dħul u ta’ livell medju. L-għadd ta’ produtturi tar-roti elettriċi magħrufa tal-Unjoni kważi rdoppja minn bejn wieħed u ieħor 37 fl-2020 għal 67 fl-2023, minkejja l-isfidi li rriżultaw mis-sitwazzjoni ekonomika fil-perjodu 2022-2023. L-għadd ta’ roti elettriċi prodotti fl-Unjoni żdied b’aktar minn 1 miljun bejn l-2020 (3,4 miljun) u l-2023 (4,5 miljun) u huwa previst li jkompli jiżdied. L-għadd ta’ impjegati diretti żdied minn madwar 3 500 fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali għal kważi 11 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni. |
|
(246) |
Terminazzjoni tal-miżuri kompensatorji tpoġġi lill-produtturi tal-Unjoni f’riskju għoli, speċjalment dawk li jservu s-segmenti tar-roti elettriċi ta’ livell tad-dħul u ta’ livell medju, li jinkludu ħafna produtturi iżgħar fl-industrija tal-Unjoni. |
|
(247) |
L-ikkumplikar tas-sitwazzjoni vulnerabbli huwa l-fatt li l-produzzjoni tar-roti elettriċi hija negozju intensiv ħafna ta’ kapital, minħabba li stokkijiet sostanzjali ta’ parts tar-roti huma meħtieġa f’kull ħin biex tinżamm il-produzzjoni. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni għamlu investimenti kbar fil-produzzjoni sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u fit-titjib tal-prodotti matul dawn l-aħħar snin. It-terminazzjoni tal-miżuri antisussidji timblokka l-iżvilupp ta’ għarfien prattiku tal-inġinerija għall-applikazzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati aħħarija, inklużi l-awtomatizzazzjoni u l-materjali ġodda. |
|
(248) |
Barra minn hekk, skont it-talba għal reviżjoni, l-industrija tar-roti elettriċi tal-Unjoni hija waħda mill-akbar industriji ekoloġiċi, b’aktar minn 1 000 intrapriża żgħira u ta’ daqs medju (SMEs) li pprovdew bejn wieħed u ieħor 80 000 impjieg skont ir-rapport tal-2024 dwar l-Industrija Ewropea tar-Roti u l-Profil tas-Suq. Dan jinkludi impjiegi f’impjiegi ta’ produzzjoni diretta u indiretta, industriji upstream, aċċessorji tar-roti, negozjanti tar-roti, eċċ. |
|
(249) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-estensjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. Interess tal-muntaturi
|
(250) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti u l-importaturi mhux relatati kollha magħrufa. |
|
(251) |
Wara l-bidu, l-unika parti li ppreżentat ruħha u pprovdiet kummenti kien Grupp ad hoc, f’isem tmien kumpaniji żgħar, li jimmuntaw parts tar-roti elettriċi, li jiġu importati miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħra, fl-Unjoni. Il-kumment prinċipali tagħhom kien relatat mal-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet ta’ parts tar-roti (konvenzjonali) miċ-Ċina, li joħloq inċertezza dwar ir-regoli legali tal-importazzjoni tal-komponenti tar-roti elettriċi u, għalhekk, jagħmilha diffiċli li jiġu importati parts tar-roti elettriċi, li mhumiex soġġetti għal miżuri. Il-grupp oppona l-estensjoni tal-miżuri, prinċipalment minħabba l-problemi attwali bl-importazzjonijiet tal-komponenti, flimkien mar-riskju ta’ estensjoni tal-miżuri għal dawn il-komponenti tar-roti elettriċi, u argumenta li l-użu tas-sorveljanza tas-suq biex tiġi skrutinizzata l-konformità tal-importazzjonijiet mir-RPĊ mar-regolamenti pertinenti kollha jkun aktar effiċjenti biex jiġu indirizzati l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi nnegozjati b’mod inġust miċ-Ċina li spiss ikunu illegali u mhux sikuri. |
|
(252) |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset li mhuwiex realistiku li s-sorveljanza tas-suq u l-miżuri regolatorji biss jistgħu jipprevjenu d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi sussidjati mir-RPĊ. Barra minn hekk, kwistjonijiet ta’ infurzar doganali fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ komponenti tar-roti elettriċi ma jistgħux jiġġustifikaw it-terminazzjoni tal-miżuri, li kisbu l-effett intenzjonat. Fi kwalunkwe każ, l-infurzar tal-miżuri jaqa’ barra mill-ambitu tal-investigazzjoni. |
|
(253) |
Wara d-divulgazzjoni, il-Grupp ad hoc tenna l-istess affermazzjonijiet. Huwa argumenta li l-Kummissjoni għandha tiffoka fuq it-tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq aktar milli testendi l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ biex tindirizza l-kawżi ewlenin tad-distorsjonijiet tas-suq u tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet ikkonċernati kollha. Skont il-Grupp ad hoc, il-miżuri għad-difiża tal-kummerċ b’mod involontarju joħolqu qafas regolatorju li jrawwem l-importazzjonijiet ta’ roti substandardizzati u mhux sikuri filwaqt li jagħmel il-ħajja tal-manifatturi serji tar-roti elettriċi mir-RPĊ b’ambizzjonijiet fit-tul fis-suq tal-Unjoni diffiċli. |
|
(254) |
Il-Kummissjoni qieset li l-argumenti mqajma mill-Grupp ad hoc kienu diġà indirizzati fil-premessa (251). Peress li ma tressaq l-ebda kumment ġdid dwar is-sustanza, il-konklużjoni fil-premessa (252) ġiet ikkonfermata. |
|
(255) |
Il-grupp ad hoc argumenta wkoll li r-revoka tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ ma twassalx għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet dannużi peress li, skonthom, sehem mis-suq modest ta’ 4.4 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PIR dgħajjef l-affermazzjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi huma ta’ theddida sinifikanti. |
|
(256) |
Il-Kummissjoni qieset li ż-żieda fis-sehem mis-suq għal 4.4 % fil-PIR seħħet f’sitwazzjoni b’miżuri ta’ difiża kummerċjali fis-seħħ. Minħabba l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ, l-importazzjonijiet Ċiniżi kisbu biss sehem mis-suq ta’ 2,1 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Meta titqies l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u r-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jridu jiġu revokati, ikun hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ f’livelli ta’ prezzijiet dannużi. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(257) |
Barra minn hekk, il-grupp ad hoc sostna li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq informazzjoni u allegazzjonijiet mhux ivverifikati li jikkompromettu l-imparzjalità tal-investigazzjoni, speċjalment dawk li ġejjin mill-applikant. |
|
(258) |
Kif imsemmi fil-premessi (33) u (34), il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku peress li l-kooperazzjoni mill-produtturi tar-roti elettriċi fir-RPĊ ma kinitx biżżejjed biex tagħmel sejbiet rappreżentattivi għall-fini ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u minn partijiet rilevanti oħra fir-RPĊ, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, irrikorriet għall-użu tal-fatti disponibbli. Konsegwentement, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar u l-probabbiltà u r-rikorrenza tad-dannu kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni sottomessa mat-talba għal rieżami, l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni tar-rieżami (jiġifieri, l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun), l-informazzjoni mis-sejbiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali, is-sejbiet tal-aktar investigazzjonijiet antisussidji reċenti mwettqa mill-Kummissjoni dwar l-industriji mħeġġa fiċ-Ċina u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti. L-informazzjoni kollha sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġiet ivverifikata bir-reqqa. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
6.3. Interess tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati
|
(259) |
L-ebda utent jew importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u kkoopera f’din l-investigazzjoni billi ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju minbarra s-sottomissjoni msemmija hawn fuq. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, hija sabet li ma kien hemm l-ebda evidenza li tikkontradixxi l-konklużjoni fl-investigazzjoni oriġinali li l-effetti negattivi fuq importaturi mhux relatati ma setgħux jitqiesu sproporzjonati u ttaffew mid-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista. L-effetti pożittivi tal-miżuri kumpensatorji fuq is-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, kienu akbar mill-effett negattiv potenzjali fuq il-gruppi ta’ interess l-oħra. Tabilħaqq, l-investigazzjoni kkonfermat li, minbarra ċ-Ċina, hemm dejjem aktar sors ieħor ta’ provvista minn pajjiżi terzi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma tkunx ta’ detriment sproporzjonat għall-utenti u l-importaturi. |
|
(260) |
Wara d-divulgazzjoni, parti interessata waħda ddikjarat li jekk il-miżuri ma jiġux revokati, ir-roti elettriċi se jkomplu jiġu pprezzati żżejjed bla bżonn u inqas disponibbli għall-utenti. Huma sostnew jekk il-miżuri jitħassru li t-tnaqqis fil-prezz tar-roti elettriċi jwassal għal żieda sinifikanti fil-bejgħ tar-roti elettriċi. Il-Kummissjoni qieset li prezzijiet aktar baxxi mhux neċessarjament iwasslu għal żieda fil-bejgħ, peress li s-sikurezza, il-kwalità, l-affidabbiltà u s-servizz, minbarra l-prezzijiet, huma wkoll kriterji meta l-utenti jikkunsidraw ix-xiri ta’ rota elettronika. Barra minn hekk, jekk il-miżuri kellhom jitħassru, dan ikollu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, li jaffettwa l-innovazzjoni u l-varjetà tal-prodotti u jirriżulta f’inqas għażla għall-utenti. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
6.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(261) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ. |
7. MIŻURI ANTISUSSIDJI
|
(262) |
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ sussidjar, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri antisussidji fuq l-importazzjonijiet tar-roti elettriċi li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jinżammu. |
|
(263) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenzi fir-rati tad-dazju, jinħtieġu miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji individwali. L-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji individwali hija applikabbli biss malli tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-regolament. Sakemm tiġi ppreżentata din il-fattura, l-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għad-dazju kumpensatorju applikabbli għall- “importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ”. |
|
(264) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(265) |
Jekk l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ tiġi kkunsidrata bħala waħda li fiha nfisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju fil-pajjiż kollu. |
|
(266) |
Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġi prodott mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li jiġi prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal “L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. Dawn ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali. |
|
(267) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (88). It-talba trid tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, regolament emendatorju li jinforma dwar il-bidla fl-isem jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(268) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (89) dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni meta jkollu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(269) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju kumpensatorju definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tar-roti, b’assistenza ta’ pedali, b’magna elettrika awżiljarja, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8711 60 10 u ex 8711 60 90 (il-kodiċi TARIC 8711 60 90 10).
2. Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, b’xejn fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju kumpensatorju definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Bodo Vehicle Group Co., Ltd. |
15,1 % |
C382 |
|
|
Giant Electric Vehicle (Kunshan) Co., Ltd. |
3,9 % |
C383 |
|
|
Jinhua Vision Industry Co., Ltd u Yongkang Hulong Electric Vehicle Co., Ltd |
8,5 % |
C384 |
|
|
Suzhou Rununion Motivity Co., Ltd |
17,2 % |
C385 |
|
|
Yadea Technology Group Co., Ltd |
10,7 % |
C463 |
|
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I |
9,2 % |
Ara l-Anness I |
|
|
Kumpaniji li ma kkooperawx fir-regolament antisussidji oriġinali, iżda li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali parallela elenkati fl-Anness II |
17,2 % |
Ara l-Anness II |
|
|
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
17,2 % |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. F’każijiet fejn id-dazju kompensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, ir-rikjesti għar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom ukoll iwasslu għall-valutazzjoni tal-marġni ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/72/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/610 tas-17 ta’ Marzu 2023 li jimponi mill-ġdid dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fir-rigward ta’ Giant Electric Vehicle (Kunshan) Co., Ltd wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-243/19 (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/610/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/73 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16 18.1.2019, p. 108, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/73/oj).
(5) In-Notifika tal-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza ta’ miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjoni ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/798, 17.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/798/oj).
(6) F’dan ir-Regolament, it-terminu “GTĊ” jintuża f’sens wiesa’, u jinkludi l-Kunsill tal-Istat, kif ukoll il-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali.
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1279 tat-8 ta’ Mejju 2024 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (ĠU L, 2024/1279, 21.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1279/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1647 tal-21 ta’ Awwissu 2023 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 207, 22.8.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1647/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1123 tas-7 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 148, 8.6.2023, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1123/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328 tal-24 ta’ Frar 2021 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 25.2.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/328/oj).
(11) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/72/oj).
(12) SWD(2024)91 finali, 10.4.2024.
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, il-premessi (97) sa (100).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, il-premessi (101) sa (106).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, il-premessi 109 sa 113.
(16) Ibid, il-premessa (114).
(17) Ibid, il-premessa (129).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, premessi 116 sa 128.
(19) Ibid, il-premessa (130).
(20) NPC, 2021, Deskrizzjoni tal-14-il Programm ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tal — Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Viżjoni fuq Terminu Twil għall-2035, disponibbli minn: http://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm (aċċessat: 22.11.2023) (biċ-Ċiniż).
(21) “L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin” għall-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Manifattura f’Tianjin.
(22) Ibid., il-paġna 23-24.
(23) Ibid., il-paġna 14-20.
(24) 33 inċentivi ta’ Politika minn Tianjin għal Titjib Ekonomiku fl-2023 Q1, paragrafi 10, 17, 18.
(25) Pjan ta’ żvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura fil-Provinċja ta’ Jiangsu, paġna 42.
(26) Idem, paġna 27.
(27) Il-pjan ta’ Azzjoni għall-Promozzjoni tal-Progress Statistiku u t-Titjib tal-Kwalità tal-Ekonomija Industrijali fil-Provinċja ta’ Zhejiang, paġni 2 u 15.
(28) Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp ta’ Raggruppamenti tal-Industrija b’Pilastru Strateġiku tal-Industrija Ħafifa Moderna u t-Tessuti fil-Provinċja ta’ Guangdong (2021–2025), paġni 12 u 15.
(29) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72 (“l-investigazzjoni oriġinali tar-Roti elettriċi miċ-Ċina ”).
(30) L-14-il pjan ta’ 5 snin għar-Roti u r-Roti Elettriċi, paġni 3–4 u 13–14. Disponibbli online fuq: https://m.fx361.com/news/2021/1104/9062073.html.
(31) Ibid., il-paġni 59 u 62-63.
(32) Ibid., il-paġni 27 u 28.
(33) Ibid., il-paġni 35 u 37.
(34) Tianjin, Wuqing Bicycle and Parts Co-development Zone, il-Provinċja ta’ Hebei, il-Provinċja ta’ Jiangsu, il-Bażi tal-Esportazzjoni tar-Roti ta’ Suzhou, il-Provinċja ta’ Zhejiang, iż-Żona tal-Produzzjoni u l-Konċentrazzjoni tal-Esportazzjoni tar-Roti Elettriċi ta’ Taizhou, il-Provinċja ta’ Guangdong, il-Foshan Sports Bike R &D u l-Bażi Industrijali tad-Disinn u l-Provinċja ta’ Guangxi.
(35) Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tad-Dawl, 2022, disponibbli online fuq: http://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-06/19/content_5696665.htm.
(36) Ibidem, il-punti 17, 18, 20, 21 u 23.
(37) Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Pubblikazzjoni ta’ “Made in China 2025” (disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0432_made_in_china_2025_EN.pdf.
(38) USTR, “Report to Congress On China WTO Compliance” (Rapport tal-2019 lill-Kungress dwar il-Konformità taċ-Ċina mad-WTO), Marzu 2020, p. 31 (disponibbli fuq: https://ustr.gov/sites/default/files/2019_Report_on_China%E2%80%99s_WTO_Compliance.pdf).
(39) In-Notifika tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Pubblikazzjoni tal-“Made in China 2025” (disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0432_made_in_china_2025_EN.pdf)
(40) Disponibbli fuq http://www.asianlii.org/cn/legis/cen/laws/tpopisa783/
(41) Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (2005); il-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (2019) (disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf).
(42) Il-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (2019), p. 17 (disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019- 11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf).
(43) Catalogue of Encouraged Industries for Foreign Investment, il-punti 129, 268, 269, 271 u 304 (l-Edizzjoni tal-2022, disponibbli fuq: https://www.china-briefing.com/news/wp-content/uploads/2021/01/Catalogue-of-Encouraged-Industries-for-Foreign-Investment-Edition-2020.pdf)
(44) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, it-Taqsima 3.5.1.
(45) Ibid. il-premessi (218)-(222).
(46) Ibid. il-premessi (222) u (297).
(47) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, it-Taqsimiet 3.5.4.2 u 3.5.4.3.
(48) Ara l-punti 63-87 u l-annessi korrispondenti tal-Verżjoni miftuħa tat-talba għal reviżjoni ta’ skadenza.
(49) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, l-Anness 40.
(50) It-talba ta’ skadenza, l-Anness 11, ir-Rapport Annwali tal-2022 ta’ Yadea, p. 179 u 184.
(51) It-talba ta’ skadenza, l-Anness 11, ir-Rapport Annwali tal-2022 ta’ JoyKie, p. 107 et seq. u 508.
(52) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-fini ta’ investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ SWD (2024) 91 final, 10.4.2024 (“ir-Rapport taċ-Ċina”), it-Taqsima 6.
(53) Ir-Regolament (UE) 2023/1647, ir-Regolament (UE) 2023/1123 u r-Regolament (UE) 2021/328.
(54) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, it-Taqsima 3.6.
(55) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, il-premessa (362).
(56) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, l-Anness 46, Profil ta’ Sinosure.
Ara wkoll sinosure.com.cn/en/Sinosure/Profile/index.shtml.
(57) Ir-Rapport taċ-Ċina, it-Taqsima 6.6.
(58) Ir-Regolament (UE) 2023/1647, ir-Regolament (UE) 2022/72 u r-Regolament (UE) 2021/328.
(59) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, it-Taqsima 3.7.2.
(60) Ibid, il-premessi (382)-(383).
(61) Ibid, il-premessi (390)-(393).
(62) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, it-Taqsima 3.7.2.7.
(63) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, it-Taqsima 6.4(b)(ii) u l-Annessi korrispondenti.
(64) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, l-Anness 29.
(65) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, l-Anness 60.
(66) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, l-Anness 60.
(67) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, il-paragrafu 236 u l-Anness 11.
(68) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, it-Taqsima 3.7.3.
(69) Ibid, il-premessi (443)-(445).
(70) Ibid, il-premessi (452)-(461).
(71) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, it-Taqsima 3.7.3.7.
(72) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, it-Taqsima 6.4(b)(iii) u l-Annessi korrispondenti.
(73) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-industrija tal-batteriji li ġie adottat mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Enerġija Kimika u Fiżika taċ-Ċina, il-Kapitolu V, it-Taqsima I.
(74) Ir-Rapport taċ-Ċina dwar l-Analiżi tal-Fattibbiltà tal-Investiment għall-Prospetti ta’ Riċerka u Żvilupp fil-Fond tas-Suq tal-Industrija tal-Batteriji tal-Jon tal-Litju tar-Roti Elettriċi għall-perjodu 2022-2027.
(75) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, diversi rapporti annwali fl-Anness 11.
(76) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, it-Taqsima 3.7.4.
(77) Ibid., it-Taqsima 3.7.4(e).
(78) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, it-Taqsima 6.4.a.
(79) Ir-Rapport taċ-Ċina, il-Kapitolu 9.
(80) Ir-Regolament (UE) 2023/1647, ir-Regolament (UE) 2023/1123, ir-Regolament (UE) 2022/72 u r-Regolament (UE) 2021/328.
(81) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, l-Anness 52.
(82) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, l-Anness 11.
(83) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72, il-premessa (571).
(84) It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza, it-Taqsima 6.2.e. u l-Annessi korrispondenti.
(85) Skont l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrent abbażi tal-għarfien tiegħu dwar is-suq, l-informazzjoni mis-siti web ta’ għadd kbir ta’ produtturi tar-roti elettriċi Ċiniżi u l- “White Paper dwar l-Industrija tal-Vetturi Elettriċi b’Żewġ Roti Ċiniża”, disponibbli fuq https://m.thepaper.cn/baijahao_17589803 (ikkonsultata l-aħħar fis-7 ta’ Ottubru 2024). Ara l-Anness 8 tat-talba, disponibbli fuq Tron.tdi t24.000756.
(86) Ibbażat fuq l-għarfien dwar is-suq tar-rikorrent u s-siti web tal-produtturi tar-roti elettriċi Ċiniżi magħrufa. Ara l-Anness 4 tat-talba, disponibbli fuq Tron.tdi t24.000756.
(87) Ibbażat fuq is-sorsi msemmija fin-noti 85 u 96 f’qiegħ il-paġna. Ara l-Annessi 8 u 9 tat-talba, disponibbli fuq Tron.tdi t24.000756.
(88) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(89) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ANNESS I
|
Isem |
Provinċja |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Acetrikes Bicycles (Taicang) Co., Ltd. |
Jiangsu |
C386 |
|
Active Cycles Co., Ltd. |
Jiangsu |
C387 |
|
Aigeni Technology Co., Ltd. |
Jiangsu |
C388 |
|
Alco Electronics (Dongguan) Limited |
Guangdong |
C390 |
|
Changzhou Airwheel Technology Co., Ltd. |
Jiangsu |
C392 |
|
Changzhou Bisek Cycle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C393 |
|
Changzhou Fujiang Vehicle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C484 |
|
Changzhou Rich Vehicle Technology Co., Ltd. |
Jiangsu |
C395 |
|
Changzhou Sobowo Vehicle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C397 |
|
Changzhou Steamoon Intelligent Technology Co., Ltd. |
Jiangsu |
C398 |
|
Cycleman E-Vehicle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C400 |
|
Dongguan Benling Vehicle Technology Co., Ltd. |
Guangdong |
C401 |
|
Dongguan Honglin Industrial Co., Ltd, Melton Industrial (Dong Guan) Co., Ltd |
Guangdong |
C402 |
|
Easble Electricity Technology Co., Ltd. |
Tianjin |
C451 |
|
“Enjoycare Technology (Zhejiang) Co., Ltd. |
Zhejiang |
C419 |
|
Foshan Lano Bike Co., Ltd. |
Guangdong |
C405 |
|
Foshan Zenith Sports Co., Ltd. |
Guangdong |
C406 |
|
Guangzhou Symbol Bicycle Co., Ltd. |
Guangdong |
C410 |
|
Hangzhou Fanzhou Technology Co., Ltd. |
Zhejiang |
C411 |
|
Jiangsu Imi Electric Vehicle Technology Co., Ltd. |
Jiangsu |
C415 |
|
Jiangsu Lvneng Electrical Bicycle Technology Co., Ltd. |
Jiangsu |
C416 |
|
Jiangsu Stareyes Bicycle Industrial Co., Ltd. |
Jiangsu |
C417 |
|
Jiaxing Onway Ev Tech Co., Ltd. |
Zhejiang |
C418 |
|
Jinhua Feirui Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C420 |
|
Jinhua Jobo Technology Co., Ltd. |
Zhejiang |
C421 |
|
Jinhua Feirui Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C486 |
|
Jinhua Suntide Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C422 |
|
Jinhua Zodin E-Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C424 |
|
Kenstone Metal (Kunshan) Co., Ltd. |
Jiangsu |
C425 |
|
Komda Industrial (Dongguan) Co., Ltd. |
Guangdong |
C426 |
|
Kunshan Sevenone Cycle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C427 |
|
Nantong Tianyuan Automatic Vehicle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C429 |
|
Ningbo Bestar Co., Ltd. |
Zhejiang |
C430 |
|
Ningbo Lvkang Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C431 |
|
Ningbo Nanyang Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C432 |
|
Ningbo Oner Bike Co., Ltd. |
Zhejiang |
C433 |
|
Ningbo Roadsan New Energy Technology Co., Ltd. |
Zhejiang |
C435 |
|
Ningbo Zixin Bicycle Industry Co., Ltd. |
Zhejiang |
C437 |
|
Pronordic E-Bikes Limited Company |
Jiangsu |
C438 |
|
Shenzhen Shenling Car Co., Ltd. |
Guangdong |
C442 |
|
Sino Lithium (Suzhou) Electric Technology Co., Ltd. |
Jiangsu |
C443 |
|
Skyland Sport Tech Co., Ltd. |
Tianjin |
C444 |
|
Suzhou Guoxin Group Fengyuan Imp &Exp. Plot No. |
Jiangsu |
C446 |
|
Changzhou Fujiang Vehicle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C487 |
|
Tianjin Luodeshengda Bicycle Co., Ltd. |
Tianjin |
C449 |
|
Tianjin Upland Bicycle Co., Ltd. |
Tianjin |
C450 |
|
Ubchoice Co., Ltd. |
Guangdong |
C452 |
|
Il-Korporazzjoni ta’ Wettsen |
Shandong |
C454 |
|
Wuxi Shengda Bicycle Co., Ltd. u Wuxi Shengda Vehicle Technology Co.,Ltd |
Jiangsu |
C458 |
|
Wuxi United Mobility Technology Inc |
Jiangsu |
C459 |
|
Xiangjin (Tianjin) Cycle Co., Ltd. |
Tianjin |
C462 |
|
Yong Qi (iċ-Ċina) Corp Industrijali tar-Roti |
Jiangsu |
C464 |
|
Yongkang Juxiang Vehicle Co, Ltd. |
Zhejiang |
C466 |
|
Yongkang Lohas Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C467 |
|
Yongkang Mars Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C468 |
|
Zhejiang Apollo Motorcycle Manufacturer Co., Ltd. |
Zhejiang |
C469 |
|
Zhejiang Baoguilai Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C470 |
|
Zhejiang Goccia Electric Technology Co., Ltd. |
Zhejiang |
C472 |
|
Zhejiang Luyuan Electric Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C488 |
|
Zhejiang Jsl Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C473 |
|
Zhejiang Kaiyi New Material Technology Co., Ltd. |
Zhejiang |
C474 |
|
Zhejiang Lianmei Industrial Co., Ltd. |
Zhejiang |
C475 |
|
Zhejiang Tuer Vehicle Industry Co., Ltd. |
Zhejiang |
C477 |
|
Zhejiang Xingyue Electric Vehicle Co., Ltd. Zhejiang Xingyue Overfly Electric Vehicle Co., Ltd. u Zhejiang Xingyue Vehicle Co., Ltd., |
Zhejiang |
C478 |
|
Zhongxin Power (Tianjin) Bicycle Co., Ltd. |
Tianjin |
C480 |
ANNESS II
|
Isem |
Provinċja |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Aima Technology Group Co., Ltd. |
Tianjin |
C389 |
|
Beijing Tsinova Technology Co., Ltd. |
Bejġing |
C391 |
|
Changzhou Hj Pedal Co., Ltd. |
Jiangsu |
C394 |
|
Changzhou Merry Ebike Co., Ltd. |
Jiangsu |
C456 |
|
Changzhou Bisek Cycle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C396 |
|
Cutting Edge Power Vehicle Int’l TJ Co., Ltd. |
Tianjin |
C399 |
|
Eco International Elebike Co., Ltd. |
Jiangsu |
C403 |
|
Everestt International Industries Ltd. |
Jiangsu |
C404 |
|
Geoby Advance Technology Co., Ltd. |
Jiangsu |
C407 |
|
Guangdong Commercial Trading Imp. & Exp. Corp., Ltd. |
Guangdong |
C408 |
|
Guangdong Shunde Junhao Science & Technology Development Co., Ltd. |
Guangdong |
C409 |
|
Hangzhou Morakot E-Bike Manufacture Co., Ltd. |
Zhejiang |
C412 |
|
Hangzhou TOP Mechanical And Electrical Technology, Co. Ltd. |
Zhejiang |
C413 |
|
Hua Chin Bicycle & Fitness (H.Z.) Co., Ltd. |
Guangdong |
C414 |
|
Jinhua Yifei Electric Science And Technology Co., Ltd. |
Zhejiang |
C423 |
|
Nanjing Jincheng Machinery Co., Ltd. |
Jiangsu |
C428 |
|
Ningbo Pugonying Vehicle Technology Co., Ltd. |
Zhejiang |
C434 |
|
Ningbo Shenchima Vehicle Industry Co., Ltd. |
Zhejiang |
C436 |
|
Shandong Eco Friendly Technology Co., Ltd. |
Shandong |
C439 |
|
Shanghai Promising Int’l Trade & Logistics Co., Ltd. |
Shanghai |
C440 |
|
Shenzhen SanDin Cycle Co., Ltd. |
Guangdong |
C441 |
|
Suzhou Dynavolt Intelligent Vehicle Technology Co., Ltd. |
Jiangsu |
C445 |
|
Suzhou Joydeer E-Bicycle Co., Ltd |
Jiangsu |
C447 |
|
Taioku Manufacturing (Jiangsu) Co., Ltd. |
Jiangsu |
C448 |
|
Universali Cycle Corporation (Guang Zhou) |
Guangdong |
C453 |
|
Wuxi Bashan E-Vehicle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C455 |
|
Wuxi METUO Vehicle Co., Ltd. |
Jiangsu |
C457 |
|
Wuyi Simino Industry & Trade Co., Ltd. |
Zhejiang |
C460 |
|
Wuyi Yuema Leisure Articles Co., Ltd. |
Zhejiang |
C461 |
|
Yongkang Aijiu Industry & Trade Co., Ltd. |
Zhejiang |
C465 |
|
Zhejiang Enze Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C471 |
|
Zhejiang Luyuan Electric Vehicle Co., Ltd. |
Zhejiang |
C476 |
|
Zhongshan Qiangli Electronics Factory |
Guangdong |
C479 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/114/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)