European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/113

24.1.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/113

tat-23 ta’ Jannar 2025

li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/896/UE

(notifikata bid-dokument C(2025) 376)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2012/18/UE (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva”) jirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva sat-30 ta’ Settembru 2019, u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, bl-użu tal-formola speċifika stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/896/UE (2).

(2)

Il-Kummissjoni żviluppat formula speċifika stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/896/UE li tiddefinixxi s-sett tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-finijiet tar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

(3)

L-analiżi tal-ewwel perjodu ta’ rapportar, li kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2018, uriet li l-formola speċifika użata mill-Istati Membri għandha tiġi ssimplifikata sabiex jiġu massimizzati l-preċiżjoni u l-komparabbiltà tal-informazzjoni pprovduta, sabiex il-Kummissjoni tivvaluta aħjar l-effettività tal-prevenzjoni tal-inċidenti industrijali u tipprovdi informazzjoni aktar rilevanti lill-pubbliku. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, jenħtieġ li l-formola speċifika tiġi aġġornata u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/896/UE jenħtieġ li tiġi riveduta kif xieraq.

(4)

Il-perjodu ta’ rapportar li jmiss ibbażat fuq din il-formola aġġornata jenħtieġ li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2026. L-Istati Membri għandhom iressqu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2027.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/18/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-formula tar-rapport stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni (3) meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE f’konformità mal-Artikolu 21(2) ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/896/UE titħassar b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2026.

Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jiġu interpretati bħala referenza għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2027.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Jessika ROSWALL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/18/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/896/UE tal-10 ta’ Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (ĠU L 355, 12.12.2014., p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/896/oj).

(3)  Disponibbli wkoll fuq din il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/environment/seveso/.


ANNESS

Li jistabbilixxi l-formula ta’ rapport ta’ data li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-fini tar-rapportar skont l-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2012/18/UE

1.

INFORMAZZJONI ĠENERALI

 

1.1

Indika meta seħħ l-aħħar aġġornament tal-informazzjoni dwar l-istabbilimenti, fid-dawl tal-inklużjoni tiegħu fil-bażi tad-data eSPIRS.

 

Data mill-eSPIRS (ss/xx/jj):

 

Test liberu għall-kunsiderazzjonijiet tal-Istati Membri dwar dan is-suġġett (massimu ta’ 6 000 kelma)

 

2.

RAPPORTI DWAR IS-SIKUREZZA (L-ARTIKOLU 10 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

Perjodu tar-rapportar

2.1

L-istabbilimenti kollha tal-livell għoli li kienu jeħtieġu rapport tas-sikurezza matul il-perjodu ta’ rapportar, ipproduċewh? Jekk le, indika:

 

 

2.1.1

Fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, kemm-il stabbiliment tal-livell għoli ma pproduċewx rapport dwar is-sikurezza (għadd ta’ stabbilimenti), filwaqt li kien meħtieġ?

 

2,2

Ir-rapporti kollha dwar is-sikurezza tal-istabbilimenti tal-livell għoli, li kienu jeħtieġu rapport matul il-perjodu ta’ rapportar, ġew aġġornati matul il-ħames snin preċedenti? Jekk le, indika:

 

 

2.2.1

Fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, kemm-il stabbiliment tal-livelli għoli, li kien jeħtieġu dan, ma aġġornax ir-rapport dwar is-sikurezza tiegħu (għadd ta’ stabbilimenti) fi żmien 5 snin?

 

Test liberu għall-kunsiderazzjonijiet tal-Istati Membri dwar dan is-suġġett (massimu ta’ 6 000 kelma)

 

3.

PJANIJIET TA’ EMERĠENZA (L-ARTIKOLU 12 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

Perjodu tar-rapportar

 

3.1

Fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, kemm-il stabbiliment tal-livell għoli ma għandu l-ebda pjan estern ta’ emerġenza, minkejja li huwa meħtieġ (l-għadd ta’ stabbilimenti, minbarra l-istabbilimenti rrapportati fl-entrata 3.2)?

 

3.2

Fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, għal kemm stabbilimenti tal-livelli għoli l-awtoritajiet iddeċidew li ma kienx meħtieġ li jitfassal pjan estern ta’ emerġenza (għadd ta’ stabbilimenti, esklużi l-istabbilimenti rrapportati taħt l-entrata 3.1)?

 

3.3

Il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza ġew ittestjati matul l-aħħar tliet snin ta’ qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar għall-istabbilimenti kollha tal-livell għoli? Jekk le, f’kemm-il każ ma ġewx ittestjati l-pjanijiet esterni ta’ emerġenza (għadd ta’ każi)?

 

Test liberu għall-kunsiderazzjonijiet tal-Istati Membri dwar dan is-suġġett (massimu ta’ 6 000 kelma)

 

4.

INFORMAZZJONI DWAR IL-MIŻURI TA’ SIKUREZZA (L-ARTIKOLU 14 U L-ANNESS V TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

Is-sena ta’ rapportar

 

4.1

Skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2012/18/UE, l-informazzjoni dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident kbir kienet disponibbli b’mod attiv għall-pubbliku matul l-aħħar ħames snin għall-istabbilimenti kollha tal-livell għoli? Jekk le, għal kemm-il stabbiliment tal-livell għoli dan ma kienx il-każ?

 

4.2

Matul il-perjodu ta’ rapportar, kemm-il stabbiliment ġie meqjus li għandu potenzjal ta’ inċident kbir b’effetti transfruntiera (għadd ta’ stabbilimenti)?

 

Test liberu għall-kunsiderazzjonijiet tal-Istati Membri dwar dan is-suġġett (massimu ta’ 6 000 kelma)

 

5.

SPEZZJONIJIET (L-ARTIKOLU 20 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

Perjodu tar-rapportar

Sena 1

Sena 2

Sena 3

Sena 4

5.1

Matul il-perjodu tar-rapportar, kemm-il stabbiliment tal-livell għoli meħtieġ li jiġi spezzjonat (f’konformità mal-Artikoli 20(4), 20(6) u 20(8) tad-Direttiva 2012/18/UE), baqa’ ma ġiex spezzjonat (għadd ta’ stabbilimenti)?

 

5.2

Matul il-perjodu ta’ rapportar, kemm-il stabbiliment tal-livell għoli meħtieġ li jiġi spezzjonat (f’konformità mal-Artikoli 20(4), 20(6) u 20(8) tad-Direttiva 2012/18/UE) baqa’ ma ġiex spezzjonat (għadd ta’ stabbilimenti)?

 

Test liberu għall-kunsiderazzjonijiet tal-Istati Membri dwar dan is-suġġett (massimu ta’ 6 000 kelma)

 

6.

PROJBIZZJONI TAL-UŻU, PENALI U STRUMENTI OĦRAJN KOERĊITTIVI (L-ARTIKOLU 19 U 28 TAD-DIRETTIVA 2012/18/UE)

Perjodu tar-rapportar

 

 

6.1

Matul il-perjodu ta’ rapportar, kemm kienu l-istabbilimenti, l-installazzjonijiet jew il-faċilitajiet ta’ ħżin, jew kwalunkwe parti minnhom, li ġew ipprojbiti milli jintużaw jew li jibdew jintużaw (għadd ta’ stabbilimenti)?

 

Test liberu għall-kunsiderazzjonijiet tal-Istati Membri dwar dan is-suġġett (massimu ta’ 6 000 kelma)

 

7.

AKTAR INFORMAZZJONI FAKULTATTIVA

 

7.1

Jekk rilevanti, kwalunkwe leġiżlazzjoni simili għad-dispożizzjonijiet Seveso (f’termini ta“notifika tal-attivitajiet, rekwiżiti dwar il-ġestjoni tas-sikurezza, rapporti dwar is-sikurezza, informazzjoni għall-pubbliku, ippjanar għall-emerġenzi u spezzjonijiet), leġiżlazzjoni (pereżempju Regoli Vinkolanti Ġenerali eċċ.) applikati għall-installazzjonijiet u l-attivitajiet mhux koperti mid-Direttiva 2012/18/UE (pereżempju, dwar pipelines, portijiet, ċentri tat-tqassim ta’ ferroviji tal-merkanzija (marshalling yards), installazzjonijiet lil hinn mill-kosta, esplorazzjoni tal-gass, sfruttament ta’ minerali u idrokarburi, eċċ.) u prattiċi tajba rilevanti. (test liberu)

 

 

7.1.1

Dwar il-pipelines (test liberu):

 

 

7.1.2

Dwar l-ispazji fejn jinġemgħu l-ferroviji tal-merkanzija (test liberu):

 

 

7.1.3

Dwar il-portijiet (test liberu):

 

 

7.1.4

Dwar il-ħażna temporanja (test liberu):

 

 

7.1.5

Dwar l-installazzjonijiet offshore, inkluża l-pjattaforma ta’ gassifikazzjoni (test liberu):

 

 

7.1.6

Dwar l-esplorazzjoni tal-gass (test liberu):

 

 

7.1.7

Dwar l-isfruttament tal-minerali u tal-idrokarburi (test liberu):

 

 

7.1.8

Dwar atti malizzjużi (test liberu):

 

 

7.1.9

Dwar il-batteriji (test liberu):

 

 

7.1.10

Dwar l-ajruporti (test liberu):

 

 

7.1.11

Dwar l-idroġenu (test liberu):

 

 

7.1.12

Dwar iċ-ċibersigurtà u s-sikurezza industrijali (test liberu):

 

 

7.1.13

Oħrajn (test liberu):

 

7.2

Rimarki relatati mal-konsegwenzi ta’ dispożizzjonijiet differenti bejn stabbilimenti tal-livell għoli u stabbilimenti ta’ livell baxx:

 

7.3

Rimarki relatati mal-kwalità tal-implimentazzjoni u d-diversi aspetti ta’ implimentazzjoni (inklużi effetti domino, rapporti dwar is-sikurezza, pjanijiet ta’ emerġenza, Pjanar tal-użu tal-art, miżuri ta’ sikurezza, spezzjonijiet, projbizzjoni/penali u aċċess għall-ġustizzja):

 

7.4

Rimarki relatati mal-isfidi tal-implimentazzjoni:

 

7.5

Kif jiġu promossi t-tagħlimiet meħuda (test liberu, URL, eċċ.)?

 

7.6

Rimarki relatati mal-appoġġ għall-implimentazzjoni pprovdut mill-Kummissjoni Ewropea:

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/113/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)