|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/80 |
15.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/80
tat-13 ta’ Jannar 2025
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar erba’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam fil-provinċja ta’ Ontario, li ġew ikkonfermati bejn l-14 ta’ Diċembru 2024 u l-20 ta’ Diċembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar erba’ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ Norfolk, l-Ingilterra, li ġew ikkonfermati fis-17 ta’ Diċembru 2024 u fl-24 ta’ Diċembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(7) |
L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 38 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Alabama (1) California (11), Illinois (2), Iowa (4), Kansas (2), Michigan (2), Minnesota (3), Mississippi (1), Missouri (1), Nebraska (1), Ohio (2), Oklahoma (2), South Dakota (4), u Wisconsin (2), li ġew ikkonfermati bejn it-12 ta’ Diċembru 2024 u s-27 ta’ Diċembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(8) |
Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(9) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat aktar tixrid tal-HPAI wara dawn it-tifqigħat reċenti tal-HPAI. |
|
(10) |
Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat reċenti jenħtieġ li jiġi sospiż sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. |
|
(11) |
Barra minn hekk, il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(12) |
Il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fil-Provinċja ta’ Alberta, li ġiet ikkonfermata fl-14 ta’ Novembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(13) |
Ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ żewġ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontej ta’ Yorkshire u Cornwall, l-Ingilterra, li ġew ikkonfermati fil-5 ta’ Novembru 2024 u fis-17 ta’ Novembru 2024, rispettivament. |
|
(14) |
L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ seba’ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-Istati ta’ California u Washington, li ġew ikkonfermati bejn il-15 ta’ Ottubru 2024 u l-14 ta’ Novembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(15) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti wkoll issottomettew informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-HPAI, il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestew ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u jidhrilha li taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni minn żoni kkonċernati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. |
|
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex ikunu jqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
|
(18) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3141 (4) emenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi ssospenda d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn tliet żoni ġodda fil-Kanada fejn seħħew tifqigħat tal-HPAI: CA-2.245, CA-2.246 u CA-2.247. Madankollu, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3141 ma kienx jinkludi d-deskrizzjonijiet ta’ dawk it-tliet żoni fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, fl-entrati għall-Kanada. Għalhekk, jenħtieġ li l-Parti 2 tal-Anness V tiġi kkoreġuta skont dan, billi jiżdiedu dawk id-deskrizzjonijiet. |
|
(19) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ ma’ dawk il-pajjiżi terzi, l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza. Mhuwiex ċar x’inhuma l-pożizzjonijiet ġeografiċi eżatti għaż-żoni CA-2.245, CA-2.246 u CA-2.247, li minnhom ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3141. Għalhekk, jenħtieġ li l-korrezzjoni tal-ommissjoni tad-deskrizzjonijiet ta’ dawn it-tliet żoni fl-entrati għall-Kanada fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3141. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
Il-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 hija kkoreġuta f’konformità mal-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mit-13 ta’ Diċembru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3141 tal-11 ta’ Diċembru 2024 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L, 2024/3141, 12.12.2024 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3141/oj).
ANNESS
PARTI I
EMENDI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
PARTI II
KORREZZJONI FIR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404
Fl-Anness V, il-Parti 2, fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.245, CA-2.246 u CA-2.247 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.244:
|
“Il-Kanada |
CA-2.245 |
British Columbia — Latitudni 49.08, Lonġitudni -122.15 Il-muniċipalitajiet involuti huma: 3 km PZ: Barrowtown 10 km SZ: Abbotsford, Chilliwack, Deroche, Dewdney, Atchelitz, Kilgard, Cultus Lake, Arnold, Lindell u Lindell Beach |
|
CA-2.246 |
British Columbia — Latitudni 48.49, Lonġitudni -123.41 Il-muniċipalitajiet involuti huma: 3 km PZ: Saanich Core 10 km SZ: Victoria, Brentwood Bay, Saanichton, Malahat, Millstream, Goldstream, Colwood, Langford, Cordova Bay, Esquimalt, View Royal u Oak Bay |
|
|
CA-2.247 |
Manitoba — Latitudni 50.27, Lonġitudni -98.06 Il-muniċipalitajiet involuti huma: 3 km PZ: Tin Town 10 km SZ: Delta Beach, Oakland u Saint Marks” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/80/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)