![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/56 |
13.1.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/56
tas-7 ta’ Jannar 2025
li jerġa’ jiftaħ is-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza, billi jħassar ir-Regolament (UE) 2024/2870
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2024. |
(2) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2024, skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Franza għarrfet lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tipprojbixxi s-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 mis-26 ta’ Lulju 2024. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2870 (3) jipprojbixxi s-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza. |
(4) |
Skont l-informazzjoni li waslet lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Novembru 2024 mill-awtoritajiet Franċiżi, għadha disponibbli kwantità għal Franza għall-kwota għal dak l-istokk. B’konsegwenza ta’ dan, is-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew irreġistrati fiha, jenħtieġ li jinfetaħ sakemm jiġi indikat mod ieħor. |
(5) |
Dak il-ftuħ mill-ġdid tas-sajd jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Novembru 2024 sabiex il-kwantità tal-bakkaljaw inkwistjoni tkun tista’ tinqabad qabel tmiem is-sena attwali. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2024/2870 jenħtieġ li jitħassar b’effett mis-7 ta’ Novembru 2024. |
(7) |
Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipju taċ-ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi peress li l-kwota għadha disponibbli mill-ġdid għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-istaġun tas-sajd 2024 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew irreġistrati fiha, imsemmi fl-Anness, jinfetaħ mill-ġdid.
Ir-Regolament (UE) 2024/2870 jitħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-7 ta’ Novembru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni,
F’isem il-President,
Costas KADIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2870 tas-6 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża (ĠU L, 2024/2870, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2870/oj).
ANNESS
Nru |
25/TQ257 – Ftuħ mill-ġdid |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
COD/1N2AB. |
Speċi |
Bakkaljaw (Gadus morhua) |
Żona |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
Data tal-għeluq |
Is-26 ta’ Lulju 2024 |
Data tal-ftuħ mill-ġdid |
Is-7 ta’ Novembru 2024 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/56/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)