European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/54

10.1.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/54

tas-7 ta’ Jannar 2025

li jerġa’ jiftaħ is-sajd għall-iskorfna tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza billi jħassar ir-Regolament (UE) 2024/2815

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2024.

(2)

Fl-10 ta’ Ottubru 2024, skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Franza għarrfet lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tipprojbixxi s-sajd għall-iskorfna tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 mis-26 ta’ Lulju 2024.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2815 (3) ipprojbixxa s-sajd għall-iskorfna tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza.

(4)

Skont l-informazzjoni li waslet lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Novembru 2024 mill-awtoritajiet Franċiżi, hija disponibbli mill-ġdid għal Franza kwantità għall-kwota għal dak l-istokk wara skambji ta’ opportunitajiet tas-sajd konklużi skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). B’konsegwenza ta’ dan, is-sajd għall-iskorfna tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew irreġistrati fiha, jenħtieġ li jinfetaħ sakemm jiġi indikat mod ieħor.

(5)

Dak il-ftuħ mill-ġdid tas-sajd jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Novembru 2024 sabiex il-kwantità tal-iskorfna tat-Tramuntana inkwistjoni tkun tista’ tinqabad qabel tmiem is-sena attwali.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2024/2815 jenħtieġ li jitħassar b’effett mit-8 ta’ Novembru 2024.

(7)

Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipju taċ-ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi peress li l-kwota hija disponibbli mill-ġdid għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sajd għall-iskorfna tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-istaġun tas-sajd 2024 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew irreġistrati fiha, imsemmi fl-Anness, jinfetaħ mill-ġdid.

Ir-Regolament (UE) 2024/2815 jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta’ Novembru 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Costas KADIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2815 tat-28 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-iskorfna tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża (ĠU L, 2024/2815, 5.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2815/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).


ANNESS

Nru

28/TQ257 — Ftuħ mill-ġdid

Stat Membru

Franza

Stokk

REB/1N2AB.

Speċi

Skorfna tat-Tramuntana (Sebastes mentella)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

Data tal-għeluq

Is-26 ta’ Lulju 2024

Data tal-ftuħ mill-ġdid

It-8 ta’ Novembru 2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/54/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)