|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/42 |
10.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/42
tad-9 ta’ Jannar 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/2063. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2063, l-entrati għal 14-il persuna fiżika li jinsabu f’dak l-Anness jenħtieġ li jiġu aġġornati. |
|
(3) |
Għalhekk l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2063 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2063 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2063/oj.
ANNESS
Fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2063, fil-“Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 8(3)”, l-entrati numru 1, 2, 7, 9, 11, 12, 14, 17, 18, 20, 29, 37, 48 u 52 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“1. |
Néstor Luis REVEROL TORRES |
Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1964 Sess: raġel |
President ta’ Zuliana Region Development Corporation (Corpozulia) minn April 2024. Eks Ministru għall-Enerġija Elettrika (Ottubru 2020 – April 2024), Viċi-President tax-Xogħlijiet u s-Servizzi Pubbliċi u Segretarju Eżekuttiv tal-Persunal Ġenerali għall-Elettriku (April 2019 – April 2024). Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi mill-2016 sa Ottubru 2020. Ġeneral fil-Kap tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana minn Awwissu 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura ta’ priġunieri (politiċi), u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż il-projbizzjoni u r-repressjoni ta’ dimostrazzjonijiet politiċi, imwettqa mill-forzi tas-sigurtà taħt il-kmand tiegħu. |
22.1.2018 |
|
2. |
Gustavo Enrique GONZÁLEZ LÓPEZ |
Data tat-twelid: 2 ta’ Novembru 1960 Sess: raġel |
Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN) bejn April 2019 u Ottubru 2024. Konsulent dwar is-Sigurtà u l-Intelligence tal-President Maduro minn Jannar 2019, u Direttur Ġenerali ta’ SEBIN minn Frar 2014 sa Ottubru 2018. Matul iż-żminijiet li serva bħala direttur ta’ SEBIN, uffiċjali taħt l-awtorità aħħarija tiegħu wettqu atti ta’ detenzjoni arbitrarja, tortura u trattament krudili u inuman, inkluż vjolenza sesswali, fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ El Helicoide. Bħala Direttur Ġenerali ta’ SEBIN, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem inkluż detenzjoni arbitrarja, trattament inuman u degradanti, u tortura u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela. |
22.1.2018 |
|
7. |
Diosdado CABELLO RONDÓN |
Data tat-twelid: 15 ta’ April 1963 Sess: raġel |
Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi minn Awwissu 2024. Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament, eks President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut fid-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, inkluż bl-użu tal-media biex tattakka u thedded pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili u l-għoti ta’ ordnijiet biex jinżammu individwi, inkluż lis-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). |
22.1.2018 |
|
9. |
Sergio José RIVERO MARCANO |
Data tat-twelid: 8 ta’ Novembru 1964 Sess: raġel |
Spettur Ġeneral tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani (FANB) sa Lulju 2023, Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sas-16 ta’ Jannar 2018, imqiegħed f’‘riżerva attiva’ f’Lulju 2023. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu eċċessiv ta’ forza, u d-detenzjoni arbitrarja u l-abbuż ta’ membri tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż l-assalt mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana ta’ membri tal-Assemblea Nazzjonali eletta demokratikament u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti li jirrappurtaw dwar l-elezzjonijiet frodulenti għall-Assemblea Kostitwenti li hija illeġittima, dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
25.6.2018 |
|
11. |
Iván HERNÁNDEZ DALA |
Data tat-twelid: 18 ta’ Mejju 1966 Sess: raġel |
Maġġur Ġeneral fil-FANB. Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal- tal-Counter-Intelligence Militari (DGCIM) bejn Jannar 2014 u Ottubru 2024 u Kap tal-Gwardja Presidenzjali bejn Settembru 2015 u Ottubru 2024. Bħala l-Kap tad-DGCIM, Iván Hernández Dala huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, inkluż tortura, l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. |
25.6.2018 |
|
12. |
Delcy Eloina RODRÍGUEZ GÓMEZ |
Data tat-twelid: 18 ta’ Mejju 1969 Sess: mara |
Viċi President tal-Venezwela, u minn Awwissu 2024, Ministru għaż-Żejt. Eks Ministru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Kummerċ. Eks President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u eks membru tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. L-azzjonijiet tagħha fil-Kummissjoni Presidenzjali u mbagħad bħala President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż l-użurpazzjoni tas-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali u l-użu tagħhom direttament kontra l-oppożizzjoni u biex dawn ma jitħallewx jieħdu sehem fil-proċess politiku. |
25.6.2018 |
|
14. |
Sandra OBLITAS RUZZA |
Data tat-twelid: 7 ta’ Ġunju 1969 Sess: mara |
Ministru għall-Edukazzjoni Universitarja sa Awwissu 2024. Rettur tal-Universidad Bolivariana de Venezuela maħtura f’Lulju 2020. Eks Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) u eks President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Elettorali u Ċivili. Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inkluż bil-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u bil-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
|
17. |
Socorro Elizabeth HERNÁNDEZ DE HERNÁNDEZ |
Data tat-twelid: 11 ta’ Marzu 1952 Sess: mara |
Membru (Rettur) tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) sat-12 ta’ Ġunju 2020 u membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali (JNE). Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inkluż il-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali b’rabta mal-elezzjoni revokatorja presidenzjali li ġiet ikkanċellata fl-2016, il-posponiment tal-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2016, u r-rilokazzjoni ta’ postijiet tal-votazzjoni ftit żmien qabel l-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2017. |
25.6.2018 |
|
18. |
Xavier Antonio MORENO REYES |
Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) mill-2009 sa Ġunju 2020. F’dak ir-rwol, Moreno Reyes iffaċilita, illeġittimizza u ta kredibbiltà lid-deċiżjonijiet tas-CNE, peress li s-Segretarju Ġenerali tas-CNE għandu rwol fit-tfassil tal-aġenda u l-formalizzazzjoni tad-deċiżjonijiet. Moreno Reyes baqa’ Segretarju Ġenerali tas-CNE filwaqt li d-demokrazija ddgħajfet serjament u r-rwol indipendenti tas-CNE fil-proċess elettorali ġie kompromess. Għalhekk huwa responsabbli li dgħajjef id-demokrazija fil-Venezwela, inkluż il-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
|
20. |
Rafael Ramón BLANCO MARRERO |
Data tat-twelid: 28 ta’ Frar 1968 Numru tal-identità: V-6250588 Sess: raġel |
Spettur Ġenerali tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela minn Lulju 2023. Eks Ġeneral tad-Diviżjoni tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela (Lulju 2019 – Lulju 2023). Eks Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM, li twettqu minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Marbut mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
|
29. |
Elvis Eduardo HIDROBO AMOROSO |
Data tat-twelid: 4 ta’ Awwissu 1963 Post tat-twelid: Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità: V-7659695 Sess: raġel |
President tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE) mill-24 ta’ Awwissu 2023. Eks Kontrollur Ġenerali (bejn it-23 ta’ Ottubru 2018 u Awwissu 2023), u eks l-Ewwel u t-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bil-projbizzjoni lill-membri tal-oppożizzjoni milli jokkupaw kariga pubblika għal 15-il sena u t-tmexxija tal-ANC mhux rikonoxxuta, l-iffirmar tal-‘liġi kontra l-mibegħda’, li tiġġustifika t-tneħħija ta’ gvernatur tal-oppożizzjoni elett legalment u l-projbizzjoni ta’ Juan Guaidó minn kwalunkwe kariga pubblika, il-projbizzjoni ta’ Juan Guaidó minn kwalunkwe kariga pubblika u t-tħabbira tar-riżultati tal-elezzjoni Presidenzjali li saret f’Lulju 2024, mingħajr ma s-CNE, taħt it-tmexxija tiegħu, tippublika r-rekords uffiċjali tal-postijiet tal-votazzjoni. |
29.6.2020 |
|
37. |
Remigio CEBALLOS ICHASO |
Data tat-twelid: 1 ta’ Mejju 1963 Numru tal-identità: V-6557495 Sess: raġel |
Eks Ministru għall-Intern u l-Ġustizzja tal-Venezwela (Awwissu 2021 – Awwissu 2024) u Viċi President tal-Gvern għas-Sigurtà taċ-Ċittadini. Eks Kmandant tal-Kmand Operazzjonali u Strateġiku tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani tal-Venezwela (Comando Estratégico Operacional Fuerzas Armadas Nacionales Bolivarianas (CEOFANB)), l-ogħla organu fil-Forzi Armati Venezwelani (Ġunju 2017 – Lulju 2021). Is-CEOFANB jikkontrolla l-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani (FANB) u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Is-CEOFANB huwa wkoll responsabbli għall-koordinazzjoni tal-interventi tal-FANB fid-dimostrazzjonijiet. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tas-CEOFANB, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva u t-trattament inuman u degradanti minn uffiċjali tal-FANB u minn forzi subordinati taħt il-kmand tiegħu, inkluż il-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Sorsi varji, inkluż il-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti dwar ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, jattribwixxu ksur tad-drittijiet tal-bniedem lill-FANB u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. |
22.2.2021 |
|
48. |
Leonardo Enrique MORALES POLEO |
Sess: raġel |
Eks Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) u President tal-Kummissjoni għall-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament (Awwissu 2020 – Mejju 2021). Leonardo Enrique Morales Poleo nħatar Viċi President tas-CNE u President tal-Kummissjoni tal-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament fis-7 ta’ Awwissu 2020 mill-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) għalkemm din il-prerogattiva tappartjeni għall-Assemblea Nazzjonali. Barra minn hekk, eżatt qabel il-ħatra tiegħu huwa serva fil-Partit Progressiv Avvanzat (Avanzada progresista). Bħala membru (rettur) u Viċi President tas-CNE, huwa ħa sehem bis-sħiħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CNE. Huwa appoġġa u ffaċilita s-superviżjoni tal-proċess elettorali li wassal għall-elezzjonijiet mhux demokratiċi tal-Assemblea Nazzjonali fis-6 ta’ Diċembru 2020. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk komplew idgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. Leonardo Enrique Morales Poleo aċċetta li jinħatar fis-CNE u baqa’ fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President tas-CNE filwaqt li d-demokrazija ddgħajfet serjament fil-Venezwela. |
22.2.2021 |
|
52. |
Jesús Emilio VÁSQUEZ QUINTERO |
Numru tal-identità: V-7422049 Sess: raġel |
Eks President tal-Qorti Marzjali u ċ-Ċirkwit Ġudizzjarju Kriminali Militari (Settembru 2021 – Awwissu 2024). Ġeneral tad-Diviżjoni mill-5 ta’ Lulju 2019 u eks Avukat Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari (Diċembru 2017 – 17 ta’ Settembru 2021). Bħala Avukat Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari kien responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari kien marbut ma’ prosekuzzjoni ġudizzjarja interna fil-Forzi Armati, u nuqqasijiet li jinvestiga inċidenti, inkluż il-każ tal-mewt tal-Kaptan Acosta fl-2019. Barra minn hekk, il-ġustizzja militari qed tiġi applikata għal persuni ċivili. |
22.2.2021”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/42/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)