European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/40

22.1.2025

REGOLAMENT (UE) 2025/40 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Diċembru 2024

dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-prodotti jeħtieġu imballaġġ xieraq sabiex ikunu protetti u jkun faċli biex jiġu ttrasportati minn fejn jiġu mmanifatturati sa fejn jintużaw jew jiġu kkunsmati. Il-prevenzjoni tal-ostakli fis-suq intern għall-imballaġġ hija kruċjali għall-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti. Regoli frammentati u rekwiżiti vagi jikkawżaw inċertezza u kost addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi.

(2)

L-istatistiċi tal-Kummissjoni (tal-Eurostat) dwar l-iskart mill-imballaġġ għall-perjodu 2010-2021 jindikaw li l-imballaġġ juża kwantitajiet kbar ta' materja prima primarja (materjali verġni). 40 % tal-plastik u 50 % tal-karta użati fl-Unjoni jintużaw għall-imballaġġ, u l-imballaġġ jirrappreżenta 36 % tal-iskart solidu muniċipali. Il-kwantitajiet għolja u dejjem jiżdiedu tal-imballaġġ iġġenerat, kif ukoll il-livelli baxxi ta' użu mill-ġdid u ta' ġbir u r-riċiklaġġ mhux effiċjenti, jippreżentaw ostakli sinifikanti għall-kisba ta' ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Jenħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ, jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jarmonizzaw il-miżuri nazzjonali, filwaqt li jipprevjenu u jnaqqsu l-impatti negattivi tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari billi jistabbilixxi miżuri f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart li tinsab fid- Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“ġerarkija tal-iskart”).

(3)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE (4) tistabbilixxi rekwiżiti għall-imballaġġ, li huma relatati mal-kompożizzjoni tal-imballaġġ u man-natura riutilizzabbli u rekuperabbli tiegħu (“rekwiżiti essenzjali għall-imballaġġ”), u tiffissa miri għall-irkupru u r-riċiklaġġ għall-Istati Membri.

(4)

Fl-2014, fil-kontroll tagħha tal-idoneità relatat mad-Direttiva 94/62/KE, il-Kummissjoni rrakkomandat adattamenti għar-rekwiżiti essenzjali għall-imballaġġ, li kienu meqjusa bħala għodda ewlenija biex tinkiseb prestazzjoni ambjentali aħjar tal-imballaġġ, biex dawk ir-rekwiżiti jsiru aktar konkreti u aktar infurzabbli faċilment u biex jissaħħu.

(5)

F'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, ippreżentat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019, il-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva (CEAP), ippreżentat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2020, jinkludi impenn favur it-tisħiħ tar-rekwiżiti essenzjali għall-imballaġġ bl-għan li sal-2030 l-imballaġġ kollu jsir riutilizzabbli jew riċiklabbli, u biex jitqiesu miżuri oħra għat-tnaqqis tal-imballaġġ eċċessiv u tal-iskart mill-imballaġġ, jitħeġġeġ id-disinn għall-użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, titnaqqas il-kumplessità tal-materjali tal-imballaġġ u jiddaħħlu rekwiżiti għal kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik. Is-CEAP jenfasizza wkoll il-ħtieġa li titnaqqas il-ħela tal-ikel. Il-Kummissjoni tintrabat li tivvaluta l-fattibbiltà ta' tikkettar madwar l-Unjoni kollha li jiffaċilita s-separazzjoni korretta tal-iskart mill-imballaġġ fis-sors.

(6)

Il-plastik huwa l-aktar materjal tal-imballaġġ intensiv fil-karbonju u, fejn jidħol l-użu ta' fjuwils fossili, riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik huwa madwar ħames darbiet aħjar mill-inċinerazzjoni bi rkupru tal-enerġija. Kif jissemma fl-Istrateġija Ewropea għall-plastiks f'Ekonomija Ċirkolari, ippreżentata fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018, is-CEAP jinkludi impenn sabiex jiżdied l-użu tal-plastik riċiklat u jikkontribwixxi għal użu aktar sostenibbli tal-plastik. Il-baġit tal-Unjoni u s-sistema tar-riżorsi proprji jikkontribwixxu għat-tnaqqis tat-tniġġis mill-iskart mill-imballaġġ tal-plastik. Mill-1 ta' Jannar 2021, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (5) introduċiet kontribuzzjoni nazzjonali li hija proporzjonali għall-kwantità ta' skart mill-imballaġġ tal-plastik li ma jiġix irriċiklat f'kull Stat Membru. Dik ir-riżorsa proprja tifforma parti mill-inċentivi biex jitnaqqas il-konsum tal-plastik li jintuża darba biss, jitrawwem ir-riċiklaġġ u tingħata spinta lill-ekonomija ċirkolari.

(7)

Fil-konklużjonijiet tiegħu “Nagħmlu l-Irkupru Ċirkolari u Ekoloġiku” adottati fil-11 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill enfasizza li r-reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE jenħtieġ li taġġorna u tistabbilixxi dispożizzjonijiet aktar konkreti, effettivi u faċli biex jiġu implimentati sabiex jitrawwem l-imballaġġ sostenibbli fis-suq intern u tiġi minimizzata l-kumplessità tal-imballaġġ, sabiex jitrawmu soluzzjonijiet ekonomikament fattibbli, jittejbu r-riutilizzabbiltà u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, kif ukoll jiġu minimizzati s-sustanzi ta' tħassib fil-materjali tal-imballaġġ, speċjalment fil-materjali tal-imballaġġ tal-ikel. Il-Kunsill saħaq ukoll li jenħtieġ li r-reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE tipprevedi wkoll it-tikkettar tal-imballaġġ b'mod li jinftiehem faċilment biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ u fejn jenħtieġ li l-iskart mill-imballaġġ jintrema biex jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ.

(8)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni l-Ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (6) tenniet l-objettiv li l-imballaġġ kollu jsir riutilizzabbli u riċiklabbli b'mod ekonomikament vijabbli sal-2030 u stiednet lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva li tirrevedi d-Direttiva 94/62/KE li tkun tinkludi miżuri u miri għat-tnaqqis tal-iskart u rekwiżiti essenzjali ambizzjużi biex jitnaqqas l-imballaġġ eċċessiv, inkluż fil-kummerċ elettroniku, tittejjeb ir-riċiklabbiltà u tiġi minimizzata l-kumplessità tal-imballaġġ, jiżdied il-kontenut riċiklat, jitneħħew gradwalment is-sustanzi perikolużi u dannużi, u jiġi promoss l-użu mill-ġdid.

(9)

Dan ir-Regolament jikkomplementa r-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li ma jindirizzax l-imballaġġ bħala kategorija speċifika ta' prodotti. Jenħtieġ jitfakkar, madankollu, li hu possibbli li jiġu adottati atti delegati abbażi tar-Regolament (UE) 2024/1781 biex jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali jew aktar dettaljati għall-imballaġġ għal prodotti speċifiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ meta d-disinn jew id-disinn mill-ġdid tal-prodotti jista' jwassal għal imballaġġ b'inqas impatt fuq l-ambjent.

(10)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq fl-Unjoni u għall-iskart kollu mill-imballaġġ, irrispettivament mit-tip tal-imballaġġ jew mill-materjal użat. Għal raġunijiet ta' ċarezza legali, jenħtieġ li d-definizzjoni ta' imballaġġ skont id-Direttiva 94/62/KE tiġi ristrutturata mingħajr ma tinbidel is-sustanza. Jenħtieġ li l-imballaġġ għall-bejgħ, l-imballaġġ kollettiv u l-imballaġġ għat-trasport jiġu ddefiniti separatament. Jenħtieġ li tiġi evitata d-duplikazzjoni tat-terminoloġija. Għalhekk f'dan ir-Regolament l-imballaġġ għall-bejgħ jikkorrispondi għall-imballaġġ primarju, l-imballaġġ kollettiv jikkorrispondi għall-imballaġġ sekondarju u l-imballaġġ għat-trasport jikkorrispondi għall-imballaġġ terzjarju.

(11)

Jenħtieġ li t-tazzi, il-kontenituri tal-ikel, il-boroż tas-sandwiches jew oġġetti oħra li jistgħu jwettqu funzjoni ta' imballaġġ ma jitqisux bħala imballaġġ meta jkunu ddisinjati u maħsuba biex jinbiegħu vojta mid-distributur finali. Jenħtieġ li tali oġġetti jitqiesu biss bħala imballaġġ fejn ikunu ddisinjati u maħsuba biex jimtlew fil-punt tal-bejgħ, f'liema każ jitqiesu bħala “imballaġġ ta' servizz”, jew jinbiegħu mid-distributur finali b'ikel u xorb ġo fihom, dment li jwettqu funzjoni ta' imballaġġ.

(12)

Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' imballaġġ tal-produzzjoni primarja ma tinvolvix espansjoni tal-prodotti li qed jitqiesu li huma imballaġġ skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta' dik id-definizzjoni u l-użu tagħha fid-definizzjoni ta' “produttur” jiżguraw li l-persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel dak it-tip ta' imballaġġ disponibbli għall-ewwel darba titqies bħala l-produttur skont dan ir-Regolament u mhux in-negozji tas-settur primarju, bħal pereżempju l-bdiewa, li jużaw dak it-tip ta' imballaġġ.

(13)

Jenħtieġ li oġġett li jkun parti integrali minn prodott u huwa meħtieġ biex iżomm, isostni jew jippreżerva dak il-prodott matul il-ħajja tiegħu, u meta l-elementi kollha ta' dak l-oġġett ikunu maħsuba biex jintużaw, jiġu kkunsmati jew jintremew flimkien ma jitqiesx bħala imballaġġ peress li l-funzjonalità tiegħu tkun intrinsikament marbuta miegħu bħala parti mill-prodott. Madankollu, minħabba l-imġiba tal-konsumaturi fir-rigward tar-rimi ta' boroż tat-te u tal-kafè kif ukoll tal-unitajiet ta' porzjon wieħed għas-sistemi tal-kafè jew tat-te, li, fil-prattika, jintremew flimkien mar-residwi tal-prodott, li jwassal għall-kontaminazzjoni tal-flussi kompostabbli u tar-riċiklaġġ, jenħtieġ li dawk l-oġġetti speċifiċi jiġu ttrattati bħala imballaġġ. Dak l-approċċ huwa konformi mal-objettiv li jiżdied il-ġbir separat tal-bijoskart, kif mitlub mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE, u jiżgura l-koerenza fir-rigward tal-obbligi finanzjarji u operazzjonali ta' tmiem tal-ħajja. Jenħtieġ li ż-żebgħa, il-linka, il-verniċ, il-lacquers u l-adeżivi li jkunu ġew applikati direttament fuq prodott ma jitqisux bħala imballaġġ. Madankollu, jenħtieġ li tikketti mdendla direttament ma' prodott jew imwaħħla miegħu, inkluż tikketti li jwaħħlu mwaħħla fuq frott u ħxejjex, jitqiesu bħala imballaġġ, peress li, filwaqt li l-kolla fuq it-tikketta hija adeżiv, it-tikketta nnifisha mhijiex. Barra minn hekk, jenħtieġ li jekk materjal partikolari jirrappreżenta biss parti insinifikanti minn unità tal-imballaġġ, u fi kwalunkwe każ mhux aktar minn 5 % tal-massa totali tal-unità tal-imballaġġ, dik l-unità tal-imballaġġ ma titqiesx bħala imballaġġ kompost. Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' imballaġġ kompost f'dan ir-Regolament ma teżentax l-imballaġġ li jintuża darba biss magħmul parzjalment mill-plastik, irrispettivament mil-livell limitu, mir-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(14)

Jenħtieġ li imballaġġ jitqiegħed fis-suq biss jekk jikkonforma mar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati f'dan ir-Regolament jew b'konsegwenza tiegħu. Jenħtieġ li imballaġġ jitqies li tqiegħed fis-suq meta l-imballaġġ ikun tqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri ġie fornut mill-manifattur jew l-importatur għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk bla ħlas. B'hekk, imballaġġ li diġà tqiegħed fis-suq tal-Unjoni qabel id-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti rilevanti u fil-ħażniet tad-distributuri, inkluż il-bejjiegħa bl-imnut u l-bejjiegħa bl-ingrossa, ma jkollux għalfejn jissodisfa r-rekwiżiti tas-sostenibbiltà u t-tikkettar stipulati f'dan ir-Regolament jew b'konsegwenza tiegħu.

(15)

F'konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja biex jinkiseb l-aħjar eżitu ambjentali ġenerali, jenħtieġ li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikollhom l-għan li jnaqqsu l-volum u l-piż tal-imballaġġ imqiegħed fis-suq, u li jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, b’mod partikolari bil-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, l-evitar tal-imballaġġ meta dan ma jkunx meħtieġ, u ż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikollhom l-għan li jżidu l-użu tal-kontenut riċiklat fl-imballaġġ, b'mod partikolari fl-imballaġġ tal-plastik, fejn l-użu ta' kontenut riċiklat huwa baxx ħafna, billi jsaħħu s-sistemi ta' riċiklaġġ ta' kwalità għolja, u b'hekk iżidu r-rati tar-riċiklaġġ għall-imballaġġ kollu u jtejbu l-kwalità tal-materja prima sekondarja li tirriżulta filwaqt li jitnaqqsu forom oħra ta' rkupru u rimi finali.

(16)

F'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, li tqiegħed ir-rimi tal-iskart fil-landfills bħala l-inqas għażla ppreferuta, jenħtieġ li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikollhom l-għan li titnaqqas il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ fil-landfills.

(17)

Jenħtieġ li l-imballaġġ ikun iddisinjat, immanifatturat u kkummerċjalizzat b'tali mod li jippermetti l-użu mill-ġdid tiegħu għal kemm jista' jkun drabi jew ir-riċiklaġġ ta' kwalità għolja, u li jimminimizza l-impatt tiegħu fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti li jkun ġie ddisinjat għalihom. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-istabbiliment ta’ għadd minimu ta' rotazzjonijiet għall-imballaġġ riutilizzabbli għall-forom tal-imballaġġ li huma l-iktar użati għall-użu mill-ġdid.

(18)

F'konformità mal-objettivi tas-CEAP u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020“Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità” (“Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà”), u biex jiġu żgurati l-ġestjoni għaqlija tas-sustanzi kimiċi tul ċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u ħielsa minn sustanzi tossiċi, u meta titqies ir-rilevanza tal-imballaġġ fil-ħajja ta' kuljum, jenħtieġ li dan ir-Regolament jindirizza l-impatt tal-imballaġġ fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq l-ambjent u fuq il-prestazzjoni usa' tas-sostenibbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu, inkluż iċ-ċirkolarità, li jirriżultaw mill-preżenza ta' sustanzi ta' tħassib fiċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ, mill-manifattura sal-użu u tmiem il-ħajja, inkluż l-immaniġġar tal-iskart.

(19)

Meta jitqies il-progress xjentifiku u teknoloġiku, jenħtieġ li l-imballaġġ jiġi ddisinjat u mmanifatturat b'tali mod li tiġi limitata l-preżenza ta' ċerti metalli tqal u sustanzi oħra ta' tħassib fil-kompożizzjoni tiegħu. Kif hemm imsemmi fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, is-sustanzi ta' tħassib iridu kemm jista' jkun jiġu minimizzati u sostitwiti, billi jitneħħew gradwalment dawk l-aktar dannużi ta' użu mhux essenzjali fis-soċjetà, b'mod partikolari f'oġġetti ta' konsum. Għaldaqstant, jenħtieġ li sustanzi ta' tħassib bħala kostitwenti ta' materjal tal-imballaġġ jew ta' komponenti tal-imballaġġ jiġu minimizzati bl-objettiv li jiġi żgurat li l-imballaġġ, kif ukoll il-materjali riċiklati mill-imballaġġ, ma jkollhom ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom.

(20)

Is-sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS) huma grupp ta' eluf ta' sustanzi kimiċi sintetiċi li jintużaw ma' kullimkien fl-Unjoni kif ukoll fil-bqija tad-dinja f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet. Bħala tunnellaġġ ta' PFAS, il-materjal u l-imballaġġ li jiġi f'kuntatt mal-ikel huwa wieħed mill-aktar setturi rilevanti. Il-PFAS kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew huma persistenti ħafna minnhom infushom jew inkella jiddegradaw f'PFAS persistenti ħafna fl-ambjent. L-osservazzjoni speċifika ta' dawk il-punti aħħarin għas-saħħa tal-bniedem li jitqiesu tal-akbar tħassib wara l-esponiment fit-tul tal-bnedmin, jiġifieri l-karċinoġeniċità, il-mutaġeniċità, it-tossiċità riproduttiva, inkluż l-effetti fuq jew permezz tat-treddigħ, u t-tossiċità speċifika għall-organi fil-mira, turi li għadd kbir ta' PFAS għandhom klassifikazzjoni għal mill-inqas wieħed minn dawk il-punti aħħarin. Abbażi tal-proprjetajiet fiżiċi tal-PFAS, b'mod partikolari l-persistenza tagħhom, flimkien mal-effetti identifikati fuq is-saħħa ta' wħud mill-PFAS, il-PFAS jirrappreżentaw periklu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem.

(21)

Il-PFAS fil-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel inevitabbilment iwasslu għall-esponiment tal-bnedmin għall-PFAS. Minħabba n-natura bla livell limitu tal-perikli tal-PFAS, l-esponiment għall-PFAS minn materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel huwa riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem. Jenħtieġ għalhekk li l-PFAS ikunu ristretti fl-imballaġġ li jiġi f'kuntatt mal-ikel. Biex jiġu evitati duplikazzjonijiet mar-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-PFAS stipulati f'atti legali oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-ħtieġa li temenda jew tħassar ir-restrizzjoni tal-PFAS fl-imballaġġ li jiġi f'kuntatt mal-ikel stipulata f'dan ir-Regolament.

(22)

Il-bisfenol A (BPA) huwa kompost kimiku użat fil-manifattura ta' materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, pereżempju oġġetti tal-plastik tal-kċina riutilizzabbli jew kisi minn ġewwa għall-bottijiet, l-aktar bħala saff protettiv. L-esponiment għall-BPA, li jista' jseħħ permezz ta' migrazzjoni lejn ikel u xorb u inġestjoni sussegwenti mill-konsumaturi, jista' jkun ta' riskju għall-konsumaturi anke f'livelli baxxi, skont valutazzjoni ppubblikata fl-2023 mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA).

(23)

Fid-dawl tal-proċedura attwali dwar il-BPA, f'konformità mas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) dwar materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, mistennija tiġi adottata restrizzjoni fuq l-użu tal-BPA qabel tmien l-2024. Ladarba tiġi adottata, ir-restrizzjoni fuq l-użu tal-BPA ser tapplika għall-imballaġġ kollu tal-ikel u għal materjali oħra li jiġu f'kuntatt mal-ikel, b'perjodu ta' tranżizzjoni ġenerali ta' 18-il xahar.

(24)

Skont il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, kif ippreżentat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2021, jenħtieġ li l-politiki tal-Unjoni jkunu bbażati fuq il-prinċipju li tittieħed azzjoni preventiva f'ras il-għajn. Fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, il-Kummissjoni tenfasizza li jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 (10) u (KE) Nru 1272/2008 (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jissaħħu bħala l-bażijiet fundamentali għar-regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi fl-Unjoni u li dawn jiġu kkomplementati minn approċċi koerenti għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi fil-liġi settorjali eżistenti. Is-sustanzi fl-imballaġġ u fil-komponenti tal-imballaġġ huma għalhekk ristretti fis-sors u primarjament indirizzati fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 skont ir-regoli u l-proċeduri stipulati taħt it-Titolu VIII ta' dak ir-Regolament, sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent matul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza, inkluż fl-istadju tal-iskart. Għalhekk, jenħtieġ jitfakkar li dak ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 japplika għall-adozzjoni jew għall-emendar ta' restrizzjonijiet fuq sustanzi manifatturati għall-użu jew użati fil-produzzjoni tal-imballaġġ jew tal-komponenti tal-imballaġġ kif ukoll fuq it-tqegħid fis-suq ta' sustanzi preżenti fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ. Fir-rigward tal-imballaġġ fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, jenħtieġ jitfakkar li dak ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi ta' ikel f'imballaġġ. Barra minn hekk, jista' jkun li sustanzi fl-imballaġġ, f'komponenti tal-imballaġġ jew fl-iskart mill-imballaġġ ikunu wkoll suġġetti għal restrizzjonijiet stabbiliti f'atti legali oħra tal-Unjoni, pereżempju restrizzjonijiet u projbizzjonijiet stabbiliti għas-sustanzi niġġiesa organiċi persistenti skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(25)

Minbarra r-restrizzjonijiet applikabbli għall-materjali u l-oġġetti li jiġu f'kuntatt mal-ikel imsemmija fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004, huwa xieraq, għal raġunijiet ta' konsistenza, li jinżammu r-restrizzjonijiet eżistenti għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju u għall-kromu eżavalenti preżenti fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ.

(26)

Kundizzjonijiet għal derogi fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju u tal-kromu eżavalenti preżenti fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ huma stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/171/KE (13) u 2009/292/KE (14) adottati skont id-Direttiva 94/62/KE, u jenħtieġ li jinżammu f'dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni il-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tat-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet għal kwalunkwe wieħed minn dawk il-metalli stabbiliti f'dan ir-Regolament jew sabiex jiġu determinati l-kundizzjonijiet li taħthom it-totali tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk il-metalli ma għandux japplika għal materjal riċiklat jew għaċ-ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f’katina magħluqa u kkontrollata jew għal ċerti tipi ta’ imballaġġ jew formati ta’ imballaġġ. Abbażi tal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, jenħtieġ li l-istess konċentrazzjonijiet għas-sustanzi perikolużi japplikaw, bħala prinċipju, għal materjal verġni u riċiklat. Madankollu, jista' jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali fejn tkun meħtieġa deroga minn dak il-prinċipju. Jenħtieġ li dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw konċentrazzjonijiet differenti għall-materjal riċiklat meta mqabbla mal-materja prima primarja jkunu bbażati fuq analiżi skont il-każ. Jenħtieġ li, meta temenda l-eżenzjonijiet eżistenti fir-rigward tal-konċentrazzjoni taċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju u l-kromu eżavalenti, il-Kummissjoni tqis dak il-prinċipju.

(27)

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjoni tal-PFAS, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-użu ta' sustanzi għal raġunijiet ta' sikurezza kimika jew għal raġunijiet marbuta mas-sikurezza tal-ikel, sakemm ma jkunx hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, inkluż, iżda mhux biss, ir-restrizzjonijiet fuq iċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju u l-kromu eżavalenti li kienu diġà stabbiliti abbażi tad-Direttiva 94/62/KE u li jenħtieġ li jinżammu f'dan ir-Regolament, peress li restrizzjonijiet bħal dawn huma indirizzati f'atti legali oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ ukoll, madankollu, li jippermettu restrizzjoni, primarjament għal raġunijiet għajr is-sikurezza kimika jew tal-ikel, fuq sustanzi preżenti fl-imballaġġ u fil-komponenti tal-imballaġġ jew użati fil-proċessi tal-manifattura tagħhom, li jaffettwaw b'mod negattiv is-sostenibbiltà tal-imballaġġ, b'mod partikolari fir-rigward taċ-ċirkolarità tiegħu, speċjalment proċessi ta' użu mill-ġdid jew ta' riċiklaġġ.

(28)

L-imballaġġ iddisinjat bl-objettiv li jiġi riċiklat, ladarba jsir skart mill-imballaġġ, huwa wieħed mill-aktar modi effiċjenti biex tittejjeb iċ-ċirkolarità tal-imballaġġ u jiżdiedu r-rati tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-użu ta' kontenut riċiklat fl-imballaġġ. L-industrija, permezz ta’ skemi volontarji tal-industrija, u xi Stati Membri stabbilew id-disinn tal-imballaġġ għall-kriterji tar-riċiklaġġ għal għadd ta' formati tal-imballaġġ għall-fini tal-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Sabiex jiġu pprevenuti l-ostakli fis-suq intern u biex l-industrija tiġi pprovduta b'kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, u bl-objettiv li tiġi promossa s-sostenibbiltà tal-imballaġġ, huwa importanti li jiġu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji fir-rigward tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ billi jiġu armonizzati l-kriterji u l-metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ abbażi ta' metodoloġija ta' disinn għar-riċiklaġġ fil- livell tal-Unjoni. Sabiex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fis-CEAP li, sal-2030, jenħtieġ li l-imballaġġ kollu jkun riċiklabbli b'mod ekonomikament vijabbli, l-imballaġġ riċiklabbli jenħtieġ li jkun iddisinjat għar-riċiklaġġ tal-materja u, meta jsir skart, ikun jista’ jinġabar separatament, jiġi sseparat fi flussi speċifiċi ta’ skart mingħajr ma tiġi affettwata r-riċiklabbiltà ta’ flussi oħra ta’ skart u jiġi rriċiklat fuq skala kbira. Jenħtieġ li r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ tiġi espressa fi gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà stabbiliti abbażi tal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ mill-2030 u abbażi kemm tal-kriterjia tad-disinn għar-riċiklaġġ u kemm tal-kriterji tad-disinn għar-riċiklat fuq skala kbira mill-2035 għall-kategoriji tal-imballaġġ kif elenkati fl-Anness II u espressi fi gradi A, B jew C. Jenħtieġ li l-imballaġġ ta’ dawk il-gradi jkun jista' jitqies bħala riċiklabbli u, konsegwentement, jitħalla jitqiegħed fis-suq. Jenħtieġ li l-imballaġġ inferjuri għall-grad C jitqies teknikament mhux riċiklabbli u t-tqegħid tiegħu fis-suq tkun ristretta. Madankollu, jenħtieġ li l-imballaġġ jikkonforma ma' dawk il-kriterji mill-1 ta' Jannar 2030 biss sabiex l-operaturi ekonomiċi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw. Jenħtieġ li, mill-1 ta' Jannar 2038, l-imballaġġ ikun mill-inqas tal-grad B biex jitqiegħed fis-suq.

(29)

Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' riċiklaġġ ta' materjal f'dan ir-Regolament tikkomplementa d-definizzjonijiet ta' riċiklaġġ u rkupru ta' materjal mogħtija fid-Direttiva 2008/98/KE. Ir-riċiklaġġ tal-materjal iżomm ir-riżorsi fiċ-ċirkolazzjoni fl-ekonomija tal-materjali u għalhekk jenħtieġ li ma jinkludix it-trattament bijoloġiku tal-iskart. Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' riċiklaġġ tal-materjal ma taffettwax il-kalkolu tal-miri tar-riċiklaġġ stabbiliti għall-Istati Membri skont dan ir-Regolament. Dawk il-miri u l-kalkolu tagħhom huma bbażati fuq id-definizzjoni ta' riċiklaġġ mogħtija fid-Direttiva 2008/98/KE.

(30)

Riċiklaġġ ta' kwalità għolja jimplika li l-materjali riċiklati, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ppreservati tagħhom, huma ta' kwalità ekwivalenti jew ogħla meta mqabbla mal-materjal oriġinali u jistgħu jintużaw bħala sostitut għall-materja prima primarja għall-imballaġġ jew applikazzjonijiet simili. Il-materjal riċiklat jista' jiġi riċiklat diversi drabi. Sabiex tkun tista' ssir il-produzzjoni ta' materja prima riċiklata ta' kwalità għolja, il-ġbir ta' skart mill-imballaġġ isseparat kif xieraq huwa kruċjali. Id-differenza bejn ir-riċiklaġġ tal-materjal u r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja hija li fir-riċiklaġġ tal-materjal il-materjal tal-imballaġġ jiġi rriċiklat f'materjali, filwaqt li fir-riċiklaġġ ta' kwalità għolja l-materjal tal-imballaġġ jiġi rriċiklat f'materjali ta' tali kwalità li dawk il-materjali jkunu jistgħu jintużaw bl-istess grad ta’ kwalità għal imballaġġ jew għal applikazzjonijiet oħra fejn il-kwalità tal-materjal riċiklat tibqa' tinżamm.

(31)

Il-fatt li jkun twettaq disinn għall-valutazzjoni tar-riċiklaġġ ma jiżgurax, fih innifsu, li l-imballaġġ jiġi rriċiklat fil-prattika. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita metodoloġija uniformi u mekkaniżmu ta' katina ta' kustodja li jiżgura li l-iskart mill-imballaġġ jiġi rriċiklat b'mod effettiv fuq skala kbira, abbażi ta' proċessi ta' ġbir separat stabbiliti tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u ta' proċessi stabbiliti ta' separazzjoni u riċiklaġġ li diġà tħaddmu b'suċċess f'ambjent operazzjonali. Konsegwentement, mill-2035, jenħtieġ li ssir valutazzjoni ġdida bbażata fuq il-kwantità, jiġifieri l-piż, tal-materjal riċiklat b'mod effettiv minn kull waħda mill-kategoriji tal-imballaġġ skont il-metodoloġija u l-livelli limitu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-livelli limitu għall-materjal riċiklat fuq skala kbira jiġu stabbiliti billi titqies il-mira għall-kwantità annwali ta' materjal riċiklat prevista f'dan ir-Regolament. Sal-2030, l-Istati Membri huma mistennija li jkunu diġà rrapurtaw lill-Kummissjoni l-ewwel data dwar il-kwantitajiet ta' skart mill-imballaġġ riċiklat skont il-kategorija tal-imballaġġ għall-finijiet ta' monitoraġġ. Jenħtieġ li l-produtturi, fil-każ ta' twettiq individwali tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigati bl-issodifar ta' dawk l-obbligi jew l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, fil-każ fejn l-awtoritajiet pubbliċi jkunu responsabbli mill-organizzazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, jiżguraw li l-iskart mill-imballaġġ jinġabar separatament, jiġi sseparat u l-materjal jiġi rriċiklat f'infrastruttura installata, bl-użu ta' proċessi stabbiliti li diġà tħaddmu b'suċċess f'ambjent operazzjonali, u jenħtieġ li jipprovdu lill-manifattur bid-dokumentazzjoni teknika kollha li turi li dak l-imballaġġ jiġi rriċiklat fuq skala kbira.

(32)

Sabiex jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar id-disinn tal-imballaġġ biex tiġi żgurata r-riċiklabbiltà tiegħu, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, l-istabbiliment ta’ kif għandha titwettaq il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà u jiġi espress ir-riżultat tagħha, l-istabbiliment ta’ deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-konformità ta’ kull kategorija ta’ imballaġġ mal-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà rispettivi tagħha, l-istabbiliment ta’ qafas dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom, kif ukoll l-emendar tal-Annessi relatati ta’ dan ir-Regolament.

(33)

Sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni fl-imballaġġ, jenħtieġ li l-imballaġġ li jippreżenta karatteristiċi innovattivi li jirriżultaw f'titjib sinifikanti fil-funzjoni ewlenija tal-imballaġġ u li jkollu benefiċċji ambjentali li jistgħu jintwerew jingħata żmien addizzjonali biex jikkonforma mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà. Jenħtieġ li l-karatteristiċi innovattivi jkunu ġustifikati, speċjalment fir-rigward tal-użu ta' materjali ġodda, u li l-istabbiliment ippjanat ta' perkors għar-riċiklaġġ jiġi spjegat fid-dokumentazzjoni teknika li takkumpanja l-imballaġġ. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tintuża biex, fost oħrajn, fejn ikun meħtieġ, jiġu emendati l-atti ta' implimentazzjoni dwar il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ. Jenħtieġ li l-operatur ekonomiku jinnotifika wkoll lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti qabel ma jqiegħdu imballaġġ innovattiv fis-suq.

(34)

Sabiex jiġu protetti s-saħħa u s-sikurezza tal-bnedmin u tal-annimali, minħabba n-natura tal-prodotti fl-imballaġġ u r-rekwiżiti relatati, jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà ma jkunux obbligatorji għall-imballaġġ immedjat f’konformità mad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), li jkun f'kuntatt dirett mal-prodott mediċinali, kif ukoll l-imballaġġ ta' barra kif definit f'dawk l-atti leġiżlattivi f'każijiet fejn tali imballaġġ ikun meħtieġ għal konformità ma' rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppreservata l-kwalità tal-prodott mediċinali. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà ma jkunux obbligatorji għal imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt għal apparat mediku kopert mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt għal apparat mediku dijanjostiku in vitro kopert mir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt għal ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u ikel għal finijiet mediċi speċjali koperti mir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) jew għal imballaġġ użat għat-trasport ta' oġġetti perikolużi f’konformità mad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Jenħtieġ li l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul minn injam ħafif, sufra, tessuti, gomma, ċeramika jew porċellana jiġi eżentat ukoll, peress li dawk il-materjali jitqiegħdu fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna, jiġifieri kull kategorija tammonta għal inqas minn 1 % tal-piż tal-imballaġġ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni. L-obbligu li jitħallsu kontribuzzjonijiet finanzjarji skont ir-responsabbiltà estiża tal-produttur jenħtieġ li ma jkunx kopert minn dik l-eżenzjoni.

(35)

Xi Stati Membri qegħdin jieħdu azzjoni biex jinkoraġġixxu r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ permezz tal-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Inizjattivi bħal dawn meħuda fil-livell nazzjonali jistgħu joħolqu inċertezza regolatorja għall-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari dawk li jfornu imballaġġ f'diversi Stati Membri. Fl-istess ħin, il-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur hija strument ekonomiku effettiv biex jinċentiva disinn tal-imballaġġ aktar sostenibbli li jwassal għal imballaġġ riċiklabbli aktar faċilment filwaqt li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu armonizzati l-kriterji għall-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà miksub permezz tal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà, filwaqt li ma jiġux stabbiliti l-ammonti reali ta' tariffi bħal dawn. Peress li jenħtieġ l-kriterji jkunu relatati mal-kriterji dwar ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta kriterji armonizzati bħal dawn fl-istess ħin li tistabbilixxi l-kriterji dettaljati tad-disinn għar-riċiklaġġ għal kull kategorija tal-imballaġġ.

(36)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolarità tal-imballaġġ, jenħtieġ li l-imballaġġ jiġi ddisinjat u mmanifatturat b'tali mod li jippermetti aktar sostituzzjoni ta' materja prima primarja b'materjali riċiklati. Iż-żieda fl-użu tal-materjali riċiklati ssostni l-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari bi swieq li jiffunzjonaw tajjeb għall-materjali riċiklati, tnaqqas il-kostijiet, id-dipendenzi u l-impatti ambjentali negattivi relatati mal-użu ta' materja prima primarja, u tippermetti użu aktar effiċjenti tar-riżorsi għall-materjali. Fir-rigward tal-materjali differenti tal-imballaġġ, il-kontribut l-aktar baxx tal-materjali riċiklati jinsab fl-imballaġġ tal-plastik. Sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati bl-aktar mod xieraq, huwa meħtieġ li jiżdied l-użu tal-plastik riċiklat billi jiġu stabbiliti miri obbligatorji għall-kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik f'livelli differenti skont is-sensittività għall-kuntatt (21) tal-applikazzjonijiet differenti tal-imballaġġ tal-plastik u billi jiġi żgurat li dawk il-miri jsiru vinkolanti sal-2030. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolarità tal-imballaġġ fuq bażi inkrementali, jenħtieġ li japplikaw miri miżjuda mill-2040.

(37)

Jenħtieġ li l-materjal tal-karta li jirriżulta mill-proċess tat-tagħġin tal-injam ma jitqiesx fid-definizzjoni ta' plastik skont dan ir-Regolament.

(38)

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, u biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-provvista jew għas-sikurezza tal-prodotti mediċinali u tal-apparat mediku, jenħtieġ li ċerti tipi ta' imballaġġ tal-plastik jiġu esklużi mill-obbligu li jkollhom kontenut riċiklat minimu. Dawk it-tipi ta' imballaġġ tal-plastik huma l-imballaġġ immedjat kif definit fid- Direttiva 2001/83/KE u fir- Regolament (UE) 2019/6, l-imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt għal apparat mediku kopert mir-Regolament (UE) 2017/745, l-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt għal apparati mediku dijanjostiku in vitro kopert mir-Regolament (UE) 2017/746, l-imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt għal ikel maħsub biss għat-trabi u għat-tfal żgħar u l-imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali kopert mir-Regolament (UE) Nru 609/2013. Jenħtieġ li dik l-esklużjoni tapplika wkoll għall-imballaġġ ta' barra ta' prodotti mediċinali għall-bniedem u veterinarji kif definit fir-Regolament (UE) 2019/6 u d-Direttiva 2001/83/KE f'każijiet fejn l-imballaġġ irid jikkonforma ma' rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppreservata l-kwalità tal-prodott mediċinali.

(39)

Sabiex jintlaħqu l-miri għall-integrazzjoni tal-kontenut riċiklat skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika, mhux aktar tard minn 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, rieżami tal-istat tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-prestazzjoni ambjentali tal-imballaġġ tal-plastik b'bażi bijoloġika u, fejn ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva b'rekwiżiti u miri ta' sostenibbiltà.

(40)

Sabiex jiġu prevenuti ostakli fis-suq intern u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jiżguraw li kwalunkwe parti tal-plastik fl-imballaġġ ikun fiha ċertu perċentwal minimu ta' kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur, skont it-tip u l-format tal-imballaġġ kif imsemmi f'dan ir-Regolament, ikkalkulat bħala medja għal kull impjant tal-manifattura u s-sena.

(41)

L-użu tal-impjant tal-manifattura bħala bażi għall-kalkolu jipprovdi lill-manifattur tal-imballaġġ xi ftit flessibbiltà biex jilħaq il-perċentwal minimu ta' kontenut riċiklat. Jenħtieġ li referenza għall-impjant tal-manifattura tinftiehem biss bħala faċilità industrijali waħda fejn jiġi manifatturat l-imballaġġ.

(42)

Jenħtieġ li jkun hemm inċentiv għall-operaturi ekonomiċi biex iżidu l-kontenut riċiklat fil-parti tal-plastik tal-imballaġġ. Mezz wieħed biex jinkiseb dan huwa li tiġi żgurata l-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur abbażi tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat fl-imballaġġ. Jenħtieġ li l-modulazzjoni tat-tariffi f'każijiet bħal dawn tkun ibbażata fuq regoli komuni għall-kalkolu u għall-verifika tal-kontenut riċiklat li jinsab f'imballaġġ bħal dan. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iżommu sistemi eżistenti li jagħtu aċċess minn qabel u ġust għal materjal riċiklat sabiex jintlaħqu l-miri minimi ta' kontenut riċiklat dment li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jingħata aċċess prijoritarju bil-prezzijiet tas-suq għall-materjali riċiklati u li l-kwantità ta' materjali riċiklati li jingħata aċċess prijoritarju għalihom tkun tikkorrispondi għall-kwantità ta' imballaġġ imqiegħda għad-dispożizzjoni mill-operatur ekonomiku fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat f’perjodu ta' żmien speċifikat.

(43)

Jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kalkolu u l-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat miksub mill-irkupru tal-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur, ikkalkolat skont it-tip u l-format tal-imballaġġ bħala medja skont l-impjant tal-manifattura u s-sena, filwaqt li jitqies l-impatt ambjentali tal-proċess ta' riċiklaġġ, kif ukoll sabiex tistabbilixxi l-format għad-dokumentazzjoni teknika.

(44)

Sabiex jiġi pprovdut suq intern għar-riċiklaġġ ta' kwalità għolja tal-plastik u l-użu ta' materja prima sekondarja, jenħtieġ li kwalunkwe parti tal-plastik f'imballaġġ imqiegħed fis-suq ikun fiha ċertu perċentwal minimu ta' kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur, skont it-tip u l-format tal-imballaġġ kif imsemmija f'dan ir-Regolament, ikkalkulat bħala medja skont l-impjant tal-manifattura u s-sena. Jenħtieġ li t-tip ta' imballaġġ jinftiehem bħala li jirreferi għall-polimeru predominanti li l-imballaġġ huwa magħmul minnu, filwaqt li l-format tal-imballaġġ jinftiehem bħala li jirreferi għad-daqs u l-forma ta' unità ta' imballaġġ speċifika.

(45)

Għal diversi raġunijiet, huwa meħtieġ livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija. L-ewwel nett, it-tibdil fil-klima huwa fenomenu globali li ma għandux konfini u l-effetti tiegħu ma għandhomx rabta diretta mas-sors tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra: pajjiżi b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra jistgħu jħossu effetti tat-tibdil fil-klima li jkunu sproporzjonati meta jitqabblu mal-kontributi individwali tagħhom għall-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra. It-tieni, is-sistemi tal-ilma huma interkonnessi, pereżempju permezz ta' kurrenti oċeaniċi, u l-esperjenza mill-imgħoddi turi li t-tniġġis, inkluż it-tniġġis mill-iskart tal-plastik, li jseħħ f'parti waħda tal-pjaneta jista' jinfirex b'mod estensiv għal oċeani u kontinenti oħra. It-tielet, l-emissjonijiet fil-ħamrija jista' jkollhom effetti mhux biss lokali, iżda wkoll transkonfinali, speċjalment meta dawk l-emissjonijiet jidħlu fil-passaġġi tal-ilma. Il-promozzjoni tal-użu tal-kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik hija bbażata fuq il-premessa li l-kontenut riċiklat innifsu ġie prodott b'mod ambjentalment sostenibbli, sabiex titnaqqas l-impronta tal-karbonju u titħeġġeġ l-ekonomija ċirkolari. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-mod kif jinkiseb il-kontenut riċiklat ma jxejjinx il-benefiċċji ambjentali tal-użu ta' dak il-kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik sussegwenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwistjonijiet ambjentali relatati jiġu indirizzati b'mod nondiskriminatorju kemm fir-rigward tal-imballaġġ tal-plastik prodott domestikament kif ukoll fir-rigward ta' dak importat. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-oġġetti impurtati fl-Unjoni jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet ekwivalenti fir-rigward tal-emissjonijiet u l-ġbir separat u l-kriterji ta' sostenibbiltà għat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ.

(46)

Il-ġbir separat tal-iskart tal-plastik huwa essenzjali, peress li għandu impatt dirett u pożittiv fuq ir-rata tal-ġbir, fuq il-kwalità tal-materjal miġbur u fuq il-kwalità tal-materjal riċiklat. Jippermetti riċiklaġġ ta' kwalità għolja u jagħti spinta lill-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità. Il-mixja lejn “soċjetà ta' riċiklaġġ” tgħin biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart u tħeġġeġ l-użu tal-iskart bħala riżorsa, waqt li tevita li r-riżorsi jinqabdu fil-livelli l-baxxi tal-ġerarkija tal-iskart b'effetti ħżiena fuq l-ambjent u b'nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart ambjentalment korrett. Ġbir separat jevita wkoll it-taħlit bejn skart perikoluż u mhux perikoluż, jiżgura s-sikurezza tal-iskart u tal-vjeġġi tiegħu, u jevita t-tniġġis, kif previst mir-regoli internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-kontroll tal-moviment barra l-konfini ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu (22) tat-22 ta' Marzu 1989, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (23), il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar bir-Rimi ta' Skart u Materjal Ieħor, magħmula f’Londra fid-29 ta' Diċembru 1972, u l-Protokoll tagħha tal-1996, u l-Anness V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (MARPOL), kif modifikat mill-Protokoll relatat tal-1978.

(47)

Barra minn hekk, id-diskussjonijiet fil-livell internazzjonali fil-laqgħat differenti tal-Kumitat Intergovernattiv ta' Negozjar biex jiġi żviluppat strument internazzjonali legalment vinkolanti dwar it-tniġġis mill-plastik, inkluż fl-ambjent tal-baħar taħt l-awspiċji tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (“INC dwar it-Tniġġis mill-Plastik”), urew fil-livell internazzjonali l-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni dwar il-ġbir separat tal-plastik biex jiġu limitati l-impatti ambjentali tiegħu u tissaħħaħ l-ekonomija ċirkolari sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart u jitnaqqas l-isfruttament tar-riżorsi naturali. Urew ukoll ir-rieda tal-partijiet kontraenti li jadottaw miżuri f'dik id-direzzjoni. Il-Konvenzjoni fuq it-tniġġis tal-arja transkonfinali fuq distanza kbira (24), magħmula f’Ġeneva fl-14 ta’ Novembru 1979, tirrikjedi li l-partijiet għal dik il-Konvenzjoni jipproteġu l-ambjent mit-tniġġis tal-arja u jagħmlu ħilithom biex jillimitaw u, kemm jista' jkun, inaqqsu gradwalment u jipprevjenu t-tniġġis tal-arja, inkluż it-tniġġis tal-arja transkonfinali fuq distanza kbira. Skont il-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu ta' passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali (25), magħmula f’Helsinki fis-17 ta’ Marzu 1992, il-partijiet huma meħtieġa jieħdu miżuri biex jipprevjenu, jikkontrollaw u jnaqqsu kwalunkwe impatt transkonfinali tat-tniġġis tal-ilma. F'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Rio tal-1992 tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, jenħtieġ li, fil-prinċipju, min iniġġes iġarrab l-ispejjeż tat-tniġġis. B'hekk, jenħtieġ li l-attivitajiet industrijali bħar-riċiklaġġ tal-plastik jimxu id f'id mal-miżuri ta' prevenzjoni u tnaqqis tat-tniġġis.

(48)

L-objettiv ambjentali tat-tħeġġeġ tal-użu ta' materjali rkuprati mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur jeħtieġ li r-riċiklaġġ tal-plastik isir b'mod li jimminimizza t-tniġġis li jirriżulta. Jekk dan ma jseħħx, l-emissjonijiet tat-tniġġis industrijali matul ir-riċiklaġġ inaqqsu jew jeliminaw il-valur miżjud għall-ambjent tat-tħeġġiġ tal-użu tal-plastik riċiklat. Jenħtieġ li jiġu żviluppati kriterji ta' sostenibbiltà fir-rigward tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ għall-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur. Jenħtieġ li dawn jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija, u tal-effiċjenza fir-riżorsi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji ta' sostenibbiltà fir-rigward tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ għall-plastik. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-riċiklaġġ isir b'mod ambjentalment korrett, li jwassal għal kwalità għolja tal-proċessi u l-prodotti tar-riċiklaġġ u jiżgura standards għolja għas-settur tar-riċiklaġġ. Billi jiżgura l-livell xieraq ta' sostenibbiltà tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ u, konsegwentement, tal-materjal riċiklat, it-tħeġġiġ tal-użu ta' kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik isir miżura responsabbli favur l-ambjent. Id-diskussjonijiet matul il-laqgħat tal-Kumitat Intergovernattiv ta' Negozjar dwar it-Tniġġis mill-Plastik enfasizzaw ukoll l-importanza li jiġi żgurat li t-teknoloġiji tar-riċiklaġġ joperaw b'mod ambjentalment korrett.

(49)

Jenħtieġ li l-metodoloġija għall-valutazzjoni, il-verifika u ċ-ċertifikazzjoni, inkluż permezz ta' awditu minn parti terza, tal-ekwivalenza tar-regoli applikati fejn il-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur jiġi riċiklat jew miġbur f'pajjiż terz tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija, waqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li r-riċiklaġġ isir b'mod ambjentalment korrett, il-possibbiltà li jiġi żgurat riċiklaġġ ta' kwalità għolja, il-livell tal-istandards tal-kwalità għas-settur tar-riċiklaġġ, u l-livell ta' effiċjenza fir-riżorsi. Dawk il-kunsiderazzjonijiet huma kruċjali biex tinkiseb iċ-ċirkolarità tar-riżorsi, u b'hekk tonqos il-pressjoni fuq riżorsi naturali eżawribbli. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabilixxi dik il-metodoloġija.

(50)

Il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel li fihom plastik riċiklat iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1616 (26), inkluż rekwiżiti dwar it-teknoloġiji tar-riċiklaġġ. Fir-rigward tal-imballaġġ tal-plastik, ħlief meta dak l-imballaġġ ikun magħmul mill-polietilentereftalat (PET), huwa xieraq li tiġi vvalutata mill-ġdid id-disponibbiltà ta' teknoloġiji tar-riċiklaġġ xierqa għal tali imballaġġ tal-plastik fi żmien biżżejjed qabel id-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti relatati għall-kontenut riċiklat. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tkopri wkoll l-istat tal-awtorizzazzjoni skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni u l-installazzjoni fil-prattika ta' tali teknoloġija. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, jista' jkun hemm bżonn li jkunu previsti derogi mir-rekwiżiti tal-kontenut riċiklat għall-imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt speċifiku jew li tiġi emendata l-lista ta’ eċċezzjonijiet stabbilita f’dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE.

(51)

Sabiex jitqiesu r-riskji relatati ma' provvista insuffiċjenti possibbli ta' skart tal-plastik speċifiku għar-riċiklaġġ li jista' jwassal għal prezzijiet eċċessivi jew għal effetti negattivi fuq is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-aġġustament tal-perċentwali minimi tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur. Fl-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni ta' att delegat bħal dak, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta talbiet motivati sew minn persuni fiżiċi u ġuridiċi.

(52)

Għal materjali għajr il-plastik, bħall-ħġieġ jew l-aluminju, ix-xejra li l-materja prima primarja tiġi sostitwita b'materjal riċiklat hija evidenti u mistennija li tkompli minħabba l-iżvilupp fl-ambjent legali u ekonomiku u l-aspettattivi tal-konsumaturi. Madankollu, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-użu tal-kontenut riċiklat f'materjali tal-imballaġġ għajr il-plastik u tivvaluta l-adegwatezza tal-proposta li jiġu stabbiliti miżuri ulterjuri, inkluż l-istabbiliment ta' miri, bl-għan li jiżdied l-użu ta' kontenut riċiklat fl-imballaġġ għajr l-imballaġġ tal-plastik.

(53)

Il-fluss ta' skart tal-bijoskart spiss ikun ikkontaminat bi plastik konvenzjonali u l-flussi tar-riċiklaġġ tal-materjal spiss ikunu kkontaminati bi plastik kompostabbli. Din il-kontaminazzjoni inkroċjata twassal għal ħela ta' riżorsi u għal materja prima sekondarja ta' kwalità inferjuri u jenħtieġ li tiġi pprevenuta fis-sors. Minħabba dik il-kwistjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jispeċifikaw l-immaniġġar xieraq tal-iskart fit-territorju tagħhom għall-imballaġġ kompostabbli. Peress li r-rotta xierqa tar-rimi għall-imballaġġ tal-plastik kompostabbli qiegħda tikkonfondi dejjem aktar lill-konsumaturi, huwa ġustifikat u meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari u komuni dwar l-użu tal-imballaġġ tal-plastik kompostabbli, u li dan isir obbligatorju biss meta l-użu tiegħu jkollu benefiċċju ċar għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-użu tal-imballaġġ kompostabbli jgħin biex jinġabar jew jintrema l-bijoskart, pereżempju għal prodotti li għalihom is-separazzjoni bejn il-kontenut u l-imballaġġ tkun partikolarment kumplessa, bħall-boroż tat-te.

(54)

Għall-applikazzjonijiet limitati tal-imballaġġ magħmula minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli, hemm benefiċċju ambjentali li jista' jintwera b'mod ċar fl-użu tal-imballaġġ kompostabbli li jidħol f'impjanti tal-ikkompostjar, inkluż faċilitajiet tad-diġestjoni anaerobika f'kundizzjonijiet ikkontrollati. Barra minn hekk, meta Stati Membru japplika l-Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2008/98/KE u jkun hemm disponibbli skemi xierqa għall-ġbir tal-iskart u infrastrutturi xierqa tat-trattament tal-iskart f'dak l-Istat Membru, jenħtieġ li jkun hemm flessibbiltà għal dak l-Istat Membru biex jiddeċiedi jekk jippermettix it-tqegħid għad-dispożizzjoni fit-territorju tiegħu għall-ewwel darba ta' imballaġġ kompostabbli għall-unitajiet ta' porzjon wieħed tal-kafè, tat-te jew ta' sistema oħra tax-xorb li jkunu magħmula minn materjal tal-imballaġġ għajr il-metall, u basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, basktijiet tal-plastik ħfief u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fit-territorju tiegħu għall-ewwel darba ta’ imballaġġ ieħor li kien soġġett għal rekwiżit li jkun kompostabbli qabel id-data ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat li l-konsumatur jikkonfondi dwar ir-rotta korretta tar-rimi, u filwaqt li jitqies il-benefiċċju ambjentali taċ-ċirkolarità tal-karbonju, jenħtieġ li l-imballaġġ l-ieħor kollu jidħol fir-riċiklaġġ tal-materjal u d-disinn ta' tali imballaġġ jiżgura li ma jaffettwax ir-riċiklabbiltà ta' flussi oħra ta' skart.

(55)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-iskart bijodegradabbli ma jwassalx għall-preżenza ta' kontaminanti fil-kompost prodott. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 13432:2000 “Imballaġġ - Rekwiżiti għall-imballaġġ rekuperabbli bl-ikkompostjar u l-bijodegradazzjoni - Skema ta' ttestjar u kriterji ta' evalwazzjoni għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ” jiġu riveduti fir-rigward tal-ħinijiet tal-ikkompostjar, il-livelli permissibbli ta' kontaminazzjoni u r-restrizzjonijiet fuq ir-rilaxx ta' mikroplastik biex dawk il-materjali jkunu jistgħu jiġu pproċessati b'mod xieraq f'faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart. Barra minn hekk, jenħtieġ li fl-Unjoni jiġi stabbilit standard simili għall-ikkompostjar domestiku.

(56)

Kif deskritt fil-“qafas ta' politika tal-UE dwar plastiks b'bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli”, ippreżentat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2022, il-konformità mal-istandards għall-ikkompostjar industrijali ma timplikax dekompożizzjoni fl-ikkompostjar domestiku. Fl-ikkompostjar industrijali, il-kundizzjonijiet meħtieġa huma temperaturi għolja u livelli għolja ta' umdità. Fl-ikkompostjar domestiku, li jsir minn individwi privati, inkluż f'komunitajiet, il-kundizzjonijiet reali jiddependu ħafna miċ-ċirkostanzi klimatiċi lokali u l-prattiki tal-konsumatur. Għalhekk, hemm ir-riskju li l-bijodegradazzjoni fl-ikkompostjar domestiku tkun aktar bil-mod milli fl-ikkompostjar industrijali, jew li ma tkunx kompluta. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-ikkompostjar domestiku għall-imballaġġ tal-plastik jitqies biss għal applikazzjonijiet speċifiċi u fil-kuntest ta' kundizzjonijiet lokali speċifiċi taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet rilevanti.

(57)

Meta jkun iġġustifikat u xieraq minħabba żviluppi teknoloġiċi u regolatorji li jkollhom impatt fuq ir-rimi tal-plastik kompostabbli, u fil-kundizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw li l-użu ta' materjal bħal dan ikun ta' benefiċċju għas-saħħa ambjentali u tal-bniedem, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta, fejn ikun xieraq, proposta leġiżlattiva biex temenda l-lista tal-imballaġġ li huwa permess ikun kompostabbli.

(58)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-imballaġġ kompostabbli skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li tkun prevista l-preżunzjoni ta' konformità għall-imballaġġ kompostabbli li jkun konformi mal-istandards armonizzati adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-preżunzjoni tapplikax, jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti, f'konformità mal-aħħar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi. Jenħtieġ li l-parametri, inkluż iż-żmien tal-ikkompostjar u l-livelli ammissibbli ta' kontaminazzjoni, jirriflettu l-kundizzjonijiet reali fil-faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart, inkluż il-proċessi tad-diġestjoni anaerobika. L-istandard attwali għall-ikkompostjar industrijali ma jistax iservi bħala bażi għall-preżunzjoni tal-konformità, peress li dak l-istandard jeħtieġ jiġi rivedut u sostitwit b'verżjoni aġġornata. Madankollu, sakemm ikun hemm disponibbli standard armonizzat ġdid, jew aġġornat, l-istandard attwali jista' jintuża bħala gwida. Fir-rigward tal-imballaġġ kompostabbli domestiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob li tiġi żviluppata standardizzazzjoni EN kif xieraq.

(59)

L-imballaġġ kollu maħsub biex jiġi f'kuntatt mal-ikel jew li diġà huwa f'kuntatt mal-ikel, inkluż l-imballaġġ kompostabbli, irid jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Fejn ikun xieraq, jenħtieġ li jkun possibbli l-użu tad-dokumentazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-atti legali tal-Unjoni dwar materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel bħala parti mill-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament.

(60)

Jenħtieġ li l-imballaġġ ikun iddisinjat b'tali mod li jimminimizza l-volum u l-piż tiegħu u li jippermetti r-riċiklabbiltà filwaqt li jżomm il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet tal-imballaġġ. Jenħtieġ li l-manifattur jivvaluta l-imballaġġ skont il-kriterji tal-prestazzjoni elenkati f'dan ir-Regolament. Bil-ħsieb tal-objettivi ta' dan ir-Regolament li jitnaqqsu l-imballaġġ u l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, u li tittejjeb iċ-ċirkolarità tal-imballaġġ fis-suq intern kollu, huwa xieraq li l-kriterji attwali jiġu ssupplimentati u ċċarati aktar u jsiru aktar stretti. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-kriterji tal-prestazzjoni tal-imballaġġ, kif elenkati fl-istandard armonizzat EN 13428:2004 “Imballaġġ - Rekwiżiti speċifiċi għall-manifattura u għall-kompożizzjoni - Prevenzjoni permezz tat-tnaqqis fis-sors”, tiġi modifikata. Madankollu, sakemm isir disponibbli standard armonizzat ġdid jew aġġornat, jista' jintuża l-istandard eżistenti EN 13428:2004. Filwaqt li l-kummerċjalizzazzjoni u l-aċċettazzjoni mill-konsumatur jibqgħu rilevanti għad-disinn tal-imballaġġ, jenħtieġ li dawn ma jkunux parti minn kriterji tal-prestazzjoni li waħedhom jiġġustifikaw il-piż u l-volum tal-imballaġġ addizzjonali tagħhom stess. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jikkompromettix l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għall-prodotti artiġjanali u industrijali u l-prodotti agrikoli u tal-ikel li jkunu rreġistrati u protetti skont l-iskema tal-UE ta' protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, bħala parti mill-objettiv tal-Unjoni li tipproteġi l-wirt kulturali u l-għarfien tradizzjonali, inkluż skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) għall-inbid, ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) għax-xorb spirituż jew ir-Regolament (UE) 2023/2411 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) għall-prodotti artiġjanali u industrijali jew koperti mill-iskemi tal-kwalità msemmijin fir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). Jenħtieġ ukoll li ma jikkompromettix id-disinji tal-imballaġġ li jkunu protetti skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali dwar id-disinn jew trademarks jew ftehimiet internazzjonali li jkollhom effett f'wieħed mill-Istati Membri. L-eċċezzjoni ta' imballaġġ bħal dak tkun iġġustifikata biss sa fejn ir-regoli l-ġodda dwar il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ jaffettwaw il-forma tal-imballaġġ b'tali mod li t-trademark ma tkunx tista' tibqa' tiddistingwi l-oġġett bit-trademark minn dawk ta' impriża oħra, u d-disinn ma jkunx jista' jibqa' jżomm il-karatteristiċi ġodda u individwali tiegħu. Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' abbuż, jenħtieġ li l-eċċezzjoni tapplika biss għad-drittijiet tat-trademark u tad-disinn protetti qabel il-11 ta’ Frar 2025. Min-naħa l-oħra, ir-riċiklabbiltà, l-użu ta' kontenut riċiklat u l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ jistgħu jiġġustifikaw piż jew volum addizzjonali tal-imballaġġ u jenħtieġ li jiżdiedu mal-kriterji tal-prestazzjoni. Jenħtieġ li l-imballaġġ b'saffi doppji, b'qigħan foloz u b'karatteristiċi oħra mmirati biss biex iżidu l-volum perċepit tal-prodott ma jitqiegħedx fis-suq, peress li imballaġġ bħal dan ma jissodisfax ir-rekwiżit għall-minimizzazzjoni tal-imballaġġ. Jenħtieġ li l-istess regola tapplika għall-imballaġġ superfluwu li ma jkunx meħtieġ biex jiżgura l-funzjonalità tal-imballaġġ.

(61)

Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi limitat l-ispazju vojt fl-imballaġġ kollettiv u għat-trasport, inkluż l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku.

(62)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ skont dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li tkun prevista l-preżunzjoni tal-konformità għall-imballaġġ li jkun konformi mal-istandards armonizzati adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 bl-għan li jiġu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti u jiġu speċifikati kriterji tad-disinn li jistgħu jitkejlu, inkluż, meta jkun xieraq, il-piż massimu jew il-limiti ta' spazju vojt għal formati speċifiċi tal-imballaġġ, kif ukoll disinji prestabbiliti u standardizzati tal-imballaġġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ.

(63)

Sabiex jiġu promossi ċ-ċirkolarità u l-użu sostenibbli tal-imballaġġ, jenħtieġ li jiġu inċentivati l-imballaġġ riutilizzabbli u s-sistemi tal-użu mill-ġdid. Għal dak l-għan, jeħtieġ jiġi ċċarat il-kunċett tal-imballaġġ riutilizzabbli u jiġi żgurat li dan ikun marbut mhux biss mad-disinn tal-imballaġġ, iżda wkoll mal-istabbiliment ta' sistemi ta' użu mill-ġdid li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi kif stipulati f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li d-disinn tal-imballaġġ jippermetti l-ogħla għadd possibbli ta' rotazzjonijiet u jżomm ir-rekwiżiti tas-sikurezza, tal-kwalità u tal-iġjene meta jitbattal, jinħatt, jerġa' jimtela jew jerġa' jitgħabba. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-imballaġġ riutilizzabbli skont dan ir-Regolament, jeħtieġ li tkun prevista preżunzjoni ta' konformità għall-imballaġġ li jkun konformi ma' standards armonizzati adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 bl-għan li jiġu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati skont dak ir-Regolament u li jiġu stabbiliti kriterji u formati tal-imballaġġ riutilizzabbli, inkluż l-għadd minimu ta' vjaġġi jew rotazzjonijiet, disinji standardizzati, kif ukoll rekwiżiti għal sistemi għall-użu mill-ġdid, inkluż rekwiżiti tal-iġjene.

(64)

Jeħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati u li jkunu jistgħu jarmu l-iskart mill-imballaġġ b'mod xieraq. Għal dak l-għan, huwa xieraq li tiġi stabbilita sistema armonizzata ta' tikkettar ibbażata fuq il-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ għas-separazzjoni tal-iskart u li din tiġi kkombinata ma' tikketti korrispondenti fuq ir-reċipjenti tal-iskart. Jenħtieġ li l-ħtieġa li tali sistema ta' tikkettar armonizzata tiġi rikonoxxuta miċ-ċittadini kollha, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tagħhom, bħall-età u l-għarfien tal-lingwi, tkun fattur ta' gwida fid-disinn tat-tikketti. Sistema bħal din tista' tinkiseb bl-użu ta' pittogrammi, bl-użu minimu ta' kitba. Dawn id-disinji jservu wkoll biex jimminimizzaw il-kostijiet tat-traduzzjoni li altrimenti jiġġarrbu.

(65)

Is-separazzjoni hija pass essenzjali biex tiġi żgurata ċirkolarità akbar tal-imballaġġ. Jenħtieġ li jitħeġġeġ it-titjib tal-kapaċitajiet ta' separazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi, sabiex jippermetti separazzjoni aktar effettiva, u b'hekk materja prima ta' kwalità aħjar għar-riċiklaġġ.

(66)

Sabiex il-konsumaturi jiġu aġevolati fis-separazzjoni u fir-rimi tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li tiġi introdotta sistema ta' simboli armonizzati u li jkun meħtieġ li jitqiegħdu kemm fuq l-imballaġġ kif ukoll fuq ir-reċipjenti tal-iskart, u b'hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu s-simboli għall-finijiet tar-rimi. Jenħtieġ li s-simboli jiffaċilitaw l-immaniġġar xieraq tal-iskart billi jipprovdu lill-konsumaturi informazzjoni dwar il-proprjetajiet tal-ikkompostjar ta' tali imballaġġ. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni, b'mod partikolari, tevita li l-konsumatur jikkonfondi fir-rigward tal-imballaġġ kompostabbli, li mhuwiex, fil-fatt, adatt għall-ikkompostjar domestiku, iżda kompostabbli biss f'kundizzjonijiet ta' kontroll industrijali. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tipprevjeni li l-imballaġġ kompostabbli jintrema fin-natura. Dak l-approċċ itejjeb il-ġbir separat tal-iskart mill-imballaġġ, li jwassal għal riċiklaġġ ta' kwalità ogħla tal-iskart mill-imballaġġ, u hu maħsub li jintroduċi livell ta' armonizzazzjoni tas-sistemi ta' ġbir tal-iskart mill-imballaġġ fis-suq intern. Jeħtieġ ukoll li jiġu armonizzati s-simboli assoċjati mas-sistemi obbligatorji ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jirrikjedu l-użu ta' tali tikketti armonizzati fuq l-imballaġġ soġġett għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti skont il-liġi nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Meta jitqies li l-imballaġġ għat-trasport ma jinġabarx bis-sistemi muniċipali tal-ġbir tal-iskart, jenħtieġ li l-użu ta' dawk is-simboli ma jkunx obbligatorju għall-imballaġġ għat-trasport, bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku.

(67)

Jenħtieġ li t-tikkettar tal-kontenut riċiklat fl-imballaġġ ma jkunx obbligatorju, peress li dik l-informazzjoni ma hijiex kritika biex jiġi żgurat it-trattament xieraq tat-tmiem tal-ħajja tal-imballaġġ. Madankollu, il-manifatturi ser ikunu meħtieġa jilħqu l-miri tal-kontenut riċiklat skont dan ir-Regolament u jistgħu jkunu jixtiequ juru dik l-informazzjoni fuq l-imballaġġ tagħhom biex jinformaw lill-konsumaturi bil-kontenut riċiklat fl-imballaġġ. Sabiex jiġi żgurat li dik l-informazzjoni tiġi kkomunikata b'mod armonizzat madwar l-Unjoni, jenħtieġ li tkun armonizzata tikketta li tindika l-kontenut riċiklat.

(68)

Jenħtieġ li anke t-tikkettar tal-kontenut tal-plastik b'bażi bijoloġika fl-imballaġġ ma jkunx obbligatorju peress li hemm għadd ta' kundizzjonijiet li l-plastik b'bażi bijoloġika jrid jissodisfa biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà u hija meħtieġa aktar evidenza xjentifika biex jiġi żgurat li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu, l-użu tal-plastik b'bażi bijoloġika jkun konformi mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari stipulati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2022 dwar qafas ta' politika tal-Unjoni dwar il-plastik b'bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli. Madankollu, il-manifatturi jistgħu jkunu jixtiequ juru dik l-informazzjoni fuq l-imballaġġ tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-kontenut tal-plastik b'bażi bijoloġika fl-imballaġġ. Sabiex jiġi żgurat li dik l-informazzjoni tiġi kkomunikata b'mod armonizzat madwar l-Unjoni, jenħtieġ li tkun armonizzata tikketta li tindika l-kontenut tal-plastik b'bażi bijoloġika.

(69)

Fir-rigward tal-imballaġġ riutilizzabbli, sabiex l-utenti finali jkunu infurmati dwar il-possibbiltà tal-użu mill-ġdid, id-disponibbiltà tas-sistemi għall-użu mill-ġdid u l-post tal-kanali tal-ġbir, jenħtieġ li imballaġġ bħal dan ikollu kodiċi QR jew mezz ta' data standardizzat, miftuħ u diġitali ieħor li jipprovdi dik l-informazzjoni. Jenħtieġ li l-kodiċi QR jew il-mezz ta' data jkun fih informazzjoni li tiffaċilita t-traċċar u l-kalkolu tal-vjaġġi u r-rotazzjonijiet, jew stima medja jekk dawk il-kalkoli ma jkunx fattibbli. Jenħtieġ li dik it-tikketta tkun volontarja għal sistemi b'ċirkwit miftuħ li ma jkollhomx operatur tas-sistema. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli ikun identifikat b'mod ċar fil-punt tal-bejgħ.

(70)

Jenħtieġ li ma jkun hemm ebda multiplikazzjoni ta' tikketti fuq l-imballaġġ. Sabiex jiġi evitat dan, meta atti legali oħra tal-Unjoni jirrikjedu li l-informazzjoni fuq il-prodott fl-imballaġġ tkun disponibbli b'mod diġitali permezz ta' mezz ta' data, jenħtieġ li l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament għall-imballaġġ u għall-prodott fl-imballaġġ skont l-att legali ieħor tal-Unjoni tkun aċċessibbli permezz tal-istess mezz ta' data. Jenħtieġ li dak il-mezz ta' data jikkonforma mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament jew skont liġi oħra applikabbli tal-Unjoni. B'mod partikolari, meta l-prodott fl-imballaġġ ikun kopert mir-Regolament (UE) 2024/1781 jew minn liġi oħra tal-Unjoni li jirrikjedu passaport diġitali tal-prodotti, jenħtieġ li dak il-passaport diġitali tal-prodotti jintuża wkoll biex tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti skont dan ir-Regolament. Meta l-imballaġġ ikun fih sustanzi ta' tħassib, jenħtieġ li jiġi mmarkat bl-użu ta' teknoloġija standardizzata, miftuħa, tal-immarkar diġitali kif stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tiżgura li l-operaturi tal-iskart ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar il-kompożizzjoni kimika tal-imballaġġ biex jiddeterminaw l-aktar għażla xierqa tal-immaniġġar tal-iskart f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, u b'hekk tiġi promossa ċ-ċirkolarità tal-imballaġġ.

(71)

Bħala għajnuna biex jinkisbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu protetti minn informazzjoni qarrieqa u li toħloq konfużjoni dwar il-karatteristiċi u t-trattament xieraq fi tmiem il-ħajja tal-imballaġġ li għalih ikunu ġew stabbiliti tikketti armonizzati skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-imballaġġ inkluż fl-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikun identifikabbli b'simbolu korrispondenti fit-territorju kollu fejn tapplika dik l-iskema sabiex jintwera li l-produttur jissodisfa l-obbligi tiegħu ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Tali identifikazzjoni jenħtieġ li tinkiseb permezz ta' kodiċi QR biss jew teknoloġija oħra standardizzata, miftuħa, tal-immarkar diġitali. Jenħtieġ li dak is-simbolu jkun ċar u ma jkunx ambigwu għall-konsumaturi fir-rigward tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ.

(72)

Jenħtieġ li l-imballaġġ kopert mis-sistemi obbligatorji ta' rifużjoni tad-depożitu jkollu tikketta li tinforma lill-konsumaturi li l-imballaġġ ikun kopert minn dik is-sistema u li għalhekk l-imballaġġ irid jinġabar permezz ta' kanali speċifiċi tal-ġbir li jkunu awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtoritajiet nazzjonali. Jenħtieġ li dik it-tikketta tkun tikketta armonizzata tal-UE stabbilita mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jirrikjedu l-użu ta' tali tikketti armonizzati fuq l-imballaġġ soġġett għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu li jkunu ġew stabbiliti skont il-liġi nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(73)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) taħdem bħala “xibka ta' sikurezza” li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fis-setturi kollha, filwaqt li tikkomplementa rekwiżiti aktar dettaljati fil-liġi tal-Unjoni speċifiku għas-settur jew għall-prodott, ħlief fil-każ ta' kunflitt bejn dik id-Direttiva u regoli oħra tal-Unjoni relatati ma' aspetti speċifiċi ta' prattiki kummerċjali żleali, f'liema każ jenħtieġ li dawn tal-aħħar jipprevalu fir-rigward ta' dawk l-aspetti speċifiċi. Id-Direttiva (UE) 2024/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) tipprevedi li l-wiri ta' tikketta fakultattiva ta' sostenibbiltà li ma tissodisfax ċerti rekwiżiti jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali.

(74)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tat-tikkettar, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb is-separazzjoni tal-iskart, biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni tal-materjali tal-imballaġġ u għall-identifikazzjoni ta’ sostanzi ta’ tħassib permezz ta' teknoloġiji standardizzati, miftuħa u diġitali u biex tistabbilixxi tikketta armonizzata u speċifikazzjonijiet u forma għar-rekwiżiti ta' tikkettar għall-imballaġġ u r-reċipjenti tal-iskart stabbiliti skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tiżviluppa dawk l-ispeċifikazzjonijiet, iżżomm l-elementi lingwistiċi f'livell minimu u tqis l-informazzjoni xjentifika jew informazzjoni teknika oħra disponibbli, inkluż l-istandards internazzjonali rilevanti. Jenħtieġ li fid-disinn tat-tikkettar armonizzat tal-imballaġġ li huwa soġġett għal sistema ta' rifużjoni tad-depożitu titqies l-eżistenza ta' kwalunkwe varjazzjoni bejn l-Istati Membri fl-ammont tad-depożitu impost. Bil-ħsieb tas-sistema l-ġdida, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE (34) titħassar mit-12 ta’ Awwissu 2028 u l-kontenut tagħha jiġi inkorporat fl-att ta' implimentazzjoni.

(75)

Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jiżguraw li l-imballaġġ jikkonforma mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawn jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw tali konformità fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista sabiex jiżguraw il-moviment liberu tal-imballaġġ fis-suq intern u jtejbu s-sostenibbiltà tiegħu.

(76)

Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-valutazzjoni tal-konformità prevista f'dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament tibqa' biss l-obbligu tal-manifattur.

(77)

Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-fornituri tal-imballaġġ jew tal-materjali tal-imballaġġ jipprovdu lill-manifattur bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex il-manifattur juri l-konformità tal-imballaġġ u tal-materjali tal-imballaġġ. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni jiġu pprovduti f'forma stampata jew elettronika.

(78)

Sabiex jitħares il-funzjonament tas-suq intern, jeħtieġ jiġi żgurat li l-imballaġġ minn pajjiżi terzi li jidħol fis-suq tal-Unjoni jikkonforma ma' dan ir-Regolament, kemm jekk jiġi importat bħala imballaġġ waħdu kif ukoll f'assoċjazzjoni ma' prodott fl-imballaġġ. B'mod partikolari, jeħtieġ jiġi żgurat li jkunu twettqu proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa mill-manifatturi fir-rigward ta' dak l-imballaġġ. Għalhekk, jenħtieġ li l-importaturi jiżguraw li l-imballaġġ li jqiegħdu fis-suq jikkonforma ma' dawk ir-rekwiżiti u li dik id-dokumentazzjoni mfassla mill-manifatturi tkun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(79)

Jenħtieġ li, meta jqiegħdu imballaġġ fis-suq, kull importatur jindika ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trademark reġistrata kif ukoll l-indirizz postali tiegħu fuq l-imballaġġ u, meta jkun disponibbli, il-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi li jista' jiġi kkuntattjat bihom. Jenħtieġ li jkunu previsti eċċezzjonijiet f'każijiet fejn l-imballaġġ ma jippermettix indikazzjonijiet bħal dawn.

(80)

Peress li d-distributur iqiegħed l-imballaġġ fis-suq wara li dan ikun tqiegħed hemmhekk mill-manifattur jew mill-importatur, jenħtieġ li huwa jaġixxi bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ ukoll li d-distributur jiżgura li l-immaniġġar minnu tal-imballaġġ ma jaffettwax ħażin il-konformità tal-imballaġġ ma' dawk ir-rekwiżiti.

(81)

Billi d-distributuri u l-importaturi huma qrib tal-post tas-suq u jaqdu rwol importanti biex jiżguraw il-konformità tal-imballaġġ, jenħtieġ li jkunu involuti f'kompiti tas-sorveljanza tas-suq li jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u jenħtieġ li jkunu lesti li jipparteċipaw b'mod attiv, billi jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa lil dawk l-awtoritajiet fir-rigward tal-imballaġġ ikkonċernat.

(82)

Kull importatur jew distributur li jqiegħed fis-suq imballaġġ taħt l-isem jew it-trademark tiegħu jew jimmodifika imballaġġ diġa’ mqiegħed fis-suq b'tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitqies bħala l-manifattur u jenħtieġ li jassumi r-responsabbiltà għall-obbligi tal-manifattur.

(83)

L-iżgurar tat-traċċabbiltà tal-imballaġġ tul il-katina kollha tal-provvista jiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu qiegħdu fis-suq jew li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq imballaġġ mhux konformi. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jżommu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom għal ċertu perjodu ta' żmien.

(84)

Il-problema tal-ġenerazzjoni eċċessiva tal-iskart mill-imballaġġ ma tistax tiġi indirizzata għalkollox billi jiġu stabbiliti obbligi fuq id-disinn tal-imballaġġ. Għal ċerti tipi ta' imballaġġ, jenħtieġ li jiġu imposti obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi li jimlew jew inkella jużaw imballaġġ bħal dan biex inaqqsu l-proporzjon tal-ispazju vojt. Fil-każ tal-imballaġġ kollettiv, għat-trasport u tal-kummerċ elettroniku użat għall-provvista ta' prodotti lid-distributuri finali jew lill-utenti finali, jenħtieġ li l-proporzjon tal-ispazju vojt ma jaqbiżx il-50 %. Jenħtieġ li dak l-obbligu ma japplikax għall-imballaġġ riutilizzabbli. F'konformità mal-ġerarkija tal-iskart u biex tiġi promossa l-innovazzjoni fl-imballaġġ bl-għan li jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għall-bejgħ bħala imballaġġ tal-kummerċ elettroniku jkunu eżentati minn dak l-obbligu. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-kalkolu tal-proporzjon ta' spazju vojt, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tagħha.

(85)

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali fis-suq intern kif ukoll livell għoli ta' sikurezza u ta' iġjene tal-ikel u biex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-miri għall-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li l-imballaġġ mhux neċessarju jew li jista' jiġi evitat ma jitqiegħedx fis-suq. Il-lista ta' formati tal-imballaġġ bħal dawn hija prevista f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika linji gwida biex tispjega dik il-lista f'aktar dettall, inkluż billi tagħti eżempji tal-imballaġġ u gwida dwar l-eżenzjonijiet għar-restrizzjonijiet.

(86)

Sabiex jitmexxa 'l quddiem l-għan taċ-ċirkolarità u l-użu sostenibbli tal-imballaġġ, huwa neċessarju li jiġi limitat ir-riskju li l-imballaġġ kummerċjalizzat bħala riutilizzabbli ma jerġax jintuża fil-prattika u li jiġi żgurat li l-konsumaturi jirritornaw l-imballaġġ riutilizzabbli. L-aktar mod xieraq biex jinkiseb dan huwa billi l-operaturi ekonomiċi li jużaw imballaġġ riutilizzabbli jiġu obbligati jiżguraw li tiġi stabbilita sistema ta' użu mill-ġdid, u b'hekk jippermettu ċ-ċirkolazzjoni, ir-rotazzjoni u l-użu ripetut ta' imballaġġ bħal dan. Biex jiġu massimizzati l-benefiċċji ta' sistemi bħal dawn, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għal sistemi b'ċirkwit miftuħ u b'ċirkwit magħluq. Jenħtieġ li l-konferma tal-konformità tal-imballaġġ riutilizzabbli ma' sistema ta' użu mill-ġdid tkun ukoll parti mid-dokumentazzjoni teknika ta' imballaġġ bħal dan. Is-sistemi għall-użu mill-ġdid jistgħu jvarjaw fid-daqs u fil-kopertura ġeografika u jvarjaw minn sistemi lokali iżgħar għal sistemi akbar li jistgħu jkopru territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar.

(87)

L-imballaġġ riutilizzabbli għandu jkun sikur għall-utenti tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li joffru l-prodotti tagħhom f'imballaġġ riutilizzabbli jiżguraw li, qabel ma imballaġġ riutilizzabbli jerġa' jintuża, dan ikun soġġett għal proċess ta' rikondizzjonar, li jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għalih.

(88)

L-imballaġġ riutilizzabbli jsir skart, fis-sens tal-Artikolu 3, il-punt (1) tad-Direttiva 2008/98/KE, meta d-detentur tiegħu jarmih, ikollu l-ħsieb li jarmih jew ikun meħtieġ li jarmih. L-imballaġġ riutilizzabbli fi proċess ta' rikondizzjonar normalment ma jitqiesx bħala skart.

(89)

Sabiex tiġi inċentivata l-prevenzjoni tal-iskart, jenħtieġ li jiġi introdott kunċett ġdid ta' “mili mill-ġdid”. Jenħtieġ li l-mili mill-ġdid jinftiehem bħala miżura speċifika ta' prevenzjoni tal-iskart li tgħodd biex jintlaħqu l-miri għall-prevenzjoni stipulati f'dan ir-Regolament u li hija meħtieġa għal dan.

(90)

Meta l-operaturi ekonomiċi joffru l-possibbiltà li jinxtraw prodotti permezz ta' mili mill-ġdid, jenħtieġ li dawn jiżguraw li l-istazzjonijiet tagħhom ta' mili mill-ġdid jissodisfaw ċerti rekwiżiti sabiex jiġu żgurati s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. F'dak il-kuntest, meta l-konsumaturi jużaw il-kontenituri tagħhom stess, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għall-mili mill-ġdid u l-użu sikuri ta' dawk il-kontenituri. Sabiex jitħeġġeġ il-mili mill-ġdid, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi ma jipprovdux imballaġġ mingħajr ħlas jew imballaġġ li ma jkunx parti minn sistema ta' rifużjoni tad-depożitu fl-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid. Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu eżentati mir-responsabbiltà għal problemi ta' sikurezza tal-ikel li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta' kontenituri pprovduti mill-konsumaturi.

(91)

Sabiex jitnaqqas il-proporzjon dejjem jikber tal-imballaġġ li jintuża darba u l-kwantitajiet dejjem jiżdiedu ta' skart mill-imballaġġ li jiġi ġġenerat, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi għall-użu mill-ġdid għall-imballaġġ fis-setturi li jkunu ġew ivvalutati bħala li għandhom l-akbar potenzjal għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ, jiġifieri l-ikel u x-xorb take-away, l-apparati elettrodomestiċi kbar u l-imballaġġ għat-trasport. Din il-valutazzjoni saret abbażi ta' fatturi bħas-sistemi eżistenti tal-użu mill-ġdid, il-ħtieġa li jintuża l-imballaġġ u l-possibbiltà li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali f'termini ta' żamma, indafa, saħħa, iġjene u sikurezza. Tqiesu wkoll id-differenzi tal-prodotti u tas-sistemi tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dawk il-miri tqis il-benefiċċji ambjentali miksuba matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' prodott. L-istabbiliment tal-miri huwa mistenni li jappoġġa l-innovazzjoni u jżid il-proporzjon tal-imballaġġ riutilizzabbli u tas-soluzzjonijiet tal-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li ma jkunx permess l-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss għall-ikel u għax-xorb li jimtela u jiġi kkunsmat fil-bini fis-settur tal-HORECA. Jenħtieġ li l-konsumaturi dejjem ikollhom l-għażla li jixtru ikel u xorb take-away f'kontenituri riutilizzabbli jew fil-kontenituri tagħhom stess b'kundizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għal ikel u xorb offruti f'imballaġġ li jintuża darba biss. Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li jbigħu ikel jew xorb take-away joffru lill-konsumaturi l-għażla li jixtru l-ikel jew ix-xorb fil-kontenituri tagħhom stess u l-għażla li jixtru ikel u xorb f'imballaġġ riutilizzabbli.

(92)

F'ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi mill-obbligi tal-użu mill-ġdid għal perjodu ta' 5 snin li jkun jista' jiġġedded. Jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet ikunu bbażati fuq rati għolja ta' riċiklaġġ u ma' rati applikabbli ta' prevenzjoni tal-iskart fl-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni, inkluż l-ewwel rata intermedjarja ta' prevenzjoni tal-iskart ta' 3 % sal-2028, kif ukoll l-adozzjoni ta' pjan korporattiv għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-operaturi ekonomiċi.

(93)

Jenħtieġ li t-tqegħid fis-suq ta' imballaġġ li huwa soġġett għar-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti formati ta' imballaġġ skont dan ir-Regolament għal mezzi tat-trasport li joperaw b'mod transfruntier fejn ikunu disponibbli servizzi ta' catering abbord, bħal inġenji tal-ajru, ajruplani, ferroviji, bastimenti tal-kruċieri, laneċ, jottijiet u dgħajjes tinftiehem bħala vvjaġġar b'dak l-imballaġġ lejn l-Unjoni jew fiha. Jenħtieġ li vvjaġġar fl-Unjoni jinftiehem bħala sitwazzjoni fejn il-vettura tat-trasport titlaq minn u tasal f'destinazzjoni li tinsab fl-Unjoni.

(94)

Sabiex tiżdied l-effettività tal-miri għall-użu mill-ġdid u jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-miri jiġu stabbiliti għall-operaturi ekonomiċi. Fil-każ tal-miri tal-użu mill-ġdid għax-xorb, jenħtieġ li l-miri tal-użu mill-ġdid jitqiegħdu fuq id-distributuri finali li jagħmlu x-xorb f’imballaġġ għall-bejgħ disponibbli għall-konsumaturi. Ċerti xarbiet li huma meqjusa li jitħassru għax huma sensittivi għal taħsir mikrobijoloġiku kkawżat minn batterji jew mill-ħmira, jeħtieġu teknoloġija asettika speċifika biex tipproteġihom mit-taħsir filwaqt li jżommu ħajja twila fuq l-ixkaffa. Għalhekk, jenħtieġ li l-ħalib u xorb ieħor li jitħassar jiġu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Jenħtieġ li l-miri jiġu kkalkolati bħala perċentwal tal-bejgħ, il-volum jew il-piż mibjugħ f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema tal-użu mill-ġdid jew, fil-każ ta' imballaġġ għat-trasport, bħala perċentwal tal-għadd ta' drabi li jintuża. Jenħtieġ li l-miri jkunu newtrali għall-materjali. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miri tal-użu mill-ġdid, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom.

(95)

F'xi każijiet, l-użu ta' formati tal-imballaġġ għat-trasport li jintuża darba biss mhuwiex meħtieġ, peress li hemm firxa wiesgħa ta' alternattivi riutilizzabbli li jiffunzjonaw tajjeb. Sabiex jiġi żgurat li alternattivi bħal dawn jintużaw b'mod effettiv, huwa xieraq li meta jittrasportaw prodotti bejn siti differenti tal-istess operatur ekonomiku jew bejn l-operatur ekonomiku u intrapriżi relatati jew sħab, l-operaturi ekonomiċi jkunu obbligati jużaw biss imballaġġ għat-trasport riutilizzabbli fir-rigward ta' formati tal-imballaġġ bħal pallets, kaxxi tal-plastik li jintwew, ċestuni tal-plastik, kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar, kemm riġidi kif ukoll flessibbli, jew ċilindri. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-istess obbligu japplika għall-operaturi ekonomiċi li jittrasportaw prodotti fi Stat Membru wieħed. Għal ċerti tipi ta' imballaġġ għat-trasport jew għall-bejgħ, l-alternattivi riutilizzabbli ma jistgħux jitqiesu. Dan huwa l-każ għall-kaxxi tal-kartun, fejn l-għadd ta' rotazzjonijiet huwa baxx ħafna, u għall-imballaġġ użat għal ċerti prodotti sensittivi għall-kuntatt, li jeħtieġu ħasil speċjali wara kull użu. Għalhekk, jenħtieġ li tali imballaġġ ikun eżentat mill-obbligu li jiġu ssodisfati l-miri tal-użu mill-ġdid għall-imballaġġ għat-trasport u għall-imballaġġ għall-bejgħ użat għat-trasport tal-prodotti.

(96)

L-ilħuq tal-miri tal-użu mill-ġdid u tal-mili mill-ġdid jista' jkun ta' sfida għal operaturi ekonomiċi iżgħar. Għalhekk, jenħtieġ li ċerti operaturi ekonomiċi jkunu eżentati mill-obbligu li jissodisfaw il-miri tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ jekk iqiegħdu fis-suq volum ta' imballaġġ inqas minn ċertu limitu u jissodisfaw id-definizzjoni ta' mikrointrapriża mogħtija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (35) kif tkun tapplika fil-11 ta’ Frar 2025, jew jekk distributur finali jkollu żona tal-bejgħ taħt ċertu limitu tas-superfiċje. Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar tal-limitu taż-żona tal-bejgħ, l-istabbiliment u l-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet dettaljati u r-rekwiżiti ta’ rapportar li għandhom jiġu applikati għall-arranġamenti ta’ ppuljar tad-distributuri finali, l-emendar tal-limitu tad-daqs għall-eżenzjoni tal-operaturi ekonomiċi, u l-istabbiliment ta’ eżenzjonijiet ulterjuri għal ċerti operaturi ekonomiċi oħra jew formati speċifiċi tal-imballaġġ koperti mill-miri tal-użu mill-ġdid jew tal-mili mill-ġdid f'każ ta' restrizzjonijiet ekonomiċi partikolari, esiġenzi severi ta' iġjene, ta' sikurezza tal-ikel jew ambjentali li jipprevjenu l-ilħuq ta' dawk il-miri.

(97)

Sabiex tkun tista' ssir il-verifika tal-konformità mal-miri tal-użu mill-ġdid, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi rispettivi jressqu rapporti lill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jirrapportaw id-data rilevanti għal kull sena kalendarja, għall-ewwel darba mis-sena kalendarja 2030. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dik id-data disponibbli għall-pubbliku.

(98)

Peress li l-operaturi ekonomiċi jista' jkollhom diversi formati ta' imballaġġ differenti, jenħtieġ li l-ilħuq tal-miri tal-użu mill-ġdid jiġi kkalkolat abbażi tal-kwantità totali ta' ikel jew xorb imqiegħda għad-dispożizzjoni fis-suq, b'referenza għall-għadd totali ta' unitajiet tal-bejgħ, jew għall-piż tal-ikel jew il-volum tax-xorb, skont kif japplika.

(99)

Billi l-livelli għadhom għoljin għall-konsum tal-basktijiet tal-plastik, għall-użu ineffiċjenti tar-riżorsi u għall-potenzjal tagħhom li jintremew bħala skart bl-addoċċ fi spazji pubbliċi, huwa xieraq li jinżammu dispożizzjonijiet immirati biex jintlaħaq tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik, kif diġà kien stabbilit bid-Direttiva 94/62/KE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36). Minħabba l-approċċi diverġenti attwali u tar-rekwiżiti ta' rapportar limitati fuq il-basktijiet tal-plastik, huwa diffiċli biex jiġi vvalutat jekk il-miżuri ta' tnaqqis fil-konsum meħuda mill-Istati Membri kisbux l-objettiv ta' tnaqqis “sostnut” fil-konsum ta' basktijiet bħal dawn, kif ukoll jekk żdiedx il-konsum ta' tipi oħra ta' basktijiet tal-plastik. Għalhekk huwa neċessarju li tiġi armonizzata definizzjoni ta' tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik u li tiġi stabbilita mira komuni kif ukoll jiġu introdotti rekwiżiti ġodda ta' rapportar.

(100)

Fid-dawl tar-riżultati tal-istudju ta' evalwazzjoni tal-2021 dwar il-basktijiet tal-plastik intitolat “Studju dwar l-ambitu biex tiġi vvalutata l-fattibbiltà ta’ aktar miżuri tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-iskart u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Basktijiet tal-Plastik, Parti II, Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Basktijiet tal-Plastik (‘Scoping study to assess the feasibility of further EU measures on waste prevention and implementation of the Plastic Bags Directive, Part II, Implementation of the Plastic Bags Directive’)” jenħtieġ li jittieħdu miżuri ulterjuri biex jitnaqqas il-konsum ta' basktijiet tal-plastik ħfief u jiġu vvalutati l-effetti possibbli ta' sostituzzjoni b'basktijiet tal-plastik ħfief ħafna u b'basktijiet tal-plastik eħxen minn 50 mikron.

(101)

Peress li l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, irqaq minn 15-il mikron, għandhom potenzjal għoli li jsiru skart u jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-baħar, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiġi ristretta t-tqegħid tagħhom fis-suq ħlief għal użi strettament meħtieġa. Jenħtieġ li dawk il-basktijiet tal-plastik ma jitqiegħdux fis-suq bħala imballaġġ għal oġġetti tal-ikel bl-ingrossa, ħlief għal raġunijiet iġjeniċi jew għall-imballaġġ ta' oġġetti tal-ikel umdi bl-ingrossa bħal laħam nej, ħut jew prodotti tal-ħalib.

(102)

Sabiex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum ta' basktijiet tal-plastik ħfief fit-territorju tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadottaw miżuri li jinkludu l-projbizzjoni ta' dawn it-tipi ta' basktijiet tal-plastik, l-implimentazzjoni ta' miri nazzjonali ta' tnaqqis, iż-żamma jew l-introduzzjoni ta' strumenti ekonomiċi kif ukoll restrizzjonijiet oħra ta' kummerċjalizzazzjoni, dment li dawn il-miżuri jkunu proporzjonati u nondiskriminatorji. Tali miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta dawn jiġu rkuprati jew mormija, il-proprjetajiet tal-ikkompostjar, id-durabbiltà jew l-użu maħsub speċifiku tagħhom. Dment li jintlaħqu l-objettivi stipulati f'dan ir-Regolament għall-basktijiet tal-plastik, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar dawk il-basktijiet permezz ta' ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi kkonċernati.

(103)

Jenħtieġ li tnaqqis fl-użu tal-basktijiet tal-plastik ma jwassalx għas-sostituzzjoni tagħhom b'boroż minn materjali oħra tal-imballaġġ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-użu ta' materjali oħra tal-imballaġġ u tipproponi mira u, jekk ikun xieraq, miżuri biex jitnaqqas il-konsum ta' dawn il-materjali tal-imballaġġ.

(104)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u armonizzata tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament jew skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li titkejjel il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti bl-użu ta' metodi affidabbli, akkurati u riproduċibbli li jqisu metodi tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku rikonoxxuti b'mod ġenerali.

(105)

Sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda ostaklu għall-kummerċ fis-suq intern, jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà tal-imballaġġ, inkluż dwar is-sustanzi ta' tħassib fl-imballaġġ, l-imballaġġ kompostabbli, il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, l-imballaġġ riutilizzabbli u s-sistemi għall-użu mill-ġdid, jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta' dawn ir-rekwiżiti, inkluż il-metodi tat-testijiet, il-kejl jew il-kalkoli, jeħtieġ li tiġi prevista preżunzjoni ta' konformità għall-imballaġġ u għall-prodotti fl-imballaġġ li jkunu konformi mal-istandards armonizzati li jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 bl-għan li jiġu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti.

(106)

Fin-nuqqas ta' standards armonizzati, jenħtieġ li r-rikors għal speċifikazzjonijiet komuni jintuża bħala soluzzjoni ta' riżerva biex jiġi ffaċilitat l-obbligu tal-manifattur li jikkonforma mar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, pereżempju meta jkun hemm dewmien mhux dovut fl-istabbiliment ta' standard armonizzat. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rikors għal speċifikazzjonijiet komuni jkun possibbli meta l-Kummissjoni tkun irrestrinġiet jew irtirat ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti f'konformità mal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Jenħtieġ li l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komuni adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni twassal ukoll għal preżunzjoni ta' konformità.

(107)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rikors għall-ispeċifikazzjonijiet komuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi, temenda jew tħassar speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà, it-tikkettar u s-sistemi għall-użu mill-ġdid, u biex tadotta metodi tal-ittestjar, il-kejl jew il-kalkolu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-fehmiet tal-korpi rilevanti u tal-gruppi ta' esperti u jenħtieġ li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha meta tħejji l-abbozzi tal-atti ta' implimentazzjoni.

(108)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma' liġijiet oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità tkun il-modulu ta' kontroll intern tal-produzzjoni inkluż f'dan ir-Regolament abbażi tal-moduli inklużi fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37).

(109)

Jenħtieġ li l-markatura CE fuq l-imballaġġ ma tindikax il-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, iżda tindika biss il-konformità tal-prodott fl-imballaġġ mal-liġi applikabbli dwar il-prodotti tal-Unjoni, jekk rilevanti. Fil-fatt, il-liġi dwar prodott tal-Unjoni tipikament tirrikjedi t-twaħħil tal-markatura CE li tikkonċerna l-prodott fuq il-prodott innifsu jew fuq l-imballaġġ tiegħu. Il-ħtieġa tal-markatura CE fuq l-imballaġġ biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament tista' twassal għal konfużjoni u nuqqas ta' fehim fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-markatura tirreferix għall-imballaġġ innifsu jew għall-prodott fl-imballaġġ u fl-aħħar mill-aħħar twassal għal inċertezzi dwar is-sikurezza u l-konformità effettivi tal-prodotti fl-imballaġġ ikkonċernati.

(110)

Jenħtieġ li l-konformità tal-imballaġġ ta' prodott mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament tintwera bid-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE.

(111)

Jenħtieġ li l-manifatturi jfasslu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni dwar il-konformità tal-imballaġġ ma' dan ir-Regolament. Huwa possibbli li l-manifatturi jkunu meħtieġa wkoll ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE skont liġijiet oħra tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat aċċess għall-informazzjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li titfassal dikjarazzjoni ta' konformità waħda tal-UE fir-rigward tal-atti legali rilevanti kollha tal-Unjoni. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li dik id-dikjarazzjoni waħda tal-konformità tal-UE tkun magħmula minn fajl ta' dikjarazzjonijiet tal-konformità individwali rilevanti.

(112)

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38) jipprevedi qafas għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti u għall-kontrolli fuq prodotti minn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li dak ir-Regolament ikun applikabbli għall-imballaġġ kopert minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li l-imballaġġ li jibbenefika mill-moviment liberu tal-oġġetti fl-Unjoni jissodisfa r-rekwiżiti u b'hekk jingħata livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi bħas-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza u l-ambjent.

(113)

Jenħtieġ li l-immaniġġar tal-iskart fl-Unjoni jittejjeb bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tittejjeb il-kwalità tal-ambjent, tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem, tiġi żgurata utilizzazzjoni prudenti, effiċjenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, jissaħħaħ l-użu tal-enerġija rinnovabbli, tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija, titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi importati, jiġu pprovduti opportunitajiet ekonomiċi ġodda u jingħata kontribut għall-kompetittività fit-tul. L-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi jġib ukoll iffrankar nett sostanzjali għan-negozji, għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-konsumaturi tal-Unjoni, filwaqt li jnaqqas l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra.

(114)

Minkejja r-rekwiżiti tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ u l-objettivi kif stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE, il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ qiegħda tiżdied f'termini assoluti u fuq bażi per capita u x-xejriet jindikaw tnaqqis kbir ulterjuri fl-użu mill-ġdid u fil-mili mill-ġdid tal-imballaġġ amplifikat minn żieda fil-konsum ta' takeaways u fil-kummerċ elettroniku. Hekk kif il-prodotti, il-materjali u x-xejriet tal-konsum evolvew, kien hemm żieda sinifikanti fl-użu tal-imballaġġ li jintuża darba biss, speċjalment plastik li jintuża darba biss. Dan huwa marbut mas-settur tal-bejgħ bl-imnut, li għandu networks ta' distribuzzjoni akbar li jimmanifatturaw u jippakkjaw prodotti fuq linji tal-imballaġġ b'veloċità għolja, li flimkien jeżerċitaw pressjoni fuq is-suq għal anqas użu mill-ġdid u anqas mili mill-ġdid.

(115)

Sabiex tiġi mmonitorjata u vverifikata l-konformità tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi b'obbligi taħt ir-responsabbiltà estiża tal-produttur relatati mal-ġbir u t-trattament tal-iskart mill-prodotti tagħhom, jeħtieġ li l-Istati Membri jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda jew aktar.

(116)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar, aktar f'waqtha u aktar uniformi tal-miri għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-Istati Membri u biex jiġi antiċipat kwalunkwe nuqqas fl-implimentazzjoni, jenħtieġ li tinżamm sistema ta' rapporti ta' twissija bikrija biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u tkun tista' tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri. Estensjoni ta' din is-sistema, li, skont id-Direttiva 94/62/KE, kopriet l-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ, jenħtieġ li wkoll tinkludi miri għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri sal-2030, l-2035 u l-2040.

(117)

Peress li l-immaniġġar tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ huwa element importanti tal-immaniġġar tal-iskart b'mod ġenerali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddedikaw kapitolu separat għal dik il-kwistjoni fil-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart tagħhom imħejjija fl-eżekuzzjoni tal-obbligu stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE. Il-miżuri dwar il-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid tal-iskart jenħtieġ li jiġu inklużi fil-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart meħtieġa skont id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li dawk il-kapitoli jkunu inklużi fil-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart bħala parti mill-evalwazzjoni regolari tagħhom li jmiss kif meħtieġ skont id-Direttiva 2008/98/KE, jew qabel.

(118)

Dan ir-Regolament jibni fuq ir-regoli dwar l-immaniġġar tal-iskart u l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.

(119)

Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-aktar mod effiċjenti ta' kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u kif jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart. Għalhekk, huwa importanti li l-operaturi ekonomiċi jieħdu miżuri xierqa biex inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart billi jeliminaw l-imballaġġ eċċessiv u l-użu ta' ċerti formati tal-imballaġġ, billi jestendu t-tul tal-ħajja tal-imballaġġ, billi jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti jew l-istrateġiji tal-bejgħ sabiex ma jintuża l-ebda imballaġġ jew jintuża inqas imballaġġ, inkluż fil-bejgħ bl-ingrossa, u billi jgħaddu minn imballaġġ li jintuża darba biss għal imballaġġ riutilizzabbli.

(120)

Sabiex jinkiseb tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-ġenerazzjoni ġenerali tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li l-miri għall-prevenzjoni tal-iskart jiġu stabbiliti għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ per capita li għandu jinkiseb sal-2030. L-ilħuq ta' mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-iskart mill-imballaġġ sal-2030 meta mqabbel mal-2018 jenħtieġ li jinvolvi tnaqqis assolut ġenerali ta' madwar 19 % bħala medja madwar l-Unjoni fl-2030 meta mqabbel max-xenarju tal-linja bażi tal-2030. Sabiex jiġi żgurat li l-isforzi ta' tnaqqis ikomplu wara l-2030, jenħtieġ li għall-2035 tiġi stabbilita mira ta' tnaqqis ta' 10 % meta mqabbel mal-2018; din il-mira hija stmata li tnaqqas l-iskart mill-imballaġġ b'29 % meta mqabbel max-xenarju tal-linja bażi tal-2035. Jenħtieġ li għall-2040 tiġi stabbilita mira addizzjonali ta' tnaqqis ta' 15 % meta mqabbel mal-2018; din il-mira hija stmata li tnaqqas l-iskart mill-imballaġġ b'37 % meta mqabbel max-xenarju tal-linja bażi tal-2040. Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-miri għall-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jistabbilixxi fattur ta’ korrezzjoni biex tqis iż-żieda jew it-tnaqqis fit-turiżmu meta mqabbel max-xenarju tal-linja bażi tal-2018. Peress li l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ kummerċjali u industrijali mhijiex relatata mal-konsum domestiku, il-miri għall-prevenzjoni tal-iskart per capita ma jistgħux japplikaw f'dan is-sens għall-iskart mill-imballaġġ kummerċjali u industrijali. L-Istati Membri li stabbilew sistema differenti għall-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ domestiku, minn naħa waħda, u tal-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li jkunu jistgħu jżommu l-ispeċifiċità tagħhom.

(121)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jiksbu dawn il-miri għall-prevenzjoni tal-iskart permezz ta' strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, inkluż miżuri li għandhom jiġu implimentati permezz ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, billi jippromwovu l-istabbiliment u t-tħaddim effettiv tas-sistemi għall-użu mill-ġdid u billi jħeġġu lill-operaturi ekonomiċi joffru lill-utenti finali aktar possibbiltajiet għall-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li miżuri bħal dawn jiġu adottati b'mod parallel u flimkien ma' miżuri oħra skont dan ir-Regolament li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, bħal rekwiżiti dwar il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, miri għall-użu mill-ġdid u obbligi għall-mili mill-ġdid, limiti tal-volum u miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Filwaqt li josservaw ir-regoli ġenerali stabbiliti fit-TFUE u jaġixxu skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-miri minimi għall-prevenzjoni tal-iskart stipulati f'dan ir-Regolament. Meta jimplimentaw miżuri bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu konxji tar-riskju ta' bidla minn materjali tal-imballaġġ itqal għal materjali eħfef u jenħtieġ li jipprijoritizzaw miżuri li jimminimizzaw dak ir-riskju.

(122)

Biex jiġi implimentat il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, li huwa espress fl-Artikolu 191(2) TFUE, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-obbligi għall-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ fuq il-produtturi. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament jibni fuq ir-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE sabiex jiżgura li l-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tkopri l-kostijiet kollha tal-immaniġġar tal-iskart tal-imballaġġ u tiffaċilita kontrolli adegwati mill-awtoritajiet kompetenti. Dan ir-Regolament jipprova jiddefinixxi b'mod ċar produttur wieħed għal kull unità tal-imballaġġ, kemm għall-imballaġġ vojt kif ukoll għall-imballaġġ li jkun fih prodotti. Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li l-produttur ikun l-operatur ekonomiku li, bħala manifattur, importatur jew distributur stabbilit fi Stat Membru, iqiegħed għad-dispożizzjoni prodotti fl-imballaġġ mit-territorju ta' dak l-Istat Membru u fuq dak l-istess territorju. Dan jinkludi kwalunkwe offerta għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu li tista' tirriżulta fi provvista effettiva. Għaldaqstant, meta kumpanija tixtri prodott fl-imballaġġ minn Stat Membru ieħor differenti minn dak fejn tinsab il-kumpanija, jew minn pajjiż terz, u tforni dak il-prodott fl-imballaġġ fl-Istat Membru fejn tinsab, jenħtieġ li dik il-kumpanija titqies bħala l-produttur, peress li tkun l-ewwel kumpanija li qiegħdet il-prodott fl-imballaġġ għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. Fir-rigward tal-pjattaformi online, jenħtieġ li l-offerta inizjali ta' prodott titqies bħala mqegħidha għad-dispożizzjoni fis-sens tad-definizzjoni ta’ produttur. Madankollu, biex jiġi minimizzat kwalunkwe piż amministrattiv bla bżonn għan-negozji ż-żgħar li jimlew l-imballaġġ għat-trasport, l-imballaġġ tal-produzzjoni primarja jew l-imballaġġ ta' servizz, kemm jekk bħala imballaġġ li jintuża darba biss jew bħala imballaġġ riutilizzabbli, fil-punt tal-bejgħ, jenħtieġ li l-produttur ikun il-manifattur, id-distributur jew l-importatur ta' imballaġġ bħal dan li jqiegħed l-imballaġġ għall-ewwel darba mit-territorju tal-Istat Membru, peress li dak l-operatur ekonomiku jkun fl-aħjar pożizzjoni biex jikkonforma mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

(123)

Min-naħa l-oħra, meta t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-imballaġġ jew tal-prodott fl-imballaġġ isir permezz ta' kuntratti mill-bogħod direttament lill-utenti finali, il-produttur jista' jkun ukoll stabbilit fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz. F'dawn il-każijiet, jekk il-produttur ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li jaħtar rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur fl-Istat Membru fejn ikun jinsab l-utent finali. F'każijiet fejn il-produttur ikun stabbilit f'pajjiż terz, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevedu li l-ħatra ta' rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur tkun obbligatorja sabiex jiġi evitat ir-riskju tal-evażjoni mill-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, u fil-kuntest tal-konformità mar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jeħtieġ li tiġi żgurata ċ-ċertezza dwar liema tip ta' produttur ikun responsabbli għall-iskart mill-imballaġġ, b'mod partikolari fil-każ ta' “kumpaniji tal-loġistika”. Il-kumpaniji tal-loġistika huma kumpaniji li jirċievu oġġetti importati minn pajjiżi terzi u li jwettqu attivitajiet ta’ immaniġġjar rigward oġġetti importati (pereżempju t-tneħħija tal-imballaġġ u l-ippakkjar mill-ġdid f'formati jew kwantitajiet iżgħar biex jikkonformaw mat-talbiet tal-klijenti) qabel ma jibagħtu l-oġġetti lill-klijenti, kemm jekk fl-istess Stat Membru kif ukoll jekk fi Stat Membru ieħor, bl-imballaġġ għat-trasport oriġinali kollu, b'parti minnu jew mingħajru. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li jiġi identifikat produttur għall-imballaġġ għat-trasport oriġinali li jiġi minn pajjiż terz, jibqa' mal-kumpanija tal-loġistika u jsir skart fl-Unjoni. Tipikament, il-kumpanija tal-loġistika ma jkollhiex is-sjieda tal-oġġetti iżda jenħtieġ li titqies bħala l-produttur għal imballaġġ li jiġi minn pajjiż terz u li timmaniġġa matul l-attività tagħha.

(124)

Minbarra l-kostijiet imposti fuq il-produtturi skont dan ir-Regolament u skont id-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri jżommu l-possibbiltà li jkopru l-kostijiet meħtieġa li jirriżultaw minn attivitajiet ta' tindif, inkluż it-trasport u t-trattament sussegwenti tal-iskart mill-imballaġġ preżenti fir-rimi fi spazji pubbliċi, bħala parti mill-kost sħiħ tal-immaniġġar tal-iskart tal-imballaġġ li jenħtieġ li jkun kopert mir-responsabbiltà estiża tal-produttur. Jenħtieġ li dawk il-kostijiet ma jaqbżux il-kostijiet li huma meħtieġa biex jiġu pprovduti dawk is-servizzi b'mod kosteffiċjenti u jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti b'mod trasparenti u nondiskriminatorju bejn l-atturi kkonċernati.

(125)

Sabiex jimmonitorjaw li l-produtturi jissodisfaw l-obbligi finanzjarji u organizzazzjonali tagħhom biex jiżguraw l-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru għall-ewwel darba, jew jispakkjaw prodotti fl-imballaġġ mingħajr ma jkunu l-utenti finali, jeħtieġ li jiġi stabbilit reġistru tal-produtturi u li l-awtorità kompetenti f'kull Stat Membru timmaniġġah u jeħtieġ li l-produtturi jkunu obbligati jirreġistraw.

(126)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni tal-produttur ikunu armonizzati madwar l-Unjoni kemm jista' jkun possibbli sabiex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni, b'mod partikolari peress li l-produtturi jqiegħdu imballaġġ fi Stati Membri differenti. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format għar-reġistrazzjoni fir-reġistru u r-rapportar lilu u tispeċifika l-granularità tad-data li għandha tiġi pprovduta u t-tipi ta’ imballaġġ u l-kategoriji tal-materjali li għandhom jiġu koperti mill-informazzjoni sottomessa.

(127)

F'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, huwa essenzjali li l-produtturi, inkluż l-atturi fil-qasam tal-kummerċ elettroniku, li jqiegħdu imballaġġ u prodotti fl-imballaġġ fis-suq tal-Unjoni, jew jispakkjaw prodotti fl-imballaġġ mingħajr ma jkunu l-utenti finali, jerfgħu r-responsabbiltà għall-immaniġġar ta' dak l-imballaġġ u ta' dawk il-prodotti fl-imballaġġ fi tmiem ħajjithom. L-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għandhom jiġu stabbiliti, kif previst fid-Direttiva 94/62/KE, sal-31 ta' Diċembru 2024, peress li huma l-aktar mezzi xierqa biex jinkiseb dan u jista' jkollhom impatt ambjentali pożittiv billi jnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jżidu l-ġbir u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ. Hemm differenzi kbar fil-mod kif jiġu stabbiliti l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, fl-effiċjenza tagħhom u fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-produtturi. Għalhekk, b'mod ġenerali, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE japplikaw għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għall-produtturi skont dan ir-Regolament, u jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn dispożizzjonijiet speċifiċi ulterjuri fejn dan ikun meħtieġ u xieraq. Pereżempju, sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir separat tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li l-produtturi jiffinanzjaw it-tikkettar tar-reċipjenti tal-iskart. Obbligu bħal dan ikun konformi mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u mar-rekwiżiti minimi ġenerali għall-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti skont id-Direttiva 2008/98/KE.

(128)

Fir-rigward tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, dan ir-Regolament huwa lex specialis fir-rigward tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak ifisser li d-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevalu fuq kwalunkwe dispożizzjoni konfliġġenti f'dik id-Direttiva. Dan il-prinċipju jikkonċerna, pereżempju, ir-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni tal-produttur, il-modulazzjoni tat-tariffi għar-responsabbiltà estiża tal-produttur u r-rapportar.

(129)

Minbarra r-rekwiżit armonizzat dwar ir-riċiklabbiltà għall-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-produtturi li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati adottati f'konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw kriterji oħra, bħall-kontenut riċiklat, ir-riutilizzabbiltà, il-preżenza ta' sustanzi perikolużi jew kriterji oħra f'konformità mad-Direttiva 2008/98/KE.

(130)

Jenħtieġ li l-produtturi jkunu jistgħu jissodisfaw b'mod kollettiv l-obbligi relatati mar-responsabbiltà estiża tal-produttur billi r-responsabbiltà tintrefa' f'isimhom minn organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi. Jenħtieġ li l-produtturi jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-Istati Membri u jenħtieġ li jiddokumentaw, fost affarijiet oħra, li jkollhom il-mezzi finanzjarji biex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà estiża tal-produttur. Meta jistabbilixxu r-regoli amministrattivi u proċedurali ta' awtorizzazzjoni tal-produtturi għal individwi u għall-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għall-konformità kollettiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddifferenzjaw il-proċessi għal produtturi individwali u għal organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex jillimitaw il-piż amministrattiv fuq produtturi individwali. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw bosta organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, peress li l-kompetizzjoni bejniethom tista' twassal għal benefiċċji akbar għall-konsumaturi. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun tista' titlob tariffi bbażati fuq il-kostijiet u proporzjonati lill-produtturi jew lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigati bl-issodisfar tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni fir-rigward tal-issodisfar ta' dawk l-obbligi.

(131)

F'każijiet fejn it-tariffa tar-responsabbiltà estiża tal-produttur imposta minn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tkun kategorizzata bħala dħul pubbliku, bħal fil-każ ta' organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mmexxija mill-istat, u sabiex jiġu segwiti r-regoli baġitarji li jeħtieġu li d-dħul pubbliku jkun ibbażat fuq data preċiża, jenħtieġ li l-Istat Membru jkun jista' jirrikjedi li l-produttur jippreżenta l-informazzjoni għar-rapportar lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru aktar frekwentement milli darba fis-sena. Peress li l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jkunu mmexxija mill-istat ma għandhomx mandat ta' produttur irrappreżentat, jenħtieġ li ma japplikawx ir-rekwiżiti previsti f'dan ir-Regolament dwar mandati bħal dawn.

(132)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika kif it-traċċabbiltà tal-obbligi tal-kummerċjanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), inkluż l-Artikolu 30(2) u (3) tiegħu, għandhom jiġu applikati għall-fornituri ta' pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' produtturi li joffru imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni fir-rigward tar-reġistri tal-produtturi stabbiliti skont dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe produttur, kemm jekk ikun stabbilit fi Stat Membru kif ukoll jekk f'pajjiż terz, li joffri imballaġġ permezz ta' kuntratti mill-bogħod direttament lill-konsumaturi li jinsabu fi Stat Membru jenħtieġ li jitqies fid-definizzjoni ta' kummerċjant skont ir-Regolament (UE) 2022/2065. Sabiex jiġi pprevenut l-approfittar mill-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jenħtieġ li jiġi speċifikat kif il-fornituri ta' pjattaformi online jenħtieġ li jissodisfaw dawk l-obbligi fir-rigward tar-reġistri tal-produtturi tal-imballaġġ stabbiliti skont dan ir-Regolament. F'dak il-kuntest, meta l-fornituri ta' pjattaformi online fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2065 jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi, jenħtieġ li dawn, f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2065 u qabel ma jippermettu lill-produtturi jużaw is-servizzi tagħhom, jiksbu informazzjoni mingħand dawk il-produtturi dwar il-konformità tagħhom mal-obbligi dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti f'dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar it-traċċabbiltà tal-kummerċjanti li jbigħu l-imballaġġ online huma soġġetti għar-regoli ta' infurzar stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065.

(133)

Jistgħu jseħħu sitwazzjonijiet simili mhux mixtieqa ta' approfittar fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi ta' eżekuzzjoni. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni approfittar bħal dan permezz ta' approċċ simili għal dak tar-Regolament (UE) 2022/2065 fir-rigward tal-fornituri ta' pjattaformi online.

(134)

Ir-reġistru tal-produtturi stabbilit skont dan ir-Regolament għandu jitqies bħala reġistru pubbliku għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2022/2065. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta' pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jagħmlu l-almu tagħhom biex jivvalutaw jekk l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi kkonċernati tkunx affidabbli u kompluta, b'mod partikolari billi jużaw jew jivverifikaw bażijiet tad-data uffiċjali online u interfaċċi online disponibbli liberament jew billi jitolbu lill-kummerċjanti kkonċernati jipprovdu dokumenti ġustifikattivi affidabbli, f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2065. Fir-rigward tad-data disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru tal-produtturi, “jagħmel l-almu tiegħu” fis-sens tal-Artikolu 30(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/2065 normalment jirrikjedi l-verifika tal-informazzjoni pprovduta mill-produttur mad-data disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru tal-produtturi. B'mod partikolari, dan japplika jekk Stat Membru jkun stabbilixxa interfaċċa online għar-rikonċiljazzjoni awtomatizzata tad-data f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(135)

Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji imposti fuq il-produtturi skont dan ir-Regolament flimkien mal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 8a(4), punt (a), tad-Direttiva 2008/98/KE jkunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim volontarju bejn is-swieq online u l-produtturi, fejn is-swieq online, f'isem il-produtturi b'mandat bil-miktub, jagħtu l-kunsens tagħhom li jaċċettaw dawk il-kostijiet kollha jew parti minnhom.

(136)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu miżuri għall-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, regoli dwar il-ġbir separat tal-iskart mill-imballaġġ u regoli dwar it-tikkettar tar-reċipjenti tal-iskart fejn dan ir-Regolament ma jipprevedix armonizzazzjoni sħiħa ta' dawk il-miżuri u r-regoli. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jipprevedu rekwiżiti addizzjonali għall-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'konformità mad-Direttiva 2008/98/KE u ma' dan ir-Regolament, dment li tali miżuri ma joħolqux ostakli fis-suq intern. Dan ir-Regolament ma jirregolax liema operatur huwa responsabbli għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ u arranġamenti kuntrattwali nazzjonali oħra għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ.

(137)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' ritorn u ta' ġbir għall-iskart mill-imballaġġ, sabiex dak l-iskart mill-imballaġġ jiġi dirett lejn l-aktar alternattiva xierqa għall-immaniġġar tal-iskart, skont il-ġerarkija tal-iskart. Jenħtieġ li s-sistemi jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi. Jenħtieġ li s-sistemi jiġu stabbiliti b'kont meħud tal-ambjent u s-saħħa, is-sikurezza u l-iġjene tal-konsumatur. Jenħtieġ ukoll li s-sistemi ta' ritorn u ta' ġbir ikunu aċċessibbli u applikabbli għall-imballaġġ tal-prodotti importati skont dispożizzjonijiet nondiskriminatorji.

(138)

Huwa possibbli li xi Stati Membri jkunu diġà stabbilew sistemi separati ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart li jkunu l-bażi għall-awtorizzazzjonijiet nazzjonali u l-arranġamenti kuntrattwali rilevanti, meta jittrasponu l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/62/KE fil-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li jkun possibbli li dawk l-Istati Membri jkomplu jużaw dawk is-sistemi, dment li jimplimentaw b'mod korrett l-obbligi skont dan ir-Regolament.

(139)

L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu wkoll miżuri li jippromwovu r-riċiklaġġ li jissodisfa l-istandards ta' kwalità għall-użu tal-materjali riċiklati fis-setturi rilevanti. Dak l-obbligu huwa partikolarment rilevanti fid-dawl tal-perċentwal minimu stabbilit għall-kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik.

(140)

Il-ġbir tal-imballaġġ huwa pass kruċjali biex tiġi żgurata ċ-ċirkolarità tiegħu u biex jiġi żgurat suq b'saħħtu għall-materja prima sekondarja. L-istabbiliment ta' rata ta' ġbir obbligatorja huwa inċentiv biex jiġu żviluppati sistemi ta' ġbir effiċjenti u mmirati fil-livell nazzjonali u huwa maħsub li jżid il-kwantità ta' skart separat u potenzjalment riċiklat.

(141)

Intwera li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu li jiffunzjonaw tajjeb jiżguraw rata tal-ġbir għolja ħafna u riċiklaġġ ta' kwalità għolja, speċjalment tal-fliexken tax-xorb u tal-bottijiet. Sabiex tiġi appoġġata l-kisba tal-mira ta' ġbir separat għall-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss stabbilita fid-Direttiva (UE) 2019/904, biex ikomplu jittejbu r-rati tal-ġbir u jinkiseb riċiklaġġ ta' kwalità għolja tal-kontenituri tax-xorb tal-metall, huwa xieraq li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu. Dawk is-sistemi ser jikkontribwixxu biex tiżdied il-provvista tal-materja prima sekondarja ta' kwalità tajba adattata għar-riċiklaġġ f'ċirkwit magħluq u biex anqas kontenituri tax-xorb jintremew bl-addoċċ.

(142)

Jenħtieġ li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jkunu obbligatorji għall-fliexken tax-xorb tal-plastik u għall-kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jinkludu imballaġġ ieħor għal prodotti oħra jew li jkun magħmul minn materjali oħra f'dawk is-sistemi, b'mod partikolari l-fliexken tal-ħġieġ li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu għall-formati ta' imballaġġ li jintuża darba biss, b'mod partikolari għall-fliexken tax-xorb tal-ħġieġ li jintużaw darba biss, ikunu disponibbli bl-istess mod għall-imballaġġ riutilizzabbli, meta jkun teknikament u ekonomikament fattibbli. Jenħtieġ li jikkunsidraw l-istabbiliment ta' sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu anke għall-imballaġġ riutilizzabbli. Filwaqt li josservaw ir-regoli ġenerali stabbiliti fit-TFUE u filwaqt li jaġixxu f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jadottaw dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stipulati f'dan ir-Regolament, bħal depożitu li jintalab fil-punt tal-bejgħ fil-każ ta' konsum f'post tal-ospitalità jew l-obbligu li d-distributuri finali kollha jaċċettaw l-imballaġġ abbinat ma' depożitu irrispettivament mill-materjal jew il-format tal-imballaġġ li jiddistribwixxu jew mill-erja tas-superfiċje tal-bejgħ tagħhom.

(143)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament iqis id-diversità tas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu li jeżistu fl-Unjoni u jiżgura li l-iżviluppi teknoloġiċi f'dawk is-sistemi ma jiġux imfixkla dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kriterji biex jiżdiedu r-rati tal-ġbir u jiġi żgurat riċiklaġġ ta' kwalità aħjar.

(144)

Madankollu, minħabba n-natura tal-prodotti u d-differenzi fis-sistemi tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tagħhom, is-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jenħtieġ li ma jkunux obbligatorji għall-imballaġġ għall-inbid, għall-prodotti tal-inbid aromatizzat u għal prodotti simili għall-inbid, għax-xorb spirituż u għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib elenkati fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu li jkopru tali imballaġġ tax-xorb kif ukoll imballaġġ ieħor tax-xorb u mhux tax-xorb.

(145)

Sal-1 ta' Jannar 2029, jenħtieġ li s-sistemi kollha ta' rifużjoni tad-depożitu għal fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss u kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li jiksbu l-mira ta' ġbir separat ta' 90 % sal-1 ta' Jannar 2029. Dawk ir-rekwiżiti ser jgħinu biex tinkiseb konsistenza akbar u rati ogħla ta' ritorn madwar l-Istati Membri. Dawn ġew stabbiliti abbażi tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati, l-analiżi tal-esperti u l-aħjar prattiki mis-sistemi eżistenti ta' rifużjoni tad-depożitu. Ir-rekwiżiti huma mfassla biex jippermettu l-innovazzjoni filwaqt li joffru livell ta' flessibbiltà biex jadattaw għaċ-ċirkostanzi lokali.

(146)

Jenħtieġ li l-Istati Membri b'reġjuni b'livell għoli ta' attivitajiet kummerċjali transkonfinali jiżguraw li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jippermettu l-ġbir tal-imballaġġ mis-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu tal-Istati Membri kkonċernati fil-punti tal-ġbir deżinjati u jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jippermettu l-possibbiltà ta' ritorn ta' depożitu.

(147)

Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jiksbu rata tal-ġbir ta' 80 % tat-tipi tal-imballaġġ fil-mira mingħajr sistema ta' rifużjoni tad-depożitu fl-2026 li jitolbu li ma tiġix stabbilita sistema ta' rifużjoni tad-depożitu.

(148)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jagħżlu li jimplimentaw is-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu fil-livell subnazzjonali, filwaqt li jqisu d-diviżjonijiet amministrattivi nazzjonali rilevanti u s-sitwazzjoni speċifika tat-territorji ekstra-Ewropej, dment li juru l-prestazzjoni ambjentali u ekonomika ta' tali skema u li din tkun konsistenti bis-sħiħ mar-rata ta' ġbir ta' 90 % għall-fliexken tax-xorb tal-plastik u l-kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss stipulata f'dan ir-Regolament.

(149)

Bħala miżura speċifika ta' prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri jinkoraġġixxu b'mod attiv soluzzjonijiet ta' użu mill-ġdid u ta' mili mill-ġdid. Jenħtieġ li jappoġġaw l-istabbiliment tas-sistemi għall-użu mill-ġdid u għall-mili mill-ġdid u jimmonitorjaw il-funzjonament u l-konformità tagħhom mal-istandards tal-iġjene. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu wkoll miżuri oħra, bħall-istabbiliment ta' sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu li jkopru formati tal-imballaġġ riutilizzabbli, l-użu ta' inċentivi ekonomiċi jew l-istabbiliment ta' rekwiżiti għad-distributuri finali biex jagħmlu disponibbli ċertu perċentwal ta' prodotti oħra għajr dawk koperti minn miri tal-użu mill-ġdid u obbligi ta' mili mill-ġdid fl-imballaġġ riutilizzabbli jew permezz tal-mili mill-ġdid dment li rekwiżiti bħal dawn ma jirriżultawx fil-frammentazzjoni tas-suq uniku u fil-ħolqien ta' ostakli għall-kummerċ.

(150)

Ir-rekwiżiti għall-ġbir, is-separazzjoni, ir-ridistribuzzjoni għall-mili u t-tindif huma ta' natura kompletament differenti għal sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu għall-użu ta' darba biss u għal sistemi ta' użu mill-ġdid ibbażati fuq id-depożitu. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti minimi għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu ma japplikawx għal sistemi għall-użu mill-ġdid ibbażati fuq id-depożitu. Minflok, jenħtieġ li japplikaw rekwiżiti speċifiċi għas-sistemi għall-użu mill-ġdid.

(151)

Id-Direttiva 94/62/KE ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40) li tistabbilixxi miri tar-riċiklaġġ għall-Istati Membri li għandhom jinkisbu sal-2025 u l-2030. Jenħtieġ li dawk il-miri u r-regoli għall-kalkolu tagħhom jinżammu. Filwaqt li jiġi rikonoxxut il-punt tat-tluq differenti ta' kull Stat Membru fir-rigward tal-miri tar-riċiklaġġ u filwaqt li f'dan ir-Regolament huma proposti miżuri li jiffaċilitaw l-ilħuq ta' dawk il-miri, jenħtieġ li xorta jkun possibbli li jiġu posposti l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri tar-riċiklaġġ tal-2030, taħt ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tirrifjuta pjan ta' implimentazzjoni rivedut ippreżentat minn Stat Membru.

(152)

Id-Direttiva 94/62/KE tirrikjedi li l-Kummissjoni tirrieżamina l-miri tar-riċiklaġġ tal-2030 għall-imballaġġ bl-għan li jinżammu jew, jekk ikun xieraq, jiżdiedu. Madankollu, għadu ma huwiex xieraq li jiġu emendati l-miri stabbiliti għall-2030, peress li l-evidenza turi li xi Stati Membri għad għandhom diffikultajiet biex jilħqu l-miri eżistenti. Minħabba dik ir-raġuni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri li jħeġġu lill-manifatturi jqiegħdu fis-suq imballaġġ aktar riċiklabbli, u b'hekk jgħinu lill-Istati Membri jiksbu l-miri tar-riċiklaġġ. Fil-futur, jenħtieġ li data aktar granulari dwar il-flussi tal-imballaġġ u tar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tiġi rrapportata lill-Kummissjoni. Ir-rapportar ta' dik id-data ser jippermetti lill-Kummissjoni tirrieżamina l-miri bil-possibbiltà li jinżammu jew jiżdiedu. Sabiex jitqies l-effett tal-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, ir-rieżami jenħtieġ li ma jseħħx qabel l-evalwazzjoni ġenerali prevista ta' dan ir-Regolament, jiġifieri 7 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Matul dak ir-rieżami, jenħtieġ li tingħata attenzjoni wkoll għall-possibbiltà li jiġu introdotti miri ġodda fuq bażi aktar granulari mill-miri attwali.

(153)

Jenħtieġ li l-kalkolu tal-miri tar-riċiklaġġ ikun ibbażat fuq il-piż tal-iskart mill-imballaġġ li jidħol fir-riċiklaġġ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-affidabbiltà u l-akkuratezza tad-data miġbura dwar l-iskart mill-imballaġġ riċiklat. Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li l-kejl reali tal-piż tal-iskart mill-imballaġġ li jingħadd bħala riċiklat ikun fil-punt fejn l-iskart mill-imballaġġ jidħol fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ. Madankollu, sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri, taħt kundizzjonijiet stretti u b'deroga mir-regola ġenerali, ikunu awtorizzati jistabbilixxu l-piż tal-iskart mill-imballaġġ irriċiklat abbażi tal-kejl tal-output ta' kwalunkwe operazzjoni ta' separazzjoni, li għandu jiġi kkoreġut billi jitqiesu r-rati medji ta' telf li jseħħ qabel ma l-iskart jidħol fl-operazzjonijiet tar-riċiklaġġ. Jenħtieġ li t-telf tal-materjali li jseħħ qabel ma l-iskart jidħol fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ, pereżempju minħabba s-separazzjoni jew operazzjonijiet preliminari oħra, ma jkunx inkluż fil-kwantitajiet ta' skart irrapportati bħala riċiklati. Dak it-telf jista' jiġi stabbilit abbażi ta' reġistri elettroniċi, speċifikazzjonijiet tekniċi, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tar-rati medji ta' telf għal diversi flussi tal-iskart jew miżuri ekwivalenti oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinkludu informazzjoni dwar miżuri bħal dawn fir-rapporti tal-kontroll tal-kwalità li jakkumpanjaw id-data li jippreżentaw lill-Kummissjoni dwar ir-riċiklaġġ tal-iskart. Jenħtieġ li r-rati medji ta' telf jiġu stabbiliti preferibbilment fil-livell ta' faċilitajiet ta' separazzjoni individwali u jenħtieġ li jkunu marbuta ma' tipi differenti ewlenin ta' skart, sorsi differenti (bħal domestiċi jew kummerċjali), skemi ta' ġbir differenti u tipi differenti ta' proċessi ta' separazzjoni. Jenħtieġ li r-rati medji ta' telf jintużaw biss f'każijiet fejn ma hi disponibbli ebda data affidabbli oħra, b'mod partikolari fil-kuntest tal-vjeġġi u tal-esportazzjoni tal-iskart. Jenħtieġ li t-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba l-proċessi tat-trasformazzjoni fiżiċi jew kimiċi inerenti fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ fejn l-iskart mill-imballaġġ huwa fil-fatt ipproċessat mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi ma jitnaqqasx mill-piż tal-iskart irrapportat bħala rriċiklat.

(154)

Meta l-kalkolu tar-rata tar-riċiklaġġ jiġi applikat għat-trattament aerobiku jew anaerobiku tal-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli, il-kwantità ta' skart li jidħol għat-trattament aerobiku jew anaerobiku tista' tingħadd bħala skart riċiklat, dment li dan it-trattament jiġġenera output li jrid jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklati. Filwaqt li l-output ta' trattament bħal dan ħafna drabi huwa kompost jew diġestat, jista' jitqies ukoll output ieħor dment li dan ikun fih kwantitajiet komparabbli tal-kontenut riċiklat meta mqabbel mal-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli trattat. F'każijiet oħra, f'konformità mad-definizzjoni tar-riċiklaġġ, l-ipproċessar mill-ġdid tal-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli f'materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, li jintremew, jew li jridu jintużaw fi kwalunkwe operazzjoni oħra li għandha l-istess fini bħall-irkupru tal-iskart għajr ir-riċiklaġġ jenħtieġ li ma jingħaddx lejn l-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ.

(155)

Meta l-materjali tal-iskart mill-imballaġġ jieqfu milli jkunu skart b'riżultat ta' operazzjoni ta' tħejjija qabel ma jiġu fil-fatt ipproċessati mill-ġdid, jenħtieġ li jingħaddu bħala riċiklati dment li jkunu maħsuba għall-ipproċessar mill-ġdid sussegwenti fi prodotti, materjali jew sustanzi, kemm jekk għall-użu oriġinali tagħhom jew għal finijiet oħra. Il-materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li għandhom jiġu użati bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, li jintradmu mill-ġdid jew jintremew, jew li għandhom jintużaw fi kwalunkwe operazzjoni li jkollha l-istess fini ta' rkupru tal-iskart minbarra r-riċiklaġġ jenħtieġ li ma jingħaddux lejn l-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ.

(156)

Meta l-Kummissjoni tkun qed tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat, jenħtieġ li tivvaluta t-teknoloġiji ta' riċiklaġġ disponibbli, b’kont meħud tal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tagħhom, inkluż il-kwalità tal-output, id-disponibbiltà tal-iskart, l-enerġija meħtieġa u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u impatti ambjentali rilevanti oħra. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll il-potenzjal ta' tali teknoloġiji li jintużaw għal asserzjonijiet ambjentali qarrieqa.

(157)

L-asserzjonijiet dwar il-karatteristiċi tal-imballaġġ li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti legali f'dan ir-Regolament, bħar-riċiklabbiltà, il-livell ta' kontenut riċiklat u r-riutilizzabbiltà, jenħtieġ li jsiru biss fir-rigward tal-proprjetajiet tal-imballaġġ li jaqbżu r-rekwiżiti minimi applikabbli stabbiliti f'dan ir-Regolament u f'konformità mal-metodoloġiji u r-regoli stabbiliti skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawn l-asserzjonijiet jispeċifikaw ukoll jekk humiex relatati mal-unità tal-imballaġġ, parti mill-unità tal-imballaġġ jew mal-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq mill-operatur ekonomiku.

(158)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom id-dritt li jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli separati wara l-inċinerazzjoni tal-iskart fi proporzjon mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat dment li l-metalli riċiklati jissodisfaw ċerti kriterji ta' kwalità stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1004 (41).

(159)

Fil-każ ta' esportazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ mill-Unjoni għar-riċiklaġġ, japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42) u r-Regolament 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43).

(160)

Peress li l-użu mill-ġdid ifisser li ma jitqiegħed l-ebda imballaġġ ġdid fis-suq, l-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli li jitqiegħed fis-suq u l-imballaġġ tal-injam li jissewwa għall-użu mill-ġdid jenħtieġ li jitqies għall-finijiet tal-ilħuq tal-miri rispettivi dwar ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw dik il-possibbiltà biex jikkalkolaw il-livell aġġustat tal-miri tar-riċiklaġġ billi jqisu massimu ta' 5 punti perċentwali tas-sehem medju, fit-tliet snin preċedenti, tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u użat mill-ġdid fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid.

(161)

Jenħtieġ li l-produtturi u l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu involuti b'mod attiv fl-għoti tal-informazzjoni lill-utenti finali, b’mod partikolari lill-konsumaturi, dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi d-disponibbiltà tal-arranġamenti tal-użu mill-ġdid għall-imballaġġ, it-tifsira tat-tikketti murija fuq l-imballaġġ u struzzjonijiet oħra dwar ir-rimi tal-iskart mill-imballaġġ. Il-produtturi u l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jenħtieġ li jinfurmaw ukoll lill-konsumaturi li l-imballaġġ immarkat bħala kompostabbli jfisser li l-imballaġġ ikun kompostabbli f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod industrijali f'faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart u ma jkunx adattat għall-ikkompostjar domestiku. Jenħtieġ li l-imballaġġ ma jintremax bl-addoċċ fi spazji pubbliċi. Il-produtturi jenħtieġ li jinformaw ukoll li l-utenti finali jaqdu rwol importanti fl-iżgurar tal-immaniġġar ambjentalment ottimali tal-iskart mill-imballaġġ. Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-utenti finali kollha, kif ukoll ir-rapportar dwar l-imballaġġ jenħtieġ li jagħmlu użu minn teknoloġiji tal-informazzjoni moderni. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata jew permezz ta' mezzi klassiċi, bħal kartelluni, kemm ġewwa kif ukoll barra, u kampanji tal-media soċjali, jew inkella b'mezzi aktar innovattivi, bħall-aċċess elettroniku għal siti web ipprovduti b'kodiċijiet QR imwaħħla mal-imballaġġ.

(162)

Il-ġbir separat barra mid-dar huwa element importanti biex jiżdiedu r-rati tal-ġbir tal-imballaġġ, u tittejjeb iċ-ċirkolarità tiegħu. L-Istati Membri u l-atturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu miżuri speċifiċi għall-ġbir separat barra mid-dar, adattati għall-post u d-drawwiet tal-konsumaturi.

(163)

Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ. Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, jenħtieġ li tiġi rrapportata wkoll data dwar il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, basktijiet tal-plastik ħfief, basktijiet tal-plastik oħxon u tal-basktijiet tal-plastik oħxon ħafna biex ikun jista' jiġi vvalutat jekk il-konsum ta' dawn il-basktijiet żdiedx bħala reazzjoni għall-miżuri ta' tnaqqis immirati lejn il-basktijiet tal-plastik ħfief. Sabiex ikun jista' jiġi vvalutat jekk is-sistemi obbligatorji ta' rifużjoni tad-depożitu li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri humiex effettivi, jew jekk l-eżenzjonijiet mill-Istati Membri mill-obbligu li jiġu stabbiliti dawk is-sistemi humiex iġġustifikati, importanti li tinkiseb informazzjoni, permezz tar-rappurtar tal-Istati Membri, dwar ir-rata tal-ġbir separat ta' imballaġġ koperta mill-obbligu li tiġi stabbilita sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu.

(164)

Sabiex tiġi stabbilita l-metodoloġija dwar il-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw ukoll, fuq bażi annwali, id-data dwar il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ riċiklat għal kull kategorija ta' imballaġġ u l-kwantità ta' imballaġġ imqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru, jew spakkjat minn produttur li ma huwiex utent finali, għal kull kategorija tal-imballaġġ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taggrega dik id-data u tippubblikaha biex timmonitorja l-evoluzzjoni annwali tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat fuq skala kbira.

(165)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw id-data lill-Kummissjoni b'mod elettroniku u jipprovduha b'rapport ta' kontroll tal-kwalità. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-data dwar il-miri tar-riċiklaġġ tkun akkumpanjata minn rapport li jiddeskrivi l-miżuri meħuda sabiex tiġi stabbilita sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ.

(166)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi tar-rapportar, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi regoli għall-kalkolu u l-verifika tad-data dwar l-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ, ir-rati tal-ġbir separat tal-imballaġġ koperti mis-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu, u d-data meħtieġa għall-istabbiliment tal-metodoloġija għall-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira. Jenħtieġ li dak l-att ta' implimentazzjoni jinkludi wkoll metodoloġija għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat kif ukoll jistabbilixxi l-format għall-preżentazzjoni tad-data. Jenħtieġ li jistabbilixxi wkoll il-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief per capita u l-format għall-preżentazzjoni ta' dik id-data, peress li dik id-data hija meħtieġa biex tappoġġa l-monitoraġġ u l-implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti sostantivi relatati mal-basktijiet tal-plastik, b'mod partikolari biex tiġi żgurata data diżaggregata u obbligatorja dwar kategoriji differenti tal-basktijiet tal-plastik. Jenħtieġ li dak l-att ta' implimentazzjoni jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE (44) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/896 (45).

(167)

Sabiex jikkontribwixxu biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-bażijiet tad-data tal-imballaġġ u jiżguraw li dawk il-bażijiet tad-data jiffunzjonaw tajjeb.

(168)

L-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà huwa essenzjali biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u biex jiġi żgurat li jinkisbu l-benefiċċji mistennija ta' dan ir-Regolament u l-kontribut għall-ilħuq tal-objettivi tal-klima, tal-enerġija u taċ-ċirkolarità tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu ħilithom biex iwettqu kontrolli fuq l-akkuratezza ta' mill-inqas parti mid-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE kull sena. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020 li jistabbilixxi qafas orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni japplika għall-imballaġġ li għalih huma stabbiliti rekwiżiti tas-sostenibbiltà skont dan ir-Regolament. Il-mekkaniżmi ta' sorveljanza tas-suq stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1020 jistabbilixxu r-rekwiżiti għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u jipprevedu mekkaniżmi ta' salvagwardja biex tiġi vverifikata l-konformità ma' dan ir-Regolament fir-rigward tat-tqegħid tal-imballaġġ fis-suq.

(169)

L-imballaġġ jenħtieġ li jitqiegħed fis-suq biss jekk ma jkunx ta' riskju magħruf għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem. Sabiex l-isforzi tas-sorveljanza tas-suq ikunu mmirati, jenħtieġ li l-imballaġġ li jippreżenta riskju, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jiġi definit bħala imballaġġ li, billi ma jikkonformax ma' rekwiżit tas-sostenibbiltà jew minħabba li l-operatur ekonomiku responsabbli ma jikkonformax ma’ rekwiżit tas-sostenibbiltà, jista' jaffettwa b'mod negattiv l-ambjent jew interessi pubbliċi oħra protetti mir-rekwiżiti rilevanti.

(170)

Jenħtieġ li teżisti proċedura li biha l-partijiet interessati jiġu informati b'miżuri maħsuba li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-imballaġġ li jippreżenta riskju. Din jenħtieġ li tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta' imballaġġ bħal dan. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tiddetermina jekk il-miżuri nazzjonali fir-rigward ta' prodotti mhux konformi humiex iġġustifikati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

(171)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom id-dritt li jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jieħdu azzjoni korrettiva abbażi tas-sejbiet li jew l-imballaġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà u t-tikkettar jew li l-operatur ekonomiku jkun kiser regoli oħra dwar it-tqegħid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-imballaġġ. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżit li l-operaturi ekonomiċi jieħdu azzjoni korrettiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tiddeċiedi jekk miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata.

(172)

F'każ ta' tħassib dwar is-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li l-awtorità ta' sorveljanza tas-suq ma tevalwax riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li joriġina mill-materjal tal-imballaġġ, jekk jiġi ttrasferit għall-kontenut fl-imballaġġ tal-materjal tal-imballaġġ, iżda jenħtieġ li tavverti lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu kontrolli fuq dak ir-riskju u li jkunu ddeżinjati skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46), ir-Regolamenti (UE) 2017/745, (UE) 2017/746, (UE) 2019/6 jew id-Direttiva 2001/83/KE.

(173)

L-akkwist pubbliku jammonta għal 14 % tal-PDG tal-Unjoni. Sabiex jingħata kontribut għall-objettivi li tintlaħaq in-newtralità klimatika, tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi u ssir it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tipproteġi s-saħħa pubblika u l-bijodiversità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħatat ta' implimentazzjoni biex tirrikjedi, meta xieraq, li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttivi 2014/24/UE (47) u 2014/25/UE (48) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jallinjaw l-akkwist pubbliku tagħhom ma' rekwiżiti minimi obbligatorji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, li jridu jiġu stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament. Meta mqabbla ma' approċċ volontarju, ir-rekwiżiti obbligatorji jenħtieġ li jimmassimizzaw l-ingranaġġ tal-infiq pubbliku biex tingħata spinta lid-domanda għall-prodotti bi prestazzjoni aħjar. Jenħtieġ li r-rekwiżiti jkunu trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jirreferu għal speċifikazzjonijiet tekniċi, kriterji tal-għażla jew kundizzjonijiet għat-twettiq ta' kuntratti fir-rekwiżiti tal-akkwist pubbliku tagħhom u m'għandux ikun hemm il-bżonn li dawk ir-rekwiżiti jkunu kumulattivi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu, filwaqt li jħarsu r-regoli ġenerali stabbiliti fit-TFUE u filwaqt li jaġixxu f’konformita’ ma' dan ir-Regolament, jadottaw dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi tal-akkwist pubbliku ekoloġiku stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(174)

Sabiex jitħares il-funzjonament tas-suq intern u jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-imballaġġ minn pajjiżi terzi li jidħol fis-suq tal-Unjoni jikkonforma ma' dan ir-Regolament, kemm jekk jiġi importat bħala imballaġġ waħdu kif ukoll f’assoċjazzjoni ma’ prodott fl-imballaġġ. B'mod partikolari, jeħtieġ li jiġi żgurat li jkunu twettqu proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa mill-manifatturi fir-rigward ta' dak l-imballaġġ. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-kooperazzjoni fis-suq bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, filwaqt li jistgħu jikkonċernaw kwalunkwe imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, l-interventi mill-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li jiffokaw primarjament fuq l-imballaġġ soġġett għall-miżuri ta' projbizzjoni meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Meta jieħdu miżuri ta' projbizzjoni bħal dawn, u l-miżuri ta' projbizzjoni ma jkunux ristretti għat-territorju nazzjonali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jikkomunikaw lill-awtoritajiet iddeżinjati għall-kontrolli fuq l-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni d-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' imballaġġ mhux konformi bħal dan fil-fruntieri, inkluż informazzjoni dwar il-prodotti fl-imballaġġ u dwar l-operaturi ekonomiċi, biex ikun jista' jsir approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. F'każijiet bħal dawn, id-dwana ser ikollha l-għan li tidentifika u twaqqaf dan l-imballaġġ fil-fruntieri.

(175)

Sabiex il-proċess ta' kontroll fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jitħaffef u jiġi ottimizzat, jeħtieġ li jkun permess trasferiment awtomatizzat tad-data bejn is-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-suq (ICSMS) u s-sistemi doganali. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn żewġ trasferimenti differenti tad-data minħabba l-finijiet rispettivi tagħhom. L-ewwel nett, jenħtieġ li l-miżuri ta' projbizzjoni deċiżi mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq wara l-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi jiġu kkomunikati mill-ICSMS lid-dwana għall-użu mill-awtoritajiet iddeżinjati għall-fini tat-twettiq tal-kontrolli fil-fruntieri esterni biex jidentifikaw l-imballaġġ li għalih jenħtieġ li tapplika miżura ta' projbizzjoni bħal din. Is-Sistema elettronika ta' Ġestjoni tar-Riskji Doganali stabbilita fl-Artikolu 36 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (49), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe evoluzzjoni futura tal-ambjent tal-ġestjoni tar-riskju doganali, jenħtieġ li tintuża għal dawk l-ewwel trasferimenti ta' data. It-tieni, meta l-awtoritajiet doganali jidentifikaw imballaġġ mhux konformi, ser tkun meħtieġa ġestjoni tal-każijiet biex, fost l-oħrajn, jittrasferixxu n-notifika tas-sospensjoni, il-konklużjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-eżitu tal-azzjonijiet meħuda mid-dwana. L-Ambjent ta' Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana jappoġġa dawk it-trasferimenti tad-data sekondarja bejn l-ICSMS u s-sistemi tad-dwana nazzjonali.

(176)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-interkonnessjoni għall-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tispeċifika r-regoli proċedurali u d-dettalji tal-arranġamenti tal-implimentazzjoni, inkluż il-funzjonalitajiet, l-elementi tad-data u l-ipproċessar tad-data, kif ukoll ir-regoli dwar l-ipproċessar tad-data personali, il-kunfidenzjalità u l-kontroll għal dik l-interkonnessjoni.

(177)

Meta tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (50). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. Meta tiżviluppa dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-informazzjoni xjentifika jew informazzjoni teknika oħra disponibbli, inkluż l-istandards internazzjonali rilevanti.

(178)

Is-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51).

(179)

Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-prodott fid-Direttiva (UE) 2019/904 jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati u infurzati u li jkunu soġġetti għas-sorveljanza xierqa tas-suq, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1020 jiġi emendat biex jinkludi d-Direttiva (UE) 2019/904 fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti relatati mal-kontenut tal-plastik riċiklat għall-fliexken tax-xorb tal-plastik mill-1 ta' Jannar 2030 u l-obbligu ta' rapportar korrispondenti jenħtieġ li jitħassru mid-Direttiva (UE) 2019/904, peress li din il-kwistjoni hija rregolata esklużivament minn dan ir-Regolament.

(180)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw għall-imballaġġ kollu. Madankollu, ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss koperti mid-Direttiva (UE) 2019/904, bħal basktijiet tal-plastik ħfief, tazzi tax-xorb, kontenituri tal-ikel u tax-xorb inkluż fliexken, huma meqjusa bħala imballaġġ. Id-Direttiva (UE) 2019/904 hija lex specialis fir-rigward ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li f'każ ta' kunflitt bejn id-Direttiva (UE) 2019/904 u dan ir-Regolament, id-Direttiva (UE) 2019/904 tipprevali fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Id-Direttiva (UE) 2019/904 tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex inaqqsu l-konsum ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, inkluż restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni. Jenħtieġ li tali restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni japplikaw u jipprevalu fuq kwalunkwe dispożizzjoni konfliġġenti f'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jipprevedi restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-plastik elenkati fl-Anness V, il-punt 3 tiegħu, filwaqt li d-Direttiva (UE) 2019/904 tippermetti lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis fil-konsum ta' dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Peress li l-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali skont id-Direttiva (UE) 2019/904 jistgħu jkunu inqas restrittivi minn projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevali fuq id-Direttiva (UE) 2019/904 fir-rigward ta' tali prodotti fid-definizzjoni ta' imballaġġ, sabiex tingħata spinta lit-tnaqqis tal-użu ta' imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss u titnaqqas il-kwantità tal-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss fl-ambjent. B'konsegwenza ta' dan, jenħtieġ li ma jkunx possibbli għall-Istati Membri li jadottaw eżenzjoni mill-projbizzjoni fid-Direttiva (UE) 2019/904 dwar it-tqegħid fis-suq tal-imballaġġ magħmul minn polistiren espandut. Għalhekk sabiex dan jiġi rifless, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2019/904 tiġi emendata kif meħtieġ.

(181)

Peress li dan ir-Regolament ma jirregolax il-kontenut riċiklat fi kwalunkwe parti tal-plastik tal-imballaġġ qabel l-1 ta' Jannar 2030, id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti għall-kontenut riċiklat għall-fliexken tax-xorb tal-plastik fid-Direttiva (UE) 2019/904 jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sa dik id-data.

(182)

Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fl-imballaġġ imqiegħed fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq imballaġġ mhux konformi jew li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom jenħtieġ li jkunu soġġetti għal penali. Għalhekk, fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jeħtieġ jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament.

(183)

L-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrikjedi li l-Istati Membri jipprevedu rimedji li huma suffiċjenti biex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mil-liġi tal-Unjoni, inkluż il-qrati tal-Istati Membri. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni kkonċernati, bħal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu lmentaw dwar allegat nuqqas ta' konformità ta' imballaġġ, sew jekk bħala imballaġġ waħdu sew jekk f’assoċjazzjoni ma’ prodott fl-imballaġġ, ma' dan ir-Regolament jew ikunu għamlu rapport dwar dan, ikollhom aċċess għall-ġustizzja f'konformità mal-obbligi li l-Istati Membri qablu dwarhom bħala partijiet għall-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (52), magħmula f’Aarhus fil-25 ta' Ġunju 1998 (il-“Konvenzjoni ta' Aarhus”).

(184)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji ta' effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-Unjoni u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta' miżuri ulterjuri possibbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq is-sostenibbiltà ambjentali tal-imballaġġ u l-funzjonament tas-suq intern.

(185)

Hemm bżonn li l-operaturi ekonomiċi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw l-operazzjonijiet tagħhom sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. B’mod simili, huwa meħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri amministrattivi rigward l-organiżazzjoni tal-proċeduri ta’ awtoriżazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jżommu l-kontinwità għall-operaturi ekonomiċi, u li jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi differita għal data sa meta dawk it-tħejjijiet ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati b'mod raġonevoli. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi ffaċilitata l-konformità mill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) mal-obbligi u mar-rekwiżiti tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż permezz tal-gwida li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni biex tiġi ffaċilitata l-konformità mill-operaturi ekonomiċi, b'enfasi fuq l-SMEs.

(186)

Sabiex jiġu ssodisfati dawk l-impenji u jiġi stabbilit qafas ambizzjuż iżda armonizzat dwar l-imballaġġ, huwa meħtieġ li jiġi adottat Regolament li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar l-imballaġġ tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 94/62/KE titħassar.

(187)

Id-Direttiva 94/62/KE jenħtieġ li titħassar b'effett mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex jiġu żgurati tranżizzjoni u kontinwità bla xkiel sakemm jiġu adottati regoli ġodda mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, u biex tiġi prevista l-kontinwità fl-applikazzjoni tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni fir-rigward tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat, ċerti obbligi skont dik id-Direttiva relatati mat-tikkettar, mal-miri tar-riċiklaġġ u mat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ għal ċertu perjodu ta' żmien.

(188)

Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li titjieb is-sostenibbiltà ambjentali tal-imballaġġ u jiġi żgurat il-moviment liberu tal-imballaġġ fis-suq intern, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tikkettar, biex jippermetti t-tqegħid tiegħu fis-suq. Jistabbilixxi wkoll rekwiżiti għar-responsabbiltà estiża tal-produtturi, il-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, bħat-tnaqqis ta' imballaġġ mhux meħtieġ u l-użu mill-ġdid jew il-mili mill-ġdid tal-imballaġġ, kif ukoll il-ġbir u t-trattament, inkluż ir-riċiklaġġ, tal-iskart mill-imballaġġ.

2.   Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jarmonizza l-miżuri nazzjonali dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ sabiex jiġu evitati l-ostakli għall-kummerċ u d-distorsjoni u r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fl-Unjoni, filwaqt li jipprevjeni jew inaqqas l-impatti negattivi tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem, abbażi ta' livell għoli ta' protezzjoni ambjentali.

3.   Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u għall-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53), billi jistabbilixxi miżuri f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE (“ġerarkija tal-iskart”).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-imballaġġ kollu, irrispettivament mill-materjal użat, u għall-iskart kollu mill-imballaġġ, kemm jekk imballaġġ bħal dan jintuża fl-industrija kif ukoll jekk tali skart mill-imballaġġ joriġina minnha, minn manifattura, minn bejgħ bl-imnut jew minn distribuzzjoni oħra, minn uffiċċji, minn servizzi jew minn unitajiet domestiċi.

2.   Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/98/KE fir-rigward tal-immaniġġar tal-iskart perikoluż kif ukoll għar-rekwiżiti regolatorji tal-Unjoni għall-imballaġġ bħalma huma dawk li għandhom x'jaqsmu mas-sikurezza, mal-kwalità, mal-protezzjoni tas-saħħa u mal-iġjene tal-prodotti fl-imballaġġ, jew għar-rekwiżiti tat-trasport. Madankollu, fejn dan ir-Regolament imur kontra d-Direttiva 2008/68/KE, għandha tipprevali d-Direttiva 2008/68/KE.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“imballaġġ” tfisser oġġett, irrispettivament mill-materjal li minnu hu magħmul, li hu maħsub li jintuża minn operatur ekonomiku għaż-żamma, għall-protezzjoni, għall-immaniġġar, għall-konsenja jew għall-preżentazzjoni tal-prodotti lil operatur ekonomiku ieħor jew lil utent finali u li jista' jiġi differenzjat mill-format tal-imballaġġ abbażi tal-funzjoni, tal-materjal u tad-disinn tiegħu, inkluż:

(a)

oġġett li huwa meħtieġ biex iżomm, jappoġġa jew jippreżerva il-prodott matul il-ħajja tiegħu mingħajr ma jkun parti integrali mill-prodott, u li huwa maħsub biex jintuża, jiġi kkunsmat jew jintrema flimkien mal-prodott;

(b)

komponent ta' oġġett imsemmi fil-punt (a) li huwa integrat fl-oġġett, u element anċillari għalih;

(c)

element anċillari għal oġġett imsemmi fil-punt (a) li huwa mdendel direttament mal-prodott jew imwaħħal miegħu, u li jwettaq funzjoni tal-imballaġġ, mingħajr ma jkun parti integrali mill-prodott u li huwa maħsub biex jintuża, jiġi kkunsmat jew jintrema flimkien mal-prodott;

(d)

oġġett li huwa ddisinjat u maħsub li jimtela fil-punt tal-bejgħ biex il-prodott jiġi distribwit, li jissejjaħ ukoll “imballaġġ ta' servizz”;

(e)

oġġett li jintrema wara l-użu, li jinbiegħ u jimtela jew huwa ddisinjat u maħsub biex jimtela fil-punt tal-bejgħ u li jwettaq funzjoni ta' imballaġġ;

(f)

borża permeabbli tat-te, tal-kafè jew ta' xorb ieħor, jew sistema li tirtab wara l-użu u unita’ ta' porzjon wieħed tat-te, tal-kafè jew xorb ieħor, u li hija maħsuba li tintuża u tintrema flimkien mal-prodott;

(g)

unità ta' porzjon wieħed mhux permeabbli għas-sistemi tat-te, tal-kafè jew ta' xorb ieħor maħsuba għall-użu f'magna u li tintuża u tintrema flimkien mal-prodott;

(2)

“skart” tfisser skart kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2008/98/KE; imballaġġ riutilizzabbli li jintbagħat biex jiġi rikondizzjonat mhux meqjus bħala skart;

(3)

“imballaġġ tat-takeaway” tfisser imballaġġ ta' servizz mimli f'punti tal-bejgħ bil-bejjiegħ preżenti b'xorb jew ikel ippreparat minn qabel li jitqiegħed f'imballaġġ għat-trasport u għall-konsum immedjat f'post ieħor mingħajr il-ħtieġa ta' kwalunkwe tħejjija ulterjuri u tipikament ikkonsmat mill-imballaġġ;

(4)

“imballaġġ tal-produzzjoni primarja” tfisser oġġett ddisinjat u maħsub biex jintuża bħala imballaġġ għal prodotti mhux ipproċessati mill-produzzjoni primarja kif definit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54);

(5)

“imballaġġ għall-bejgħ” tfisser l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità tal-bejgħ li tikkonsisti minn prodotti u minn imballaġġ lill-utent finali fil-punt tal-bejgħ;

(6)

“imballaġġ kollettiv” tfisser l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi raggruppament ta' ċertu għadd ta' unitajiet ta' bejgħ fil-punt tal-bejgħ, irrispettivament minn jekk dak ir-raggruppament ta' unitajiet ta' bejgħ jinbiegħx kif inhu lill-utent finali jew jekk iservix bħala mezz biex jiffaċilita l-istokkjar mill-ġdid tal-ixkafef fil-punt tal-bejgħ jew biex joħloq unità għaż-żamma tal-istokk jew għad-distribuzzjoni, u li jista' jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jiġu affettwati l-karatteristiċi tiegħu;

(7)

“imballaġġ għat-trasport” tfisser l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu ffaċilitati l-immaniġġar u t-trasport ta' unità ta' bejgħ waħda jew aktar jew raggruppament ta' unitajiet ta' bejgħ, sabiex tiġi pprevenuta l-ħsara lill-prodott mill-immaniġġar u t-trasport, iżda li jeskludi kontejners għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-bastimenti u bl-ajru;

(8)

“imballaġġ tal-kummerċ elettroniku” tfisser l-imballaġġ għat-trasport użat għall-konsenja tal-prodotti fil-kuntest tal-bejgħ online jew permezz ta' mezzi oħra ta' bejgħ mill-bogħod lill-utent finali;

(9)

“tqegħid għad-disposizzjoni fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista tal-imballaġġ, kemm vojt jew bi prodott, għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul l-attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru;

(10)

“tqegħid fis-suq” tfisser li l-imballaġġ jitqiegħed għad-dispożizzjoni, għall-ewwel darba, kemm vojt jew bi prodott, fis-suq tal-Unjoni;

(11)

“tqegħid għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru” tfisser kwalunkwe provvista tal-imballaġġ, kemm vojt jew bi prodott, għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fit-territorju tal-Istat Membru matul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru;

(12)

“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, il-fornitur, l-importatur, id-distributur, ir-rappreżentant awtorizzat, id-distributur finali u l-fornitur ta' servizzi ta' eżekuzzjoni;

(13)

“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura l-imballaġġ jew prodott fl-imballaġġ; madankollu:

(a)

soġġett għall-punt (b), meta persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-imballaġġ jew prodott fl-imballaġġ iddisinjat jew immanifatturat f'isimha jew bit-trademark tagħha stess, irrispettivament minn jekk kwalunkwe trademark oħra tkunx viżibbli fuq l-imballaġġ jew fuq il-prodott fl-imballaġġ, “manifattur” tfisser dik il-persuna fiżika jew ġuridika;

(b)

meta l-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-imballaġġ jew prodott fl-imballaġġ iddisinjat jew immanifatturat f'isimha jew bit-trademark tagħha stess tkun koperta mid-definizzjoni ta' mikrointrapriża stipulata fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025, u l-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ lill-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-imballaġġ iddisinjat jew immanifatturat f'isimha jew bit-trademark tagħha stess tkun tinsab fl-istess Stat Membru, “manifattur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ;

(14)

“kuntratt mill-bogħod” tfisser kuntratt mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55);

(15)

“produttur” tfisser kwalunkwe manifattur, importatur jew distributur li lilu, irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ użata, inkluż permezz ta' kuntratti mill-bogħod, japplika wieħed minn dan li ġej:

(a)

il-manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru u jqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u fuq dak l-istess territorju imballaġġ għat-trasport, imballaġġ ta' servizz, jew imballaġġ tal-produzzjoni primarja, bħala imballaġġ li jintuża darba biss jew bħala imballaġġ riutilizzabbli; jew

(b)

manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru u jqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u fuq dak l-istess territorju prodotti ppakkjati f'imballaġġ differenti minn dawk imsemmija fil-punt (a); jew

(c)

manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru jew f'pajjiż terz u jqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, direttament lill-utenti finali, imballaġġ għat-trasport, imballaġġ ta' servizz, jew imballaġġ tal-produzzjoni primarja, kemm bħala imballaġġ li jintuża darba biss jew kif ukoll bħala imballaġġ riutilizzabbli jew prodotti li jiġu ppakkjati f'imballaġġ differenti; jew

(d)

manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u jqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, direttament lill-utenti finali, prodotti ppakkjati fl-imballaġġ minbarra dawk imsemmija fil-punt (c); jew

(e)

manifattur, importatur jew distributur huwa stabbilit fi Stat Membru u jneħħi l-imballaġġ tal-prodotti fl-imballaġġ mingħajr ma jkun utent finali, sakemm persuna oħra ma tkunx il-produttur kif definit fil-punt (a), (b), (c) jew (d);

(16)

“fornitur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni imballaġġ jew materjal tal-imballaġġ lil manifattur;

(17)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed imballaġġ minn pajjiż terz fis-suq;

(18)

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, għajr il-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed imballaġġ fis-suq;

(19)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur biex taġixxi f'isem dak il-manifattur b'rabta mal-kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont dan ir-Regolament;

(20)

“rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Istat Membru fejn il-produttur iqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ għall-ewwel darba, jew fejn jispakkja prodotti fl-imballaġġ mingħajr ma jkun l-utent finali, għajr l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-produttur, u li tinħatar mill-produttur f'konformità mal-Artikolu 8a(5), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2008/98/KE biex tissodisfa l-obbligi ta' dak il-produttur skont il-Kapitolu VIII ta' dan ir-Regolament;

(21)

“distributur finali” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista li twassal lill-utent finali l-prodotti fl-imballaġġ, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid, jew prodotti li jkunu jistgħu jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid;

(22)

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għall-finijiet li jkunu lil hinn mill-kummerċ, min-negozju, jew mill-professjoni tagħha;

(23)

“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li hija stabbilita fl-Unjoni li għaliha prodott ikun tqiegħed għad-dispożizzjoni jew bħala konsumatur jew bħala utent finali professjonali matul l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħha, u li ma tqiegħedx dak il-prodott aktar għad-dispożizzjoni fis-suq fil-forma fornuta lilha;

(24)

“imballaġġ kompost” tfisser unità tal-imballaġġ magħmula minn żewġ materjali differenti jew aktar li jagħmlu parti mill-piż tal-materjal tal-imballaġġ ewlieni u li ma tistax tiġi sseparata manwalment u għalhekk tifforma unità integra waħda, sakemm wieħed mill-materjali ma jkunx jikkostitwixxi parti insinifikanti mill-unità tal-imballaġġ u fl-ebda każ ma jkun aktar minn 5 % tal-massa totali tal-unità tal-imballaġġ u jeskludi t-tikketti, il-verniċi, iż-żebgħa, il-linek, l-adeżivi u l-lacquers; dan huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/904;

(25)

“skart mill-imballaġġ” tfisser kwalunkwe imballaġġ jew materjal tal-imballaġġ li huwa skart, bl-eċċezzjoni ta' residwi tal-produzzjoni;

(26)

“prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ” tfisser miżuri li jittieħdu qabel ma kwalunkwe imballaġġ jew materjal tal-imballaġġ ikun sar skart mill-imballaġġ u li jnaqqsu l-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex ikun meħtieġ inqas imballaġġ jew l-ebda imballaġġ biex jinżammu, jiġu protetti, immaniġġati, ikkonsenjati jew ippreżentati l-prodotti, inkluż miżuri fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ u miżuri biex jestendu l-ħajja tal-imballaġġ qabel ma jsir skart;

(27)

“użu mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni li biha l-imballaġġ riutilizzabbli, jintuża għal diversi drabi oħra għall-istess fini li kien maħsub għalih;

(28)

“imballaġġ li jintuża darba biss” tfisser l-imballaġġ li ma jkunx imballaġġ riutilizzabbli;

(29)

“rotazzjoni” tfisser iċ-ċiklu mwettaq mill-imballaġġ riutilizzabbli mill-mument tat-tqegħid fis-suq flimkien mal-prodott li huwa maħsub li jżomm, jipproteġi, jimmaniġġa, jikkonsenja jew jippreżenta sal-mument li jkun lest biex jintuża mill-ġdid fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid bil-ħsieb li jerġa' jiġi fornut lill-utenti finali flimkien ma' prodott ieħor;

(30)

“vjaġġ” tfisser it-trasferiment tal-imballaġġ, mill-mili jew mit-tagħbija sat-tbattil jew sal-ħatt, bħala parti minn rotazzjoni jew waħdu;

(31)

“sistema għall-użu mill-ġdid” tfisser l-arranġamenti organizzazzjonali, tekniċi jew finanzjarji, flimkien ma' inċentivi, li jippermettu l-użu mill-ġdid jew f'sistema b'ċirkwit magħluq jew f'sistema b'ċirkwit miftuħ, bħal sistema ta' rifużjoni tad-depożitu li tiżgura li l-imballaġġ jinġabar għall-użu mill-ġdid;

(32)

“rikondizzjonar” tfisser kwalunkwe operazzjoni elenkata fil-Parti B tal-Anness VI meħtieġa biex l-imballaġġ riutilizzabbli jerġa' jinġieb fi stat funzjonali għall-fini tal-użu mill-ġdid tiegħu;

(33)

“mili mill-ġdid” tfisser operazzjoni li biha kontenitur li jissodisfa l-funzjoni tal-imballaġġ, u li jew jkun proprjetà tal-utent finali jew jinxtara mill-utent finali fil-punt tal-bejgħ tad-distributur finali jimtela mill-utent finali jew mid-distributur finali bi prodott wieħed jew b'diversi prodotti mixtrija mill-utent finali mingħand id-distributur finali;

(34)

“stazzjon ta' mili mill-ġdid” tfisser post fejn distributur finali joffri lill-utenti finali prodotti li jistgħu jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid;

(35)

“settur tal-HORECA” tfisser l-Attivitajiet ta' Servizzi tal-Akkomodazzjoni u tal-Ikel skont in-NACE Rev. 2 – Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi;

(36)

“żona tal-bejgħ” tfisser iż-żona ddedikata għall-wiri ta' oġġetti offruti għall-bejgħ, għall-ħlas ta' dawn l-oġġetti, u għaċ-ċirkolazzjoni u l-preżenza tal-klijenti, iżda ma tinkludix iż-żoni li mhumiex miftuħa għall-pubbliku, bħal żoni ta' ħżin, jew żoni oħra fejn il-prodotti ma jintwerewx, bħal parkeġġi; fil-kuntest tal-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku, iż-żona tal-ħżin u tad-dispaċċ għandha titqies bħala żona tal-bejgħ;

(37)

“disinn għar-riċiklaġġ” tfisser id-disinn tal-imballaġġ, inkluż il-komponenti individwali tal-imballaġġ, li jiżgura r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ bi proċessi stabbiliti tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ li diġà tħaddmu b'suċċess f'ambjent operazzjonali;

(38)

“riċiklabbiltà” tfisser il-kompatibbiltà tal-imballaġġ mal-immaniġġar u l-ipproċessar tal-iskart sa mid-disinn, abbażi ta' ġbir separat, separazzjoni fi flussi separati, riċiklaġġ fuq skala kbira u l-użu ta' materjali riċiklati biex jissostitwixxu l-materja prima primarja;

(39)

“skart mill-imballaġġ riċiklat fuq skala kbira” tfisser skart mill-imballaġġ li jinġabar separatament, li jiġi sseparat u riċiklat f'infrastruttura installata, bl-użu ta' proċessi stabbiliti li diġà tħaddmu b'suċċess f'ambjent operazzjonali li jiżguraw, fil-livell tal-Unjoni, kwantità annwali ta' materjal riċiklat taħt kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 2 tal-Anness II ugwali għal 30 % jew aktar għall-injam u 55 % għall-materjali l-oħra kollha; dan jinkludi skart mill-imballaġġ li huwa esportat mill-Unjoni għall-fini tal-immaniġġar tal-iskart li jista' jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 53(11);

(40)

“riċiklaġġ tal-materjal” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid f'materjali jew sustanzi, kemm jekk għall-iskop oriġinali kif ukoll għal skopijiet oħra, bl-eċċezzjoni tat-trattament bijoloġiku tal-iskart, l-ipproċessar mill-ġdid ta' materjal organiku, l-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għall-operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid;

(41)

“riċiklaġġ ta' kwalità għolja” tfisser kwalunkwe proċess ta' riċiklaġġ li jipproduċi materjali riċiklati li huma ta' kwalità ekwivalenti għall-materjali oriġinali, abbażi ta' karatteristiċi tekniċi ppreservati, u li jintużaw bħala sostitut għall-materja prima primarja għall-imballaġġ jew applikazzjonijiet oħra fejn tinżamm il-kwalità tal-materjal riċiklat;

(42)

“kategorija tal-imballaġġ” tfisser il-kombinament ta' materjal u ta' disinn speċifiku tal-imballaġġ li jiddetermina r-riċiklabbiltà b'referenza għall-proċessi tal-ogħla livell stabbiliti tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ li diġà tħaddem b'suċċess f'ambjent operazzjonali u li huwa rilevanti għad-definizzjoni tal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ;

(43)

“komponent integrat” tfisser komponent tal-imballaġġ, irrispettivament minn jekk ikunx tal-istess materjal minn dak tal-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, jew jekk ikunx ta' materjal distint minnu, li huwa integrali għall-unità tal-imballaġġ u għall-funzjonament tagħha, li ma għandux għalfejn jiġi sseparat mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ sabiex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-unità tal-imballaġġ u li tipikament jintrema fl-istess ħin mal-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, għalkemm mhux neċessarjament permezz tal-istess rotta tar-rimi;

(44)

“komponent separat” tfisser komponent tal-imballaġġ, irrispettivament minn jekk ikunx tal-istess materjal jew materjal differenti mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li huwa distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li jeħtieġ li jiġi żarmat kompletament u b'mod permanenti mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ u li tipikament jintrema qabel u separatament mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, inkluż komponenti tal-imballaġġ li jistgħu jiġu sseparati minn xulxin sempliċiment permezz ta' stress mekkaniku matul it-trasport jew is-separazzjoni;

(45)

“unità tal-imballaġġ” tfisser unità, li tinkludi kwalunkwe komponent integrat jew separat, li bħala unità sħiħa sservi funzjoni tal-imballaġġ, bħaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġar, il-konsenja, il-ħżin, it-trasport jew il-preżentazzjoni tal-prodotti, u tinkludi unitajiet indipendenti tal-imballaġġ kollettiv jew għat-trasport fejn jintremew qabel il-punt tal-bejgħ;

(46)

“imballaġġ innovattiv” tfisser forma ta' imballaġġ li jiġi mmanifatturat bl-użu ta' materjali ġodda, li jirriżulta f'titjib sinifikanti fil-funzjonijiet tal-imballaġġ, bħaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġar, jew il-konsenja tal-prodotti, u f'benefiċċji ambjentali ġenerali li jistgħu jintwerew, bl-eċċezzjoni ta' imballaġġ li jkun ir-riżultat ta' modifiki għall-imballaġġ eżistenti għall-fini ewlenija li tittejjeb il-preżentazzjoni tal-prodotti u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(47)

“materja prima sekondarja” tfisser materjali li jkunu għaddew mill-kontrolli u s-separazzjoni kollha meħtieġa u li jkunu nkisbu permezz tal-proċessi tar-riċiklaġġ u li jistgħu jissostitwixxu materja prima primarja;

(48)

“skart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur” tfisser skart li huwa plastik u li jkun ġie ġġenerat minn prodotti tal-plastik imqiegħda fis-suq jew ġew fornuti għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu f'pajjiż terz matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(49)

“imballaġġ sensittiv għall-kuntatt” tfisser imballaġġ li huwa maħsub li jintuża għall-prodotti fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (56), (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57), (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (58), (UE) 2017/745, (UE) 2017/746, (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59) jew (UE) 2019/6 jew tad-Direttivi 2001/83/KE, 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60) jew2008/68/KE, jew għall-prodotti kif definiti fl-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1809 (61);

(50)

“imballaġġ kompostabbli” tfisser imballaġġ li huwa bijodegradabbli f'kundizzjonijiet ikkontrollati industrijalment,, jew li kapaċi jiddekomponi bijoloġikament f'kundizzjonijiet bħal dawn, inkluż permezz ta’ diġestjoni anaerobika, iżda mhux neċessarjament f’ambjent tal-ikkompostjar fid-dar, ikkombinati, jekk meħtieġ, bi trattament fiżiku, li fl-aħħar jirriżulta fil-konverżjoni tal-imballaġġ għal diossidu tal-karbonju jew, fl-assenza ta' ossiġenu, għal metan, u minerali, bijomassa u ilma, u li ma jfixkilx jew ma jipperikolax il-ġbir separat u l-proċess tal-ikkompostjar u ta' diġestjoni anaerobika;

(51)

“imballaġġ kompostabbli domestiku” tfisser imballaġġ li jista' jiddegrada bijoloġikament f'kundizzjonijiet mhux ikkontrollati li mhumiex faċilitajiet tal-ikkompostjar fuq skala industrijali u li l-proċess tal-ikkompostjar tiegħu jitwettaq minn individwi privati bl-għan li jipproduċu kompost għall-użu tagħhom stess;

(52)

“plastik” tfisser materjal li jikkonsisti minn polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li miegħu jkunu ġew miżjuda addittivi jew sustanzi oħra, u li jista' jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-imballaġġ, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;

(53)

“plastik b'bażi bijoloġika” tfisser plastik magħmul minn riżorsi bijoloġiċi, bħal materja prima tal-bijomassa, skart organiku jew prodotti sekondarji; u irrispettivament minn jekk il-plastik ikunx bijodegradabbli jew mhux bijodegradabbli;

(54)

“fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss” tfisser fliexken tax-xorb elenkati fil-Parti F tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904;

(55)

“basktijiet tal-plastik” tfisser il-basktijiet, b'widna jew mingħajrha, magħmula mill-plastik, li jiġu fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ tal-prodotti;

(56)

“basktijiet tal-plastik ħfief” tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 50 mikron;

(57)

“basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' anqas minn 15-il mikron;

(58)

“basktijiet tal-plastik oħxon” tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' bejn 50 u 99 mikron;

(59)

“basktijiet tal-plastik oħxon ħafna” tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' aktar minn 99 mikron;

(60)

“reċipjenti tal-iskart” tfisser reċipjenti użati għall-ħżin u l-ġbir tal-iskart, pereżempju kontenituri, laned u basktijiet;

(61)

“depożitu” tfisser somma definita ta' flus, li ma tkunx parti mill-prezz tal-prodott fl-imballaġġ jew mimli li tinġabar mill-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli bħal dan, koperta minn sistema ta' rifużjoni tad-depożitu fi Stat Membru partikolari u li tista' tiġi rimborżata meta l-utent finali, jew kwalunkwe persuna oħra, jirritornaw l-imballaġġ abbinat ma' depożitu f'punt tal-ġbir stabbilit għal dik il-għan;

(62)

“sistema ta' rifużjoni tad-depożitu” tfisser sistema li fiha jiġi impost depożitu fuq l-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli kopert minn dik is-sistema, u li jiġi rimborżat meta l-imballaġġ abbinat mad-depożitu jiġi rritornat permezz ta' wieħed mill-kanali ta' ġbir li huma awtorizzati għal dak l-għan mill-awtoritajiet nazzjonali;

(63)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn prodott, minn proċess jew minn servizz;

(64)

“standard armonizzat” tfisser standard kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(65)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ikunux ġew issodisfati r-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, tas-sikurezza, tat-tikkettar u tal-informazzjoni ta' dan ir-Regolament relatati mal-imballaġġ;

(66)

“organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi” tfisser entità ġuridika li torganizza finanzjarjament, jew finanzjarjament u operazzjonalment, it-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem diversi produtturi;

(67)

“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi tal-ħajja tal-imballaġġ, li jikkonsistu mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali, l-ipproċessar minn qabel, il-manifattura, il-ħżin, id-distribuzzjoni, l-użu, it-tiswija, l-użu mill-ġdid u t-tmiem tal-ħajja;

(68)

“imballaġġ li jippreżenta riskju” tfisser imballaġġ li, billi ma jikkonformax ma' rekwiżit stabbilit f'dan ir-Regolament jew b'konsegwenza tiegħu għajr dawk ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 62(1), jista' jaffettwa b'mod negattiv l-ambjent, is-saħħa jew interessi pubbliċi oħra protetti minn dak ir-rekwiżit;

(69)

“imballaġġ li jippreżenta riskju serju” tfisser imballaġġ li jippreżenta riskju li, abbażi ta' valutazzjoni, il-grad tan-nuqqas ta' konformità rilevanti jew il-ħsara assoċjata titqies li tirrikjedi intervent rapidu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż f'każijiet meta l-effetti tan-nuqqas ta' konformità ma jkunux immedjati;

(70)

“pjattaforma online” tfisser pjattaforma online kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2022/2065;

(71)

“kuntratti pubbliċi” tfisser kuntratti pubbliċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva 2014/24/UE jew kif imsemmi fid-Direttiva 2014/25/UE, kif applikabbli;

Japplikaw id-definizzjonijiet ta' “immaniġġar tal-iskart”, “ġbir”, “ġbir separat”, “trattament”, “preparazzjoni għal użu mill-ġdid”, “riċiklaġġ” u “skema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur” fl-Artikolu 3, il-punti (9), (10), (11), (14), (16), (17) u (21), rispettivament, tad-Direttiva 2008/98/KE.

Japplikaw id-definizzjonijiet ta' “sorveljanza tas-suq”, “awtorità tas-sorveljanza tas-suq”, “fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni”, “azzjoni korrettiva”, “riskju”, “sejħa lura” u “irtirar” fl-Artikolu 3, il-punti (3), (4), (11), (16), (18), (22) u (23), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2019/1020.

Japplikaw id-definizzjonijiet ta' “sustanza ta' tħassib” u “mezz ta' data” fl-Artikolu 2, il-punti (27) u (29), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2024/1781.

2.   Lista indikattiva tal-oġġetti koperti mid-definizzjoni tal-imballaġġ fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (1) ta’ dan l-Artikolu, tinsab fl-Anness I.

Artikolu 4

Moviment liberu

1.   L-imballaġġ għandu jitqiegħed fis-suq biss jekk jikkonforma ma' dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' imballaġġ li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà, tat-tikkettar u tal-informazzjoni stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

3.   Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jżommu jew jintroduċu rekwiżiti tas-sostenibbiltà nazzjonali, jew rekwiżiti tal-informazzjoni addizzjonali ma' dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu f'kunflitt ma' dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq tal-imballaġġ li jikkonforma ma' dan ir-Regolament minħabba raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti nazzjonali.

4.   F'fieri kummerċjali, wirjiet jew avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri tal-imballaġġ li ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, dment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b'mod ċar li imballaġġ bħal dan ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament u li ma huwiex għall-bejgħ sakemm isir konformi.

KAPITOLU II

REKWIŻITI TA' SOSTENIBBILTÀ

Artikolu 5

Rekwiżiti għas-sustanzi f'imballaġġ

1.   L-imballaġġ imqiegħed fis-suq għandu jiġi mmanifatturat b'tali mod li l-preżenza u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi ta' tħassib bħala l-kostitwenti tal-materjal tal-imballaġġ jew ta' kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-imballaġġ jiġu mminimizzati, inkluż fir-rigward tal-preżenza tagħhom fl-emissjonijiet u kwalunkwe eżitu tal-immaniġġar tal-iskart, bħall-materja prima sekondarja, l-irmied jew materjal ieħor għar-rimi finali, u għall-impatt negattiv fuq l-ambjent minħabba l-mikroplastik.

2.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-preżenza ta' sustanzi ta' tħassib fl-imballaġġ u fil-komponenti tal-imballaġġ u għandha tieħu, fejn xieraq, il-miżuri ta' segwitu rilevanti.

Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, għandha tħejji rapport dwar il-preżenza ta' sustanzi ta' tħassib fl-imballaġġ u l-komponenti tal-imballaġġ, biex tiddetermina sa liema punt jaffettwaw b'mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali jew jimpattaw is-sigurtà kimika. Dak ir-rapport jista' jelenka s-sustanzi ta' tħassib preżenti fl-imballaġġ u fil-komponenti tal-imballaġġ u jindika sa liema punt dawn jistgħu jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament fejn tispjega s-sejbiet tagħha u għandha tqis miżuri ta' segwitu xierqa, inkluż:

(a)

għal sustanzi ta' tħassib f'materjali tal-imballaġġ li jaffettwaw primarjament is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, l-użu tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 biex jiġu adottati restrizzjonijiet ġodda;

(b)

għal sustanzi ta' tħassib li jaffettwaw b'mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali fl-imballaġġ li fih ikunu preżenti, l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet bħala parti mill-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ f'konformità mal-Artikolu 6(4) ta' dan ir-Regolament.

Jekk Stat Membru jqis li sustanza taffettwa b'mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali fl-imballaġġ li fih tkun preżenti, huwa għandu, sal-31 ta' Diċembru 2025, jipprovdi tali informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u, fejn disponibbli, jirreferi għall-valutazzjonijiet tar-riskju rilevanti jew għal data rilevanti oħra.

3.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tqis ir-restrizzjoni, skont l-Artikolu 6(4), il-punt (a), tal-użu ta' sustanzi ta' tħassib li potenzjalment jaffettwaw b'mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali fl-imballaġġ li fih huma preżenti, għal raġunijiet differenti minn dawk relatati primarjament mas-sigurtà kimika ta' dawk is-sustanzi. Ma' tali talbiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu rapport li jiddokumenta l-identità u l-użi tas-sustanzi u deskrizzjoni ta' kif l-użu tas-sustanzi fl-imballaġġ ixekkel ir-riċiklaġġ, għal raġunijiet differenti minn dawk relatati primarjament mas-sigurtà kimika. Il-Kummissjoni għandha tevalwa t-talba u tippreżenta r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 65.

4.   Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet dwar is-sustanzi kimiċi stabbiliti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew, meta applikabbli, għar-restrizzjonijiet u għall-miżuri speċifiċi fuq il-materjali u l-oġġetti li jiġu f'kuntatt mal-ikel fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004, it-total tal-konċentrazzjonijiet taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju u tal-kromu eżavalenti li jirriżultaw mis-sustanzi preżenti fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ ma għandhiex taqbeż il-100 mg/kg.

5.   Mit-12 ta’ Awwissu 2026, l-imballaġġ li jiġi f'kuntatt mal-ikel ma għandux jitqiegħed fis-suq jekk ikun fih sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS) f'konċentrazzjoni ugwali għall-valuri ta' limitu li ġejjin jew ogħla, sal-punt li t-tqegħid fis-suq tal-imballaġġ li jkun fih din il-konċentrazzjoni ta' PFAS ma jkunx ipprojbit skont att legali ieħor tal-Unjoni:

(a)

25 ppb għal kwalunkwe PFAS kif imkejjel b'analiżi tal-PFAS fil-mira (PFAS polimeriċi esklużi mill-kwantifikazzjoni);

(b)

250 ppb għat-total tal-PFAS imkejjel bħala t-total tal-analiżi tal-PFAS fil-mira, fejn applikabbli b'degradazzjoni preċedenti tal-prekursuri (PFAS polimeriċi esklużi mill-kwantifikazzjoni); u

(c)

50 ppm għall-PFASs (inkluż il-PFAS polimeriċi); jekk il-fluworu totali jaqbeż il-50 mg/kg il-manifattur, l-importatur jew l-utent downstream, kif definit rispettivament fl-Artikolu 3, il-punti (9), (11) u (13), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu, fuq talba, jipprovdi lill-manifattur jew lill-importatur kif definiti rispettivament fl-Artikolu 3(1), il-punti (13) u (17) ta’ dan ir-Regolament prova tal-kwantità tal-fluworu mkejjel bħala kontenut ta' PFAS jew mhux PFAS sabiex dawk ifasslu d-dokumentazzjoni teknika kif imsemmija fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

“PFAS” tfisser kwalunkwe sustanza li jkun fiha mill-inqas atomu wieħed tal-karbonju ta' metil (CF3-) jew ta' metilen (-CF2-) kompletament fluworurat (mingħajr ebda H/Cl/Br/I mehmuż miegħu), ħlief sustanzi li fihom biss l-elementi strutturali li ġejjin: CF3-X jew X-CF2-X', fejn X = -OR jew -NRR' u X' = metil (-CH3), metilen (-CH2-), grupp aromatiku, grupp tal-karbonil (-C(O)-), -OR'', -SR'' jew –NR''R'''; u fejn R/R'/R''/R''' hija idroġenu (-H), metil (-CH3), metilen (-CH2-), grupp aromatiku jew grupp tal-karbonil (-C(O)-).

Sat-12 Lúnasa 2030, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-ħtieġa li temenda jew tħassar dan il-paragrafu sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet ma' restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet dwar l-użu tal-PFAS stabbiliti f'konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1907/2006 jew (UE) 2019/1021.

6.   Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika mfassla f'konformità mal-Anness VII.

7.   Sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda dan ir-Regolament sabiex tbaxxi t-total tal-konċentrazzjonijiet taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju u tal-kromu eżavalenti li jirriżultaw mis-sustanzi preżenti fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

8.   Sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64, biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom it-total tal-konċentrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-materjali riċiklati jew għaċ-ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f'katina magħluqa jew kontrollata, kif ukoll biex tiddetermina t-tipi jew il-formati tal-imballaġġ, abbażi tal-kategoriji tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, li għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-paragrafu. Atti delegati bħal dawn għandhom ikunu ġustifikati abbażi ta' analiżi skont il-każ, limitati fiż-żmien, jipprevedu rekwiżiti xierqa tal-immarkar u tal-informazzjoni, u jinkludu rekwiżiti għar-rapportar regolari sabiex jiġi żgurat li l-eżenzjoni tiġi rieżaminata regolarment. Atti delegati adottati f'konformità ma' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati biss biex jemendaw id-derogi stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2001/171/KE u 2009/292/KE.

9.   Sat-12 Lúnasa 2030, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta jekk dan l-Artikolu u l-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 6(4) ikkontribwewx biżżejjed biex jimminimizzaw il-preżenza u l-konċentrazzjoni ta' sustanzi ta' tħassib bħala kostitwenti tal-materjali tal-imballaġġ.

Artikolu 6

Imballaġġ riċiklabbli

1.   L-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq għandu jkun riċiklabbli.

2.   L-imballaġġ għandu jitqies bħala riċiklabbli jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huwa ddisinjat għar-riċiklaġġ tal-materjal, li jippermetti l-użu tal-materja prima sekondarja li tirriżulta li hija ta' kwalità suffiċjenti meta mqabbla mal-materjal oriġinali li tista' tintuża biex tissostitwixxi materja prima primarja, f'konformità mal-paragrafu 4; u

(b)

meta jsir skart, dan jista' jinġabar separatament f'konformità mal-Artikolu 48(1) u (5), isseparat fi flussi ta' skart speċifiċi mingħajr ma jaffettwa r-riċiklabbiltà ta' flussi ta' skart oħra u rriċiklat fuq skala kbira, abbażi tal-metodoloġija stabbilita f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

L-imballaġġ li jkun konformi mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 għandu jitqies li jikkonforma mal-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-imballaġġ li jkun konformi mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5 għandu jitqies li jikkonforma maż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2030 jew erba’ u għoxrin xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, skont liema tiġi l-aħħar.

Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2035 jew, fir-rigward tar-rekwiżit tar-riċiklaġġ fuq skala kbira, mill-1 ta’ Jannar 2035 jew ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5, skont liema tiġi l-aħħar.

3.   Il-manifattur għandu jivvaluta r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ abbażi tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ għandha tiġi espressa fil-gradi A, B jew C tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà kif deskritti fit-Tabella 3 tal-Anness II.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10, sal-1 ta' Jannar 2030 jew 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, skont liema tiġi l-aħħar, l-imballaġġ ma għandux jitqiegħed fis-suq sakemm ma jkunx riċiklabbli fil-gradi A, B jew C kif deskritti fit-Tabella 3 tal-Anness II.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, sal-1 ta' Jannar 2038 ma għandux jitqiegħed imballaġġ fis-suq sakemm ma jkunx riċiklabbli fil-gradi A jew B kif deskritti fit-Tabella 3 tal-Anness II.

4.   Sal-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha, wara li tqis l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 64 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:

(a)

il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà abbażi tat-Tabella 3 tal-Anness II u l-parametri elenkati fit-Tabella 4 tal-Anness II għall-kategoriji tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II; il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà għandhom jiġu żviluppati abbażi tal-materjal predominanti u għandhom:

(i)

iqisu l-kapaċità tal-iskart mill-imballaġġ li jiġi sseparat fi flussi differenti ta' materjal għar-riċiklaġġ, isseparat u riċiklat, sabiex il-materja prima sekondarja li tirriżulta tkun ta' kwalità suffiċjenti meta mqabbla mal-materjal oriġinali u tista' tintuża biex tissostitwixxi l-materja prima primarja għall-imballaġġ jew applikazzjonijiet oħra fejn tinżamm il-kwalità tal-materjal riċiklat, fejn fattibbli;

(ii)

iqisu l-proċessi stabbiliti ta' ġbir u ta' separazzjoni li diġà tħaddmu b'suċċess f'ambjent operazzjonali u li jkopru l-komponenti kollha tal-imballaġġ;

(iii)

iqisu t-teknoloġiji tar-riċiklaġġ disponibbli, il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tagħhom, inkluż il-kwalità tal-output, id-disponibbiltà tal-iskart, l-enerġija meħtieġa u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

(iv)

fejn xieraq, jidentifikaw sustanzi ta' tħassib li jaffettwaw b'mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali fl-imballaġġ li fih ikunu preżenti;

(v)

fejn xieraq, jimponu restrizzjonijiet fuq il-preżenza ta' sustanzi ta' tħassib, jew ta’ gruppi ta' sustanzi bħal dawn, fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ għal raġunijiet mhux relatati primarjament mas-sigurtà kimika; tali restrizzjonijiet jistgħu jservu wkoll biex inaqqsu r-riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet fuq is-sustanzi kimiċi stabbiliti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew, fejn applikabbli, ir-restrizzjonijiet u l-miżuri speċifiċi dwar il-materjali u l-oġġetti li jiġu f'kuntatt mal-ikel fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(b)

kif titwettaq il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà u tesprimi r-riżultat tagħha fi gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità tal-imballaġġ, f'termini ta' piż, inkluż kriterji speċifiċi għall-materjal u effiċjenza tas-separazzjoni, biex jiġi ddeterminat jekk l-imballaġġ għandux jitqies bħala riċiklabbli skont il-paragrafu 2;

(c)

deskrizzjoni, għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II, tal-kundizzjonijiet għall-konformità mal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà rispettivi tagħhom;

(d)

qafas dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tar-responsabbiltà estiża tal-produttur kif jinsab fl-Artikolu 45(1), abbażi tal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ.

Meta tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni, jekk ikun hemm, imwettqa skont l-Artikolu 5(2).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda t-Tabella 1 tal-Anness II sabiex tadattaha għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi fid-disinn tal-materjali u tal-prodotti, u għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi fl-infrastruttura tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ. F’dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għal kategoriji addizzjonali tal-imballaġġ jew toħloq subkategoriji fil-kategoriji elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II.

L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkonformaw ma’ kriterji l-ġodda jew aġġornati tad-disinn għar-riċiklaġġ fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat rilevanti.

5.   Sal-1 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu:

(a)

il-metodoloġija għall-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 2 tal-Anness II, li tissupplimenta t-Tabella 3 tal-Anness II b'limiti għall-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira u, jekk meħtieġ, taġġorna l-gradi ġenerali ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà deskritti fit-Tabella 3 tal-Anness II; dik il-metodoloġija għandha tkun ibbażata, tal-inqas, fuq l-elementi li ġejjin:

(i)

il-kwantitajiet tal-imballaġġ għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 2 tal-Anness II mqiegħda fis-suq fl-Unjoni kollha kemm hi u f'kull Stat Membru;

(ii)

il-kwantitajiet ta' skart fl-imballaġġ riċiklat, kif ikkalkulat fil-punt tal-kalkolu f'konformità mal-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 56(7), il-punt (a), għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 2 tal-Anness II, fl-Unjoni kollha kemm hi u f'kull Stat Membru;

(b)

il-mekkaniżmu tal-katina tal-kustodja li jiżgura li l-imballaġġ jiġi riċiklat fuq skala kbira.

Il-mekkaniżmu tal-katina tal-kustodja msemmija fil-punt (b) għandu jkun ibbażat fuq tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(i)

dokumentazzjoni teknika li tirreferi għall-kwantità ta' skart mill-imballaġġ miġbur li jintbagħat f'faċilitajiet ta' separazzjoni u riċiklaġġ;

(ii)

proċess ta' verifika li jippermetti lill-manifatturi jiksbu d-data meħtieġa mill-operaturi downstream li tiżgura li l-imballaġġ jiġi riċiklat fuq skala kbira.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

Id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun disponibbli u faċilment aċċessibbli mill-pubbliku.

6.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-granularità tad-data li jeħtieġ li tiġi rrapportata għall-metodoloġija għar-riċiklaġġ fuq skala kbira. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda t-Tabella 2 tal-Anness II u t-Tabella 3 tal-Anness XII biex tadattahom għall-iżvilupp tekniku u xjentifiku.

7.   Sal-2035, il-Kummissjoni, abbażi tal-iżviluppi fit-teknoloġiji tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ, tista' tirrieżamina l-limiti minimi biex l-imballaġġ jitqies riċiklat fuq skala kbira u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tirrevedi l-limiti minimi.

8.   Sabiex jiżdied il-livell ta' riċiklabbiltà tal-imballaġġ, 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi sabiex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom kif stabbiliti fl-Artikolu 45 għandhom jiġu modulati f'konformità mal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, kif stipulat fid-dettall fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi sabiex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom kif stabbiliti fl-Artikolu 45 fir-rigward tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 11, il-punt (g), ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika tar-riċiklaġġ ta' dak l-imballaġġ.

9.   Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ kif stipulat fl-Anness VII.

Meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti integrati, il-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklat fuq skala kbira għandha tinkludi l-komponenti integrati kollha. Għandha titwettaq valutazzjoni separata għal komponenti integrati li jistgħu jisseparaw minn xulxin permezz b'riżultat ta' stress mekkaniku waqt it-trasport jew is-separazzjoni.

Meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti separati, il-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tad-disinn għar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklat fuq skala kbira għandha titwettaq b'mod separat għal kull komponent separat.

Il-komponenti kollha tal-unità tal-imballaġġ għandhom ikunu kompatibbli mal-proċessi stabbiliti tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ li diġà tħaddmu b'suċċess f'ambjent operazzjonali u ma għandhomx ifixklu r-riċiklabbiltà tal-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ.

10.   B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, mill-1 ta' Jannar 2030, imballaġġ innovattiv li ma jikkonformax mar-rekwiżiti skont il-paragrafu 2 jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq sa 5 snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha kien tqiegħed fis-suq.

Meta jsir użu minn din id-deroga, l-operatur ekonomiku għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti qabel l-imballaġġ innovattiv jitqiegħed fis-suq u għandu jinkludi d-dettalji tekniċi kollha li juru li l-imballaġġ huwa imballaġġ innovattiv. Dik in-notifika għandha tinkludi skeda ta' żmien biex jintlaħqu r-rekwiżiti tar-riċiklat fuq skala kbira f'termini ta' ġbir u riċiklaġġ tal-imballaġġ innovattiv. L-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu s-sorveljanza tas-suq.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-imballaġġ mhuwiex imballaġġ innovattiv, l-operatur ekonomiku għandu jikkonforma mal-kriterji eżistenti tad-disinn għar-riċiklaġġ.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-imballaġġ huwa imballaġġ innovattiv, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tan-natura innovattiva tal-imballaġġ u taġġorna jew tadotta atti delegati ġodda skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impatt tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq il-kwantità ta' imballaġġ imqiegħed fis-suq. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva bl-għan li temenda dak is-subparagrafu.

L-Istati Membri għandu jkollhom b'mod kontinwu l-għan li jtejbu l-infrastrutturi tal-ġbir u tas-separazzjoni għall-imballaġġ innovattiv b'benefiċċji ambjentali mistennija.

11.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a)

l-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (23), tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2019/6;

(b)

l-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt tal-apparati mediċi kopert mir-Regolament (UE) 2017/745;

(c)

l-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt tal-apparati mediċi in vitro kopert mir-Regolament (UE) 2017/746;

(d)

l-imballaġġ ta' barra kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (24), tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2019/6 f'każijiet fejn imballaġġ bħal dan ikun meħtieġ biex tintlaħaq konformità ma' rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-prodott mediċinali;

(e)

l-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt għall-formula tat-trabi u l-formula ta' prosegwiment, l-ikel ipproċessat abbażi ta' ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 609/2013;

(f)

l-imballaġġ użat għat-trasport ta' oġġetti perikolużi skont id-Direttiva 2008/68/KE;

(g)

l-imballaġġ għall-bejgħ magħmul minn injam ħafif, sufra, tessuti, gomma, ċeramika, porċellana jew xama'; madankollu, il-paragrafu 8 għandu japplika għal tali imballaġġ.

12.   Sal-1 ta' Jannar 2035, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-eċċezzjonijiet skont il-paragrafu 11, filwaqt li tqis, mill-inqas, l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ u l-esperjenza prattika miksuba mill-operaturi ekonomiċi u mill-Istati Membri. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-kontinwazzjoni ta' dawk l-eċċezzjonijiet u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.

Artikolu 7

Kontenut minimu riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik

1.   Sal-1 ta' Jannar 2030 jew 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, skont liema tiġi l-aħħar, kwalunkwe parti tal-plastik tal-imballaġġ imqiegħed fis-suq għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta' kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur, għal kull tip u format ta' imballaġġ kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness II, ikkalkulat bħala medja għal kull impjant tal-manifattura u sena:

(a)

30 % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv magħmula mill-polietilentereftalat (PET) bħala l-komponent ewlieni, ħlief il-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss;

(b)

10 % għall-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt magħmul minn materjali tal-plastik għajr il-PET, ħlief il-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss;

(c)

30 % għall-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss;

(d)

35 % għall-imballaġġ tal-plastik għajr dak imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

2.   Sal-1 ta' Jannar 2040, kwalunkwe parti tal-plastik tal-imballaġġ imqiegħed fis-suq, għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta' kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur, għal kull tip u format ta' imballaġġ kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness II, ikkalkulat bħala medja għal kull impjant tal-manifattura u sena:

(a)

50 % għall-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt magħmul mill-PET bħala l-komponent ewlieni, ħlief il-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss;

(b)

25 % għall-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt magħmul minn materjali tal-plastik għajr il-PET, ħlief il-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss;

(c)

65 % għal fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss;

(d)

65 % għall-imballaġġ tal-plastik għajr dak imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-kontenut riċiklat għandu jiġi rkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur li:

(a)

jkun inġabar fl-Unjoni skont dan ir-Regolament jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttivi 2008/98/KE u (UE) 2019/904, kif rilevanti, jew li jkun inġabar f'pajjiż terz f'konformità mal-istandards għall-ġbir separat biex jiġi promoss riċiklaġġ ta' kwalità għolja ekwivalenti għal dawk imsemmija f'dan ir-Regolament, u d-Direttivi 2008/98/KE u (UE) 2019/904, kif rilevanti; u

(b)

fejn applikabbli, ikun ġie riċiklat f'installazzjoni li tinsab fl-Unjoni li għaliha tapplika d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (62), jew li jkun ġie riċiklat f'installazzjoni li tinsab f'pajjiż terz li għalih japplikaw ir-regoli dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art assoċjati mal-operazzjonijiet ta' riċiklaġġ, u dawk ir-regoli jkunu ekwivalenti għal dawk li jikkonċernaw il-limiti tal-emissjonijiet u l-livelli ta' prestazzjoni ambjentali stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2010/75/UE li huma applikabbli għal installazzjoni li tinsab fl-Unjoni li twettaq l-istess attività; dik il-kundizzjoni għandha tapplika biss fil-każ fejn dawk il-limiti u livelli jkunu applikabbli għall-installazzjoni li tinsab fl-Unjoni u li twettaq l-istess attività bħal installazzjoni analoga li tinsab f’pajjiż terz.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal dawn li ġejjin:

(a)

l-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (23), tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2019/6;

(b)

l-imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt tal-apparati mediċi, apparati maħsuba esklużivament għall-użu fir-riċerka u apparat ta' investigazzjoni koperti mir-Regolament (UE) 2017/745;

(c)

l-imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt tal-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti bir-Regolament (UE) 2017/746;

(d)

l-imballaġġ ta' barra kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (24), tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2019/6 f'każijiet fejn imballaġġ bħal dan ikun meħtieġ biex tintlaħaq konformità ma' rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-prodott mediċinali;

(e)

l-imballaġġ tal-plastik kompostabbli;

(f)

l-imballaġġ użat għat-trasport ta' oġġetti perikolużi f’konformità mad-Direttiva 2008/68/KE;

(g)

l-imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt għall-ikel li huwa maħsub biss għat-trabi u t-tfal żgħar, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali u l-imballaġġ għax-xorb u l-ikel li tipikament jintużaw għal tfal żgħar imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 609/2013;

(h)

l-imballaġġ ta' provvisti, komponenti u komponenti tal-imballaġġ immedjat għall-manifattura ta' prodotti mediċinali koperti mid-Direttiva 2001/83/KE u prodotti mediċinali veterinarji koperti mir-Regolament (UE) 2019/6, meta tali imballaġġ jeħtieġ li jkun konformi mal-istandards tal-kwalità tal-prodott mediċinali.

5.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

l-imballaġġ tal-plastik li huwa maħsub li jiġi f'kuntatt mal-ikel fejn il-kwantità ta' kontenut riċiklat ikun ta' theddida għas-saħħa tal-bniedem u jirriżulta f'nuqqas ta' konformità tal-prodotti fl-imballaġġ mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(b)

kwalunkwe parti tal-plastik li tirrappreżenta anqas minn 5 % tal-piż totali tal-unità sħiħa tal-imballaġġ.

6.   Il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tintwera mill-manifatturi jew importaturi fl-informazzjoni teknika dwar l-imballaġġ imsemmija fl-Anness VII.

7.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tar-responsabbiltà estiża tal-produttur kif stabbiliti fl-Artikolu 45 jistgħu jiġu modulati abbażi tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat użat fl-imballaġġ. Kwalunkwe modulazzjoni bħal din għandha tqis il-kriterji ta' sostenibbiltà tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ u l-kostijiet ambjentali għall-finijiet tal-kontenut riċiklat.

8.   Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur riċiklat u miġbur fl-Unjoni f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll il-format għad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tqis l-użu tal-materja prima sekondarja li tirriżulta li tkun ta' kwalità suffiċjenti meta mqabbla mal-materja oriġinali li tista' tintuża biex tissostitwixxi l-materja prima primarja. Il-metodoloġija ta' verifika tista' tinkludi l-obbligu li jitwettqu awditi indipendenti minn parti terza fuq il-manifatturi tal-kontenut riċiklat fl-Unjoni u tal-imballaġġ tal-plastik imqiegħed fis-suq bħala unità tal-bejgħ separata minn prodotti oħra, biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu.

Meta tadotta l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-teknoloġiji ta' riċiklaġġ disponibbli, filwaqt li tqis il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tagħhom, inkluż il-kwalità tal-output, id-disponibbiltà tal-iskart, l-enerġija meħtieġa u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u impatti ambjentali rilevanti oħra.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

9.   Sal-31 ta' Diċembru 2026, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 64 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament bi kriterji ta' sostenibbiltà għat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ tal-plastik.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-kontenut riċiklat għandu jiġi rkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur, li jkun ġie riċiklat:

(a)

f'installazzjonijiet li jinsabu fl-Unjoni li jużaw teknoloġiji tar-riċiklaġġ li jissodisfaw tali kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti skont dan il-paragrafu; jew

(b)

f'installazzjonijiet li jkunu jinsabu f' pajjiż terz li jużaw teknoloġiji tar-riċiklaġġ f'konformità ma' standards ekwivalenti għall-kriterji ta' sostenibbiltà żviluppati skont l-atti delegati.

10.   Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-valutazzjoni, il-verifika u ċ-ċertifikazzjoni, inkluż permezz ta' awditu minn parti terza, l-ekwivalenza tar-regoli applikati f'każijiet fejn il-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur jiġi riċiklat jew miġbur f'pajjiż terz. Il-valutazzjoni għandha tqis l-istandards tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, inkluż l-istandards biex jiġi żgurat li r-riċiklaġġ jitwettaq b'mod ambjentalment korrett, u l-istandards dwar riċiklaġġ ta' kwalità għolja, bħal dawk dwar l-effiċjenza fir-riżorsi u l-istandards tal-kwalità għas-setturi tar-riċiklaġġ. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

11.   Sal-1 ta' Jannar 2029 jew erba’ u għoxrin xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8, skont liema tiġi l-aħħar, il-kalkolu u l-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat li jinsab fl-imballaġġ skont il-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni adottat f’konformità mal-paragrafu 8.

12.   Sal-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal derogi mill-perċentwali minimi ta' kontenut riċiklat stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (d), għall-imballaġġ tal-plastik speċifiku, jew ir-reviżjoni tal-lista ta’ eċċezzjonijiet fil-paragrafu 4 għall-imballaġġ tal-plastik speċifiku.

Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta t-teknoloġiji tar-riċiklaġġ xierqa għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik ma jkunux awtorizzati skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni jew ma jkunux disponibbli biżżejjed fil-prattika, filwaqt li jitqies kwalunkwe rekwiżit relatat mas-sikurezza, speċjalment fir-rigward tal-imballaġġ tal-plastik sensittiv għall-kuntatt, inkluż l-imballaġġ tal-ikel, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda dan ir-Regolament sabiex:

(a)

tipprevedi derogi mill-kamp ta' applikazzjoni, iż-żmien jew il-livell tal-perċentwal minimu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (d) ta' dan l-Artikolu, għall-imballaġġ tal-plastik speċifiku; u

(b)

kif xieraq, temenda l-lista ta’ eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

13.   Meta n-nuqqas ta' disponibbiltà jew prezzijiet eċċessivi ta' plastik riċiklat speċifiku jagħmel il-konformità mal-perċentwali minimi ta' kontenut riċiklat stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu eċċessivament diffiċli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda dawk il-paragrafi billi taġġusta l-perċentwali minimi kif xieraq. Fl-evalwazzjoni ta' jekk tali aġġustament huwiex xieraq, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom jiġu akkumpanjati minn informazzjoni u data rilevanti dwar is-sitwazzjoni tas-suq għall-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur u l-aħjar evidenza disponibbli dwar ir-riskji relatati għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew tal-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tadotta tali att delegat biss f'każijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm effetti negattivi serji għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew għall-ambjent.

14.   Sat-12 ta’ Frar 2032, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tat-teknoloġija tal-ogħla livell u l-esperjenza prattika miksuba mill-operaturi ekonomiċi u mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jirrieżamina l-implimentazzjoni tal-perċentwali minimi ta' kontenut riċiklat sal-2030 stipulati fil-paragrafu 1, u li jevalwa sa liema punt dawk il-perċentwali jwasslu għal soluzzjonijiet li jrawmu imballaġġ sostenibbli li jkunu effettivi u faċli biex jiġu implimentati, il-fattibbiltà tal-kisba tal-perċentwali minimi għall-2040 abbażi tal-esperjenza fil-kisba tal-perċentwali minimi għall-2030 u ċ-ċirkostanzi li qed jevolvu, ir-rilevanza taż-żamma tal-eċċezzjonijiet u tad-derogi stabbiliti f'dan l-Artikolu, u l-ħtieġa jew il-pertinenza tal-istabbiliment ta' perċentwali minimi ġodda ta' kontenut riċiklat. Dak ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li temenda dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-perċentwali minimi ta' kontenut riċiklat għall-2040.

15.   Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina s-sitwazzjoni fir-rigward tal-użu tal-materjali tal-imballaġġ riċiklati fl-imballaġġ għajr il-plastik u, abbażi ta' dak, tivvaluta l-adegwatezza li jiġi stabbiliti miżuri, jew jiġu ffissati miri, għaż-żieda fl-użu tal-kontenut riċiklat f'imballaġġ ieħor bħal dan, u fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.

Artikolu 8

Materja prima b'bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik

1.   Sat-12 ta’ Frar 2028, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-istat tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-prestazzjoni ambjentali tal-imballaġġ tal-plastik b'bażi bijoloġika filwaqt li tqis il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (63).

2.   Abbażi tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, fejn xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex:

(a)

tistabbilixxi rekwiżiti ta' sostenibbiltà għall-materja prima b'bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik;

(b)

tistabbilixxi miri għaż-żieda tal-użu ta' materja prima tal-plastik b'bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik;

(c)

tintroduċi l-possibbiltà li jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2) ta' dan ir-Regolament billi tintuża materja prima tal-plastik b'bażi bijoloġika minflok kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur f'każ li ma jkunux disponibbli teknoloġiji tar-riċiklaġġ adatti għall-imballaġġ li jiġi f'kuntatt mal-ikel li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/1616;

(d)

temenda, fejn xieraq, id-definizzjoni ta' plastik b'bażi bijoloġika stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (53).

Artikolu 9

Imballaġġ kompostabbli

1.   B'deroga mill-Artikolu 6(1), sat-12 ta’ Frar 2028, meta l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (1)(f), u tikketti li jwaħħlu mwaħħla mal-frott u l-ħxejjex jitqiegħdu fis-suq, dak l-imballaġġ u tikketti li jwaħħlu għandhom ikunu kompatibbli mal-istandard għall-ikkompostjar f'kundizzjonijiet ikkontrollati industrijalment f'faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart u għandhom ikunu kompatibbli, meta meħtieġ mill-Istati Membri, mal-istandards tal-ikkompostjar domestiku msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

2.   B'deroga mill-Artikolu 6(1), meta l-Istati Membri jippermettu li l-iskart bi proprjetajiet simili ta' bijodegradabbiltà u kompostabbiltà bħall-bijoskart skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/98/KE jinġabar flimkien mal-bijoskart u jkunu disponibbli skemi xierqa ta' ġbir tal-iskart u infrastruttura għat-trattament tal-iskart biex jiġi żgurat li l-imballaġġ kompostabbli jidħol fil-fluss tal-immaniġġar tal-bijoiskart, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-imballaġġ li ġej għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tagħhom għall-ewwel darba biss jekk l-imballaġġ ikun kompostabbli:

(a)

l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (1)(g) magħmul minn materjal li mhuwiex metall, basktijiet tal-plastik ħfief ħafna u basktijiet tal-plastik ħfief;

(b)

l-imballaġġ għajr dak imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu li għalih l-Istat Membru diġà kien jeħtieġ li jkun kompostabbli qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   Sat-12 ta’ Frar 2028, l-imballaġġ għajr dak imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, inkluż l-imballaġġ magħmul minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli u minn materjali bijodegradabbli oħra, għandu jkun diżinjat għar-riċiklaġġ tal-materjal f'konformità mal-Artikolu 6 mingħajr ma tiġi affettwata r-riċiklabbiltà ta' flussi oħra tal-iskart.

4.   Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3, ta’ dan l-Artikolu għandha tintwera fl-informazzjoni teknika dwar l-imballaġġ imsemmi fl-Anness VII.

5.   Il-Kummissjoni tista' tanalizza jekk għandux jiġi inkluż imballaġġ ieħor fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jekk ġustifikat u xieraq minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji li jaffettwaw l-eliminazzjoni tal-imballaġġ kompostabbli u fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, u fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.

6.   Sat-12 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex iħejju jew jaġġornaw l-istandards armonizzati li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tar-rekwiżiti dwar l-imballaġġ kompostabbli. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha titlob li, f'konformità mal-aħħar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, jitqiesu parametri bħall-ħinijiet ta' żamma, it-temperaturi u t-tħawwid, li jirriflettu l-kundizzjonijiet reali fil-kompost fid-dar u fil-faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart, inkluż il-proċessi ta' diġestjoni anaerobika. Il-Kummissjoni għandha titlob li dawk l-istandards jinkludu verifika li l-imballaġġ kompostabbli f'dekompożizzjoni bijoloġika soġġetta għall-parametri speċifikati fl-aħħar jirriżulta f'konverżjoni għal diossidu tal-karbonju jew, fin-nuqqas ta' ossiġenu, għal metan, u mluħa minerali, bijomassa u ilma.

Sat-12 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha wkoll titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex iħejju standards armonizzati li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tar-rekwiżiti dwar l-kompostabblita’ domestika tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 10

Minimizzazzjoni tal-imballaġġ

1.   Sal-1 ta' Jannar 2030, il-manifattur jew l-importatur għandu jiżgura li l-imballaġġ li jitqiegħed fis-suq ikun iddisinjat b'tali mod li l-piż u l-volum tiegħu jitnaqqsu għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tiegħu filwaqt li jitqiesu l-forma u l-materjal li minnu jkun magħmul l-imballaġġ.

2.   Il-manifattur jew l-importatur għandu jiżgura li l-imballaġġ li ma jikkonformax mal-kriterji tal-prestazzjoni stipulati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament u l-imballaġġ b'karatteristiċi li jimmiraw biss biex iżidu l-volum perċepit tal-prodott, inkluż saffi doppji, qigħan foloz u saffi mhux meħtieġa, ma jitqiegħedx fis-suq, sakemm:

(a)

id-disinn tal-imballaġġ ma jkunx protett minn disinn Komunitarju skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (64) jew minn drittijiet tad-disinn fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (65), inkluż ftehimiet internazzjonali li għandhom effett f'wieħed mill-Istati Membri, jew sakemm il-forma tiegħu ma tkunx trademark fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66) jew tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (67), inkluż trademarks irreġistrati skont ftehimiet internazzjonali li għandhom effett f'wieħed mill-Istati Membri, id-drittijiet tad-disinn u t-trademarks ma jkunux protetti qabel il-11 ta’ Frar 2025, u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu ma taffettwax id-disinn tal-imballaġġ b'mod li jbiddel in-novità jew il-karattru individwali tiegħu, jew ma jaffettwax it-trademark b'mod li t-trademark ma tibqax kapaċi tiddistingwi l-prodott immarkat minn dawk ta' impriżi oħra; jew

(b)

il-prodott jew ix-xarba ppakkjata ma jibbenefikawx minn indikazzjoni ġeografika protetta skont il-liġi tal-Unjoni, bħal skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-inbid jew ir-Regolament (UE) 2019/787 għax-xorb spirituż jew ir-Regolament (UE) 2023/2411 għall-prodotti artiġjanali u industrijali, jew huma koperti minn skema tal-kwalità kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2024/1143.

3.   Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex iħejju jew jaġġornaw, kif xieraq, l-istandards armonizzati li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu u l-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ skont dan ir-Regolament. Għall-biċċa l-kbira tat-tipi u l-formati komuni tal-imballaġġ, tali standards għandhom jispeċifikaw il-limiti massimi adegwati tal-piż u tal-volum, u, fejn xieraq, il-ħxuna tas-saffi u l-ispazju vojt massimu.

4.   Il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII, li għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(a)

spjegazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-kundizzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-imballaġġ skont il-kriterji tal-prestazzjoni u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness IV;

(b)

għal kull wieħed minn dawk il-kriterji tal-prestazzjoni, l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti tad-disinn li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri tal-piż jew tal-volum tal-imballaġġ;

(c)

kwalunkwe riżultat tat-test, studju jew sorsi rilevanti oħra, bħall-immudellar u s-simulazzjoni, użati biex jiġi vvalutat il-volum jew il-piż minimu meħtieġ tal-imballaġġ.

Għall-imballaġġ riutilizzabbli, il-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tqis il-karatteristiċi tal-imballaġġ li jista' jerġa' jintuża, u qabel kollox ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11.

Artikolu 11

Imballaġġ riutilizzabbli

1.   L-imballaġġ imqiegħed fis-suq mill-11 ta’ Frar 2025 għandu jitqies li jkun riutilizzabbli meta jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun ġie maħsub, iddisinjat u mqiegħed fis-suq bl-objettiv li jerġa' jintuża diversi drabi;

(b)

ikun ġie maħsub u ddisinjat biex iwettaq kemm jista' jkun rotazzjonijiet f'kundizzjonijiet tal-użu normalment prevedibbli;

(c)

jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli fir-rigward tas-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza u l-iġjene;

(d)

jista' jitbattal jew jinħatt mingħajr ma ssirlu ħsara b'tali mod li twaqqaf il-funzjonament ulterjuri u l-użu mill-ġdid tiegħu;

(e)

jista' jitbattal, jinħatt, jerġa' jimtela jew jerġa' jitgħabba filwaqt li jinżammu l-kwalità u s-sikurezza tal-prodott fl-imballaġġ u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza u tal-iġjene, inkluż dawk dwar is-sikurezza tal-ikel;

(f)

jista' jiġi rikondizzjonat f'konformità mal-Parti B tal-Anness VI, filwaqt li jżomm il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjoni maħsuba tiegħu;

(g)

jippermetti t-twaħħil tat-tikketta u l-għoti tal-informazzjoni dwar il-proprjetajiet ta' dak il-prodott u dwar l-imballaġġ innifsu, inkluż kwalunkwe struzzjoni u informazzjoni rilevanti biex jiġu żgurati s-sikurezza, l-użu adegwat, it-traċċabbiltà u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott;

(h)

jista' jitbattal, jinħatt, jerġa' jimtela jew jerġa' jitgħabba mingħajr riskju għas-saħħa u s-sikurezza ta' dawk responsabbli biex jagħmlu dan; u

(i)

jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi għall-imballaġġ riċiklabbli stipulati fl-Artikolu 6, sabiex ikun jista' jiġi riċiklat meta jsir skart.

2.   Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 64 sabiex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi għadd minimu għar-rotazzjonijiet għall-imballaġġ riutilizzabbli, għall-fini tal-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu għall-formati tal-imballaġġ li jintużaw l-aktar ta' spiss fl-użu mill-ġdid, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-iġjene u rekwiżiti oħra bħal-loġistika.

3.   Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tintwera fl-informazzjoni teknika dwar l-imballaġġ imsemmi fl-Anness VII.

KAPITOLU III

REKWIŻITI TA' TIKKETTAR, IMMARKAR U INFORMAZZJONI

Artikolu 12

Tikkettar tal-imballaġġ

1.   Mit-12 ta’ Awwissu 2028 jew 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafi 6 jew 7 ta' dan l-Artikolu, skont liema tiġi l-aħħar, l-imballaġġ imqiegħed fis-suq għandu jiġi mmarkat b'tikketta armonizzata li jkun fiha informazzjoni dwar il-kompożizzjoni materjali tiegħu sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur. It-tikketta għandha tkun ibbażata fuq pittogrammi u tkun tinftiehem faċilment, inkluż għall-persuni b'diżabbiltà. Għall-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 9(1) u, fejn applikabbli, l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 9(2), it-tikketta għandha tindika li l-materjal huwa kompostabbli, li mhuwiex adatt għall-ikkompostjar domestiku, u li l-imballaġġ kompostabbli ma għandux jintrema fin-natura. Bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku, dan l-obbligu ma japplikax għall-imballaġġ għat-trasport jew għall-imballaġġ li huwa soġġett għal sistema ta' rifużjoni tad-depożitu.

L-imballaġġ imqiegħed fis-suq li jkun fih sustanzi ta’ tħassib għandu jiġi mmarkat permezz ta’ teknoloġiji standardizzati, miftuħa u tal-immarkar diġitali f’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu.

Flimkien mat-tikketta armonizzata msemmija f'dan il-paragrafu, operaturi ekonomiċi jistgħu jqiegħdu kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali, fuq l-imballaġġ li jkun fih informazzjoni dwar id-destinazzjoni ta' kull komponent separat tal-imballaġġ sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur.

L-imballaġġ li huwa soġġett għas-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu kif imsemmija fl-Artikolu 50(1) għandu jiġi mmarkat b'tikketta ċara u mhux ambigwa. Minbarra t-tikketta nazzjonali, l-imballaġġ jista' jiġi mmarkat b'tikketta bil-kulur armonizzata stabbilita fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-imballaġġ li huwa soġġett għal sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jiġi mmarkat b'dik it-tikketta bil-kulur armonizzata, dment li dan ma jwassalx għal distorsjonijiet fis-suq intern jew ostakli għall-kummerċ għall-prodotti minn Stati Membri oħra.

2.   Imballaġġ riutilizzabbli mqiegħed fis-suq mit-12 ta’ Frar 2029 jew 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6, skont liema tiġi l-aħħar, għandu jkollu tikketta li tinforma lill-utenti li l-imballaġġ huwa riutilizzabbli. Aktar informazzjoni dwar ir-riutilizzabbiltà, inkluż id-disponibbiltà ta' sistema lokali, nazzjonali jew fl-Unjoni kollha għall-użu mill-ġdid u informazzjoni dwar punti tal-ġbir, għandha tkun disponibbli permezz ta' kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali li jiffaċilita it-traċċar tal-imballaġġ u l-kalkolu ta' vjaġġi u rotazzjonijiet jew, jekk dak il-kalkolu ma jkunx fattibbli, stima medja. Barra minn hekk, l-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli għandu jiġi identifikat b'mod ċar u distint mill-imballaġġ li jintuża darba biss fil-punt tal-bejgħ.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżit li jkun hemm tikketta u kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali ma għandux japplika għal sistemi b'ċirkwit miftuħ li ma jkollhomx operatur tas-sistema f'konformità mal-Anness VI.

4.   Meta l-imballaġġ li għalih japplika l-Artikolu 7 jitqiegħed fis-suq mit-12 ta’ Awwissu 2028 jew 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, skont liema tiġi l-aħħar, u jkun immarkat b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut riċiklat, dik it-tabella u, fejn applikabbli, il-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali, għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija stabbilita skont l-Artikolu 7(8). Meta l-imballaġġ ikun immarkat b'tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut tal-plastik b'bażi bijoloġika, dik it-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

5.   It-tikketti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali msemmi fil-paragrafu 2 għandhom jitwaħħlu, jiġu stampati jew jitnaqqxu u jkunu jidhru, jistgħu jinqraw u ma jinqalgħux minn fuq l-imballaġġ, sabiex ma jkunux jistgħu jitħassru faċilment. L-informazzjoni li tinsab fihom għandha tkun disponibbli wkoll għall-utenti finali qabel ix-xiri tal-prodott permezz ta' bejgħ online. Meta tali twaħħil, stampar jew tinqix ma jkunx possibbli jew ma jkunx approvat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ, it-tikketta, il-kodiċi QR jew il-mezz l-ieħor tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali għandhom jitwaħħlu fuq l-imballaġġ kollettiv. Meta anki dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ jew meta jkun rilevanti li jiġi previst aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni minn gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari persuni b'insuffiċjenza fil-vista, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta' kodiċi wieħed li jinqara elettronikament jew tip ieħor ta' mezz tad-data.

L-informazzjoni li tinsab fit-tikketti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali għandha tkun disponibbli b'lingwa waħda jew aktar li tista' tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih l-imballaġġ għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq.

Fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta b'mezzi elettroniċi f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 4, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

data personali adegwata u rilevanti għandha tinġabar biss għall-fini limitat li l-utent jingħata aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar il-konformità msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68);

(b)

l-informazzjoni ma għandhiex tintwera ma' informazzjoni oħra maħsuba għal finijiet ta' bejgħ jew ta' kummerċjalizzazzjoni.

Meta l-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-informazzjoni dwar il-prodott fl-imballaġġ tiġi pprovduta permezz ta' mezz tad-data, għandu jintuża mezz tad-data wieħed biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall- prodott fl-imballaġġ u għall-imballaġġ, u t-tnejn għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu faċilment.

6.   Sat-12 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi tikketta u speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti u l-formati tat-tikkettar, inkluż meta previst permezz ta' mezzi diġitali, għat-tikkettar tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu. Meta tiżviluppa dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tal-imballaġġ kompost. Meta tiżviluppa t-tikketta armonizzata għall-imballaġġ soġġett għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu msemmija fl-Artikolu 50(2), il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe varjazzjoni li teżisti fid-depożitu impost mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

7.   Sat-12 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta' teknoloġiji tal-immarkar standardizzati, miftuħa u diġitali, inkluż għall-imballaġġ kompost u komponenti integrati jew separati tal-imballaġġ.

Sal-1 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' sustanzi ta' tħassib permezz ta' teknoloġiji tal-immarkar standardizzati, miftuħa u diġitali. Dik il-metodoloġija għandha tiżgura li l-immarkar jinkludi mill-inqas l-isem u l-konċentrazzjoni tas-sustanza ta' tħassib preżenti f'kull materjal f'unità tal-imballaġġ.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

8.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jikkonċernaw tikketti armonizzati oħra tal-UE, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li x'aktarx iqarrqu jew jikkonfondu lill-konsumaturi jew utenti finali oħra fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà għall-imballaġġ, karatteristiċi oħra tal-imballaġġ jew għażliet oħra ta' mmaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ li għalihom ġie stabbilit tikkettar armonizzat f'dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tadotta linji gwida sabiex tiċċara aspetti li x'aktarx iqarrqu jew jikkonfondu lill-konsumaturi jew utenti finali oħra.

9.   Sat-12 ta’ Frar 2027, l-imballaġġ inkluż fi skema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jista’ jiġi identifikat fit-territorju kollu tal-Istati Membri li fihom dik l-iskema jew dik is-sistema tapplika. Tali identifikazzjoni għandha tinkiseb biss permezz ta' simbolu li jikkorrispondi f'kodiċi QR jew teknoloġija oħra tal-immarkar standardizzata, miftuħa u diġitali sabiex jintwera li l-produttur jissodisfa l-obbligi tiegħu ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Dak is-simbolu għandu jkun ċar u mhux ambigwu u ma għandux iqarraq lill-konsumaturi jew utenti finali oħra fir-rigward tar-riċiklabbiltà jew ir-riutilizzabbiltà tal-imballaġġ.

10.   L-imballaġġ kopert minn sistema ta' rifużjoni tad-depożitu differenti minn dik imsemmija fl-Artikolu 50(1) jista', skont il-liġi nazzjonali, jiġi identifikat permezz tas-simbolu korrispondenti fit-territorju kollu li fih tapplika dik l-iskema jew sistema. Dak is-simbolu għandu jkun ċar u mhux ambigwu u ma għandux iqarraq lill-konsumaturi jew utenti finali oħra fir-rigward tar-riċiklabbiltà jew ir-riutilizzabbiltà tal-imballaġġ fl-Istati Membri fejn għandu jiġi ritornat. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu t-twaħħil ta' tikketti relatati mas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu fis-seħħ fi Stati Membri oħra.

11.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-imballaġġ immedjat u ta' barra kif definit fir-Regolamenti (UE) 2017/745, (UE) 2017/746 u (UE) 2019/6 u fid-Direttiva 2001/83/KE, jekk ma jkun hemm l-ebda spazju fuq l-imballaġġ minħabba rekwiżiti oħra ta' tikkettar kif definit f'dawk l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni jew jekk it-tikkettar tal-imballaġġ jista' jipperikola l-użu sikur ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew ta' prodotti mediċinali veterinarji.

12.   L-imballaġġ kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 4 li jiġi mmanifatturat fl-Unjoni jew importat qabel l-iskadenzi msemmija f'dawk il-paragrafi u li ma jikkonformax mal-kriterji stabbiliti f'dawk il-paragrafi jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq sa 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti f'dawk il-paragrafi.

Artikolu 13

Tikkettar tar-reċipjenti tal-iskart għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ

1.   Sat-12 ta’ Awwissu 2028 jew 30 xahar wara l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, skont liema tiġi l-aħħar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tikketti armonizzati li jippermettu l-ġbir separat ta' kull frazzjoni materjali speċifika tal-iskart mill-imballaġġ li jkun maħsub li jintrema f'reċipjenti separati jitwaħħlu, jiġu stampati jew jitnaqqxu u jkunu jidhru, jistgħu jinqraw u ma jitħassrux fuq ir-reċipjenti kollha tal-iskart għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ. Reċipjent għall-iskart mill-imballaġġ jista' jkollu aktar minn tikketta waħda. Dan l-obbligu ma japplikax għal reċipjenti soġġetti għal sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu.

2.   Sat-12 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi tikketti u speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti u għall-formati tat-tikkettar għat-tikkettar tar-reċipjenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Meta tiżviluppa dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tal-ġbir stabbiliti fl-Istati Membri kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tal-imballaġġ kompost. It-tikkettar għar-reċipjenti għandu jikkorrispondi mat-tikkettar għall-imballaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12(6) bl-eċċezzjoni tat-tikkettar għall-imballaġġ soġġett għal sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

Artikolu 14

Asserzjonijiet ambjentali

L-asserzjonijiet ambjentali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (o), tad-Direttiva 2005/29/KE dwar il-proprjetajiet tal-imballaġġ li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti legali f'dan ir-Regolament jistgħu jsiru b'rabta mal-imballaġġ imqiegħed fis-suq jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-asserzjonijiet isiru biss fir-rigward tal-proprjetajiet tal-imballaġġ li jaqbżu r-rekwiżiti minimi applikabbli stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-kriterji, il-metodoloġiji u r-regoli tal-kalkolu stabbiliti fih; u

(b)

l-asserzjonijiet jispeċifikaw jekk humiex relatati mal-unità tal-imballaġġ, parti mill-unità tal-imballaġġ jew l-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq mill-operatur ekonomiku.

Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ kif stabbilit fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 15

Obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom biss iqiegħdu fis-suq imballaġġ li huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

2.   Qabel ma jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq, il-manifatturi għandhom iwettqu l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38, jew jaraw li din titwettaq f'isimhom, u jfasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII.

Meta l-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet mill-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE f'konformità mal-Artikolu 39.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE kif ġej:

(a)

fil-każ ta' imballaġġ li jintuża darba biss: għal 5 snin mid-data li fiha l-imballaġġ tqiegħed fis-suq;

(b)

fil-każ ta' imballaġġ riutilizzabbli: għal 10 snin mid-data li fiha l-imballaġġ tqiegħed fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom il-proċeduri stabbiliti biex il-produzzjoni tas-serje tal-imballaġġ tibqa' tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-manifatturi għandhom iqisu b'mod adegwat il-bidliet fid-disinn tal-imballaġġ jew fil-karatteristiċi, kif ukoll il-bidliet fl-istandards armonizzati, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità jew li permezz tagħhom tiġi vverifikata l-konformità tiegħu. Meta l-manifatturi jsibu li l-konformità tal-imballaġġ tista' tiġi affettwata, huma għandhom iwettqu valutazzjoni mill-ġdid f'konformità mal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38 jew jaraw li din titwettaq f'isimhom.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-imballaġġ ikollu n-numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tiegħu, jew, meta d-daqs jew in-natura tal-imballaġġ ma jippermettux dan, li l-informazzjoni meħtieġa hi pprovduta f'dokument li jakkumpanja l-prodott fl-imballaġġ.

6.   Il-manifatturi għandhom jindikaw, fuq l-imballaġġ jew fuq kodiċi QR jew mezz ieħor ta' data, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trademark reġistrata kif ukoll l-indirizz postali fejn u, meta disponibbli, il-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni li bihom, ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati. Meta dan ma jkunx possibbli, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta bħala parti mill-informazzjoni permezz tal-kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz ta' data standardizzat, miftuħ u diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 12(1), (2), (4) jew (5) jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott fl-imballaġġ. L-indirizz postali għandu jindika l-punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta f'konformità mal-paragrafi 5 u 6 tkun ċara, tinftiehem u tista' tinqara, u ma tissostitwix, jew ma toskurax u lanqas ma tista tiġi mfixkla mal-informazzjoni meħtieġa minn atti legali oħra tal-liġi tal-Unjoni dwar it-tikkettar tal-prodott fl-imballaġġ.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li imballaġġ li huma jkunu qiegħdu fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jkunx konformi ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex jagħmlu dak l-imballaġġ konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq. Il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-imballaġġ għad-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta' konformità suspettat u dwar il-miżura korrettiva meħuda.

9.   B'deroga mill-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-obbligu li jsir konformi, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura imballaġġ maħsub li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 ma għandux japplika għal imballaġġ riutilizzabbli li jkun tqiegħed fis-suq qabel l-11 ta’ Frar 2025.

10.   Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-imballaġġ bir-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, b'lingwa waħda jew aktar li jkunu jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f'forma elettronika u, fuq talba, f'forma stampata. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien għaxart ijiem minn meta tasal it-talba mill-awtorità nazzjonali. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

11.   Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ għat-trasport magħmul apposta għal apparati mediċi konfigurabbli u sistemi mediċi li għandhom jintużaw f'ambjenti industrijali u tal-kura tas-saħħa.

12.   Meta l-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-imballaġġ iddisinjat jew immanifatturat taħt isimha jew bit-trademark tagħha stess tkun koperta mid-definizzjoni ta' mikrointrapriża stipulata fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025, u l-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ lill-persuna fiżika jew ġuridika li għandha l-imballaġġ iddisinjat jew immanifatturat taħt isimha jew bit-trademark tagħha stess tkun tinsab fl-Unjoni, il-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ għandha titqies bħala l-manifattur għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Obbligi tal-informazzjoni tal-fornituri tal-imballaġġ jew tal-materjali tal-imballaġġ

1.   Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-manifattur bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex il-manifattur juri l-konformità tal-imballaġġ u tal-materjali tal-imballaġġ ma' dan ir-Regolament, inkluż id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII u meħtieġa fi jew skont l-Artikoli 5 sa 11, b'lingwa waħda jew aktar li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-manifattur. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f'forma stampata jew f'forma elettronika.

2.   Meta xieraq, id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-atti legali tal-Unjoni applikabbli għall-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt għandhom ikunu parti mill-informazzjoni u mid-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-manifattur skont il-paragrafu 1.

Artikolu 17

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Manifattur jista', permezz ta' mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex minn tal-anqas jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq kif ġej:

(i)

fir-rigward ta' imballaġġ li jintuża darba biss: għal 5 snin mid-data li fiha l-imballaġġ kien tqiegħed fis-suq; u

(ii)

fir-rigward ta' imballaġġ riutilizzabbli: għal 10 snin mid-data li fiha l-imballaġġ kien tqiegħed fis-suq;

(b)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe miżura meħuda fil-każijiet ta' nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ kopert mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat;

(c)

fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħti lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-imballaġġ b'lingwa waħda jew aktar li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità;

(d)

fuq talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħmel disponibbli d-dokumenti rilevanti fi żmien għaxart ijiem mill-wasla ta' talba bħal din;

(e)

jittermina l-mandat jekk il-manifattur jaġixxi b'mod kuntrarju għall-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 15(1) u l-obbligu li titfassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII u meħtieġa taħt jew skont l-Artikoli 5 sa 11 ma għandhomx ikunu parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 18

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu biss fis-suq l-imballaġġ li huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

2.   Qabel ma jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:

(a)

il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38 tkun twettqet mill-manifattur u li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, imsemmija fl-Anness VII u meħtieġa fi jew skont l-Artikoli 5 sa 11;

(b)

l-imballaġġ huwa ttikkettat f'konformità mal-Artikolu 12;

(c)

l-imballaġġ ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa; u

(d)

il-manifattur ikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 15(5) u (6).

Meta importatur jidhirlu jew ikollu raġunijiet biex jemmen li l-imballaġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, l-importatur ma għandux iqiegħed l-imballaġġ fis-suq qabel ma dan isir konformi.

3.   L-importaturi għandhom jindikaw fuq l-imballaġġ isimhom u l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trademark reġistrata tagħhom kif ukoll l-indirizz postali fejn, u, meta disponibbli, il-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati. Meta ma jkunx possibbli li dik l-informazzjoni tiġi indikata fuq l-imballaġġ, hija għandha tiġi pprovduta permezz tal-mezz ta' data standardizzata, miftuħa u diġitali msemmi fl-Artikolu 12 jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott fl-imballaġġ.

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta f'konformità mal-paragrafu 3 tkun ċara, tinftiehem u tista' tinqara, u ma tissostitwix jew ma toskurax u lanqas ma tista tiġi mfixkla mal-informazzjoni meħtieġa minn xi atti legali oħra tal-Unjoni dwar it-tikkettar tal-prodott fl-imballaġġ.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li filwaqt li imballaġġ ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, kemm vojt jew bi prodott, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

6.   L-importaturi li jqisu, jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, li l-imballaġġ li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma huwiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex jagħmlu dak l-imballaġġ konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq. L-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu l-imballaġġ, dwar in-nuqqas ta' konformità suspettat u dwar il-miżuri korrettivi meħuda.

7.   L-importaturi għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII u meħtieġa taħt jew skont l-Artikoli 5 sa 11 tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba, kif ġej:

(a)

fir-rigward ta' imballaġġ li jintuża darba biss: għal 5 snin mid-data li fiha l-imballaġġ kien tqiegħed fis-suq, u

(b)

fir-rigward ta' imballaġġ riutilizzabbli: għal 10 snin mid-data li fiha l-imballaġġ kien tqiegħed fis-suq.

8.   L-importaturi, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, għandhom jipprovdu lill-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-imballaġġ, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, b'lingwa waħda jew aktar li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f'forma elettronika u, fuq talba, f'forma stampata. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien għaxart ijiem minn meta tasal it-talba mill-awtorità nazzjonali.

9.   L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

Artikolu 19

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jqiegħdu għad-dispożizzjoni imballaġġ fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni meħtieġa fir-rigward tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.   Qabel ma jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:

(a)

il-produttur li huwa soġġett għall-obbligi dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għall-imballaġġ huwa rreġistrat fir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 44;

(b)

l-imballaġġ huwa ttikkettat f'konformità mal-Artikolu 12; u

(c)

il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(5) u (6) u fl-Artikolu 18(3), rispettivament.

3.   Meta distributur, qabel ma jqiegħed għad-dispożizzjoni l-imballaġġ fis-suq, iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-imballaġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 jew li l-manifattur jew l-importatur ma jkunx qiegħed jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(5) u (6) u fl-Artikolu 18(3), rispettivament, id-distributur ma għandux iqiegħed għad-dispożizzjoni l-imballaġġ fis-suq sakemm dan ma jkunx sar konformi jew sakemm il-manifattur jew l-importatur ma jikkonformax.

Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li imballaġġ, kemm vojt jew bi prodott, ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

4.   L-informazzjoni żvelata mill-produttur ma għandhiex tintuża mid-distributur għal kwalunkwe skop ieħor ħlief biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikkabli stabbiliti fi jew skont l-Artikolu 5 sa 12. B’mod partikolari, l-użu ħażin ta' tali informazzjoni mid-distributuri għal skopijiet kummerċjali għandu jkun ipprojbit.

5.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-imballaġġ li huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq mal-prodott fl-imballaġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex jagħmlu dak l-imballaġġ konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq.

Id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bl-Istati Membri li fihom huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ, dwar in-nuqqas ta' konformità suspettat u dwar il-miżuri korrettivi meħuda.

6.   Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha li jkollhom aċċess għalihom u li huma rilevanti biex tintwera l-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 b'lingwa waħda jew aktar li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f'forma elettronika u, fuq talba, f'forma stampata.

Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

Artikolu 20

Obbligi tal-fornituri ta' servizzi ta' eżekuzzjoni

Il-fornituri ta' servizzi ta' eżekuzzjoni għandhom jiżguraw li għall-imballaġġ, kemm vojt jew bi prodott, li huma jimmaniġġjaw, il-kundizzjonijiet waqt il-ħżin, l-immaniġġar u l-ippakkjar, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

Artikolu 21

Każ li fih l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri

Meta importatur jew distributur iqiegħed l-imballaġġ fis-suq f'ismu jew bit-trademark tiegħu stess jew jimmodifika l-imballaġġ diġà mqiegħed fis-suq b'mod li jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament, dak l-importatur jew distributur għandu jitqies li huwa manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifatturi skont l-Artikolu 15.

Meta importatur jew distributur kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jkun kopert mid-definizzjoni ta' mikrointrapriża stipulata fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025, u l-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ lill-importatur jew lid-distributur tkun tinsab fl-Unjoni, il-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ għandha titqies bħala l-manifattur għall-fini tal-Artikolu 15.

Artikolu 22

Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

1.   L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jipprovdu l-informazzjoni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar li ġej:

(a)

l-identità ta' kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornielhom l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ;

(b)

l-identità ta' kwalunkwe operatur ekonomiku li jkunu pprovdewlu l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ.

2.   L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), kif ġej:

(a)

fir-rigward tal-imballaġġ li jintuża darba biss: għal ħames snin mid-data li fiha jkunu fornew jew kienu fornuti bl-imballaġġ;

(b)

fir-rigward tal-imballaġġ riutilizzabbli: għal 10 snin mid-data li fiha jkunu fornew jew ġew fornuti bl-imballaġġ riutilizzabbli.

Artikolu 23

Obbligi ta' informazzjoni tal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ

Kull sena l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni dwar l-iskart mill-imballaġġ elenkat fit-Tabella 3 tal-Anness XII ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni fuq l-imballaġġ li jkun disponibbli fit-territorju tal-Istati Membru għall-ewwel darba, permezz tar-reġistru jew ir-reġistri elettroniċi, f'konformità mal-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.

Kull sena l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ għandhom jipprovdu lill-produtturi, fil-każ ta' twettiq individwali tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew lill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigata bit-twettiq ta' dawk l-obbligi, fil-każ ta' twettiq kollettiv tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 44(10).

L-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li, meta l-awtoritajiet pubbliċi jkunu responsabbli għall-organizzazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ għandhom, fuq bażi annwali, jipprovdu lil tali awtoritajiet pubbliċi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 44(10), jew mal-mezzi oħra biex jissupplimentaw ir-reġistru jew ir-reġistri elettroniċi, f'konformità mal-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.

KAPITOLU V

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI SABIEX INAQQSU L-IMBALLAĠĠ U L-ISKART MILL-IMBALlAĠĠ

Artikolu 24

Obbligu relatat mal-imballaġġ eċċessiv

1.   Sal-1 ta' Jannar 2030, jew 3 snin mid-dħul fis-seħħ tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont paragrafu 2, skont liema tiġi l-aħħar, l-operaturi ekonomiċi li jimlew l-imballaġġ kollettiv l-imballaġġ għat-trasport jew l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku għandhom jiżguraw li l-proporzjon massimu ta' spazju vojt, espress bħala perċentwal, ikun ta' 50 %.

2.   Sat-12 ta’ Frar 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-proporzjon ta' spazju vojt imsemmi fil-paragrafu 1. Dik il-metodoloġija għandha tqis il-karatteristiċi speċjali tal-imballaġġ li jeħtieġ li jitqiegħed fi spazju vojt li huwa kbir biżżejjed biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali applikabbli jew biex jipproteġi l-prodott, bħal, b'mod partikolari, prodotti fl-imballaġġ ta' forma irregolari, imballaġġ li jkun fih aktar minn imballaġġ għall-bejgħ jew prodott wieħed, imballaġġ li jkun fih prodotti likwidi, prodotti fl-imballaġġ li l-kontenut tagħhom jista' faċilment tiġrilu ħsara u prodotti fl-imballaġġ li tista' ssirilhom ħsara minn prodotti akbar minħabba d-dimensjonijiet żgħar tagħhom, u l-ispazju minimu fuq l-imballaġġ għat-trasport biex jippermetti t-twaħħil tat-tikketti tal-vjeġġi.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

3.   Għall-fini tal-kalkolu tal-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)

spazju vojt għandu jfisser id-differenza bejn il-volum totali tal-imballaġġ kollettiv, l-imballaġġ għat-trasport jew l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku u l-volum tal-imballaġġ għall-bejgħ li jkun fih;

(b)

il-proporzjon tal-ispazju vojt għandu jfisser il-proporzjon tal-ispazju vojt kif definit fil-punt (a) u l-volum totali tal-imballaġġ kollettiv, tal-imballaġġ għat-trasport jew tal-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku.

Spazju mimli b'materjali tal-mili, bħal biċċiet tal-karti mqatta', kuxxini tal-arja, folji tal-bżieżaq għat-tgeżwir, fillers sponża, fillers tal-fowm, ċana għall-mili, polistiren jew laqx tal-istyrofoam, għandu jitqies bħala spazju vojt.

4.   Sat-12 ta’ Frar 2028, l-operaturi ekonomiċi li jimlew l-imballaġġ għall-bejgħ għandhom jiżguraw li l-ispazju vojt jitnaqqas għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż il-protezzjoni tal-prodott. Il-proporzjon ta' spazju vojt għall-imballaġġ għall-bejgħ għandu jfisser id-differenza bejn il-volum intern totali tal-imballaġġ għall-bejgħ u l-volum tal-prodott fl-imballaġġ.

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità ma' dan il-paragrafu, l-ispazju mimli b'materjali tal-mili, bħal pereżempju biċċiet tal-karti mqatta', kuxxini tal-arja, folji tal-bżieżaq għat-tgeżwir, fillers sponża, fillers tal-fowm, ċana għall-mili, polistiren jew laqx tal-iStyrofoam, għandu jitqies bħala spazju vojt.

Għall-imballaġġ għall-bejgħ għal prodotti li huma soġġetti li jinżlu fil-qiegħ matul it-trasport jew fejn ikun meħtieġ spazju vojt fuqani biex jiġi protett il-prodott tal-ikel, jew prodotti oħra li jippreżentaw dawn il-karatteristiċi:

(a)

il-konformità ma' dan il-paragrafu għandha tiġi vvalutata bħala l-livell tal-mili tal-imballaġġ fil-ħin tal-mili;

(b)

l-arja bejn oġġett tal-ikel fl-imballaġġ jew ġo fih jew gassijiet protettivi ma għandhomx jitqiesu bħala spazju vojt.

5.   L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għall-bejgħ bħala imballaġġ tal-kummerċ elettroniku jew li jużaw imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Madankollu, huma għandhom jiżguraw li tali imballaġġ għall-bejgħ jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10.

6.   Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-proporzjon ta' spazju vojt imsemmi fil-paragrafu 1 kif ukoll l-eżenzjonijiet fil-paragrafu 5, u tivvaluta l-possibbiltà li tistabbilixxi proporzjonijiet ta' spazju vojt għall-imballaġġ għall-bejgħ, b'mod partikolari għall-ġugarelli, il-kożmetiċi, il-kits do-it-yourself u l-prodotti elettroniċi.

Artikolu 25

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti formati tal-imballaġġ

1.   Mill-1 ta' Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx iqiegħdu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-użi elenkati fl-Anness V.

2.   B'deroga mill-Artikolu 4(2), l-Istati Membri jistgħu jżommu r-restrizzjonijiet adottati qabel l-1 ta' Jannar 2025 fuq it-tqegħid fis-suq tal-imballaġġ fil-formati u għall-użi elenkati fl-Anness V iżda magħmula minn materjali mhux elenkati fl-Anness V.

3.   Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 (2), il-punt (b).

4.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-mikrointrapriżi kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025 iqiegħdu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-użu elenkati fil-punt 3 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament meta jkun intwera li mhuwiex teknikament fattibbli li ma jintużax tali imballaġġ jew li jinkiseb aċċess għall-infrastruttura li hija meħtieġa għall-funzjonament ta' sistema ta' użu mill-ġdid.

5.   Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ambjentali pożittiv tar-restrizzjonijiet u d-derogi u l-eżenzjonijiet minn dawk ir-restrizzjonijiet, u għandha tqis id-disponibbiltà ta' soluzzjonijiet alternattivi tal-imballaġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-iġjene applikabbli għall-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha, bl-għan li tnaqqas l-iskart mill-imballaġġ, tirrieżamina dan l-Artikolu u l-Anness V biex tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku. Abbażi ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-istabbiliment ta' restrizzjonijiet ġodda fuq l-użu ta' formati speċifiċi tal-imballaġġ u r-rilevanza taż-żamma tad-derogi u l-eżenzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, u, fejn xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva.

6.   Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, li jispjegaw l-Anness V f'aktar dettall, inkluż eżempji tal-formati tal-imballaġġ fil-kamp ta' applikazzjoni, u kwalunkwe eżenzjoni mir-restrizzjonijiet, u li jipprovdu lista mhux eżawrjenti ta' frott u ħxejjex li huma esklużi mill-punt 2 tal-Anness V.

Artikolu 26

Obbligi fir-rigward tal-imballaġġ riutilizzabbli

1.   L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ riutilizzabbli fit-territorju ta' Stat Membru għall-ewwel darba għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistema f'dak l-Istat Membru għall-użu mill-ġdid ta' dak l-imballaġġ li tinkludi inċentiv biex jiġi żgurat il-ġbir ta' dak l-imballaġġ u li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI. Dawk l-operaturi ekonomiċi għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dan il-paragrafu fejn huma jużaw sistemi eżistenti għall-użu mill-ġdid li diġà huma fis-seħħ fl-Istati Membri.

2.   Id-deskrizzjoni tal-konformità tas-sistema mar-rekwiżiti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha titfassal bħala parti mid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ riutilizzabbli li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 11(3). Għal dik il-fini, il-manifattur għandu jitlob il-konfermi bil-miktub rilevanti mill-parteċipanti tas-sistema stabbiliti fl-Anness VI.

Artikolu 27

Obbligu relatat mas-sistemi għall-użu mill-ġdid

1.   L-operaturi ekonomiċi li jagħmlu użu minn imballaġġ riutilizzabbli għandhom jipparteċipaw f'sistema waħda jew aktar għall-użu mill-ġdid u għandhom jiżguraw li s-sistemi għall-użu mill-ġdid li fihom l-imballaġġ riutilizzabbli jista’ jiġi użat mill-ġdid jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VI.

2.   L-operaturi ekonomiċi li jagħmlu użu minn imballaġġ riutilizzabbli għandhom jiżguraw li imballaġġ bħal dan jiġi rikondizzjonat f'konformità mal-Parti B tal-Anness VI qabel ma jerġgħu joffruh għall-użu mill-utenti finali.

3.   L-operaturi ekonomiċi li jagħmlu użu minn imballaġġ riutilizzabbli jistgħu jaħtru parti terza biex tkun responsabbli għal sistema waħda jew aktar mutwalizzati għall-użu mill-ġdid.

Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu ħatru parti terza kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik il-parti terza f'isimhom.

4.   L-operaturi ekonomiċi li jagħmlu użu mill-imballaġġ riutilizzabbli f'sistemi b'ċirkwit magħluq f’konformità mar-rekwiżiti fl-Anness VI għandhom ikunu meħtieġa jirritornaw l-imballaġġ f'punt ta' ġbir wieħed jew aktar identifikati mill-parteċipanti tas-sistema u approvati mill-operatur tas-sistema.

Artikolu 28

Obbligi relatati mal-mili mill-ġdid

1.   L-operaturi ekonomiċi li joffru l-possibbiltà li l-prodotti jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid għandhom jinformaw lill-utenti finali b'dan li ġej (“regoli għall-mili mill-ġdid”):

(a)

it-tipi ta' kontenituri li jistgħu jintużaw biex jinxtraw il-prodotti offruti permezz tal-mili mill-ġdid;

(b)

l-istandards tal-iġjene għall-mili mill-ġdid;

(c)

ir-responsabbiltà tal-utent finali fir-rigward tas-saħħa u tas-sikurezza fir-rigward tal-użu tal-kontenituri msemmija fil-punt (a).

Ir-regoli għall-mili mill-ġdid għandhom jiġu aġġornati regolarment u għandhom jew jintwerew b'mod ċar fuq il-post inkella jiġu pprovduti mod ieħor lill-utenti finali.

2.   L-operaturi ekonomiċi li joffru l-possibbiltà li l-prodotti jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti C tal-Anness VI u ma' kwalunkwe rekwiżit stabbilit f'atti legali oħra tal-Unjoni għall-bejgħ tal-prodotti permezz tal-mili mill-ġdid.

3.   L-operaturi ekonomiċi li joffru l-possibbiltà li l-prodotti jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid għandhom jiżguraw li jekk l-imballaġġ jew il-kontenituri jiġu offruti lill-utenti finali fl-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid, dak l-imballaġġ u dawk il-kontenituri ma jiġux ipprovduti mingħajr ħlas jekk ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI jew jiġu pprovduti bħala parti minn sistema ta' rifużjoni tad-depożitu.

4.   L-operaturi ekonomiċi jistgħu jirrifjutaw li jimlew mill-ġdid kontenitur ipprovdut mill-utent finali jekk l-utent finali ma jikkonformax mar-regoli għall-mili mill-ġdid ikkomunikati mill-operatur ekonomiku skont il-paragrafu 1, b'mod partikolari jekk l-operaturi ekonomiċi jqisu li l-kontenitur mhuwiex iġjeniku jew mhux adattat għall-bejgħ tal-ikel jew tax-xorb. L-operaturi ekonomiċi ma għandhom iġorru l-ebda responsabbiltà għal problemi ta' iġjene jew sikurezza tal-ikel li jirriżultaw mill-użu ta' kontenituri pprovduti mill-utent finali.

5.   Mill-1 ta' Jannar 2030, id-distributuri finali b'żona tal-bejgħ ta' aktar minn 400 m2 għandhom jagħmlu ħilithom biex jiddedikaw 10 % ta' dik iż-żona tal-bejgħ għall-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid kemm għall-prodotti tal-ikel kif ukoll għal dawk mhux tal-ikel.

Artikolu 29

Miri tal-użu mill-ġdid

1.   Mill-1 ta' Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport, jew l-imballaġġ għall-bejgħ użat għat-trasport tal-prodotti, inkluż għall-prodotti distribwiti permezz tal-kummerċ elettroniku, fit-territorju tal-Unjoni, fil-forma ta' pallets, kaxxi tal-plastik li jintwew, kaxxi, trays, ċestuni tal-plastik, kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar, bramel, ċilindri u kaxxetti ta' kwalunkwe daqs jew materjal, inkluż formati flessibbli jew tgeżwir tal-pallets jew ċineg għall-istabbilizzazzjoni u l-protezzjoni tal-prodotti mqiegħda fuq il-pallets matul it-trasport, għandhom jiżguraw li mill-inqas 40 % ta' imballaġġ bħal dan b’kollox ikun imballaġġ li jista' jerġa' jintuża f'sistema għall-użu mill-ġdid.

Mill-1 ta' Jannar 2040, dawk l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw mill-inqas 70 % tal-imballaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu f'format riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.

2.   Mill-1 ta' Jannar 2030, b'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-operaturi ekonomiċi li jużaw imballaġġ għat-trasport jew imballaġġ għall-bejgħ użat għat-trasport tal-prodotti, fil-forom kif elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fit-territorju tal-Unjoni bejn siti differenti li fihom l-operatur iwettaq l-attività tiegħu, jew bejn kwalunkwe wieħed mis-siti li fihom l-operatur iwettaq l-attività tiegħu u s-siti ta' kwalunkwe intrapriża assoċjata jew intrapriża sieħba oħra, kif definit fl-Artikolu 3 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025, għandhom jiżguraw li tali imballaġġ ikun riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.

3.   Mill-1 ta' Jannar 2030, b'deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport jew l-imballaġġ għall-bejgħ użat għat-trasport tal-prodotti, inkluż għall-prodotti distribwiti permezz tal-kummerċ elettroniku, fil-forom kif elenkati fil-paragrafu 1, biex iwasslu l-prodotti lil operatur ekonomiku ieħor fl-istess Stat Membru għandhom jiżguraw li imballaġġ bħal dan ikun riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.

4.   L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għall-imballaġġ għat-trasport jew għall-imballaġġ għall-bejgħ:

(a)

użat għat-trasport ta' oġġetti perikolużi skont id-Direttiva 2008/68/KE;

(b)

użat għat-trasport ta' makkinarju fuq skala kbira, tagħmir u merkanzija li għalihom l-imballaġġ ikun imfassal apposta biex jaqbel mar-rekwiżiti individwali tal-operatur ekonomiku li għamel l-ordni;

(c)

f'format flessibbli li huwa użat għat-trasport u li jkun f'kuntatt dirett mal-ikel u l-għalf kif definit fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3, il-punt (4), tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jew mal-ingredjenti tal-ikel kif definit fl-Artikolu 2(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (69);

(d)

fil-forma ta' kaxxi tal-kartun.

5.   Mill-1 ta' Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi, li jużaw l-imballaġġ kollettiv fil-forma ta' kaxxi, eskluż il-kartun, użati barra mill-imballaġġ għall-bejgħ biex jiġbru ċertu għadd ta' prodotti biex joħolqu unità għaż-żamma tal-ħażniet jew tad-distribuzzjoni għandhom jiżguraw lili mill-inqas 10 % ta' tali imballaġġ ikun imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.

Mill-1 ta' Jannar 2040, l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw mill-inqas 25 % tal-imballaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu f'format riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.

6.   Mill-1 ta' Jannar 2030, id-distributuri finali li jqiegħdu għad-dispożizzjoni x-xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku fl-imballaġġ għall-bejgħ fit-territorju ta' Stat Membru lill-konsumaturi għandhom jiżguraw li mill-inqas 10 % ta' dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.

Mill-1 ta' Jannar 2040, l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu ħilithom biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-inqas 40 % tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.

Id-distributuri finali għandhom jiżguraw li l-prodotti fl-imballaġġ immanifatturati bil-marka tad-ditta tagħhom jikkontribwixxu fuq bażi ġusta u proporzjonata lejn il-kisba tal-miri stabbiliti f’dan il-paragrafu.

7.   Il-miri stipulati fil-paragrafu 6 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

xorb li jmur malajr ħafna skont it-tifsira tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u ħalib u prodotti tal-ħalib elenkati fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-analogi tal-ħalib tagħhom taħt il-kodiċijiet 2202 99 11 u 2202 99 15 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (70);

(b)

il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli elenkati fil-punti 1, 3 sa 9, 11, 12, 15, 16 u 17 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c)

prodotti tal-inbid aromatizzat kif definit fir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (71);

(d)

prodotti li huma simili għal prodotti tal-inbid u prodotti tal-inbid aromatizzat u li huma miksuba minn frott għajr għeneb u ħxejjex u xarbiet iffermentati oħra taħt il-kodiċi NM 2206 00;

(e)

xorb spirituż ibbażat fuq l-alkoħol li jikkorrispondi għall-intestatura NM 2208.

8.   Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tippubblika linji gwida dwar it-tipi ta' prodotti fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafi 6 u 7.

9.   Id-distributuri finali kif imsemmija fil-paragrafu 6 għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas, l-imballaġġ riutilizzabbli kollu tal-istess tip, forma u daqs bħall-imballaġġ li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, f'dik is-sistema speċifika għall-użu mill-ġdid fil-punt tal-bejgħ, filwaqt li jiżguraw l-irkupru u r-ritorn ta' tali imballaġġ tul il-katina tad-distribuzzjoni kollha. Id-distributuri finali għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu jirritornaw l-imballaġġ fil-post fejn isir it-trasferiment fiżiku ta' dan l-imballaġġ jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. Id-distributur finali għandu jirrimborża d-depożiti assoċjati kollha jew jinnotifika r-ritorn tal-imballaġġ skont ir-regoli ta' governanza tas-sistema speċifika għall-użu mill-ġdid, sabiex kwalunkwe depożitu assoċjat jiġi rimborżat, skont il-każ.

10.   Jekk, f'sena kalendarja partikolari, distributur finali jkollu żona tal-bejgħ ta' mhux aktar minn 100 m2, dak id-distributur finali għandu jkun eżentat mill-obbligu li jilħaq il-miri stabbiliti fil-paragrafu 6 f'dik is-sena kalendarja. Abbażi tal-kundizzjonijiet speċjali tad-distribuzzjoni finali u ta' xi setturi tal-manifattura, anki fil-livell nazzjonali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda l-limitu taż-żona tal-bejgħ.

11.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lid-distributuri finali mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbilti fil-paragrafi 6 jekk iż-żona tal-bejgħ tagħhom tkun tinsab fi gżira b'popolazzjoni ta' inqas minn 2 000 abitant.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw ukoll lid-distributuri finali mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafu 6 jekk iż-żona tal-bejgħ tagħhom tkun tinsab f'muniċipalità b'densità tal-popolazzjoni ta' inqas minn 54 persuna/km2, madankollu, il-miri stabbiliti fil-paragrafu 6 għandhom japplikaw għad-distributuri finali b'żona tal-bejgħ f'ċentri tal-popolazzjoni b'aktar minn 5 000 abitant.

Jekk distributur finali li jkun ġie eżentat skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu jbigħ il-prodotti msemmija fil-paragrafu 6 f'imballaġġ riutilizzabbli, huwa għandu jirranġa biex jieħu lura tali imballaġġ f'konformità mal-paragrafu 9. Jekk id-distributur finali li jkun ġie eżentat skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu jkollu aktar minn żona tal-bejgħ waħda u waħda biss jew biss xi wħud minn dawk iż-żoni jkunu jinsabu fuq tali gżira jew f’tali muniċipalità, ix-xorb rilevanti mqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru f'tali żoni ta' bejgħ ma għandhomx jiġu kkalkulati għall-fini tal-ilħuq tal-miri stabbiliti fil-paragrafu 6.

12.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lid-distributuri finali biex jiffurmaw aggregazzjonijiet għall-fini li jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 6, dment li kull aggregazzjoni:

(a)

ma taqbiżx aktar minn 40 % tas-sehem mis-suq tal-kategorija tax-xorb rilevanti;

(b)

tikkonsisti f'mhux aktar minn ħames distributuri finali; u

(c)

tkopri biss kategoriji ta' xorb imqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru mill-membri kollha tal-aggregazzjoni.

Il-kundizzjoni skont il-punt (b) ma tapplikax jekk id-distributuri finali joperaw taħt l-istess isem ta' ditta.

Meta Stat Membru jippermetti lid-distributuri finali jiffurmaw aggregazzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu, kull aggregazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-distributuri finali inklużi fl-aggregazzjoni; u

(b)

id-distributur finali maħtur bħala amministratur tal-aggregazzjoni u punt ta' kuntatt.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li tiġi pprovduta aktar informazzjoni kif meħtieġ għall-infurzar tal-obbligi skont il-paragrafu 6 flimkien ma' dan il-paragrafu.

Id-distributuri finali għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' aggregazzjoni tagħhom jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Unjoni għal aggregazzjonijiet bħal dawn, il-membri kollha ta' aggregazzjoni għandhom b'mod partikolari jiżguraw li la l-kondiviżjoni tad-data u lanqas l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż fir-rigward ta' data prospettiva dwar il-bejgħ, ma jseħħu fil-kuntest tal-arranġamenti tal-aggregazzjoni tagħhom, ħlief fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(2) ta' dan ir-Regolament.

Sal-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 64 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu u jispeċifikaw il-kundizzjonijiet dettaljati u r-rekwiżiti ta' rapportar li għandhom jiġu applikati għall-arranġamenti ta' aggregazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, b'kont meħud tat-tip u l-kwantità tal-imballaġġ li kull distributur finali jqiegħed fis-suq kull sena kalendarja u l-post fejn jinsabu d-distributuri finali.

13.   L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbiliti f'dan l-Artikolu għal sena kalendarja jekk, matul sena kalendarja, huma:

(a)

qiegħdu mhux aktar minn 1 000 kg ta' imballaġġ fit-territorju ta' Stat Membru; u

(b)

koperti mid-definizzjoni ta' mikrointrapriża kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025.

Abbażi tal-kundizzjonijiet speċjali tad-distribuzzjoni finali u ta' xi setturi tal-manifattura, inkluż fil-livell nazzjonali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda l-limitu stabbiliti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

14.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi għal perjodu ta' 5 snin mill-obbligi skont dan l-Artikolu bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni jilħaq 5 punti perċentwali aktar mill-miri għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ għal kull materjal li għandhom jintlaħqu sal-2025 u huwa mistenni li jilħaq 5 punti perċentwali ogħla mill-mira tal-2030 skont ir-rapport ippubblikat mill-Kummissjoni 3 snin qabel dik id-data;

(b)

l-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni jkun fit-triq it-tajba biex jikseb il-miri rilevanti għall-prevenzjoni tal-iskart kif stabbiliti fl-Artikolu 43 u jista' juri li jkun naqqas l-iskart iġġenerat mill-imballaġġ per capita mill-inqas 3 % sal-2028 meta mqabbel mal-iskart iġġenerat mill-imballaġġ per capita fl-2018; u

(c)

l-operaturi ekonomiċi jkunu adottaw pjan korporattiv għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-prevenzjoni u tar-riċiklaġġ tal-iskart stabbiliti fl-Artikoli 43 u 52, rispettivament.

Dak il-perjodu ta’ 5 snin jista’ jiġġedded mill-Istat Membru dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha.

15.   Soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 51, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri għall-operaturi ekonomiċi li jaqbżu l-miri minimi stipulati fil-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu sal-punt li tali miri ogħla jkunu neċessarji sabiex l-Istat Membru jilħaq waħda jew aktar mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 43.

16.   Soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 51, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward tax-xorb imqiegħed għad-dispożizzjoni f'imballaġġ għall-bejgħ li għalih ma japplikax il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, jekk dawk il-miri addizzjonali jkunu meħtieġa għall-Istat Membru biex jilħaq waħda jew aktar mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 43.

17.   Il-miri stabbiliti fi jew skont dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkulati għall-perjodu ta' sena kalendarja.

18.   Sabiex jitqiesu l-aħħar data u żviluppi xjentifiċi u tekniċi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:

(a)

l-eżenzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi li huma addizzjonali għal dawk previsti f'dan l-Artikolu, minħabba restrizzjonijiet ekonomiċi partikolari li jiltaqgħu magħhom f'settur speċifiku relatat mal-konformità mal-miri stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu;

(b)

l-eżenzjonijiet għall-formati speċifiċi tal-imballaġġ koperti mill-miri stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, fejn kwistjonijiet ta' iġjene u sikurezza tal-ikel jipprevjenu l-ilħuq ta' dawk il-miri;

(c)

l-eżenzjonijiet għall-formati speċifiċi tal-imballaġġ koperti mill-miri stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, fejn kwistjonijiet ambjentali jipprevjenu l-ilħuq ta' dawk il-miri.

19.   Sal-1 ta' Jannar 2034, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tat-teknoloġija l-aktar avvanzata u l-esperjenza prattika miksuba mill-operaturi ekonomiċi u mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jirrevedi l-implimentazzjoni tal-miri għall-2030 stipulati f'dan l-Artikolu. F'dak ir-rapport, hija għandha tevalwa, inkluż mill-perspettiva tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-imballaġġ li jintuża darba biss u riutilizzabbli, dan li ġej:

(a)

il-punt sa fejn il-miri għall-2030 wasslu għal soluzzjonijiet li jrawmu imballaġġ sostenibbli li huma effettivi u faċli biex jiġu implimentati;

(b)

il-fattibbiltà tal-kisba tal-miri stabbiliti għall-2040 abbażi tal-esperjenza fil-kisba tal-miri għall-2030 u ċ-ċirkostanzi li qed jevolvu;

(c)

ir-rilevanza taż-żamma tal-eżenzjonijiet u d-derogi stipulati f'dan l-Artikolu; u

(d)

il-ħtieġa jew il-pertinenza li jiġu stabbiliti miri ġodda għall-użu mill-ġdid u l-mili mill-ġdid ta' kategoriji oħra tal-imballaġġ.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-impjiegi. Fejn xieraq, mar-rapport għandu jkun hemm proposta leġiżlattiva li temenda dan l-Artikolu, speċjalment il-miri għall-2040. Sa Diċembru 2032, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-impjiegi relatata mal-implimentazzjoni tal-miri tal-użu mill-ġdid fit-territorji nazzjonali tagħhom. Qabel ma jippreżentaw id-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lis-sħab soċjali nazzjonali li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lill-impjegaturi fis-setturi koperti mill-miri għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ.

Artikolu 30

Regoli dwar il-kalkolu tal-kisba tal-miri tal-użu mill-ġdid

1.   Għall-fini li tintwera l-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 29(1) u (5), l-operatur ekonomiku li juża l-imballaġġ għandu jikkalkula, għal kull mira separatament, dan li ġej:

(a)

l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta' kwalunkwe format tal-imballaġġ elenkat fl-Artikolu 29(1) jew (5), kif applikabbli, li jikkostitwixxu l-imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid li uża f'sena kalendarja;

(b)

l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta' kwalunkwe format tal-imballaġġ stabbilit fl-Artikolu 29(1) jew (5), kif applikabbli, għajr dawk indikati fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, li uża f'sena kalendarja.

2.   Għall-fini li tintwera l-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 29(6) u fl-Artikolu 33, id-distributur finali li jqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq prodotti bħal dawn lill-konsumaturi fit-territorju ta' Stat Membru għandu jikkalkula, separatament għal kull mira, dan li ġej:

(a)

l-għadd totali tal-unitajiet ta' bejgħ jew il-volum totali ta' xorb f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid mqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru f'sena kalendarja;

(b)

l-għadd totali tal-unitajiet ta' bejgħ jew il-volum totali ta' xorb imqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru f'imballaġġ għajr dak imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu f'sena kalendarja.

3.   Sat-30 ta' Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tal-miri tal-użu mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 29.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

4.   L-obbligu li tintwera l-kisba tal-miri tal-użu mill-ġdid stipulati fl-Artikolu 29 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2030 jew 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.

Artikolu 31

Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-miri tal-użu mill-ġdid

1.   L-operaturi ekonomiċi kif imsemmija fl-Artikolu 29(1) sa (8) għandhom jippreżentaw rapport li jkun fih data dwar l-kisba tal-miri tal-użu mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 29 għal kull sena kalendarja lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 40.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat fi żmien 6 xhur mit-tmiem tas-sena ta' rapportar li għaliha tinġabar id-data.

3.   L-ewwel sena ta' rapportar għandha tikkonċerna s-sena kalendarja 2030.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistemi elettroniċi li permezz tagħhom id-data għandha tiġi rrapportata lilhom u jispeċifikaw il-formati li għandhom jintużaw.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jiżguraw l-affidabbiltà tad-data rrapportata.

6.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

7.   Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi osservatorju Ewropew dwar l-użu mill-ġdid. L-osservatorju għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-ġbir tad-data dwar il-prattiki tal-użu mill-ġdid u l-kontribut għall-iżvilupp tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-użu mill-ġdid.

Artikolu 32

Obbligu ta' mili mill-ġdid għas-settur tat-takeaway

1.   Sat-12 ta’ Frar 2027:

(a)

distributuri finali li jwettqu l-attività kummerċjali tagħhom fis-settur tal-HORECA u li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru fl-imballaġġ tat-takeaway xorb kiesaħ jew sħun għandhom jipprovdu sistema għall-konsumaturi biex iġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela;

(b)

distributuri finali li jwettqu l-attività kummerċjali tagħhom fis-settur tal-HORECA u li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru f'imballaġġ tat-takeaway ikel ippreparat u lest għandhom jipprovdu sistema għall-konsumaturi biex iġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela.

2.   Meta l-konsumaturi jġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela, id-distributuri finali kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom joffrulhom il-prodotti mingħajr kostijiet ogħla u b'kundizzjonijiet mhux inqas favorevoli minn meta jbigħu l-unità tal-bejgħ li tikkonsisti mill-istess prodott u imballaġġ li jintuża darba biss.

Id-distributuri finali għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ, permezz ta' tabelli jew sinjali li jidhru b'mod ċar u li jistgħu jinqraw, dwar il-possibbiltà li jiksbu l-prodotti f'kontenitur li jista' jerġa' jimtela pprovdut mill-konsumatur.

Artikolu 33

L-obbligu tal-offerta ta' użu mill-ġdid għas-settur tat-takeaway

1.   Sat-12 ta’ Frar 2028, id-distributuri finali li jwettqu l-attività kummerċjali tagħhom fis-settur tal-HORECA u li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru xorb sħun jew kiesaħ jew ikel ippreparat u lest f’imballaġġ tat-takeaway għandhom jagħtu lill-konsumaturi l-għażla li jiksbu l-prodotti f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.

2.   Id-distributuri finali għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ, permezz ta' tabelli jew sinjali li jidhru b'mod ċar u li jistgħu jinqraw, dwar il-possibbiltà li jiksbu l-prodotti f'imballaġġ riutilizzabbli.

3.   Id-distributuri finali għandhom joffru l-prodotti mimlija f'imballaġġ riutilizzabbli mingħajr kost ogħla, u taħt kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli minn unità tal-bejgħ li tikkonsisti mill-istess prodott u imballaġġ li jintuża darba biss.

4.   Id-distributuri finali għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jekk koperti mid-definizzjoni ta' mikrointrapriża stabbilita fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025.

5.   Mill-2030, id-distributuri finali għandhom jagħmlu ħilithom biex joffri 10 % tal-prodotti għall-bejgħ f'format ta' imballaġġ riutilizzabbli.

6.   Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 51, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri għall-operaturi ekonomiċi li jmorru lil hinn mill-mira minima stabbilita’ fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu sa fejn dawk il-miri ogħla jkunu meħtieġa għall-Istat Membru biex jilħaq waħda jew aktar mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 43.

KAPITOLU VI

BASKTIJIET TAL-PLASTIK

Artikolu 34

Basktijiet tal-plastik

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief fuq it-territorju tagħhom.

Tnaqqis sostnut jitqies miksub jekk il-konsum annwali ma jaqbiżx l-40 basket tal-plastik ħafif per capita, jew il-mira ekwivalenti fil-piż, sal-31 ta' Diċembru 2025 u sussegwentement sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena minn hemm 'il quddiem.

2.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jilħqu l-mira stabbilita fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta jiġu mmanifatturati, irriċiklati jew mormija, u l-proprjetajiet tal-ikkompostjar tagħhom, id-durabbiltà jew l-użu maħsub speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu, permezz ta' deroga mill-Artikolu 4, jinkludu restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni, dment li jkunu proporzjonati u nondiskriminatorji.

3.   Minbarra l-miżuri fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri, bħal strumenti ekonomiċi, u miri nazzjonali ta' tnaqqis, fir-rigward ta' kwalunkwe tip ta' basket tal-plastik, irrispettivament mill-ħxuna tiegħu, f'konformità mal-obbligi li jirriżultaw mit-TFUE.

4.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna li huma meħtieġa għall-finijiet tal-iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ għall-bejgħ għall-ikel waħdu biex tiġi pprevenuta l-ħela tal-ikel.

5.   Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar il-materjali tal-imballaġġ, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, li x'aktarx ikollhom impatt aktar negattiv fuq l-ambjent milli basktijiet tal-plastik ħfief ħafna u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi miri ta' tnaqqis u miżuri biex jintlaħqu dawk il-miri.

KAPITOLU VII

KONFORMITÀ TAL-IMBALLAĠĠ

Artikolu 35

Metodi tal-ittestjar, il-kejl u l-kalkolu

Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26, it-testijiet, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta' metodi affidabbli, akkurati u riproduċibbli li jqisu l-metodi tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku rikonoxxuti b'mod ġenerali u li r-riżultati tagħhom jitqiesu li għandhom livell baxx ta' inċertezza.

Artikolu 36

Preżunzjoni ta' konformità

1.   Il-metodi tal-ittestjar, il-kejl jew il-kalkolu msemmija fl-Artikolu 35 li jkunu f'konformità mal-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma f'konformità mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom, stabbiliti f'dak l-Artikolu.

2.   Meta l-metodi tal-ittestjar, il-kejl jew il-kalkolu kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitwettqu minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità taħt akkreditazzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (72), dawn għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-imballaġġ li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew ma' partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li huma f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 u koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 37

Speċifikazzjonijiet komuni

1.   L-imballaġġ li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew ma' partijiet minnhom, għandu jkun preżunt li huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew minn partijiet minnhom.

2.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jew:

(i)

ma tkun ġiet ippubblikata ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(ii)

l-istandard eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti li t-talba għandha l-għan li tkopri; u

(b)

il-Kummissjoni talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza jew tirrevedi standard armonizzat għar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26 ta' dan ir-Regolament u jew:

(i)

it-talba ma ġiet aċċettata minn l-ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li t-talba tkun ġiet indirizzata lilhom; jew

(ii)

it-talba tkun ġiet aċċettata minn tal-anqas waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li t-talba tkun ġiet indirizzata lilhom, iżda l-istandards armonizzati mitluba:

ma jiġux adottati sal-iskadenza stabbilita fit-talba,

ma jikkonformawx mat-talba, jew

ma humiex kompletament allinjati mar-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

3.   Qabel ma tħejji abbozz tal-att ta' implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati.

4.   Meta organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni tadotta standard armonizzat u tipproponi l-istandard armonizzat lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta tali referenza għal standard armonizzat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, li jkopru l-istess rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26.

5.   Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqisu li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, 24 u 26, dawn għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan billi jippreżentaw spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u tista', jekk ikun xieraq, temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

Artikolu 38

Proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità

Il-valutazzjoni tal-konformità tal-imballaġġ fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 għandha titwettaq f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 39

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 ġew issodisfati.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness VIII, ikun fiha l-elementi speċifikati fil-modulu rilevanti li jinsab fl-Anness VII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Din għandha titfassal, jew tiġi tradotta, f'lingwa waħda jew aktar meħtieġa mill-Istat Membru li fih l-imballaġġ jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq.

3.   Meta imballaġġ jew prodott fl-imballaġġ jiġi soġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jirrikjedi dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, għandha, fejn xieraq, titfassal dikjarazzjoni waħda ta' konformità tal-UE fir-rigward tal-atti kollha tal-Unjoni bħal dawn. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiddikjara l-atti tal-Unjoni kkonċernati u r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom. Id-dikjarazzjoni tista' tikkonsisti f’fajl magħmul minn dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE individwali rilevanti.

4.   Meta jfassal id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jivverifikaw l-akkuratezza ta' mill-anqas parti mid-dikjarazzjonijiet ta' konformità kull sena, ivvalutati b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqas ta' konformità, bħall-irtirar ta' prodotti mhux konformi mis-suq.

IL-KAPITOLU VIII

IMMANIĠĠAR TAL-IMBALLAĠĠ U TAL-ISKART MILL-IMBALLAĠĠ

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 40

Awtorità kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda jew aktar sabiex tkun responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-infurzar tal-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu u fl-Artikolu 6(10), l-Artikolu 29(1) sa (7) u (9) u l-Artikoli 30 sa 34.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dettalji tal-organizzazzjoni u tat-tħaddim tal-awtorità kompetenti jew tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż ir-regoli amministrattivi u proċedurali li jirregolaw:

(a)

ir-reġistrazzjoni tal-produtturi f'konformità mal-Artikolu 44;

(b)

l-organizzazzjoni u l-monitoraġġ tar-rekwiżiti tar-rapportar skont l-Artikolu 44(7) u (8);

(c)

is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'konformità mal-Artikolu 45;

(d)

l-awtorizzazzjoni dwar it-twettiq tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'konformità mal-Artikolu 47;

(e)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 56.

3.   Sat-12 ta’ Lulju 2025, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u bl-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla fl-ismijiet jew fl-indirizzi ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 41

Rapport ta' twissija bikrija

1.   F'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti dwar il-progress li jkun sar lejn l-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikoli 43 u 52 sa mhux aktar tard minn 3 snin qabel kull waħda mill-iskadenzi stabbiliti f'dawk l-Artikoli.

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu li ġej:

(a)

stima tal-kisba tal-miri minn kull Stat Membru;

(b)

lista tal-Istati Membri f'riskju li ma jiksbux il-miri sal-iskadenzi rispettivi, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet xierqa għall-Istati Membri kkonċernati;

(c)

eżempji tal-aħjar prattiki fl-Unjoni kollha li jistgħu jipprovdu gwida għall-ipproċessar lejn il-kisba tal-miri.

Artikolu 42

Pjanijiet tal-immaniġġar tal-iskart u programmi għall-prevenzjoni tal-iskart

1.   Fil-pjanijiet tal-immaniġġar tal-iskart meħtieġa skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom jinkludu kapitolu dedikat dwar l-immaniġġar tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ, inkluż il-miżuri meħuda skont l-Artikoli 48, 50 u 52 ta' dan ir-Regolament.

2.   Fil-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart meħtieġa skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom jinkludu kapitolu dedikat dwar il-prevenzjoni tal-imballaġġ, tal-iskart mill-imballaġġ u tal-imballaġġ mormi bl-addoċċ fi spazji pubbliċi, inkluż il-miżuri meħuda skont l-Artikoli 43 u 51 ta' dan ir-Regolament.

Taqsima 2

Prevenzjoni tal-iskart

Artikolu 43

Prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ

1.   Kull Stat Membru għandu jnaqqas l-iskart mill-imballaġġ iġġenerat per capita, meta mqabbel mal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat per capita fl-2018 kif irrapportat lill-Kummissjoni f'konformità mad-Deċiżjoni 2005/270/KE, b'tal-inqas:

(a)

5 % sal-2030;

(b)

10 % sal-2035;

(c)

15 % sal-2040.

2.   Sabiex tappoġġa l-Istati Membri fil-kisba tal-miri għall-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fattur ta' korrezzjoni biex tqis iż-żieda jew it-tnaqqis fit-turiżmu fir-rigward tas-sena bażi 2018 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 56(7), punt (c). Dak il-fattur ta' korrezzjoni għandu jkun ibbażat fuq ir-rata tal-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ għal kull turist u l-varjazzjoni fl-għadd ta' turisti relattiva għas-sena bażi 2018 u għandu jqis il-potenzjal tat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ fit-turiżmu.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 4, l-Istati Membri li diġà stabbilew sistemi separati għall-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ domestiku, fuq naħa, u għall-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali, fuq in-naħa l-oħra, jistgħu jżommu dawk is-sistemi.

4.   Fl-ilħuq tal-miri stabbiliti fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex inaqqas il-kwantità ta' skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat.

5.   Minbarra l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-objettivi ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-iskart u sabiex jintlaħqu l-miri stipulati f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta' strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, bħall-miżuri msemmija fl-Annessi IV u IVa tad-Direttiva 2008/98/KE, jew strumenti u miżuri xierqa oħra, inkluż inċentivi pprovduti permezz tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u l-obbligi għall-produtturi jew għall-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex jadottaw pjanijiet għall-prevenzjoni tal-iskart. Il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji u jkunu mfassla b'tali mod li jevitaw ostakli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Tali miżuri ma għandhomx iwasslu għal bidla lejn materjal tal-imballaġġ eħfef użat biex jissodisfa l-għan tat-tnaqqis fl-iskart mill-imballaġġ.

6.   Għall-fini tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (73), l-Istati Membri għandhom jinċentivaw lir-restoranti, canteens, bars, kafetteriji u servizzi tal-catering biex iservu lill-klijenti tagħhom, ilma tal-vit, fejn disponibbli, b'xejn jew bi ħlas baxx għas-servizz, f'format riutilizzabbli jew li jista' jerġa' jimtela.

7.   Għall-fini tal-paragrafu 5, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri għall-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ li jeċċedu l-miri minimi stabbiliti fil-paragrafu 1, filwaqt li jaġixxu f'konformità ma’ dan ir-Regolament.

8.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2025, jitolbu lill-Kummissjoni tuża sena bażi għajr l-2018 għall-kalkoli tal-miri stabbiliti fil-paragrafu 1. Jekk Stat Membru jagħmel tali talba, il-Kummissjoni tista’, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5 u 7, il-Kummissjoni tista' tippermetti lill-Istati Membri jużaw din is-sena bażi l-oħra sabiex jikkalkulaw il-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jipprovdi evidenza sostanzjata:

(a)

ta' żieda sinifikanti fl-iskart mill-imballaġġ matul is-sena li huwa jitlob li juża bħala sena bażi għall-fini tal-kalkolu tal-miri stabbiliti fil-paragrafu 1;

(b)

li ż-żieda sinifikanti fl-iskart mill-imballaġġ murija taħt il-punt (a) hija dovuta għal bidliet fil-proċeduri ta' rapportar biss;

(c)

li ż-żieda sinifikanti fl-iskart mill-imballaġġ murija taħt il-punt (a) mhijiex dovuta għal żieda fil-konsum; u

(d)

ta' komparabbiltà aħjar tad-data bejn l-Istati Membri.

9.   Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 u tivvaluta l-ħtieġa li jiġu inklużi miri speċifiċi għal ċerti materjali tal-imballaġġ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq.

Taqsima 3

Reġistru tal-produtturi u responsabbiltà estiża tal-produttur

Artikolu 44

Reġistru tal-produtturi

1.   Kull Stat Membru għandu, fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ewwel att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 14, jistabbilixxi reġistru nazzjonali li għandu jservi biex jimmonitorja l-konformità tal-produtturi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Kull reġistru nazzjonali għandu jipprovdi links għas-siti web ta' reġistri nazzjonali oħra tal-produtturi biex jiffaċilita, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew tar-rappreżentanti awtorizzati għar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

2.   Il-produtturi għandhom ikunu obbligati jirreġistraw fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f'kull Stat Membru fejn iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ jew il-prodotti fl-imballaġġ fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba jew fejn jispakkjaw prodotti fl-imballaġġ mingħajr ma jkunu l-utenti finali, billi jippreżentaw applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru ta' kull tali Stat Membru. Meta produttur ikun inkariga organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’ismu skont l-Artikolu 46(1), l-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni, għajr jekk ikun speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru li fih ikun stabbilit ir-reġistru.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu, fuq il-bażi ta' mandat bil-miktub, jiġu ssodisfati, f'isem il-produtturi minn rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

4.   Il-produtturi ma għandhomx iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ fit-territorju ta' Stat Membru għall-ewwel darba, jew jispakkjaw prodotti fl-imaballaġġ mingħajr ma jkunu l-utenti finali, jekk huma jew, meta jkun applikabbli, f'konformità mal-Artikolu 45, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produttur ma jkunux irreġistrati f'dak l-Istat Membru.

5.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-Parti A tal-Anness IX. Stat Membru jista’ jitlob lill-produtturi jipprovdu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali jekk tali informazzjoni jew dokumenti jkunu meħtieġa għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mar-regoli adottati minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 40(2).

6.   Meta rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikun jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, dan għandu jipprovdi, minbarra l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 5, l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta' kull wieħed mill-produtturi li jirrapreżenta, separatament.

7.   Il-produttur jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, kif stipulat mil-liġi nazzjonali f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jissottomettu l-informazzjoni stabbilita fil-Parti B, il-punt 1, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru, sal-1 ta' Ġunju għal kull sena kalendarja preċedenti sħiħa.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni provduta skont dan il-paragrafu tiġi awditjata u ċċertifikata minn awdituri indipendenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 40(1), abbażi ta' standard nazzjonali possibbli.

8.   Meta produttur, qiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru kwantità ta' imballaġġ, inkluż l-imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ, ta’ inqas minn 10 tunnellati matul sena kalendarja waħda, jew fil-każ ta’ produttur definit fl-Artikolu 3(1), punt (15)(e), jispakkja kwantita’ ta’ imballaġġ ta’ inqas minn 10 tunnellati matul sena kalendarja waħda, il-produttur jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, kif stipulat mil-liġi nazzjonali f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni stabbilita fil-Parti B, il-punt 2, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru, sal-1 ta' Ġunju għal kull sena kalendarji preċedenti sħiħa.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’, għal sena kalendarja speċifika, jistabilixxi limitu massimu aktar baxx milli dak imsemmi fl-ewwel subparagrafu jekk l-Istat Membru altrimenti ma jkollux biżżejjed data preċiża sabiex:

(a)

jikkonforma mal-obbligi ta' rapportar skont l-Artikolu 56(1) u (2), f'dik is-sena kalendarja; u

(b)

jiżgura li l-bażi tad-data skont l-Artikolu 57 tkun kompluta u tipprovdi d-data skont l-Artikolu 56(2), il-punt (a).

9.   Jekk ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' baġit, Stat Membru jista' jitlob lill-produttur jissottometti l-informazzjoni li tinsab fil-Parti B, il-punti 1 u 2, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru fuq bażi trimestrali.

10.   Il-produtturi, fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigati bit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew l-operaturi tas-sistema tal-użu mill-ġdid, fil-każ fejn is-sistemi tal-użu mill-ġdid ikunu qed jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni stabbilita fil-Parti B, il-punt 3, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti kull sena għal kull sena kalendarja preċedenti sħiħa fuq bażi annwali.

Fejn skont il-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet pubbliċi jkunu responsabbli għall-organizzazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet għandhom jippreżentaw l-informazzjoni stipulata fil-Parti B, il-punt 3, tal-Anness IX.

11.   L-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru:

(a)

għandha tirċievi applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2 permezz ta' sistema elettronika tal-ipproċessar tad-data li d-dettalji tagħhom għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti;

(b)

għandha tagħti reġistrazzjonijiet u tipprovdi n-numru tar-reġistrazzjoni f'perjodu massimu ta' tnax-il ġimgħa mill-mument li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafi 5 u 6;

(c)

tista' tistabbilixxi l-modalitajiet fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-proċess tar-reġistrazzjoni mingħajr ma żżid rekwiżiti sostantivi ma' dawk stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6;

(d)

tista' timponi fuq il-produttur tariffi bbażati fuq il-kostijiet u proporzjonati għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2;

(e)

għandha tirċievi u timmonitorja l-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafi 7 u 8.

12.   Il-produttur, jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fir-reġistrazzjoni u bi kwalunkwe waqfien permanenti tat-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru tal-imballaġġ jew tal-prodott fl-imballaġġ imsemmi fir-reġistrazzjoni. Produttur għandu jitneħħa mir-reġistru 3 snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha tintemm ir-reġistrazzjoni tal-produttur jekk il-produttur ma jkunx għadu jeżisti bħala produttur.

13.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-lista ta' produtturi rreġistrati tkun faċilment aċċessibbli, disponibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas, mingħajr preġudizzju għall-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali. Il-lista tal-produtturi rreġistrati għandha tkun tista' tinqara minn magna, tista' titqiegħed f'ordni u jkun jista' jsir tiftix fiha, u għandha tirrispetta l-istandards miftuħa għal użu minn parti terza.

14.   Il-Kummissjoni għandha tadotta sat-12 ta’ Frar 2026, atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-reġistrazzjoni u r-rapportar fir-reġistru u li jispeċifikaw il-granularità tad-data li għandha tiġi pprovduta u t-tipi tal-imballaġġ u l-kategoriji tal-materjali li għandhom jiġu koperti mill-informazzjoni sottomessa.

Il-format għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni skont dan l-Artikolu għandu jkun interoperabbli, għandu jkun ibbażat fuq standards miftuħa u data li tinqara minn magna, u għandu jkun trasferibbli permezz ta' network interoperabbli għall-iskambju tad-data mingħajr intrappolament tal-klijentela.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

Artikolu 45

Responsabbiltà estiża tal-produttur

1.   Il-produtturi għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-iskemi stabbiliti f'konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u ma' din it-Taqsima għall-imballaġġ, inkluż l-imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ li jqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru jew li jispakkjaw mingħajr ma jkunu l-utenti finali.

2.   Minbarra l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(4) il-punt (a), tad-Direttiva 2008/98/KE, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produttur għandhom ikopru l-kostijiet li ġejjin:

(a)

il-kostijiet tat-tikkettar tar-reċipjenti tal-iskart għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament; u

(b)

il-kostijiet tat-twettiq ta' stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-iskart muniċipali mħallat miġbur skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/595 (74) u skont l-atti ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 56(7), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament fejn dawk l-atti ta' implimentazzjoni jipprevedu obbligu li jitwettaq stħarriġ bħal dan.

Il-kostijiet li għandhom jiġu koperti għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti, proporzjonat, nondiskriminatorju u effiċjenti.

3.   Produttur imsemmi fl-Artikolu 3(1), punt (15)(c) u (d), għandu jaħtar, b'mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'kull Stat Membru fejn il-produttur iqiegħed l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba, għajr l-Istat Membru fejn il-produttur huwa stabbilit. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-produtturi stabbiliti f'pajjiżi terzi għandhom jaħtru, b'mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur meta jqiegħdu l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ għad-dispożizzjoni fit-territorju tagħhom għall-ewwel darba.

4.   Għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 30(1), il-punti (d) u (e), tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-fornituri tal-pjattaformi online li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament u li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi għandhom jiksbu l-informazzjoni li ġejja mingħand il-produtturi li joffru imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni qabel ma jħallu dawk il-produtturi jużaw is-servizzi tagħhom:

(a)

l-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur u n-numru/numri tar-reġistrazzjoni tal-produttur f'dak ir-reġistru;

(b)

l-awtoċertifikazzjoni mill-produttur li tikkonferma li joffri biss imballaġġ li fir-rigward tiegħu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu fl-Istat Membru fejn ikun jinsab il-konsumatur.

Meta produttur ibigħ il-prodotti tiegħu permezz ta' suq online, l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu, fuq il-bażi ta’ mandat bil-miktub, jiġu ssodisfati mill-fornitur tal-pjattaforma online, f'isem il-produttur.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, meta tkun prevista rikonċiljazzjoni awtomatizzata tad-data mar-reġistru nazzjonali f'dak l-Istat Membru, din għandha tkun applikabbli għall-verifika tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b).

6.   Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u qabel ma jħalli lill-produtturi jużaw is-servizzi tiegħu, il-fornitur tal-pjattaforma online għandu jagħmel ħiltu biex jivvaluta jekk l-informazzjoni riċevuta hijiex kompluta u affidabbli.

7.   Il-produtturi li joffru l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni għandhom jipprovdu lill-fornituri ta' servizzi ta' eżekuzzjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni u l-produttur għal kwalunkwe servizz imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2019/1020.

8.   Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni u l-produttur għal kwalunkwe servizz msemmi fl-Artikolu 3, il-punt (11) tar-Regolament (UE) 2019/1020, il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu, permezz tal-użu ta' kwalunkwe bażi tad-data online uffiċjali aċċessibbli liberament jew interfaċċa online magħmula disponibbli minn Stat Membru jew mill-Unjoni jew permezz tal-lista tar-reġistrazzjoni disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 44(13) ta' dan ir-Regolament jew talbiet lill-produttur biex jipprovdi dokumenti ta' sostenn minn sorsi affidabbli, jagħmel l-aħjar sforzi biex jivvaluta jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu hijiex affidabbli u kompluta. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-produtturi għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta.

Meta l-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni jikseb indikazzjonijiet suffiċjenti jew ikollu raġuni biex jemmen li kwalunkwe oġġett ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 7 miksub mill-produttur ikkonċernat ma jkunx preċiż, ma jkunx komplut jew ma jkunx aġġornat, dak il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu jitlob lill-produttur jirrimedja dik is-sitwazzjoni mingħajr dewmien żejjed jew fil-perjodu stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, kif applikabbli.

Meta l-produttur jonqos milli jikkoreġi jew jikkompleta dik l-informazzjoni, il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu jissospendi malajr il-forniment tas-servizz tiegħu lil dak il-produttur fir-rigward tal-offerta tal-imballaġġ jew il-prodotti fl-imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni sakemm it-talba tkun ġiet issodisfata bis-sħiħ. Il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu jipprovdi lill-produttur bir-raġunijiet għas-sospensjoni.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (75), f'każ li fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni jissospendi l-forniment tas-servizzi tiegħu skont il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, il-produttur ikkonċernat għandu jkollu d-dritt li jikkontesta d-deċiżjoni tal-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni quddiem qorti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 46

Organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi

1.   Il-produtturi jistgħu jinkarigaw organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 47 bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isimhom. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jobbligaw l-inkarigu ta' organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi bl-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

2.   Meta, fit-territorju ta' Stat Membru, organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, waħda jew aktar, ikunu awtorizzati jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-organizzazzjoni jew l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u l-produtturi li ma jkunux inkarigaw organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, meta jitqiesu flimkien, ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet f'konformità mal-Artikolu 47(3) u l-Artikoli 48 u 50. L-Istati Membri għandhom jaħtru parti terza indipendenti biex tissorvelja t-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi b'mod ikkoordinat jew għandhom jinkarigaw lill-awtorità kompetenti b'tali sorveljanza.

3.   L-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data fil-pussess tagħhom fir-rigward tal-informazzjoni proprjetarja jew tal-informazzjoni direttament attribwibbli lill-produtturi individwali jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.

4.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(3), il-punt (e), tad-Direttiva 2008/98/KE, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom, mill-inqas darba fis-sena, informazzjoni dwar il-kwantità tal-imballaġġ, inkluż imballaġġ ta' prodotti fl-imballaġġ, li tqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru, jew spakkjati minn produttur mingħajr ma jkun l-utent finali, u dwar il-livelli tal-materjali rkuprati u riċiklati fir-rigward tal-kwantità tal-imballaġġ li għalih kienu qegħdin iwettqu l-obbligi tar-responsabbiltà tal-produttur.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli għall-organizzazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom, mill-inqas darba fis-sena, informazzjoni dwar il-livelli tal-materjali rkuprati u riċiklati fir-rigward tal-kwantità ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat fit-territorju tagħhom.

5.   L-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw trattament ugwali tal-produtturi irrispettivament mill-oriġini jew mid-daqs tagħhom, mingħajr ma jqiegħdu piż sproporzjonat fuq il-produtturi ta' kwantitajiet żgħar ta' imballaġġ, inkluż imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ, inkluż intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Artikolu 47

Awtorizzazzjoni dwar it-twettiq tar-responsabbiltà estiża tal-produttur

1.   Il-produttur, fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigata bit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, għandu japplika għal awtorizzazzjoni dwar l-issodisfar tar-responsabbiltà estiża tal-produttur mill-awtorità kompetenti.

2.   Meta jadottaw miżuri li jistabbilixxu r-regoli amministrattivi u proċedurali msemmija fl-Artikolu 40(2), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti u d-dettalji tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni. Dawk ir-rekwiżiti u d-dettalji jistgħu jvarjaw għall-issodisfar individwali u kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu l-modalitajiet għall-verifika tal-konformità, inkluż l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produtturi jew mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għal dak l-għan. Il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżiti dwar il-verifika tal-arranġamenti fis-seħħ biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u l-perjodi ta' żmien għal dik il-verifika, li ma għandhomx jaqbżu t-18-il ġimgħa mill-preżentazzjoni tal-fajl komplut tal-applikazzjoni. Dik il-verifika għandha ssir minn awtorità kompetenti jew minn espert indipendenti li għandhom joħorġu rapport ta' verifika dwar ir-riżultat tagħha. L-espert indipendenti għandu jkun indipendenti mill-awtorità kompetenti u mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jew mill-produtturi awtorizzati għal eżekuzzjoni individwali.

3.   Il-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-miżuri li jiżguraw li:

(a)

huma rrispettati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8a(3), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva 2008/98/KE;

(b)

il-miżuri fis-seħħ jew imħallsa mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi huma biżżejjed biex jippermettu r-ritorn u l-immaniġġar tal-iskart kollu mill-imballaġġ f'konformità mal-Artikolu 48(1) u (5) u l-Artikolu 50, mingħajr ħlas għall-konsumaturi, bi frekwenza proporzjonata għaż-żona u għall-volum tal-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-kwantità u tat-tipi ta' imballaġġ, inkluż imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ, li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru minn dak il-produttur jew produtturi li f'isimhom taġixxi l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew imballaġġ spakkjat minn tali produttur jew produtturi mingħajr ma jkunu l-untenti finali;

(c)

ikunu stabbiliti l-arranġamenti meħtieġa, inkluż l-arranġamenti preliminari, għal dak il-għan mad-distributuri, mal-awtoritajiet pubbliċi jew mal-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f'isimhom;

(d)

il-kapaċità meħtieġa tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ hija disponibbli biex jiġi żgurat li l-iskart mill-imballaġġ miġbur sussegwentement ikun soġġett għat-trattament preliminari u għar-riċiklaġġ ta' kwalità għolja;

(e)

hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, ta’ kwalunkwe biddla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni, jew dwar il-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet. Abbażi ta’ xi wħud minn dawn il-bidliet notifikati jew kollha kemm huma, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li temenda l-awtorizzazzjoni.

5.   L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tirrevoka l-awtorizzazzjoni, b'mod partikolari jekk il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti dwar l-organizzazzjoni tat-trattament tal-iskart mill-imballaġġ jew tonqos milli tissodisfa obbligi oħra tar-responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-iskemi stabbiliti f'konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE jew skont din it-Taqsima, bħall-obbligi li tirrapporta lill-awtorità kompetenti, jew obbligi li tinnotifika kwalunkwe bidla għat-termini tal-awtorizzazzjoni jew jekk il-produttur ikun waqaf l-operazzjonijiet b’mod permanenti.

6.   Il-produttur, fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigata bit-twettiq ta’ dawk l-obbligi fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, għandhom jipprovdu garanzija adegwata maħsuba biex tkopri l-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet tal-immaniġġar tal-iskart dovuti mill-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inkluż fil-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet, jew tal-insolvenza tagħha. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ir-rekwiżiti addizzjonali għall-garanzija. Il-garanzija tista' ssir fil-forma ta' fond pubbliku ffinanzjat mit-tariffi tal-produtturi u li għaliha Stat Membru jkun responsabbli b'mod konġunt jew in solidum.

Taqsima 4

Sistemi ta' ritorn, ta' ġbir u ta' rifużjoni tad-depożitu

Artikolu 48

Sistemi ta' ritorn u ta' ġbir

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi u infrastrutturi li jipprevedu r-ritorn u l-ġbir separat tal-iskart kollu mill-imballaġġ mill-utenti finali sabiex jiġi żgurat li jiġi ttrattat f'konformità mal-Artikoli 4, 10 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE, u biex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tiegħu għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ ta' kwalità għolja.

L-imballaġġ li jikkonforma mal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 6(4) ta' dan ir-Regolament għandu jinġabar għar-riċiklaġġ. L-inċinerazzjoni u r-rimi f'landfills ta’ tali imballaġġ għandhom jiġu pprojbiti, bl-eċċezzjoni ta' skart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' trattament sussegwenti ta' skart mill-imballaġġ miġbur separatament li għalih ir-riċiklaġġ ma jkunx fattibbli jew ma jwassalx għall-aħjar eżitu ambjentali.

2.   Sabiex jiffaċilitaw r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistemi u infrastrutturi għall-ġbir u għas-separazzjoni komprensivi biex jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ u jiżguraw li dik il-materja prima tal-plastik hija disponibbli għar-riċiklaġġ. Tali sistemi u infrastrutturi jistgħu jipprovdu aċċess prijoritarju għal materjal riċiklat għall-użu f'applikazzjonijiet fejn il-kwalità distinta tal-materjal riċiklat tiġi ppreservata jew irkuprata b'tali mod li tkun tista' tiġi riċiklata aktar u użata bl-istess mod u għal applikazzjoni simili b'telf minimu ta' kwantità, kwalità jew funzjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligu ta' ritorn u ta' ġbir separat tal-iskart fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal ċerti formati ta' skart, dment li l-ġbir tal-frazzjonijiet ta’ skart mill-imballaġġ flimkien, jew il-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ jew frazzjonijiet ta' tali skart mill-imballaġġ flimkien ma' skart ieħor, ma jaffettwax il-kapaċità li imballaġġ bħal dan jew frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ ikunu soġġetti għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għal operazzjonijiet oħra ta' rkupru f'konformità mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE u jiġġenera output minn dawk l-operazzjonijiet li huwa ta' kwalità komparabbli għal dak miksub permezz tal-ġbir separat.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-iskart mill-imballaġġ li ma jinġabarx separatament jiġi separat qabel l-operazzjonijiet ta' rimi jew ta' rkupru tal-enerġija biex jitneħħa l-imballaġġ iddisinjat għar-riċiklaġġ.

5.   Is-sistemi u l-infrastrutturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-setturi kkonċernati, tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti u tal-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f'isimhom;

(b)

ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru u l-iskart kollu mill-imballaġġ mit-tipi kollha tal-imballaġġ u tal-attivitajiet, u jqisu d-daqs tal-popolazzjoni, il-volum u l-kompożizzjoni mistennija tal-iskart mill-imballaġġ, kif ukoll l-aċċessibbiltà u l-prossimità għall-utenti finali; dawn għandhom jinkludu l-ġbir separat fl-ispazji pubbliċi, fil-bini tan-negozji u fiż-żoni residenzjali, u għandu jkollhom kapaċità suffiċjenti;

(c)

għandhom ikunu miftuħa wkoll għall-prodotti importati, b'kundizzjonijiet nondiskriminatorji, b’mod partikolari fir-rigward tal-arranġamenti dettaljati u ta' kwalunkwe tariffa imposta għall-aċċess, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw ostakli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

6.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu s-sistemi pubbliċi għall-immaniġġar tal-iskart biex jipparteċipaw fl-organizzazzjoni tas-sistemi msemmija fil-paragrafu 1.

7.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ li jissodisfa l-istandards tal-kwalità għall-użu tal-materjali riċiklati f'setturi rilevanti.

Artikolu 49

Ġbir obbligatorju

Sal-1 ta' Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miri obbligatorji għall-ġbir u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ġbir tal-materjali elenkati fl-Artikolu 52 jkun konsistenti mal-miri tar-riċiklaġġ stabbiliti f’dak l-Artikolu u mal-miri obbligatorji tal-kontenut riċiklat stabbiliti fl-Artikolu 7.

Artikolu 50

Sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu

1.   Sal-1 ta' Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir separat ta' tal-inqas 90 % fis-sena skont il-piż tal-formati tal-imballaġġ li ġejjin li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru f'sena kalendarja partikolari:

(a)

fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss li ma jesgħux aktar minn tliet litri; u

(b)

kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss li ma jesgħux aktar minn tliet litri.

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat mill-imballaġġ imqiegħed fis-suq biex jikkalkolaw, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 56(7), il-punt (a), il-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta’ dan il-paragrafu.

2.   Sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu għall-formati rilevanti tal-imballaġġ imsemmija fil-paragrafu 1 u biex jiżguraw li d-depożitu jiġi impost fil-punt tal-bejgħ.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi fis-settur tal-HORECA milli jitolbu depożitu meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-imballaġġ abbinat mad-depożitu jinfetaħ fil-post;

(b)

il-prodott jiġi kkunsmat fuq il-post; u

(c)

l-imballaġġ vojt abbinat ma' depożitu jiġi rritornat fuq il-post.

4.   Paragrafu 2 ma għandux japplika għal imballaġġ għal:

(a)

kategoriji ta' prodotti tad-dwieli elenkati fil-punti 1, 3, 8, 9, 11, 12, 15, 16 u 17, fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew għall-prodotti tal-inbid aromatizzat kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 251/2014;

(b)

prodotti li huma simili għal prodotti tal-inbid u prodotti tal-inbid aromatizzat, u li huma miksuba minn frott għajr għeneb u mill-ħxejjex, u xarbiet iffermentati oħra taħt il-kodiċi NM 2206 00;

(c)

xorb spirituż ibbażat fuq l-alkoħol li jikkorrispondi għall-intestatura NM 2208; u

(d)

il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss u l-kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss li jesgħu inqas minn 0,1 litru mill-parteċipazzjoni fis-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu fejn tali parteċipazzjoni ma tkunx teknikament fattibbli.

5.   L-Istati Membri jistgħu jkunu eżentati mill-obbligu skont il-paragrafu 2 taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rata ta' ġbir separat kif meħtieġ skont l-Artikolu 48 tal-format tal-imballaġġ rilevanti kif sottomessa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 56(1), il-punt (c), hija 80 % jew ogħla skont il-piż ta' imballaġġ bħal dan imqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru għall-ewwel darba fis-sena kalendarja 2026; u

(b)

sal-1 ta’ Jannar 2028, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bit-talba tiegħu għall-eżenzjoni u jippreżenta pjan ta' implimentazzjoni li juri strateġija b'miżuri konkreti, inkluż l-iskeda ta' żmien tagħhom, li tiżgura l-kisba tar-rata tal-ġbir separat ta' 90 % skont il-piż tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1.

Għall-finijiet tal-punt (a), meta l-informazzjoni dwar ir-rata tal-ġbir separat tal-forma ta’ imballaġġ rilevanti tkun għadha ma ġietx ippreżentata lill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi spjegazzjoni raġunata dwar kif il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu huma sodisfatti mod ieħor. Dik is-spjegazzjoni għandha tkun ibbażata fuq data nazzjonali validata u tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri implimentati.

6.   Fi żmien 3 xhur minn meta tirċievi l-pjan ta' implimentazzjoni ppreżentat skont il-paragrafu 5, il-punt (b), il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru jirrevedi il-pjan jekk tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5, il-punt (b). L-Istat Membru għandu jippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni rivedut fi żmien 3 xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni.

7.   Jekk ir-rata tal-ġbir separat tal-imballaġġ imsemmija fil-paragrafu 1 fi Stat Membru tonqos u għal tliet snin kalendarji konsekuttivi tibqa' taħt id-90 % skont il-piż tal-format tal-imballaġġ partikolari mqiegħed fis-suq, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil dak l-Istat Membru li l-eżenzjoni ma għadhiex tapplika. Sistema ta' rifużjoni tad-depożitu għandha tiġi stabbilita sal-1 ta' Jannar tat-tieni sena kalendarja wara s-sena li fiha l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru kkonċernat li l-eżenzjoni ma għadhiex tapplika.

8.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu u jżommu sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu b'mod partikolari għall-fliexken tax-xorb tal-ħġieġ li jintużaw darba biss, u għall-kartuni tax-xorb. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu għall-formati tal-imballaġġ li jintuża darba biss, b'mod partikolari għall-fliexken tax-xorb tal-ħġieġ li jintużaw darba biss, ikunu disponibbli bl-istess mod għall-imballaġġ riutilizzabbli meta teknikament u ekonomikament fattibbli.

9.   Stat Membru jista' jadotta, filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-TFUE u waqt li jaġixxi f’konformita’ ma’ dan ir-Regolament, dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan l-Artikolu, bħall-possibbiltà li jiġi inkluż l-imballaġġ elenkat fil-paragrafu 4 u l-imballaġġ għal prodotti oħra jew magħmul minn materjali oħra.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta' ritorn u l-opportunitajiet għall-imballaġġ riutilizzabbli b'fini u b'format simili għal dawk stabbiliti skont il-paragrafu 1 ikunu konvenjenti għall-utenti finali daqs kemm l-imsemmija punti ta' ritorn u l-opportunitajiet huma metajirritornaw l-imballaġġ li jintuża darba biss f'sistema ta' rifużjoni tad-depożitu.

11.   Sal-1 ta' Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas is-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi elenkati fl-Anness X.

Ir-rekwiżiti minimi elenkati fl-Anness X ma għandhomx japplikaw għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li jilħqu l-mira ta' 90 % stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sal-1 ta' Jannar 2029. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li s-sistemi eżistenti ta' rifużjoni tad-depożitu li jintużaw darba biss jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi fl-Anness X meta jiġu rieżaminati għall-ewwel darba. Jekk il-mira ta' 90 % ma tintlaħaqx sal-1 ta' Jannar 2029, is-sistemi eżistenti ta' rifużjoni tad-depożitu li jintużaw darba biss għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi fl-Anness X sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2035.

Sal-1 ta' Jannar 2038, il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu u tidentifika kif tista' tiġi massimizzata l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu.

12.   Ir-rekwiżiti minimi elenkati fl-Anness X ma għandhomx japplikaw fir-reġjuni ultraperiferiċi kif rikonoxxut fl-Artikolu 349, ir-raba' subparagrafu, TFUE, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet lokali tagħhom.

Taqsima 5

Użu u mili mill-ġdid

Artikolu 51

Użu u mili mill-ġdid

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' sistemi għall-użu mill-ġdid għall-imballaġġ b'biżżejjed inċentivi għar-ritorn u ta’ sistemi għall-mili mill-ġdid b'mod ambjentalment korrett. Dawk is-sistemi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28 u fl-Anness VI u ma għandhomx jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

(a)

l-użu ta' sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu konformi mar-rekwiżiti minimi fl-Anness X għall-imballaġġ riutilizzabbli u għall-formati tal-imballaġġ għajr dawk li saret referenza għalihom fl-Artikolu 50(1);

(b)

l-użu ta' inċentivi ekonomiċi, inkluż obbligi fuq id-distributuri finali biex jimponu ħlas għall-użu tal-imballaġġ li jintuża darba biss u biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-kost ta' imballaġġ bħal dan fil-punt tal-bejgħ;

(c)

l-obbligi fuq il-manifatturi jew id-distributuri finali biex iqiegħdu ċertu perċentwal ta' prodotti f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid jew permezz tal-mili mill-ġdid, għajr dawk il-prodotti koperti mill-miri tal-użu mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 29, bil-kundizzjoni li dak ma jwassalx għal distorsjonijiet fis-suq intern jew f'ostakli għall-kummerċ ta' prodotti minn Stati Membri oħra.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur u sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jallokaw sehem minimu mill-baġit tagħhom biex jiffinanzjaw azzjonijiet ta' tnaqqis u ta' prevenzjoni.

Taqsima 6

Miri tar-riċiklaġġ u promozzjoni tar-riċiklaġġ

Artikolu 52

Miri tar-riċiklaġġ u promozzjoni tar-riċiklaġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu l-miri tar-riċiklaġġ li ġejjin li jkopru t-territorju kollu tagħhom:

(a)

sal-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ iġġenerat;

(b)

sal-31 ta' Diċembru 2025, il-perċentwali minimi li ġejjin skont il-piż tal-materjali speċifiċi li ġejjin li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ iġġenerat:

(i)

50 % tal-plastik;

(ii)

25 % tal-injam;

(iii)

70 % tal-metall ferruż;

(iv)

50 % tal-aluminju;

(v)

70 % tal-ħġieġ;

(vi)

75 % tal-karta u tal-kartun;

(c)

sal-31 ta' Diċembru 2030, minimu ta' 70 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ iġġenerat;

(d)

sal-31 ta' Diċembru 2030, il-perċentwali minimi li ġejjin skont il-piż tal-materjali speċifiċi li ġejjin li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ iġġenerat:

(i)

55 % tal-plastik;

(ii)

30 % tal-injam;

(iii)

80 % tal-metall ferruż;

(iv)

60 % tal-aluminju;

(v)

75 % tal-ħġieġ;

(vi)

85 % tal-karta u tal-kartun.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-punti (a) u (c), Stat Membru jista' jipposponi l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (d), sa 5 snin, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-deroga mill-miri fil-perjodu tal-posponiment hija limitata għal massimu ta' 15-il punt perċentwali minn mira waħda jew maqsuma bejn żewġ miri;

(b)

bħala riżultat tad-deroga mill-miri fil-perjodu tal-posponiment, ir-rata tar-riċiklaġġ għal mira waħda ma titnaqqasx taħt it-30 %;

(c)

bħala riżultat tad-deroga mill-miri fil-perjodu tal-posponiment, ir-rata tar-riċiklaġġ għal mira waħda stabbilita fil-paragrafu 1, il-punti (b)(v) u (vi) ma titnaqqasx taħt is-60 % u r-rata tar-riċiklaġġ għal mira waħda stabbilita fil-paragrafu 1, il-punti (d)(v) u (vi), ma titnaqqasx taħt is-70 %; u

(d)

sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza rispettiva stabbilita fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (d), ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jipposponi l-iskadenza u jippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Anness XI ta' dan ir-Regolament, li jista' jiġi kkombinat ma' pjan ta' implimentazzjoni ppreżentat skont l-Artikolu 11(3), il-punt (b), tad-Direttiva 2008/98/KE.

3.   Meta Stat Membru jitlob li jipposponi l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (d) ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, fi żmien 3 xhur minn meta tirċievi l-pjan ta' implimentazzjoni ppreżentat skont il-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu titlob lill-Istat Membru jirrevedi dak il-pjan ta' jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XI. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan ta' implimentazzjoni rivedut fi żmien 3 xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta' implimentazzjoni rivedut għadu ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XI u li huwa improbabbli li l-Istati Membru ser ikun jista' jilħaq il-miri fil-perjodu ta' posponiment skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-pjan ta' implimentazzjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mal-miri sal-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (d), ta' dan l-Artikolu.

4.   Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (c) u (d), bil-ħsieb li żżidhom jew li tistabbilixxi miri oħra. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq.

5.   L-Istati Membri għandhom, meta xieraq, jinkoraġġixxu l-użu tal-materjali miksuba mir-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ għall-manifattura tal-imballaġġ u ta' prodotti oħra billi:

(a)

jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(b)

jirrieżaminaw ir-regoli eżistenti li jipprevjenu l-użu ta' materjali bħal dawn.

6.   Filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-TFUE u jaġixxi skont dan ir-Regolament, Stat Membru jista' jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-miri minimi stipulati f'dan l-Artikolu.

Artikolu 53

Regoli dwar il-kalkolu tal-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ

1.   Il-kalkolu biex jiġi determinat jekk il-miri stabbiliti fl-Artikolu 52(1) ikunux inkisbu għandu jsir f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat f'sena kalendarja partikolari. Il-kalkolu tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat fi Stat Membru għandu jkun eżawrjenti.

Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat għandha tkun ibbażata fuq l-approċċi li ġejjin:

(a)

l-imballaġġ imqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru, jew spakkjat minn produttur mingħajr ma jkun utent finali, f'dik is-sena speċifika; jew

(b)

il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat fl-istess sena f'dak l-Istat Membru.

Il-kalkoli mwettqin skont dan il-paragrafu għandhom jiġu aġġustati biex jiġu żgurati l-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawrjenza tar-riżultati f'konformità mar-rekwiżiti u l-verifiki li għandhom jiġu stabbiliti mill-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 56(7), il-punt (a).

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart mill-imballaġġ irriċiklat f'sena kalendarja partikolari. Il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jiġi kkalkulat bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li sar skart li, wara li jkun għadda mill-kontrolli, mill-operazzjonijiet ta' separazzjoni u mill-operazzjonijiet preliminari l-oħra kollha meħtieġa biex jitneħħew il-materjali tal-iskart li ma humiex fil-mira tal-ipproċessar mill-ġdid sussegwenti u biex jiġi żgurat riċiklaġġ ta' kwalità għolja, jidħol fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart jiġu fil-fatt ipproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi.

4.   L-imballaġġ kompost u l-imballaġġ ieħor magħmul minn aktar minn materjal wieħed għandhom jiġu kkalkulati u rrapportati għal kull materjal li jinsab fl-imballaġġ. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan ir-rekwiżit meta materjal speċifiku jikkostitwixxi parti insinifikanti tal-unità tal-imballaġġ, u fl-ebda każ ma jkun jikkostitwixxi aktar minn 5 % tal-massa totali tal-unità tal-imballaġġ.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jitkejjel meta l-iskart jidħol fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jista' jitkejjel fl-output ta' kwalunkwe operazzjoni ta' separazzjoni, dment li:

(a)

l-output ta' skart bħal dan huwa sussegwentement riċiklat;

(b)

il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi, li jitneħħew minn operazzjonijiet ulterjuri qabel l-operazzjoni tar-riċiklaġġ u ma humiex sussegwentement riċiklati, ma huwiex inkluż fil-piż tal-iskart rrapportat bħala riċiklat.

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Dik is-sistema tista' tikkonsisti f'reġistri elettroniċi stabbiliti skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti tal-kwalità tal-iskart separat. Din tista' tikkonsisti wkoll f'rati medji ta' telf għall-iskart separat għal diversi tipi ta' skart u prattiki ta' mmaniġġar tal-iskart, rispettivament, dment li d-data affidabbli ma tkunx tista' tinkiseb b'mod ieħor. Ir-rati medji tat-telf għandhom jiġu kkalkulati abbażi tar-regoli tal-kalkolu stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 11a (10) tad-Direttiva 2008/98/KE.

7.   Il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ bijodegradabbli li jsirlu trattament aerobiku u anaerobiku tista' tingħadd bħala skart riċiklat meta dak it-trattament jiġġenera kompost, diġestat jew output ieħor bi kwantità simili tal-kontenut riċiklat meta mqabbel mal-input, li għandu jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklati. Meta l-output jintuża fuq l-art, l-Istati Membri jistgħu jgħodduh bħala skart riċiklat dment li dan l-użu jirriżulta f'benefiċċji għall-agrikoltura jew f'titjib ekoloġiku.

8.   Il-kwantità tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ li waqaf milli jkun skart b'riżultat ta' operazzjoni ta' tħejjija qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid, tista' tingħadd bħala skart riċiklat dment li tali materjali jkunu maħsuba għall-ipproċessar sussegwenti mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi li huma destinati għall-użu oriġinali jew għal finijiet oħra. Madankollu, il-materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew biex ikunu inċinerati, jintradmu mill-ġdid jew jintremew f'landfills, ma għandhomx jingħaddu bħala skart riċiklat.

9.   L-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli separati wara l-inċinerazzjoni tal-iskart fi proporzjon mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat dment li l-metalli riċiklati jissodisfaw il-kriterji ta' kwalità stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2019/1004.

10.   Meta skart mill-imballaġġ jintbagħat fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tar-riċiklaġġ f'dak l-Istat Membru l-ieħor, huwa biss l-Istat Membru li fih inġabar dak l-iskart mill-imballaġġ li jista’ jgħoddu bħala riċiklat.

11.   L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd bħala skart riċiklat mill-Istat Membru li fih inġabar, biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 u jekk, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jew ir-Regolament (UE) 2024/1157, kif applikabbli, l-esportatur jipprovdi prova dokumentarja li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament, inkluż li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ f'pajjiż terz sar f'kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 54

Regoli dwar il-kalkolu tal-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ inkluż l-użu mill-ġdid

1.   Stat Membru jista' jiddeċiedi li jikseb livell aġġustat tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 52(1) għal sena partikolari billi jitqies is-sehem medju, fit-3 snin preċedenti, tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u użat mill-ġdid fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid.

Il-livell aġġustat għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas:

(a)

mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 52(1), il-punti (a) u (c), is-sehem tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fl-imballaġġ għall-bejgħ kollu mqiegħed fis-suq; u

(b)

mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 52(1), il-punti (b) u (d), is-sehem tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, magħmul mill-materjal tal-imballaġġ rispettiv, fl-imballaġġ għall-bejgħ kollu magħmul minn dak il-materjal imqiegħed fis-suq.

Ma għandhomx jitqiesu aktar minn ħames punti perċentwali tas-sehem medju tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli għall-kalkolu tal-livell tal-mira aġġustat.

2.   Stat Membru jista' jqis il-kwantità tal-imballaġġ tal-injam imsewwi biex jintuża mill-ġdid fil-kalkolu tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 52(1), il-punt (a), fl-Artikolu 52(1), il-punt (b)(ii), fl-Artikolu 52(1), il-punt (c), u fl-Artikolu 52(1), il-punt (d)(ii).

Taqsima 7

Tagħrif u rapportar

Artikolu 55

Informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ

1.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) tad-Direttiva 2008/98/KE u fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, il-produtturi jew, meta inkarigati bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'konformità mal-Artikolu 46(1) ta' dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew l-awtoritajiet pubbliċi maħtura mill-Istati Membri meta japplikaw l-Artikolu 8a(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali, b’mod partikolari tal-konsumaturi, l-informazzjoni li ġejja dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-imballaġġ li l-produtturi jfornu fit-territorju ta' Stat Membru:

(a)

ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-prevenzjoni tal-iskart, inkluż kwalunkwe prattika tajba;

(b)

l-arranġamenti tal-użu mill-ġdid disponibbli għall-imballaġġ;

(c)

ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-ġbir separat tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ, inkluż l-immaniġġar tal-imballaġġ li jkun fih prodotti jew skart perikoluż;

(d)

it-tifsira tat-tikketti u tas-simboli mwaħħla, stampati jew inċiżi fuq l-imballaġġ f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament jew preżenti fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodott fl-imballaġġ;

(e)

l-impatt ta' rimi mhux xieraq ta' skart mill-imballaġġ, pereżempju bħala rimi bl-addoċċ fi spazji pubbliċi jew fi skart muniċipali mħallat, fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem jew is-sikurezza ta' persuni u l-impatt ambjentali negattiv tal-imballaġġ li jintuża darba biss, b'mod partikolari l-basktijiet tal-plastik;

(f)

il-proprjetajiet tal-ikkompostjar u l-għażliet xierqa għall-immaniġġar tal-iskart għall-imballaġġ kompostabbli f’konformità mal-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament; il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati li l-imballaġġ kompostabbli mhuwiex adatt għall-ikkompostjar domestiku u li l-imballaġġ kompostabbli ma għandux jintrema fin-natura.

L-obbligi skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) ta' dan il-paragrafu, għandhom japplikaw mit-12 ta’ Awwissu 2028 jew mid-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti tal-Artikolu 12, skont liema tiġi l-aħħar.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun aġġornata u pprovduta permezz ta':

(a)

sit web jew mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika;

(b)

informazzjoni pubblika;

(c)

programmi u kampanji edukattivi;

(d)

is-sinjalazzjoni b'lingwa waħda jew aktar, li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali u mill-konsumaturi.

3.   Meta l-informazzjoni tiġi pprovduta pubblikament, għandha tiġi ppreżervata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali.

Artikolu 56

Rapportar lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data li ġejja lill-Kummissjoni għal kull sena kalendarja:

(a)

id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 52(1), il-punti (a) sa (d), u d-data skont it-Tabella 2 tal-Anness XII dwar imballaġġ riutilizzabbli;

(b)

il-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, tal-basktijiet tal-plastik ħfief, tal-basktijiet tal-plastik oħxon u tal-basktijiet tal-plastik oħxon ħafna per capita, separatament għal kull kategorija kif elenkat fit-Tabella 4 tal-Anness XII;

(c)

ir-rata tal-ġbir separat tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 5 tal-Anness XII kopert mill-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti fl-Artikolu 50(2).

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll id-data dwar il-konsum annwali tal-basktijiet ta' materjali oħra.

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data li ġejja lill-Kummissjoni għal kull sena kalendarja:

(a)

il-kwantità ta' imballaġġ imqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, jew spakkjat minn produttur mingħajr ma jkun l-utenti finali, għal kull kategorija tal-imballaġġ kif elenkata fit-Tabella 3 tal-Anness XII;

(b)

il-kwantità ta' skart tal-imballaġġ miġbur għal kull materjal tal-imballaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 52;

(c)

il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ riċiklat u r-rati ta' riċiklaġġ għal kull kategorija tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 3 tal-Anness XII.

3.   L-ewwel sena ta' rapportar għandha tikkonċerna:

(a)

fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), u l-paragrafu 2, it-tieni sena kalendarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rapportar lill-Kummissjoni, f'konformità mal-paragrafu 7;

(b)

fir-rigward tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (c), is-sena kalendarja 2028.

4.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b'mod elettroniku fi żmien 19-il xahar minn tmiem is-sena ta' rapportar li għaliha tkun inġabret id-data fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 7.

5.   Id-data ppreżentata mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' kontroll tal-kwalità. Dak ir-rapport ta' kontroll tal-kwalità għandu jiġi ppreżentat fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 7.

6.   Id-data ppreżentata mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(7) u (11), u għandha tinkludi l-informazzjoni dettaljata dwar ir-rati medji tat-telf meta applikabbli.

7.   Il-Kummissjoni għandha, sat-12 ta’ Frar 2027, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu:

(a)

ir-regoli għall-kalkolu, għall-verifika u għall-preżentazzjoni tad-data f'konformità mal-paragrafu 1, il-punti (a) u (c), u l-paragrafu 2, inkluż il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat, u l-format għall-preżentazzjoni ta’ dik id-data;

(b)

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief per capita msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), u l-format għall-preżentazzjoni ta' dik id-data;

(c)

il-fattur ta' korrezzjoni msemmi fl-Artikolu 43(2) biex titqies iż-żieda jew it-tnaqqis fit-turiżmu fir-rigward tas-sena bażi.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

8.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema tas-sistemi ta' użu mill-ġdid u l-operaturi ekonomiċi kollha li jqiegħdu l-imballaġġ fl-Istati Membri, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'data akkurata u affidabbli li tippermetti lill-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont dan l-Artikolu, filwaqt li jqisu, meta rilevanti, il-problemi partikolari li jiffaċċaw intrapriżi żgħar u medji fir-rigward tal-forniment ta' data dettaljata.

Artikolu 57

Bażijiet tad-data dwar l-imballaġġ

1.   Sa 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(7), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-bażijiet tad-data dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ jiġu stabbiliti, meta dawn ma jkunux diġà fis-seħħ, fuq bażi armonizzata, għall-fini tat-twettiq tal-obbligi tar-rappurtar tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 56.

2.   Il-bażijiet tad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni dwar id-daqs, il-karatteristiċi u l-evoluzzjoni tal-flussi tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ fil-livell tal-Istati Membri individwali;

(b)

id-data elenkata fl-Anness XII.

3.   Il-bażijiet tad-data dwar l-imballaġġ għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali f'format li jinqara mill-magni li jippermetti aċċess għad-data aġġornata rigward ir-rapportar u l-kost tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ u li jiżgura l-interoperabbiltà u l-użu mill-ġdid tad-data. Dawn għandhom jiġu pprovduti fil-lingwa uffiċjali jew fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat permezz ta':

(a)

sit web jew mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika; jew

(b)

rapporti pubbliċi.

Ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data.

KAPITOLU IX

PROĊEDURI TA' SALVAGWARDJA

Artikolu 58

Proċedura għall-indirizzar tal-imballaġġ li jippreżenta riskju fil-livell nazzjonali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/1020, meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru partikolari jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li l-imballaġġ kopert minn dan ir-Regolament jippreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, huma għandhom, mingħajr dewmien żejjed, iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-imballaġġ ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament li huma rilevanti għal dak ir-riskju. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament għandhom isegwu l-ilmenti jew ir-rapporti relatati mal-allegat nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ ma' dan ir-Regolament, u jivverifikaw li tkun ittieħdet l-azzjoni korrettiva xierqa.

Meta, matul l-evalwazzjoni mwettqa skont l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-imballaġġ ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, dawn għandhom, mingħajr dewmien, jirrikjedu lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata, f'perjodu preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jkun raġonevoli u proporzjonat man-natura u, meta rilevanti, il-grad tan-nuqqas ta' konformità, biex l-imballaġġ isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta jkun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem relatat mal-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt li jkun soġġett għal liġi speċifika li għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u dak ir-riskju jiġi ttrasferit għall-kontenut fl-imballaġġ tal-materjal tal-imballaġġ, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ma għandhomx iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li joriġina mill-materjal tal-imballaġġ. Minflok, għandhom javvertu l-awtoritajiet kompetenti għall-evalwazzjoni ta' tali riskji, b'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti msemmija fir-Regolamenti (UE) 2017/625, (UE) 2017/745, (UE) 2017/746, jew (UE) 2019/6 jew fid-Direttiva 2001/83/KE.

3.   Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx limitat għat-territorju tagħhom, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li talbu lill-operatur ekonomiku jieħu.

4.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi kollha xierqa fir-rigward tal-imballaġġ mhux konformi kollu li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.

5.   Meta l-operatur ekonomiku ma jiħux miżuri korrettivi xierqa fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, jew jekk jippersisti n-nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-imballaġġ fit-territorju tagħhom, jirtirawh jew isejħuh lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawk il-miżuri mingħajr dewmien.

6.   L-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra f’konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi, l-oriġini tal-imballaġġ, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku u, meta jkun applikabbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(1) ta' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw ukoll jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex minħabba waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-imballaġġ jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti tas-sostenibbiltà fi jew skont dan ir-Regolament;

(b)

hemm nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikoli 36 u 37 ta' dan ir-Regolament.

7.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun qed jieħu l-miżuri skont il-paragrafu 5, għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata u dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ ikkonċernat, u, jekk l-Istati Membri joġġezzjonaw għall-miżuri meħuda skont il-paragrafu 5, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

8.   Meta, fi żmien 3 xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew 7, ma tkun tqajmet ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżuri proviżorji meħuda minn Stat Membru, dawk il-miżuri għandhom jitqiesu li jkunu ġustifikati.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodu ta’ applikazzjoni itwal jew iqsar għall-miżuri proviżorji minn 3 xhur biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tar-rekwiżiti kkonċernati.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imballaġġ jiġi rtirat mis-suq tagħhom jew li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa oħra mingħajr dewmien fir-rigward tal-imballaġġ jew tal-manifattur ikkonċernat.

Artikolu 59

Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni

1.   Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stipulata fl-Artikolu 58(5) u (6), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru skont l-Artikolu 58, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tikser il-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġġustifikata.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha lilhom u lill-operatur ekonomiku rilevanti mingħajr dewmien.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-imballaġġ mhux konformi jiġi rtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira dik il-miżura.

3.   Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ jiġi attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

4.   Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ jiġi attribwit għan-nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni msemmija fl-Artikolu 37, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, temenda jew tħassar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni kkonċernati.

Artikolu 60

Imballaġġ konformi li jippreżenta riskju

1.   Meta, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 58, Stat Membru jsib li għalkemm l-imballaġġ ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, xorta waħda jippreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, huwa għandu, mingħajr dewmien, jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti:

(a)

jieħu l-miżuri xierqa kollha, f'perjodu ta' żmien raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u proporzjonati man-natura u, fejn rilevanti, il-grad tar-riskju, biex jiżgura li l-imballaġġ ikkonċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jibqax jippreżenta dak ir-riskju;

(b)

jagħmel l-imballaġġ konformi;

(c)

jirtira l-imballaġġ mis-suq; jew

(d)

isejjaħ lura l-imballaġġ.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta jkun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem relatat mal-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt li jkun soġġett għal liġi speċifika li għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u dak ir-riskju ġie ttrasferit għall-kontenut fl-imballaġġ tal-materjal tal-imballaġġ, l-awtoritajiet ta' sorveljanza ma għandhomx iwettqu evalwazzjoni marbut mar-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li joriġina mill-materjal tal-imballaġġ. Minflok, huma għandhom javvertu l-awtoritajiet kompetenti għall-kontroll ta' tali riskji,jiġifieri l-awtoritajiet kompetenti msemmija fir-Regolamenti (UE) 2017/625, (UE) 2017/745, (UE) 2017/746 jew (UE) 2019/6 jew fid-Direttiva 2001/83/KE.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi fir-rigward tal-imballaġġ mhux konformi kollu li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq madwar l-Unjoni.

4.   L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bis-sejbiet u bl-azzjonijiet sussegwenti tiegħu skont il-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi, tal-oriġini u tal-katina tal-provvista tal-imballaġġ, tan-natura tar-riskju involut u tan-natura u tad-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.

5.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata, u meta jkun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

Minħabba r-raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3).

Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-att ta’ implimentazzjoni imsemmi f’dan il-paragrafu lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku rilevanti.

Artikolu 61

Kontrolli fuq l-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni

1.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkomunikaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 il-miżuri msemmija fl-Artikolu 58(5)ta' dan ir-Regolament meta n-nuqqas ta' konformità ma jkunx ristrett għat-territorju tagħhom. Dik il-komunikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari d-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi li għalih japplikaw il-miżuri u, fil-każ tal-prodott fl-imballaġġ, il-prodott innifsu.

2.   L-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jużaw l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex iwettqu l-analiżi tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.

3.   Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir billi tiddaħħal l-informazzjoni fl-ambjent rilevanti tal-ġestjoni tar-riskju doganali.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interkonnessjoni biex tawtomatizza l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mis-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(6) għall-ambjent imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dik l-interkonnessjoni għandha tibda topera mhux aktar tard minn 24 xhar mid-data tal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli proċedurali u d-dettalji tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-paragrafu 4, inkluż il-funzjonalitajiet, l-elementi tad-data u l-ipproċessar tad-data, kif ukoll ir-regoli dwar l-ipproċessar tad-data personali, il-kunfidenzjalità u l-kontroll għall-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 4.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).

Artikolu 62

Nuqqas ta' konformità formali

1.   Meta Stat Membru jsir jaf bi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin, għandu jirrikjedi li l-operatur ekonomiku rilevanti ma jkomplix bin-nuqqas ta' konformità kkonċernat:

(a)

id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma saritx;

(b)

id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma saritx tajjeb;

(c)

il-kodiċi QR jew il-mezz ta' data msemmi fl-Artikolu 12 ma jipprovdux aċċess għall-informazzjoni meħtieġa f'konformità ma' dak l-Artikolu;

(d)

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII mhix disponibbli, mhix kompleta jew fiha l-iżbalji;

(e)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(6) jew fl-Artikolu 18(3) nieqsa, falza jew mhux kompleta;

(f)

kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor stabbilit fl-Artikolu 15 jew fl-Artikolu 18 mhux issodisfat;

(g)

ir-rekwiżiti dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-imballaġġ eċċessiv jew fuq l-użi ta' ċerti formati tal-imballaġġ stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25 mhumiex irrispettati;

(h)

fir-rigward tal-imballaġġ riutilizzabbli, ir-rekwiżiti dwar l-istabbiliment, it-tħaddim jew il-parteċipazzjoni f'sistema għall-użu mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 27 mhumiex issodisfati;

(i)

fir-rigward tal-mili mill-ġdid, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 28(1) u (2) mhumiex issodisfati;

(j)

ir-rekwiżiti dwar l-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 28(3) mhumiex issodisfati;

(k)

il-miri tal-użu mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 29 ma nkisbux;

(l)

l-obbligi tal-milli mill-ġdid fl-Artikolu 32 u l-obbligu ta' offerta għall-użu mill-ġdid fl-Artikolu 33 mhumiex imwettqa;

(m)

ir-rekwiżiti dwar l-imballaġġ riċiklabbli stabbiliti fl-Artikolu 6 mhumiex issodisfati;

(n)

ir-rekwiżiti dwar il-kontenut minimu riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik stabbiliti fl-Artikolu 7 mhumiex issodisfati.

2.   Meta n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (f) jippersisti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-imballaġġ jew biex jiżgura li l-imballaġġ jissejjaħ lura jew jiġi rtirat mis-suq.

3.   Meta n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1, il-punti (g) sa (n) ta' dan l-Artikolu jippersisti, l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament li huma stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 68.

KAPITOLU X

AKKWIST PUBBLIKU EKOLOĠIKU

Artikolu 63

Akkwist pubbliku ekoloġiku

1.   Sabiex jiġu inċentivati l-provvista u d-domanda għal imballaġġ ambjentalment sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tadotta, sat-12 ta’ Frar 2030, atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw rekwiżiti obbligatorji minimi għal kuntratti pubbliċi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE għal imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ jew għal servizzi li jużaw imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ jew id-Direttiva 2014/25/UE, u mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jew fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jew l-entitajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, li fihom l-imballaġġ jew il-prodotti fl-imballaġġ jirrappreżentaw iktar minn 30 % tal-istima tal-valur tal-kuntratt jew tal-valur tal-prodotti użati mis-servizzi li huma l-oġġett tal-kuntratt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   Ir-rekwiżiti stipulati fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi msemmija f'dak il-paragrafu li nbdew 12-il xahar jew aktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni kkonċernat.

3.   Ir-rekwiżiti obbligatorji minimi dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti jew imsemmija fl-Artikoli 5 sa 11 u fuq l-elementi li ġejjin:

(a)

il-valur u l-volum tal-kuntratti pubbliċi mogħtija għall-imballaġġ jew għall-prodotti fl-imballaġġ jew għas-servizzi jew ix-xogħlijiet li jużaw l-imballaġġ jew il-prodotti fl-imballaġġ;

(b)

il-fattibbiltà ekonomika għall-awtoritajiet kontraenti jew għall-entitajiet kontraenti biex jixtru imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ aktar ambjentalment sostenibbli, mingħajr ma jiġu involuti kostijiet sproporzjonati;

(c)

is-sitwazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni tal-imballaġġ jew tal-prodotti fl-imballaġġ rilevanti;

(d)

l-effetti tar-rekwiżiti fuq il-kompetizzjoni;

(e)

l-obbligi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ.

4.   Ir-rekwiżiti minimi obbligatorji għall-akkwist pubbliku ekoloġiku jistgħu jieħdu l-forma ta':

(a)

speċifikazzjonijiet tekniċi fis-sens tal-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/25/UE;

(b)

kriterji tal-għażla fis-sens tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/25/UE; jew

(c)

kundizzjonijiet għat-twettiq ta' kuntratti fis-sens tal-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 87 tad-Direttiva 2014/25/UE.

Dawk ir-rekwiżiti minimi obbligatorji għall-akkwist pubbliku ekoloġiku għandhom jiġu żviluppati f'konformità mal-prinċipji li jinsabu fid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE biex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament.

5.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, f'każijiet debitament ġustifikati, jidderogaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jew saħħa pubblika. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu wkoll, f'każijiet debitament ġustifikati, jidderogaw minn dawk ir-rekwiżiti, jekk dawn iwasslu għal diffikultajiet tekniċi li ma jistgħux jiġu riżolti.

KAPITOLU XI

SETGĦAT DELEGATI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT

Artikolu 64

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7) u (8), fl-Artikolu 6(4), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(9), fl-Artikolu 7(12), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 7(13), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 29(10), fl-Artikolu 29(12), is-sitt subparagrafu, fl-Artikolu 29(13), it-tieni subparagrafu, u fl-Artikolu 29(18) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 10 snin mill-11 ta’ Frar 2025. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' għaxar snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(7) u (8), fl-Artikolu 6(4), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(9), fl-Artikolu 7(12), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 7(13), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 29(10), fl-Artikolu 29(12), is-sitt subparagrafu, fl-Artikolu 29(13), it-tieni subparagrafu, u fl-Artikolu 29(18) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(7) jew (8), l-Artikolu 6(4), l-ewwel jew it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 7(9), l-Artikolu 7(12), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 7(13), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 29(10), l-Artikolu 29(12), is-sitt subparagrafu, l-Artikolu 29(13), it-tieni subparagrafu, jew l-Artikolu 29(18) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 65

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

KAPITOLU XII

EMENDI

Artikolu 66

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/1020

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Anness I jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“74.

Id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1);

75.

Ir-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (ĠU L, 2025/40, 22.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/40/oj).”

;

(2)

fl-Anness II jitħassar il-punt 8.

Artikolu 67

Emendi għad-Direttiva (UE) 2019/904

Id-Direttiva (UE) 2019/904 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn din id-Direttiva tmur kontra d-Direttiva 94/62/KE jew 2008/98/KE, din id-Direttiva għandha tipprevali sakemm mhux previst mod ieħor mir-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (ĠU L, 2025/40, 22.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/40/oj)”;"

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Fejn l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva jmur kontra l-Artikolu 25(1) u (6) tar-Regolament (UE) 2025/40 fir-rigward tal-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss elenkat fil-punt (3) tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, għandu jipprevali l-Artikolu 25(1) u (6) ta' dak ir-Regolament.”

;

(2)

fl-Artikolu 6(5), il-punti (a) u (b) jitħassru mill-1 ta' Jannar 2030 jew 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2025/40, skont liema tiġi l-aħħar;

(3)

fl-Artikolu 13(1), il-punt (e) jitħassar mill-1 ta' Jannar 2030 jew 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2024/40, skont liema tiġi l-aħħar;

(4)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data u l-informazzjoni rappurtati skont dan l-Artikolu u tippubblika rapport dwar ir-riżultati tar-rieżami tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data u l-informazzjoni, is-sorsi tad-data u l-informazzjoni u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-data u dik l-informazzjoni. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data u informazzjoni mill-Istati Membri u kull 4 snin wara dan.”

;

(5)

Il-Parti B tal-Anness hija emendata kif ġej:

(a)

il-punti 7, 8 u 9 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(7)

Kontenituri tal-ikel magħmula minn polistiren espandut (EPS) jew estruż (XPS), jiġifieri reċipjenti bħal kaxxi, b'għatu jew mingħajru, użati biex ikollhom kontenut ta' ikel fihom li:

(a)

jkun maħsub għal konsum immedjat jew fuq il-post jew bħala takeaway;

(b)

tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur; u

(c)

huwa lest biex jiġi kkunsmat mingħajr aktar preparazzjoni, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,

inkluż kontenituri tal-ikel użati għal fast food jew ikel ieħor lest għall-konsum immedjat, ħlief kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u tgeżwir li jkun fihom l-ikel;

(8)

Kontenituri tax-xorb magħmula minn polistiren espandut (EPS) jew estruż (XPS), inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom;

(9)

Tazzi għax-xorb magħmula minn polistiren espandut (EPS) jew estruż (XPS), inkluż l-għotjien tagħhom;”

;

(b)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(10)

Tgeżwir li jiċkien fid-daqs li jintuża fl-ajruporti jew fl-istazzjonijiet tal-ferrovija għall-protezzjoni tal-bagalji waqt it-trasport;

(11)

Ċipep ta' polistiren u plastik ieħor li jintużaw biex jipproteġu oġġetti ppakkjati waqt it-trasport u l-immaniġġar;

(12)

Ċrieki tal-plastik f'diversi pakketti użati bħala imballaġġ kollettiv kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt 6, tar- Regolament (UE) 2025/40.”.

KAPITOLU XIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 68

Penali

1.   Sat-12 ta’ Frar 2027, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   Il-penali għan-nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 24 sa 29 għandhom jinkludu multi amministrattivi. Meta s-sistema legali tal-Istat Membru ma tipprevedix multi amministrattivi, dan il-paragrafu jista' jiġi applikat b'tali mod li l-proċedura tal-immultar tinbeda mill-awtorità rilevanti u li dik il-multa tiġi imposta mill-qrati nazzjonali kompetenti, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għall-multi amministrattivi msemmija f'dan il-paragrafu. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3.   L-Istati Membri għandhom, sat-12 ta’ Frar 2027 jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Artikolu 69

Evalwazzjoni

Sat-12 ta’ Awwissu 2034, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-imballaġġ. Dik l-evalwazzjoni għandu jkollha parti ddedikata, fost l-oħrajn, għall-impatt ta' dan ir-Regolament fuq is-sistema agroalimentari u fuq il-ħela tal-ikel. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali ta' dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta' dak ir-rapport.

Artikolu 70

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Id-Direttiva 94/62/KE hija mħassra b'effett mit-12 ta’ Awwissu 2026, bl-eċċezzjoni ta':

(a)

l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 94/62/KE, li għandu jkompli japplika sa 30 xahar mid-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 12(6) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 94/62/KE, li għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ħtiġijiet essenzjali skont il-punt 1, l-ewwel inċiż, tal-Anness II ta' dik id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2029;

(c)

l-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 6(1), il-punti (d) u (e), u l-Artikolu 6a tad-Direttiva 94/62/KE, li għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2028;

(d)

l-Artikolu 12(3a), (3b), (3c) u (4) tad-Direttiva 94/62/KE, li għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2028, ħlief fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni, li fir-rigward tagħha hija għandha tkompli tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2029;

2.   Id-Deċiżjoni 97/129/KE hija mħassra b'effett mit-12 ta’ Awwissu 2028.

3.   Id-Deċiżjonijiet 2001/171/KE u 2009/292/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ u jkomplu japplikaw sakemm jitħassru b'atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(8) ta' dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq tal-imballaġġ fil-formati u għall-użi elenkati fil-punti 2 u 3 tal-Anness V sal-1 ta’ Jannar 2030. L-Artikolu 4(3) ma għandux japplika fir-rigward ta' dawk il-miżuri nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 2030.

5.   Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra 94/62/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness XIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 71

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-12 ta’ Awwissu 2026.

Madankollu, l-Artikolu 67(5) għandu japplika mit-12 ta’ Frar 2029.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)   ĠU C 228, 29.6.2023, p. 114.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2024.

(3)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(4)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).

(6)   ĠU C 465, 17.11.2021, p. 11.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta' prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/171/KE tad-19 ta' Frar 2001 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga għall-imballaġġ ta' ħġieġ fir-rigward tal-livelli ta' konċentrazzjoni ta' metall tqil stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 62, 2.3.2001, p. 20).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/292/KE tal-24 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga għall-kaxex tal-plastik u paliti tal-plastik fejn għandhom x'jaqsmu l-livelli ta' konċentrazzjoni tal-metalli tqal stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 79, 25.3.2009, p. 44).

(15)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(20)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

(21)  L-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt jirreferi għall-imballaġġ tal-plastik tal-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29), mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4), mir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1831/2003 u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1), mir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59), mir-Regolament (UE) 2017/745, mir-Regolament (UE) 2017/746, mir-Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf medikat, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 1), mir-Regolament (UE) 2019/6, mid-Direttiva 2001/83/KE u mid-Direttiva 2008/68/KE.

(22)   ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.

(23)   ĠU L 179, 23.6.1998, p. 3.

(24)   ĠU L 171, 27.6.1981, p. 13.

(25)   ĠU L 186, 5.8.1995, p. 44.

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1616 tal-15 ta' Settembru 2022 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 (ĠU L 243, 20.9.2022, p. 3).

(27)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(28)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(29)  Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (UE) 2023/2411 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1001 u (UE) 2019/1753 (ĠU L, 2023/2411, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2411/oj).

(31)  Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).

(32)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(33)  Id-Direttiva (UE) 2024/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2024 li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta' protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta' informazzjoni aħjar (ĠU L, 2024/825, 6.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/825/oj).

(34)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE tat-28 ta' Jannar 1997 li tistabbilixxi s-sistema ta' identifikazzjoni għall-materjali għall-ippakkjar skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart tal-ippakkjar (ĠU L 50, 20.2.1997, p. 28).

(35)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(36)  Id-Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 11).

(37)  Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

(38)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(39)  Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).

(40)  Id-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 141).

(41)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1004 tas-7 ta' Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli għall-kalkolu, għall-verifika u għar-rapportar tad-data dwar l-iskart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)2384 (ĠU L 163, 20.6.2019, p. 66).

(42)  Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).

(43)  Ir-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar vjeġġi ta’ skart, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013 u (UE) 2020/1056 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L, 2024/1157, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1157/oj).

(44)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE tat-22 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-data skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 86, 5.4.2005, p. 6).

(45)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/896 tad-19 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief u li temenda d-Deċiżjoni 2005/270/KE (ĠU L 160, 25.6.2018, p. 6).

(46)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(47)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(48)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(49)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(50)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(51)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(52)   ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(53)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(54)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(55)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(56)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(57)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

(58)  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

(59)  Ir-Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf medikat, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 1).

(60)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(61)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1809 tal-14 ta' Settembru 2023 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u għat-tazzi mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 142).

(62)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(63)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(64)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).

(65)  Id-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' disinji (ĠU L 289, 28.10.1998, p. 28).

(66)  Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).

(67)  Id-Direttiva (UE) 2015/2436/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).

(68)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(69)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(70)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(71)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

(72)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(73)  Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-16 ta' Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).

(74)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/595 tas-16 ta' Marzu 2023 li jistabbilixxi l-formola għad-dikjarazzjoni relatata mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/770 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 151).

(75)  Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).


ANNESS I

Lista indikattiva ta' oġġetti fil-kamp ta' applikazzjoni tad-definizzjoni ta' imballaġġ fl-Artikolu 3(1), il-punt (1)

A.   L-Artikolu 3(1), il-punt (1)(a)

1.

Oġġetti li huma imballaġġ:

 

Kaxxi tal-ħelu

 

Tgeżwira tar-rita madwar kaxxa tas-CD

 

Boroż tal-posta għall-katalgi u għar-rivisti (b'rivista ġewwa)

 

Doilies tal-kejk li jinbiegħu ma' kejk

 

Rombli, tubi u ċilindri li madwarhom jitkebbeb materjal flessibbli (eż. rita tal-plastik, aluminju jew karta), minbarra rombli, tubi u ċilindri maħsuba bħala partijiet minn makkinarju tal-produzzjoni u mhux użati biex jiġi ppreżentat prodott bħala unità tal-bejgħ

 

Qsari għall-fjuri u għall-pjanti, inkluż trays taż-żrieragħ, maħsuba biex jintużaw biss għall-bejgħ u t-trasport

 

Fliexken tal-ħġieġ għal soluzzjonijiet ta' injezzjoni

 

Perni tas-CDs (mibjugħa mas-CDs, mhux maħsuba biex jintużaw bħala ħżin)

 

Spallieri (mibjugħa ma' oġġett tal-ilbies)

 

Kaxxi tas-sulfarini

 

Sistemi ta' kisi protettiv sterili (boroż, trays u materjali meħtieġa għall-preservazzjoni tal-isterilità tal-prodott)

 

Ċilindri tal-azzar li jistgħu jerġgħu jimtlew użati għal diversi tipi ta' gass, minbarra apparat għat-tifi tan-nar

 

Boroż tal-fojl tat-te u tal-kafè

 

Kaxxi użati għat-tubi tat-toothpaste

2.

Oġġetti li mhumiex imballaġġ:

 

Qsari għall-fjuri u għall-pjanti, inkluż it-trays taż-żrieragħ, li jintużaw fir-relazzjonijiet bejn in-negozji matul l-istadji differenti tal-produzzjoni jew maħsuba biex jinbiegħu mal-pjanta

 

Kaxxi tal-għodda

 

Saffi tax-xama' madwar il-ġobon

 

Budellata taz-zalzett

 

Spallieri (mibjugħa separatament)

 

Cartridges għall-printers

 

Kaxxi tas-CD, tad-DVD u tal-vidjo (mibjugħa b'CD, b'DVD jew b'vidjo fihom)

 

Perni tas-CD (mibjugħin vojta, maħsuba biex jintużaw bħala ħżin)

 

Boroż li jinħallu għad-deterġenti

 

Dwal għal fuq l-oqbra (kontenituri għax-xemgħat)

 

Apparat mekkaniku għat-tħin bl-idejn (integrat f'reċipjent li jista' jerġa' jimtela, eż. apparat għat-tħin tal-bżar li jista' jerġa' jimtela)

B.   L-Artikolu 3(1), il-punti (1)(b) u (c)

1.

Oġġetti li huma imballaġġ:

 

Tikketti mdendla direttament ma' prodott jew imwaħħla miegħu inkluż tikketti li jwaħħlu mwaħħla mal-frott u l-ħxejjex

 

Pinzell tal-maskara li jifforma parti mill-għeluq tal-kontenitur

 

Tikketti li jwaħħlu mwaħħla ma' oġġett ieħor tal-imballaġġ

 

Stejpils

 

Envelops tal-plastik

 

Apparat biex jitkejjel id-dożaġġ, li jifforma parti mill-għeluq tal-kontenitur għad-deterġenti

 

Apparat mekkaniku għat-tħin bl-idejn (integrat f'reċipjent li ma jistax jerġa' jimtela, mimli bi prodott, eż. apparat għat-tħin tal-bżar mimli bil-bżar)

2.

Oġġetti li mhumiex imballaġġ:

 

Tikketti ta' identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (RFID)

 

Tikketti tat-tajers fil-forma ta’ stickers skont ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

C.   L-Artikolu 3(1), il-punti (1)(d) u (e)

1.

Oġġetti li huma imballaġġ, jekk ikun iddisinjat u maħsub biex jimtela fil-punt tal-bejgħ:

 

Basktijiet tal-karta jew tal-plastik

 

Platti u tazzi li jintremew wara l-użu

 

Rita tal-kisi

 

Boroż tas-sandwiches

 

Fojl tal-aluminju

 

Fojl tal-plastik għall-ħwejjeġ mnaddfa fil-laundries

2.

Oġġetti li mhumiex imballaġġ:

 

Ħawwad

 

Pożati li jintremew wara l-użu

 

Karta tat-tgeżwir (mibjugħa separatament lill-konsumaturi u lill-operaturi tan-negozju)

 

Kaxxi tal-ħami tal-karta (mibjugħa vojta)

 

Doilies tal-kejk li jinbiegħu mingħajr kejk

 

Platti u tazzi li jintremew wara l-użu mhux maħsuba biex jimtlew fil-punt tal-bejgħ


(1)  Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1).


ANNESS II

Kategoriji u parametri għall-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ

Tabella 1

Lista indikattiva ta' materjali, ta' tipi u ta' kategoriji tal-imballaġġ imsemmija fl-Artikolu 6

Nru tal-Kategorija

Materjal tal-imballaġġ predominanti

Tip ta' imballaġġ

Format (illustrattiv u mhux eżawrjenti)

Kulur / Trażmittanza ottika

1

Ħġieġ

Ħġieġ u imballaġġ kompost, li l-maġġoranza tiegħu huwa ħġieġ

Fliexken, vażetti, kunjetti, vażetti tal-kożmetiċi, bramel, ampolli, fjali magħmula mill-ħġieġ (siliċe tal-ġir tas-soda), bottijiet tal-aerosol

2

Karta/kartun

Imballaġġ tal-karta/kartun

Kaxxi, trays, imballaġġ kollettiv, imballaġġ flessibbli tal-karta (eż. riti, folji, boroż, għotjien, koni, tgeżwir)

3

Karta/kartun

Imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa karta/kartun

Kartun għall-imballaġġ tal-likwidi, u tazzi tal-karta (jiġifieri laminati bil-poljolefina u bl-aluminju jew mingħajru), trays, platti u tazzi, karta/kartun laminat(a) metallizzat(a) jew tal-plastik, karta/kartun b'inforri/twieqi tal-plastik

4

Metall

Azzar u imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa azzar

Formati riġidi (bottijiet tal-aerosol, bottijiet, laned taż-żebgħa, kaxxi, trays, ċilindri, tubi) magħmula mill-azzar, inkluż pjanċa stanjata u azzar inossidabbli

5

Metall

Aluminju u imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa aluminju – riġidu

Formati riġidi (laned tal-ikel u bottijiet tax-xorb, fliexken, aerosols, ċilindri, tubi, bottijiet, kaxxi, trays) magħmula mill-aluminju

6

Metall

Aluminju u imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa aluminju – semiriġidu u flessibbli

Formati semiriġidi u flessibbli (kontenituri u trays, tubi, fojls, fojl flessibbli) magħmula mill-aluminju

7

Plastik

PET – riġidu

Fliexken u flasks

Trasparenti ċar / ikkulurit, opak

8

Plastik

PET – riġidu

Formati riġidi għajr fliexken u flasks (inkluż qsari, bramel, vażetti, tazzi, trays u kontenituri b'saff wieħed u b'ħafna saffi, bottijiet tal-aerosol)

Trasparenti ċar / ikkulurit, opak

9

Plastik

PET – flessibbli

Riti

Naturali / ikkulurit

10

Plastik

PE – riġidu

Kontenituri, fliexken, trays, qsari u tubi

Naturali / ikkulurit

11

Plastik

PE – flessibbli

Riti, inkluż imballaġġ b'ħafna saffi u b'ħafna materjali

Naturali / ikkulurit

12

Plastik

PP – riġidu

Kontenituri, fliexken, trays, qsari u tubi

Naturali / ikkulurit

13

Plastik

PP – flessibbli

Riti, inkluż imballaġġ b'ħafna saffi u b'ħafna materjali

Naturali / ikkulurit

14

Plastik

HDPE u PP – riġidi

Ċestuni u pallets, folji tal-plastik ikkorrugat

Naturali / ikkulurit

15

Plastik

PS u XPS – riġidi

Formati riġidi (inkluż imballaġġ għall-prodotti tal-ħalib, trays, tazzi u kontenituri oħra tal-ikel)

Naturali / ikkulurit

16

Plastik

EPS – riġidu

Formati riġidi (inkluż kvievet / apparati elettrodomestiċi kbar u trays)

Naturali / ikkulurit

17

Plastik

Plastik riġidu ieħor (eż. PVC, PC) inkluż b'ħafna materjali – riġidu

Formati riġidi, inkluż kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar, ċilindri

18

Plastik

Plastik flessibbli ieħor inkluż b'ħafna materjali – flessibbli

Boroż, blisters, imballaġġ iffurmat bis-sħana, imballaġġ b'vakwu, imballaġġ b'atmosfera modifikata/umdità modifikata, inkluż kontenituri intermedji flessibbli għal kwantitajiet kbar, basktijiet, riti li jiġġebbdu

19

Plastik

Plastik bijodegradabbli (1) riġidu (eż. PLA, PHB) u flessibbli (eż. PLA)

Formati riġidi u flessibbli

20

Injam, sufra

Imballaġġ tal-injam, inkluż is-sufra

Pallets, kaxxi, ċestuni

21

Tessuti

Fibri tat-tessuti naturali u sintetiċi

Boroż

22

Ċeramika jew oġġetti magħmula mill-ġebla tal-porċellana

Tafal, ġebel

Qsari, kontenituri, fliexken, vażetti

Tabella 2

Lista indikattiva ta' materjali u ta' kategoriji tal-imballaġġ imsemmija fl-Artikolu 6

Materjali

Kategoriji

Ħolqa għat-Tabella 1, l-Anness II

Plastik

PET riġidu

kategoriji 7, 8

PE riġidu, PP riġidu, HDPE u PP riġidu

kategoriji 10, 12, 14

Riti/flessibbli

kategoriji 9, 11, 13, 18

PS, XPS, EPS

kategoriji 15, 16

Plastik riġidu ieħor

kategorija 17

Bijodegradabbli (riġidu u flessibbli)

kategorija 19

Karta/kartun

Karta/kartun (minbarra kartun għall-imballaġġ tal-likwidi)

kategoriji 2, 3

Kartun għall-imballaġġ tal-likwidi

kategorija 3

Metall

Aluminju

kategoriji 5, 6

Azzar

kategorija 4

Ħġieġ

Ħġieġ

kategorija 1

Injam

Injam, sufra

kategorija 20

Oħrajn

Tessuti, ċeramika/porċellana u oħrajn

kategoriji 21, 22

Tabella 3

Gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà

Ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ għandha tiġi espressa fil-gradi A, B jew C tal-prestazzjoni.

Mill-2030, il-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà hija bbażata fuq il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ. Il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għandhom jiżguraw iċ-ċirkolarità tal-użu tal-materja prima sekondarja li tirriżulta li tkun ta' kwalità suffiċjenti biex tissostitwixxi l-materja prima primarja.

Il-valutazzjoni bbażata fuq il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għandha titwettaq għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1, filwaqt li titqies il-metodoloġija stabbilita skont l-Artikolu 6(4) u l-atti delegati relatati, kif ukoll il-parametri stabbiliti fit-Tabella 4. Wara li jintiżnu l-kriterji għal kull unità tal-imballaġġ, din tiġi kklassifikata fil-kategoriji A, B jew C. Meta unità tal-imballaġġ tkun taħt 70 % tal-grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, din titqies mhux konformi mal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà u għalhekk l-imballaġġ ser jitqies teknikament mhux riċiklabbli u t-tqegħid tiegħu fis-suq għandha tkun ristretta.

Mill-2035, għandu jiżdied fattur ġdid mal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, li huwa l-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira. Konsegwentement, għandha ssir valutazzjoni ġdida bbażata fuq il-kwantità (piż) tal-materjal effettivament riċiklat minn kull waħda mill-kategoriji tal-imballaġġ f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 6(5). Il-limiti relatati mal-ammont annwali ta' materjal tal-imballaġġ riċiklat għall-konformità mal-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira għandhom jiġu definiti b'kont meħud tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (39).

2030

2035

2038

Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà

Disinn għar-riċiklaġġ (DfR)

Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f'termini ta' piż

Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà (għad-DfR)

Disinn għar-riċiklaġġ (DfR)

Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f'termini ta' piż

Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà (għall-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira (RaS))

Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà

Disinn għar-riċiklaġġ (DfR)

Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f'termini ta' piż

Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà (għall-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira)

Grad A

ogħla jew ugwali għal 95 %

Grad A

ogħla jew ugwali għal 95 %

Grad A RaS

Grad A

ogħla jew ugwali għal 95 %

Grad A RaS

Grad B

ogħla jew ugwali għal 80 %

Grad B

ogħla jew ugwali għal 80 %

Grad B RaS

Grad B

ogħla jew ugwali għal 80 %

Grad B RaS

Grad C

ogħla jew ugwali għal 70 %

Grad C

ogħla jew ugwali għal 70 %

Grad C Ras

Grad C

MA JISTAX JITQIEGĦED FIS-SUQ

ogħla jew ugwali għal 70 %

Grad C Ras

TEKNIKAMENT MHUX RIĊIKLABBLI

inqas minn 70 %

TEKNIKAMENT MHUX RIĊIKLABBLI

inqas minn 70 %

MHUX RIĊIKLAT FUQ SKALA KBIRA

(taħt il-limiti tal-Artikolu 3(1), il-punt (39).

TEKNIKAMENT MHUX RIĊIKLABBLI

inqas minn 70 %

MHUX RIĊIKLAT FUQ SKALA KBIRA

(taħt il-limiti tal-Artikolu 3(1), il-punt (39).

Tabella 4

Lista mhux eżawrjenti ta' parametri għall-istabbiliment tal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ skont l-Artikolu 6

Il-lista f'din it-Tabella għandha tintuża bħala bażi meta jiġu ddefiniti l-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ, kif stipulat fl-Artikolu 6(4). Il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ imbagħad għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti l-kalkoli li jwasslu għall-gradi ta' prestazzjoni elenkati fit-Tabella 3. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-parametri stipulati f'dik il-lista għandha tqis:

is-separabbiltà ta' kwalunkwe komponent tal-imballaġġ, jew manwalment mill-utenti finali jew fl-impjanti tal-ipproċessar,

l-effiċjenza tal-proċessi tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ, pereżempju r-rendiment,

l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ (biex jiġi indirizzat l-aspett fejn l-imballaġġ ma jkunx jista' jiġi separat fil-preżent, iżda forsi jista' jiġi separat fi żmien sentejn), u

il-preservazzjoni tal-funzjonalità tal-materja prima sekondarja li tippermetti s-sostituzzjoni tal-materja prima primarja.

Il-funzjonalità tal-imballaġġ li l-parametri li ġejjin jipprovdu lill-imballaġġ għandha titqies fl-istabbiliment tal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ.

Parametri għall-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ

Rilevanza tal-parametru

Addittivi

L-addittivi spiss jirreferu għal sustanzi miżjuda mal-materjali biex jagħtuhom proprjetajiet speċifiċi. Il-preżenza ta' addittivi fil-kontenituri tal-imballaġġ tista' tirriżulta f'separazzjoni skorretta tal-materjali tal-imballaġġ matul il-proċess tas-separazzjoni u tikkontamina l-materja prima sekondarja miksuba.

Tikketti

Ir-rata ta' kopertura tat-tikketti tista' taffettwa l-effiċjenza tal-proċess tas-separazzjoni. Il-materjal li minnu tkun magħmula t-tikketta u t-tip ta' kolla jew adeżiv jaffettwaw ukoll il-kwalità tal-materja prima sekondarja.

Envelops

Ir-rata ta' kopertura tal-envelops fuq l-imballaġġ ewlieni taffettwa l-possibbiltajiet ta' separazzjoni. Barra minn hekk, l-użu ta' envelops jista' jaffettwa l-kapaċità li jiġu sseparati mill-imballaġġ ewlieni.

Il-materjal li minnu jkun magħmul l-envelop jista' jaffettwa kemm il-kapaċità ta' separazzjoni kif ukoll ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ.

Għeluq u komponenti żgħar oħra tal-imballaġġ

Għeluq jirreferi għal komponenti li jintużaw biex jingħalaq jew jiġi ssiġillat l-imballaġġ. Jista' jkun hemm tipi differenti ta' għeluq, riġidu jew flessibbli, bħal tgeżwir li jiċkien fid-daqs li jħalli marka tat-tbagħbis, inforri, tappijiet, għotjien, siġilli, valvoli, eċċ.

Il-materjal li minnu jkun magħmul l-għeluq jista' jaffettwa kemm il-kapaċità ta' separazzjoni kif ukoll ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ.

Għeluq li ma jkunx imwaħħal sew mal-imballaġġ jista' jżid ir-rimi bl-addoċċ fi spazji pubbliċi.

Il-komponenti ż-żgħar tal-imballaġġ imwaħħla mal-imballaġġ ewlieni jistgħu jaffettwaw is-separabbiltà u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ. Barra minn hekk, il-komponenti jistgħu jintilfu fil-proċess tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ.

Adeżivi

L-adeżivi jistgħu jintużaw b'mod li jkunu jistgħu jiġu separati faċilment fil-proċess tar-riċiklaġġ jew mill-utent finali, jew b'mod li ma jaffettwawx l-effiċjenza tal-proċessi tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ. Il-preżenza ta' residwi adeżivi fuq l-imballaġġ tista' tnaqqas il-kwalità (purità) tal-materja prima sekondarja.

L-adeżivi li jistgħu jinħaslu jistgħu jiżguraw is-separazzjoni mill-imballaġġ ewlieni u li ma jibqa' l-ebda residwu adeżiv fil-materja prima sekondarja.

Kuluri

Il-kuluri huma sustanzi li jagħtu l-kulur lill-materjal tal-imballaġġ.

Il-materjali tal-karta jew tal-plastik b'ħafna żebgħa jistgħu joħolqu problemi fir-rigward tas-separazzjoni u jistgħu jnaqqsu l-kwalità tal-materja prima sekondarja.

Kompożizzjoni tal-materjal

Huwa preferibbli li jintuża materjal wieħed jew kombinamenti ta' materjali li jippermettu separazzjoni faċli u jiżguraw rendiment għoli ta' materja prima sekondarja.

Kisi/Kisi ta' protezzjoni

Il-materjal jew is-sustanza miżjuda biex tagħti proprjetajiet ta' protezzjoni (kisi ta' protezzjoni), jew varjetà ta' materjali applikati fuq il-wiċċ biex jagħtu proprjetajiet oħra (kisi).

Il-preżenza ta' kisi jew kisi ta' protezzjoni fl-imballaġġ tista' tagħmel ir-riċiklaġġ aktar diffiċli. Huma preferibbli kombinamenti li jiżguraw rendiment għoli ta' materja prima sekondarja.

Linka u verniċ / stampar / kodifikazzjoni

Il-linka u l-lacquer huma taħlitiet ta' sustanzi kuluranti ma' sustanzi oħra applikati fuq il-materjal permezz ta' proċess ta' stampar jew kisi (linka) jew inkella kisi protettiv magħmul mir-reżina jew mill-ester taċ-ċelluloża, jew it-tnejn, maħlula f'solvent volatili (lacquer). Il-kodifikazzjoni tirreferi għall-istampar applikat direttament fuq l-imballaġġ għall-bejgħ għall-fini ta' kodifikazzjoni tal-lottijiet u informazzjoni u markar ieħor.

L-użu tal-linka b'sustanzi ta' tħassib itellef ir-riċiklaġġ, billi dawk l-unitajiet ta' imballaġġ ma jistgħux jiġu riċiklati. Meta tiġi rilaxxata, il-linka tal-istampar tista' tikkontamina l-fluss tar-riċiklaġġ mill-ilma tal-ħasil. Bl-istess mod, il-linka tal-istampar li ma tiġix rilaxxata tista' ttellef t-trasparenza tal-fluss tar-riċiklaġġ.

Residwi tal-prodott / faċilità tat-tbattil

Ir-residwi tal-kontenut tal-imballaġġ jistgħu jaffettwaw il-kapaċità ta' separazzjoni u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ. Id-disinn tal-imballaġġ għandu jippermetti t-tbattil faċli tal-kontenut tiegħu u meta jintrema għandu jkun f'kundizzjoni mbattla għalkollox.

Faċilità taż-żarmar

Il-komponenti li jkunu mwaħħla sew ma' xulxin jistgħu jaffettwaw il-kapaċità ta' separazzjoni u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ. Id-disinn tal-imballaġġ jista' jiffaċilita l-possibbiltà li l-komponenti differenti jiġu sseparati fi flussi ta' materjali differenti.


(1)  Niġbdu l-attenzjoni li din il-kategorija fiha plastik li huwa faċilment bijodegradabbli (jiġifieri huwa ppruvat li fi żmien 6 xhur jista' jikkonverti >90 % tal-materjal oriġinali f'CO2, ilma u minerali permezz ta' proċessi bijoloġiċi) u irrispettivament mill-materja prima użata għall-produzzjoni tiegħu. Polimeri b'bażi bijoloġika li mhumiex faċilment bijodegradabbli huma koperti fil-kategoriji rilevanti l-oħra tal-plastik.


ANNESS III

Imballaġġ kompostabbli

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi obbligat jew introdott l-użu ta' format ta' imballaġġ kompostabbli:

(a)

ma setax ikun iddisinjat bħala imballaġġ riutilizzabbli jew il-prodotti ma setgħux jitqiegħdu fis-suq mingħajr imballaġġ;

(b)

huwa ddisinjat biex jidħol fil-fluss tal-iskart organiku fi tmiem tal-ħajja tiegħu;

(c)

huwa ta' tali natura bijodegradabbli li tippermetti lill-imballaġġ jiddekomponi fiżikament jew bijoloġikament, inkluż bid-diġestjoni anaerobika, li jirriżulta fl-aħħar fil-konverżjoni għal diossidu tal-karbonju u ilma, bijomassa mikrobika ġdida, minerali, u, fin-nuqqas ta' ossiġenu, għal metan;

(d)

l-użu tiegħu jżid b'mod sinifikanti l-ġbir tal-iskart organiku meta mqabbel mal-użu ta' materjali tal-imballaġġ mhux kompostabbli;

(e)

l-użu tiegħu jnaqqas b'mod sinifikanti l-kontaminazzjoni tal-kompost b'imballaġġ mhux kompostabbli u ma jikkawża l-ebda problema fl-ipproċessar tal-bijoskart;

(f)

l-użu tiegħu ma jżidx il-kontaminazzjoni ta' flussi ta' skart mill-imballaġġ mhux kompostabbli.


ANNESS IV

Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ

Parti A

Kriterji tal-prestazzjoni

1.

Protezzjoni tal-prodott: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-protezzjoni tal-prodott, mill-punt tal-imballaġġ jew mill-mili sal-użu finali, bil-ħsieb tal-prevenzjoni ta' ħsara, telf, deterjorament jew ħela sinifikanti tal-prodott. Ir-rekwiżiti jistgħu jikkonsistu fi protezzjoni minn ħsara mekkanika jew kimika, vibrazzjoni, kompressjoni, umdità, telf ta' ndewwa, ossidazzjoni, dawl, ossiġenu, infezzjoni mikrobijoloġika, pesti, deterjorament tal-proprjetajiet organolettiċi, eċċ. u jinkludu referenzi għal liġijiet speċifiċi tal-Unjoni li jistipulaw ir-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-prodott.

2.

Proċessi tal-manifattura tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jkun kompatibbli mal-proċessi tal-manifattura u tal-mili tal-imballaġġ. Il-proċessi tal-manifattura tal-imballaġġ jistgħu jiddeterminaw l-elementi tad-disinn tal-imballaġġ, bħall-forma ta' kontenitur, it-tolleranzi tal-ħxuna, id-daqs, il-fattibbiltà tal-għodod jew l-ispeċifikazzjonijiet li jimminimizzaw l-iskart fil-manifattura. Il-proċessi mħaddma mill-manifattur tal-prodotti jistgħu jeħtieġu wkoll ċerti elementi tad-disinn tal-imballaġġ, bħar-reżistenza għall-impatt u l-istress, is-saħħa mekkanika, il-veloċità u l-effiċjenza taċ-ċinga trasportatriċi għall-imballaġġ, l-istabbiltà waqt il-konsenja, ir-reżistenza għas-sħana, l-għeluq effettiv, l-ispazju vojt fuqani minimu jew l-iġjene.

3.

Loġistika: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura distribuzzjoni, trasport, immaniġġar u ħżin adegwati u sikuri tal-prodott fl-imballaġġ. Ir-rekwiżiti jistgħu jikkonsistu f'koordinazzjoni dimensjonali għall-aħjar użu tal-ispazju, il-kompatibbiltà mas-sistemi ta' tqegħid fuq il-pallets u ta' tneħħija minn fuqhom u s-sistema ta' mmaniġġar u ħżin, u l-integrità tas-sistema tal-imballaġġ matul it-trasport u l-immaniġġar.

4.

Funzjonalità tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-funzjonalità tiegħu filwaqt li jqis l-iskop tal-prodott u l-partikolaritajiet li jwasslu għall-bejgħ tiegħu, bħall-bejgħ għal skopijiet ta' rigal jew fl-okkażjoni ta' avvenimenti staġjonali.

5.

Rekwiżiti tal-informazzjoni: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott fl-imballaġġ innifsu, għall-użu, il-ħżin u l-ħarsien tiegħu, inkluż struzzjonijiet ta' sikurezza, tkun tista' tiġi pprovduta lill-utenti finali. Ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu l-għoti ta' informazzjoni dwar il-prodott, struzzjonijiet għall-ħżin, l-applikazzjoni u l-użu, barcodes u d-data “l-aħjar qabel”.

6.

Iġjene u sikurezza: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura s-sikurezza tal-utent u tal-konsumatur kif ukoll is-sikurezza u l-iġjene tal-prodott matul id-distribuzzjoni, l-użu finali u r-rimi tal-prodott fl-imballaġġ. Ir-rekwiżiti jistgħu jinkludi dawk dwar id-disinn għall-immaniġġar sikur, għas-sigurtà tat-tfal, elementi kontra l-frodi, is-serq u l-kontrafazzjoni, twissijiet dwar periklu, identifikazzjoni ċara tal-kontenut, apparat għal ftuħ sikur jew għeluq permezz ta' rilaxx tal-pressjoni.

7.

Rekwiżiti legali: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li l-imballaġġ u l-prodott fl-imballaġġ jistgħu jikkonformaw mal-liġi applikabbli.

8.

Il-kontenut riċiklat, ir-riċiklabbiltà u l-użu mill-ġdid: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura r-riutilizzabbiltà, ir-riċiklabbiltà u l-inklużjoni ta' kontenut riċiklat kif meħtieġ skont dan ir-Regolament. Jekk l-imballaġġ ikun maħsub għall-użu mill-ġdid, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1). Dan ifisser li l-piż jew il-volum tal-imballaġġ jista' jkollu jiżdied aktar minn dak li kieku jkun possibbli skont il-fatturi ta' prestazzjoni l-oħra sabiex, pereżempju, ikun possibbli għadd akbar ta' vjaġġi jew rotazzjonijiet, biex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni ta' kontenut riċiklat jew biex tittejjeb ir-riċiklabbiltà (pereżempju meta ssir bidla favur materjal wieħed jew kontenut riċiklat wara l-konsum).

Parti B

Metodoloġija tal-valutazzjoni u determinazzjoni tal-volum u tal-piż minimu tal-imballaġġ

Il-valutazzjoni tal-volum u tal-piż minimu tal-imballaġġ meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ kif deskritt fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), għandha tiġi spjegata fid-dokumentazzjoni teknika u għandha tinkludi tal-inqas:

(a)

id-deskrizzjoni tal-eżitu tal-valutazzjoni, inkluż id-dettalji tal-kalkolu tal-piż u tal-volum minimu meħtieġ għall-imballaġġ; għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati l-varjazzjonijiet possibbli bejn il-lottijiet tal-produzzjoni għall-istess imballaġġ;

(b)

għal kull kriterju ta' prestazzjoni kif elenkat fil-Parti A, deskrizzjoni li tispjega r-rekwiżit tad-disinn li jipprevjeni tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ mingħajr ma jipperikola l-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż is-sikurezza u l-iġjene, għall-prodott fl-imballaġġ, għall-imballaġġ u għall-utent; għandu jiġi deskritt il-metodu użat għall-identifikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti tad-disinn u għandhom jiġu spjegati r-raġunijiet li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ; għandhom jiġu investigati l-opportunitajiet kollha ta' tnaqqis b'materjal tal-imballaġġ partikolari, bħat-tnaqqis ta' kwalunkwe saff superfluwu li ma jwettaqx funzjoni ta' imballaġġ; is-sostituzzjoni ta' materjal tal-imballaġġ b'materjal ieħor ma għandhiex titqies suffiċjenti;

(c)

kwalunkwe riżultat tat-test, riċerka tas-suq jew studju li jkun intuża għall-valutazzjoni mwettqa skont il-punti (a) u (b).


ANNESS V

Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-formati tal-imballaġġ

 

Format tal-imballaġġ

Użu ristrett

Eżempju illustrattiv

1.

Imballaġġ kollettiv tal-plastik li jintuża darba biss

L-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss użat fil-punt tal-bejgħ biex jiġbor il-prodotti mibjugħa fi fliexken, f'bottijiet, f'laned, fi bramel u f'pakketti ddisinjati bħala imballaġġ ta' konvenjenza biex jippermetti jew jinkoraġġixxi lill-konsumaturi jixtru aktar minn prodott wieħed. Dan jeskludi l-imballaġġ kollettiv meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġar.

Riti ta' kollazzjoni, tgeżwir li jiċkien fid-daqs

2.

Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss għall-frott u għall-ħxejjex friski mhux ipproċessati

Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss għal inqas minn 1,5  kg ta' frott u ħxejjex friski ppakkjati bil-lest. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu eżenzjonijiet fir-rigward ta' din ir-restrizzjoni jekk jiġi muri l-bżonn li jiġi evitat telf ta' ilma jew telf ta' turġidità, perikli mikrobijoloġiċi jew xokkijiet fiżiċi, ossidazzjoni, jew jekk ma jkunx hemm possibbiltajiet oħra biex il-frott u l-ħxejjex organiċi ma jitħalltux mal-frott u l-ħxejjex mhux organiċi, f'konformità mar-rekwiżiti fir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar iċ-ċertifikazzjoni jew it-tikkettar, mingħajr ma jiġġarrbu kostijiet ekonomiċi u amministrattivi sproporzjonati.

Xbieki, boroż, trays, kontenituri

3.

Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss

L-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss għall-ikel u għax-xorb mimli u kkunsmat fil-bini fis-settur HORECA, li jinkludi ż-żoni kollha tal-ikel ġewwa u barra post tan-negozju, li fihom ikun hemm imwejjed u banketti, żoni bilwieqfa, u żoni tal-ikel offruti lill-utenti finali b'mod konġunt minn diversi operaturi ekonomiċi jew parti terza għall-finijiet li jiġi kkunsmat l-ikel u x-xorb. L-istabbilimenti fis-settur tal-HORECA li ma għandhomx aċċess għall-ilma tax-xorb huma eżentati.

Trays, platti u tazzi li jintremew wara l-użu, basktijiet,, kaxxi

4.

Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss għall-kondimenti, ikel ippreservat, zlazi, prodotti tal-krema tal-kafè, zokkor, u ħwawar fis-settur tal-HORECA

Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss fis-settur HORECA, li fih porzjonijiet jew daqsijiet individwali, li jintuża għall-kondimenti, ikel ippreservat, zlazi, prodotti tal-krema tal-kafè, zokkor u ħwawar, għajr fil-każijiet li ġejjin:

(a)

imballaġġ bħal dan jiġi pprovdut flimkien ma' ikel take-away ippreparat minn qabel maħsub għal konsum immedjat mingħajr il-ħtieġa ta' ebda preparazzjoni ulterjuri;

(b)

imballaġġ bħal dan huwa meħtieġ biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-iġjene fi stabbilimenti fejn hemm rekwiżit mediku għal kura individwalizzata, bħal sptarijiet, kliniċi jew djar tal-kura.

Pakketti, bramel, trays, kaxxi

5.

Imballaġġ tas-settur tal-akkomodazzjoni li jintuża darba biss maħsub għal prenotazzjoni individwali

Imballaġġ li jintuża darba biss għall-kożmetiċi, il-prodotti tal-iġjene u tal-indafa personali biex jintużaw fis-settur tal-akkomodazzjoni, kif deskritt fin-NACE Rev. 2 – Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi, maħsuba għal prenotazzjoni individwali biss u bl-intenzjoni li jintremew qabel jasal il-mistieden ta' wara.

Fliexken tax-shampoo, fliexken tal-kremi tal-idejn u tal-ġisem, boroż żgħar madwar s-sapun

6.

Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna

Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, għajr basktijiet tal-plastik ħfief ħafna meħtieġa għal raġunijiet ta' iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ għall-bejgħ għal ikel sfuż meta dan jgħin biex tiġi pprevenuta l-ħela tal-ikel.

Basktijiet irqaq ħafna pprovduti għal merċa bl-ingrossa


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).


ANNESS VI

Rekwiżiti speċifiċi għas-sistemi għall-użu mill-ġdid u l-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“linji gwida għall-governanza” tfisser l-istruttura ta' governanza ta' sistema għall-użu mill-ġdid li tiddefinixxi r-rwol tal-parteċipanti fis-sistema, is-sjieda u kwalunkwe trasferiment previst tas-sjieda tal-imballaġġ, kif ukoll elementi rilevanti oħra ta' governanza tas-sistema għall-użu mill-ġdid, kif iddefinit f'dan l-Anness;

(b)

“sistema b'ċirkwit magħluq” tfisser sistema għall-użu mill-ġdid fejn l-imballaġġ riutilizzabbli jiġi ċċirkolat minn operatur tas-sistema jew minn grupp ta' parteċipanti fis-sistema li jikkoopera mingħajr il-bidla tas-sjieda tal-imballaġġ;

(c)

“sistema b'ċirkwit miftuħ” tfisser sistema għall-użu mill-ġdid fejn l-imballaġġ riutilizzabbli jiċċirkola fost għadd mhux speċifikat ta' parteċipanti fis-sistema, u s-sjieda tal-imballaġġ tinbidel f'punt wieħed jew aktar fil-proċess tal-użu mill-ġdid;

(d)

“operatur tas-sistema” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun parteċipant fis-sistema u li timmaniġġa sistema għall-użu mill-ġdid;

(e)

“parteċipant fis-sistema” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, li tipparteċipa f'sistema għall-użu mill-ġdid u li twettaq tal-inqas waħda mill-azzjonijiet li ġejjin: tiġbor l-imballaġġ jew mill-utenti finali jew minn parteċipanti oħra fis-sistema, tirrikondizzjonah, tqassmu fost il-parteċipanti fis-sistema, tittrasportah, timlih bil-prodotti, tippakkjah, jew toffrih lill-utenti finali; sistema għall-użu mill-ġdid tista' tinkludi parteċipant wieħed jew aktar fis-sistema.

Parti A

Rekwiżiti għas-sistemi għall-użu mill-ġdid

1.   Rekwiżiti ġenerali għas-sistemi għall-użu mill-ġdid

Is-sistemi kollha għall-użu mill-ġdid::

(a)

għandu jkollhom struttura ta' governanza definita b'mod ċar kif deskritt fil-linji gwida għall-governanza;

(b)

għandu jkollhom struttura ta' governanza li:

(i)

tiżgura li l-objettivi tas-sistema fil-linji gwida għall-governanza u, jekk applikabbli, il-miri tal-użu mill-ġdid u kwalunkwe objettiv ieħor tas-sistema jistgħu jintlaħqu;

(ii)

tippermetti aċċess ugwali u kundizzjonijiet ġusti tal-operaturi ekonomiċi kollha li jixtiequ jsiru parti mis-sistema;

(iii)

tippermetti aċċess ugwali u kundizzjonijiet ġusti għall-utenti finali kollha;

(c)

għandhom ikunu ddisinjati biex jiżguraw li l-imballaġġ riutilizzabbli li jkun għaddej f'rotazzjoni minnhom jikkompleta tal-inqas l-għadd minimu maħsub ta' rotazzjonijiet, kif stabbilit fl-att delegat adottat imsemmi fl-Artikolu 11(2);

(d)

għandu jkollhom regoli li jiddefinixxu l-funzjonament tagħhom, inkluż rekwiżiti għall-użu tal-imballaġġ, li huma aċċettati mill-parteċipanti kollha tas-sistema, u li:

(i)

jispeċifikaw it-tipi u d-disinn tal-imballaġġ li jistgħu jiċċirkolaw fis-sistema;

(ii)

jiddeskrivu l-prodotti maħsuba biex jintużaw, jimtlew jew jiġu ttrasportati permezz tas-sistema;

(iii)

jispeċifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet għall-immaniġġar u l-użu xieraq tal-imballaġġ;

(iv)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti dettaljati għar-rikondizzjonar tal-imballaġġ;

(v)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-ġbir tal-imballaġġ;

(vi)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-ħżin tal-imballaġġ;

(vii)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-mili jew għat-trasferiment tal-imballaġġ;

(viii)

jispeċifikaw regoli li jiżguraw il-ġbir effettiv u effiċjenti ta' imballaġġ riutilizzabbli, inkluż billi jipprevedu inċentivi għall-utenti finali biex jirritornaw l-imballaġġ lejn il-punti tal-ġbir jew is-sistema tal-ġbir kollettiv;

(ix)

jispeċifikaw regoli biex jiġi żgurat aċċess ugwali u ġust għas-sistema ta' użu mill-ġdid, inkluż għall-konsumaturi vulnerabbli;

(e)

għandu jkollhom operatur tas-sistema li jikkontrolla l-funzjonament xieraq tas-sistema u jivverifika jekk l-użu mill-ġdid huwiex attivat kif suppost;

(f)

għandu jkollhom regoli ta' rapportar li jippermettu l-aċċess għad-data dwar l-għadd ta' mili jew użi mill-ġdid (jiġifieri rotazzjonijiet għal kull kategorija) u ta' rifjuti, ir-rata ta' ġbir, (jiġifieri r-rati ta' ritorn), l-unitajiet ta' bejgħ jew l-unitajiet ekwivalenti, inkluż il-materjal u għal kull kategorija, jew stima medja jekk il-kalkolu ma jkunx fattibbli, l-għadd ta' unitajiet tal-imballaġġ riutilizzabbli jew li jista' jerġa' jimtela miżjuda fis-sistema, u l-għadd ta' unitajiet ta' imballaġġ li jkunu ġew immaniġġati mill-pjan għal tmiem il-ħajja;

(g)

għandhom jiżguraw li d-disinn tal-imballaġġ huwa stabbilit f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards miftiehma b'mod reċiproku;

(h)

għandhom jiżguraw distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet u tal-benefiċċji għall-parteċipanti kollha tas-sistema;

(i)

għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għall-imballaġġ riutilizzabbli użat fis-sistema u li jkun sar skart.

Is-sistemi b'ċirkwit miftuħ li ma għandhomx operatur tas-sistema għandhom ikunu eżentati mill-punti (b)(i), (e), (f) u (h).

Sistemi ta' ċirkwit miftuħ stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti skont il-punti (a), (b)(i) u (ii), (e), (f) u (h).

2.   Rekwiżiti għas-sistemi b'ċirkwit magħluq

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali għas-sistemi għall-użu mill-ġdid elenkati fil-punt 1, is-sistemi b'ċirkwit magħluq għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

is-sistema għandha loġistika inversa li tiffaċilita t-trasferiment tal-imballaġġ mill-utenti finali lura lejn il-parteċipanti fis-sistema;

(b)

is-sistema tiżgura l-ġbir, ir-rikondizzjonar u r-ridistribuzzjoni tal-imballaġġ;

(c)

il-parteċipanti fis-sistema huma obbligati li jieħdu l-imballaġġ lura mill-punt tal-ġbir jekk ikun intuża, inġabar u nħażen f'konformità mar-regoli tas-sistema.

3.   Rekwiżiti għas-sistemi b'ċirkwit miftuħ

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali għas-sistemi għall-użu mill-ġdid elenkati fil-punt 1, is-sistemi b'ċirkwit miftuħ għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

wara li jintuża l-imballaġġ, il-parteċipant fis-sistema jiddeċiedi jekk jużax mill-ġdid l-imballaġġ jew jekk jgħaddihx lil parteċipant ieħor tas-sistema għall-użu mill-ġdid;

(b)

is-sistema tiżgura li l-ġbir, ir-rikondizzjonar u r-ridistribuzzjoni tal-imballaġġ ikunu fis-seħħ u dawn ikunu ġeneralment disponibbli;

(c)

ir-rikondizzjonar li jissodisfa r-rekwiżiti skont il-Parti B huwa parti mis-sistema.

Parti B

Rikondizzjonar

1.

Il-proċess ta' rikondizzjonar ma għandux joħloq riskji għas-saħħa u s-sikurezza ta' dawk responsabbli mit-twettiq tar-rikondizzjonar tal-imballaġġ u għandu jimminimizza l-impatt ta' dak il-proċess fuq l-ambjent. Dan għandu jitħaddem f'konformità mal-liġijiet applikabbli dwar materjali sensittivi għall-kuntatt, l-iskart u l-emissjonijiet industrijali.

2.

Ir-rikondizzjonar għandu jkopri l-operazzjonijiet li ġejjin adattati għall-format tal-imballaġġ riutilizzabbli u l-użu maħsub tiegħu:

(a)

il-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-imballaġġ;

(b)

it-tneħħija ta' komponenti tal-imballaġġ bil-ħsara jew li ma jistgħux jerġgħu jintużaw;

(c)

il-konsenja ta' komponenti tal-imballaġġ imneħħija lejn proċess ta' rkupru xieraq;

(d)

it-tindif u l-ħasil tal-imballaġġ skont il-kundizzjonijiet ta' iġjene meħtieġa;

(e)

it-tiswija tal-imballaġġ;

(f)

l-ispezzjoni u l-valutazzjoni tal-adegwatezza għall-użu tal-imballaġġ.

3.

Meta jkun meħtieġ, il-proċessi tat-tindif u tal-ħasil għandhom isiru fi stadji differenti tar-rikondizzjonar u għandhom jiġu ripetuti.

4.

Il-prodott rikondizzjonat għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza applikabbli għalih.

Parti C

Rekwiżiti għall-mili mill-ġdid

L-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istazzjon ta' mili mill-ġdid juri informazzjoni ċara u preċiża dwar:

(i)

l-istandards tal-iġjene li l-kontenitur tal-utent finali għandu jissodisfa sabiex jintuża biex jinxtraw prodotti fl-istazzjon ta' mili mill-ġdid;

(ii)

it-tipi u l-karatteristiċi tal-kontenituri li jistgħu jintużaw biex jinxtraw il-prodotti permezz ta' mili mill-ġdid;

(iii)

id-dettalji ta' kuntatt tad-distributur finali biex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tal-iġjene skont il-liġi applikabbli;

(b)

l-istazzjon ta' mili mill-ġdid jinkludi apparat għall-kejl jew jipprovdi mezzi alternattivi li jiżguraw li l-utent finali jista’ jagħżel li jixtri kwantità speċifikata ta' prodott;

(c)

il-prezz imħallas mill-utenti finali ma jinkludix il-piż tal-kontenitur.


ANNESS VII

Proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità

Modulu A

Kontroll intern tal-produzzjoni

1.

Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-imballaġġ ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 5 sa 12 ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalih.

2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti applikabbli, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji tan-nuqqas ta' konformità.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u għandha tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-imballaġġ. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kull meta applikabbli, tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-imballaġġ u tal-użu maħsub tiegħu;

(b)

id-disinn kunċettwali, it-tpinġijiet tal-manifattura u l-materjali tal-komponenti;

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tat-tpinġijiet previsti skont il-punt (b) u l-iskemi u t-tħaddim tal-imballaġġ;

(d)

lista ta':

(i)

l-istandards armonizzati, imsemmija fl-Artikolu 36, applikati kompletament jew parzjalment;

(ii)

l-ispeċifikazzjonijiet komuni, imsemmija fl-Artikolu 37, applikati kompletament jew parzjalment;

(iii)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra użati għall-finijiet ta' kejl jew ta' kalkolu;

(iv)

fil-każ ta' standards armonizzati jew speċifikazzjonijiet komuni applikati parzjalment, indikazzjoni tal-partijiet li ġew applikati;

(v)

fil-każ li ma jiġux applikati standards armonizzati jew speċifikazzjonijiet komuni, deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti msemmija fil-punt 1;

(e)

deskrizzjoni kwalitattiva ta' kif twettqu l-valutazzjonijiet previsti fl-Artikoli 6, 10 u 11; u

(f)

rapporti tat-test.

3.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, sabiex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-imballaġġ manifatturat mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.

4.   Dikjarazzjoni tal-konformità

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull tip ta' imballaġġ u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 5 snin wara li l-imballaġġ li jintuża darba biss ikun tqiegħed fis-suq, u 10 snin wara li l-imballaġġ riutilizzabbli jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tidentifika l-imballaġġ li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet rilevanti fuq talba.

5.   Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punt 4 rigward iż-żamma tad-dokumentazzjoni teknika jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li dawk l-obbligi jkunu speċifikati fil-mandat.


ANNESS VIII

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE Nru (*1)

1.   

Nru…. (identifikazzjoni unika tal-imballaġġ):

2.   

Isem u indirizz il-manifattur u, fejn applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.   

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità qiegħda tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.

4.   

Għan tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-imballaġġ li tippermetti t-traċċabbiltà): deskrizzjoni tal-imballaġġ:

5.   

L-għan tad-dikjarazzjoni msemmi fil-punt 4 huwa f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni: … (referenza għall-atti l-oħra tal-Unjoni applikati).

6.   

Referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti jew għall-ispeċifikazzjonijiet komuni użati jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li fir-rigward tagħhom tiġi ddikjarata l-konformità:

7.   

Fejn applikabbli, il-korp notifikat … (isem, indirizz, numru) … wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħareġ iċ-ċertifikat(i): … (dettalji, inkluż id-data taċ-ċertifikat(i), u, meta xieraq, informazzjoni dwar id-durata u l-kundizzjonijiet tal-validità).

8.   

Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmat għal u f'isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):


(*1)  (numru ta' identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni)


ANNESS IX

Informazzjoni għar-reġistrazzjoni u għar-rapportar lir-reġistru msemmi fl-Artikolu 44

Parti A

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mar-reġistrazzjoni

1.

L-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-produttur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għall-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-ismijiet tad-ditti (jekk disponibbli) li taħthom il-produttur iqiegħed l-imballaġġ tiegħu, inkluż l-imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ, għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru u l-indirizz tal-produttur inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, it-telefown, jekk ikun hemm, l-indirizz web u l-indirizz tal-posta elettronika, li jindikaw punt ta' kuntatt uniku;

(b)

fejn produttur ikun awtorizza rappreżentant awtorizzat biex iwettaq f'ismu l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-punt (a): l-isem u l-indirizz inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, it-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant awtorizzat;

(c)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali tiegħu jew in-numru ta' reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew jew nazzjonali;

(d)

dikjarazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu skont l-Artikolu 45, inkluż ċertifikat maħruġ mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi meta jkun japplika l-Artikolu 46(1).

2.

Meta organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tkun inkarigata bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produttur għandha tinkludi l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inklużi l-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, it-telefown, l-indirizz web u l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru ta' reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew jew nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, il-mandat tal-produttur irrappreżentat, u dikjarazzjoni mill-produttur jew, meta applikabbli, mir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew għall-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li tiddikjara li l-informazzjoni pprovduta hija vera.

3.

Fejn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li tkun ġiet inkarigata mill-produttur bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur kif imsemmi fl-Artikolu 46(1), twettaq l-obbligu ta' reġistrazzjoni stipulat fl-Artikolu 44, din għandha tipprovdi, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 1 ta’ dan il-Parti:

(a)

l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż il-kodiċijiet postali u l-postijiet, it-toroq u n-numri, il-pajjiżi, it-telefowns, l-indirizzi web u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-produtturi rrappreżentati;

(b)

il-mandat ta' kull produttur irrappreżentat, meta applikabbli;

(c)

meta l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, indikazzjoni separata ta’ kif kull wieħed mill-produtturi rappreżentati jissodisfa r-responsabbiltajiet stipulati fl-Artikolu 45.

Parti B

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar

1.

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(7):

(a)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur;

(b)

il-perjodu ta' rapportar;

(c)

il-kwantitajiet skont il-piż tal-kategoriji tal-imballaġġ kif stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness II li l-produttur iqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba jew li l-produttur jispakkja mingħajr ma jkun l-utent finali;

(d)

arranġamenti biex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-produttur fir-rigward tal-imballaġġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru jew minn fejn il-prodotti fl-imballaġġ jiġu spakkjati mill-produttur li ma jkunx l-utenti finali.

2.

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(8):

(a)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur;

(b)

il-perjodu ta' rapportar;

(c)

informazzjoni dwar it-tipi ta' imballaġġ stipulati fit-Tabella 1 ta' dan il-punt;

(d)

arranġamenti biex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-produttur fir-rigward tal-imballaġġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru jew minn fejn il-prodotti fl-imballaġġ jiġu spakkjati mill-produttur li ma jkunx l-utenti finali.

Tabella 1

 

Kwantitajiet skont il-piż imqiegħed fit-territorju tal-Istat Membru jew spakkjat

Ħġieġ

 

Plastik

 

Karta/kartun

 

Metall ferruż

 

Aluminju

 

Injam

 

Oħrajn

 

Total

 

3.

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(10):

(a)

il-kwantitajiet, skont il-piż, għal kull kategorija ta' skart mill-imballaġġ, kif definit fit-Tabella 2 tal-Anness II, miġbura fl-Istat Membru u mibgħuta għas-separazzjoni;

(b)

il-kwantitajiet, skont il-piż, għal kull kategorija tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat, irkuprat u mormi fl-Istat Membru jew li jiġi ttrasportat fl-Unjoni jew f'pajjiż terz kif stipulat fit-Tabella 3 tal-Anness XII;

(c)

il-kwantitajiet, skont il-piż, ta' fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss miġbura separatament li ma jesgħux aktar minn tliet litri u kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss li ma jesgħux aktar minn tliet litri, kif stipulat fit-Tabella 5 tal-Anness XII.


ANNESS X

Rekwiżiti minimi għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu

Għall-fini ta' dan l-Anness, tapplika d-definizzjoni li ġejja:

“operatur tas-sistema” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, li hija inkarigata b'responsabbiltà li tistabbilixxi jew topera sistema ta' rifużjoni tad-depożitu fi Stat Membru.

Rekwiżiti ġenerali minimi għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti fit-territorji tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

operatur ta' sistema wieħed ikun stabbilit jew liċenzjat jew, fil-każ li jkun hemm aktar minn operatur ta' sistema wieħed, l-Istat Membru għandu jadotta miżuri biex jiżgura l-koordinazzjoni bejn l-operaturi differenti ta' sistema;

(b)

ir-regoli ta' governanza u dawk operazzjonali relatati tas-sistema jippermettu aċċess ugwali u kundizzjonijiet ġusti tal-operaturi ekonomiċi kollha li jixtiequ jsiru parti mis-sistema, sakemm iqiegħdu fis-suq l-imballaġġ li jappartjeni għal tip jew kategorija ta' imballaġġ inkluża fis-sistema;

(c)

jiġu stabbiliti proċeduri ta' kontroll u sistemi ta' rapportar li jippermettu lill-operatur tas-sistema jikseb data dwar il-ġbir tal-imballaġġ kopert mis-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu;

(d)

jiġi stabbilit livell minimu ta' depożitu, li jkun biżżejjed biex jinkisbu r-rati ta' ġbir meħtieġa;

(e)

jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi dwar il-kapaċità finanzjarja tal-operatur tas-sistema li jippermettu lill-operatur tas-sistema jwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

(f)

l-operatur tas-sistema jkun entità ġuridika indipendenti u mingħajr skop ta' qligħ;

(g)

l-operatur tas-sistema jwettaq esklużivament rwoli li jirriżultaw mir-regoli ta' dan ir-Regolament, u kwalunkwe rwol addizzjonali relatat mal-koordinazzjoni u mal-operat tas-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu kif stabbilit mill-Istati Membri;

(h)

l-operatur tas-sistema jikkoordina l-funzjonament tas-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu;

(i)

l-operatur tas-sistema jżomm bil-miktub:

(i)

statut li jistabbilixxi l-organizzazzjoni interna tas-sistema;

(ii)

evidenza tas-sistema ta' finanzjament tas-sistema;

(iii)

dikjarazzjoni li turi l-konformità tas-sistema mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stabbilit fl-Istat Membru li topera fih;

(j)

ammont suffiċjenti tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema jintuża għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubblika dwar l- immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ;

(k)

l-operaturi tas-sistema jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li fih topera s-sistema, għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti f'dan l-Anness;

(l)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri finali jkunu obbligati jaċċettaw l-imballaġġ abbinat ma' depożitu tal-materjal u l-format tal-imballaġġ li jiddistribwixxu u li jipprovdu lill-utenti finali b'depożiti rimborżati meta l-imballaġġ abbinat ma' depożitu jiġi rritornat, sakemm l-utenti finali ma jkollhomx mezzi ugwalment aċċessibbli għar-rimborż tad-depożitu wara l-użu tal-imballaġġ abbinat ma' depożitu, permezz ta' wieħed mill-mezzi ta' ġbir li, għall-imballaġġ tal-ikel, jiżguraw ir-riċiklaġġ tal-grad tal-ikel u li huma awtorizzati għal dak l-għan mill-awtoritajiet nazzjonali.

Dan l-obbligu ma japplikax meta l-erja tas-superfiċe tal-bejgħ ma tippermettix lill-utenti finali jirritornaw l-imballaġġ abbinat mad-depożitu. Madankollu, id-distributuri finali dejjem ser ikollhom jaċċettaw ir-ritorn tal-imballaġġ vojt tal-prodotti li jbigħu;

(m)

l-utent finali jkun jista' jirritorna l-imballaġġ abbinat ma' depożitu mingħajr il-ħtieġa li jixtri xi merkanzija; id-depożitu għandu jiġi rimborżat lill-utent finali;

(n)

l-imballaġġ kollu abbinat ma' depożitu li għandu jinġabar minn sistema ta rifużjoni tad-depożitu jkun ittikkettat b'mod ċar, sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-ħtieġa li imballaġġ bħal dan jiġi rritornat;

(o)

it-tariffi jkunu trasparenti.

Minbarra r-rekwiżiti minimi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali, kif xieraq, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari sabiex tiżdied il-purità tal-iskart mill-imballaġġ miġbur, jitnaqqas ir-rimi bl-addoċċ fi spazji pubbliċi jew jiġu promossi objettivi oħra tal-ekonomija ċirkolari.

L-Istati Membri b'reġjuni b'livell għoli ta' attivitajiet kummerċjali transkonfinali għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jippermettu l-ġbir tal-imballaġġ mis-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu ta' Stati Membri oħra fil-punti tal-ġbir deżinjati u għandhom jagħmlu ħilithom biex jippermettu l-possibbiltà ta' ritorn ta' depożitu li jkun ġie impost fuq l-utent finali meta jixtri l-imballaġġ.


ANNESS XI

Pjan ta' implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 52(2), il-punt (d)

Il-pjan ta' implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 52(2), il-punt (d) għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

il-valutazzjoni tar-rati tal-passat, attwali u mbassra tar-riċiklaġġ, tar-rimi f'landfills u trattament ieħor tal-iskart mill-imballaġġ u l-flussi li huwa kompost minnhom;

(b)

il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart u tal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart stabbiliti skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(c)

ir-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li jista' ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stabbilita fl-Artikolu 52(1), il-punt (b) jew (d), fi żmien l-iskadenza stabbilita fih u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex tintlaħaq dik il-mira;

(d)

il-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 52(1), il-punt (b) jew (d), ta' dan ir-Regolament li huma applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, li jinkludu strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħrajn biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(e)

l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt (d), id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u l-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta' estensjoni taż-żmien;

(f)

l-informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġar tal-iskart f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas;

(g)

il-miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data, kif xieraq, bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ fl-immaniġġar tal-iskart.


ANNESS XII

Data li għandha tiġi inkluża mill-Istati Membri fil-bażijiet tad-data tagħhom dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (f'konformità mat-Tabelli 1 sa 4)

1.   

Għall-imballaġġ għall-bejgħ, kollettiv u għat-trasport:

(a)

kwantitajiet, għal kull kategorija tal-imballaġġ iġġenerat fl-Istat Membru (tunnellaġġ prodott, importat u maħżun, bit-tunnellaġġ esportat imnaqqas) (Tabella 1);

(b)

il-kwantitajiet ta' imballaġġ riutilizzabbli (Tabella 2).

1.   

Għall-iskart mill-imballaġġ għall-bejgħ, kollettiv u għat-trasport:

(a)

għal kull kategorija tal-imballaġġ (Tabella 3):

(i)

il-kwantitajiet ta’ imballaġġ imqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba jew ta’ imballaġġ li minnu prodotti ġew spakkjati mill-produttur li ma jkunx utent finali;

(ii)

il-kwantitajiet ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat;

(iii)

il-kwantitajiet ta' imballaġġ mormi, irkuprat u riċiklat;

(b)

il-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, ta' basktijiet tal-plastik ħfief u ta' basktijiet tal-plastik oħxon per capita, separatament għal kull kategorija, kif stabbilit fl-Artikolu 56(1), il-punt (b) (Tabella 4);

(c)

ir-rata ta' ġbir separat tal-formati tal-imballaġġ koperti mis-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu, kif stabbilit fl-Artikolu 50(1) (Tabella 5).

Tabella 1

Kwantità tal-imballaġġ (għall-bejgħ, kollettiv u għat-trasport) iġġenerat fit-territorju tal-Istat Membru

 

Tunnellaġġ prodott

Tunnellaġġ esportat

+ Tunnellaġġ importat

+ Tunnellaġġ maħżun

= Total

Ħġieġ

 

 

 

 

 

Plastik

 

 

 

 

 

Karta/kartun

 

 

 

 

 

Metall ferruż

 

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

 

Injam

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 


Tabella 2

Kwantità tal-imballaġġ riutilizzabbli totali (għall-bejgħ, kollettiv u għat-trasport) imqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba

 

Tunnellaġġ ta' imballaġġ imqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba

Imballaġġ riutilizzabbli

Imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli

Tunnellaġġ

Perċentwal tal-imballaġġ riutilizzabbli totali

Tunnellaġġ

Perċentwal tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli totali

Ħġieġ

 

 

 

 

 

Plastik

 

 

 

 

 

Karta/kartun

 

 

 

 

 

Metall ferruż (inkluż pjanċa stanjata)

 

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

 

Injam

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 


Tabella 3

kwantità għal kull kategorija tal-imballaġġ, kif definit fit-Tabella 2 tal-Anness II, ta': imballaġġ imqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba; imballaġġ li minnu prodotti ġew spakkjati mill-produttur li ma jkunx utent finali; skart mill-imballaġġ iġġenerat; u skart mill-imballaġġ mormi, irkuprat u riċiklat fit-territorju tal-Istat Membru u esportat.

Materjal

Kategorija

Imballaġġ imqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba jew spakkjat (t)

Ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ (t)

Total tal-iskart mill-imballaġġ mormi (t)

Total tal-iskart mill-imballaġġ irkuprat (t)

Total tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat (t)

Total tal-iskart mill-imballaġġ mormi (t)

Total tal-iskart mill-imballaġġ irkuprat (t)

Total tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat (t)

Fit-territorju tal-Istat Membru

Barra mit-territorju tal-Istat Membru

Plastik

PET riġidu

 

 

 

 

 

 

 

 

PE riġidu, PP riġidu, HDPE u PP riġidu

 

 

 

 

 

 

 

 

Riti/flessibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

PS, XPS, EPS

 

 

 

 

 

 

 

 

Plastik riġidu ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

Bijodegradabbli (riġidu u flessibbli)

 

 

 

 

 

 

 

 

Karta/kartun

Karta/kartun (minbarra kartun għall-imballaġġ tal-likwidi)

 

 

 

 

 

 

 

 

Kartun għall-imballaġġ tal-likwidi

 

 

 

 

 

 

 

 

Metall

Aluminju

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzar

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħġieġ

Ħġieġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Injam

Injam, sufra

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

Tessuti, ċeramika/porċellana u oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 4

Kwantità tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, tal-basktijiet tal-plastik ħfief, tal-basktijiet tal-plastik oħxon, u tal-basktijiet tal-plastik oħxon ħafna per capita, ikkonsmati fit-territorju tal-Istat Membru

 

Basktijiet tal-plastik ikkonsmati fit-territorju tal-Istat Membru

Għadd per capita

Tunnellati per capita

basktijiet tal-plastik ħfief ħafna

basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 15-il mikron

 

 

basktijiet tal-plastik ħfief

basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 50 mikron

 

 

basktijiet tal-plastik oħxon

basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' bejn 50 u 99 mikron

 

 


Tabella 5

Rata ta' ġbir separat tal-formati ta' imballaġġ koperti taħt is-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu, kif stabbilit fl-Artikolu 50(1)

 

Imballaġġ imqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba (t)

Miġbur separatament fit-territorju tal-Istat Membru mis-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu (t)

Fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss li jesgħu sa tliet litri

 

 

Kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss li jesgħu sa tliet litri

 

 


ANNESS XIII

Tabella ta' korrelazzjoni

Direttiva 94/62/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (1)

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (5)

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (6)

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (c)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (7)

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (i)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (1)(a)

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (ii)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (1)(d) u (e)

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (iii)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (1)(b) u (c)

Artikolu 3(1a)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (52)

Artikolu 3(1b)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (55)

Artikolu 3(1c)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (56)

Artikolu 3(1d)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (57)

Artikolu 3(1e)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (25)

Artikolu 3(2a)

Artikolu 11(1)

Artikolu 3(2b)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (24)

Artikolu 3(2c)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (2) u Artikolu 3, it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(11)

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (12)

Artikolu 3(12)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 43(5)

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 43(5)

Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 43(5)

Artikolu 4(1a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 34(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 34(2), it-tieni sentenza

Artikolu 4(1a), it-tielet subparagrafu

Artikolu 34(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 4(1a), ir-raba subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(1a), ir-raba subparagrafu, il-punt (b), l-ewwel sentenza

Artikolu 4(1a), ir-raba subparagrafu, il-punt (b), it-tieni sentenza

Artikolu 34(4)

Artikolu 4(1a), fifth subparagrafu

Artikolu 56(1), il-punt (b)

Artikolu 4(1a), sixth subparagrafu

Artikolu 56(7), il-punt (b)

Artikolu 4(1b)

Artikolu 34(3)

Artikolu 4(1c)

Artikolu 55(1), il-punt (e)

Artikolu 4(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 5(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 51(1)

Artikolu 5(1), il-punt (a)

Artikolu 51(2), il-punt (a)

Artikolu 5(1), il-punt (b)

Artikolu 29(15) u (16)

Artikolu 5(1), il-punt (c)

Artikolu 51(2), il-punt (b)

Artikolu 5(1), il-punt (d)

Artikolu 51(2), il-punt (c)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 54(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 54(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 54(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 54(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 54(2)

Artikolu 5(4)

Artikolu 56(7), il-punt (a)

Artikolu 5(5)

Artikolu 6(1), parti introduttorja

Artikolu 52(1)

Artikolu 6(1), il-punt (a)

Artikolu 6(1), il-punt (b)

Artikolu 6(1), il-punt (c)

Artikolu 6(1), il-punt (d)

Artikolu 6(1), il-punt (e)(i)

Artikolu 6(1), il-punt (e)(ii)

Artikolu 6(1), il-punt (e)(iii)

Artikolu 6(1), il-punt (e)(iv)

Artikolu 6(1), il-punt (e)(v)

Artikolu 6(1), il-punt (f)

Artikolu 52(1), il-punt (a)

Artikolu 6(1), il-punt (g)(i)

Artikolu 52(1), il-punt (b)(i)

Artikolu 6(1), il-punt (g)(ii)

Artikolu 52(1), il-punt (b)(ii)

Artikolu 6(1), il-punt (g)(iii)

Artikolu 52(1), il-punt (b)(iii)

Artikolu 6(1), il-punt (g)(iv)

Artikolu 52(1), il-punt (b)(iv)

Artikolu 6(1), il-punt (g)(v)

Artikolu 52(1), il-punt (b)(v)

Artikolu 6(1), il-punt (g)(vi)

Artikolu 52(1), il-punt (b)(vi)

Artikolu 6(1), il-punt (h)

Artikolu 52(1), il-punt (c)

Artikolu 6(1), il-punt (i)(i)

Artikolu 52(1), il-punt (d)(i)

Artikolu 6(1), il-punt (i)(ii)

Artikolu 52(1), il-punt (d)(ii)

Artikolu 6(1), il-punt (i)(iii)

Artikolu 52(1), il-punt (d)(iii)

Artikolu 6(1), il-punt (i)(iv)

Artikolu 52(1), il-punt (d)(iv)

Artikolu 6(1), il-punt (i)(v)

Artikolu 52(1), il-punt (d)(v)

Artikolu 6(1), il-punt (i)(vi)

Artikolu 52(1), il-punt (d)(vi)

Artikolu 6(1a), parti introduttorja

Artikolu 52(2), parti introduttorja

Artikolu 6(1a), il-punt (a)

Artikolu 52(2), il-punt (a)

Artikolu 6(1a), il-punt (b)

Artikolu 52(2), il-punt (b)

Artikolu 6(1a), il-punt (c)

Artikolu 52(2), il-punt (c)

Artikolu 6(1a), il-punt (d)

Artikolu 52(2), il-punt (d)

Artikolu 6(1b)

Artikolu 52(3)

Artikolu 6(1c)

Artikolu 52(4)

Artikolu 6(4), parti introduttorja

Artikolu 52(5), parti introduttorja

Artikolu 6(4), il-punt (a)

Artikolu 52(5), il-punt (a)

Artikolu 6(4), il-punt (b)

Artikolu 52(5), il-punt (b)

Artikolu 6(6)

Artikolu 46(4)

Artikolu 6(7)

Artikolu 6(10)

Artikolu 52(6)

Artikolu 6(11)

Artikolu 6a(1), parti introduttorja

Artikolu 53(1)

Artikolu 6a(1), il-punt (a), l-ewwel sentenza

Artikolu 53(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6a(1), il-punt (a), it-tieni sentenza

Artikolu 53(2), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b)

Artikolu 6a(1), il-punt (b)

Artikolu 53(3)

Artikolu 6a(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 53(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6a(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 53(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6a(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 53(5), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 6a(2), il-punt (b)

Artikolu 53(5), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 6a(3)

Artikolu 53(6)

Artikolu 6a(4)

Artikolu 53(7)

Artikolu 6a(5)

Artikolu 53(8)

Artikolu 6a(6)

Artikolu 53(9)

Artikolu 6a(7)

Artikolu 53(10)

Artikolu 6a(8)

Artikolu 53(11)

Artikolu 6a(9)

Artikolu 56(7), il-punt (a)

Artikolu 6b

Artikolu 41

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 48(1) u (4)

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 48(5), il-punti (a), (b) u (c), Artikolu 48(6)

Artikolu 7(2)

Artikoli 44 to 47

Artikolu 7(3)

Artikolu 48(5), il-punt (b), u Artikolu 48(1)

Artikolu 7(4)

Artikolu 48(7)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 12(1)

Artikolu 8(3)

Artikolu 12(5)

Artikolu 8a

Artikolu 12(1) u (6), u Artikolu 55(1), il-punt (f)

Artikolu 9(1)

Artikolu 4(1) u Artikoli 5, 6, 7, 9, 10 u 11

Artikolu 9(2), il-punt (a)

Artikolu 36(3)

Artikolu 9(2), il-punt (b)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 37(2)

Artikolu 9(5)

Artikolu 10

Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu, Artikolu 9(6), Artikolu 10(3) u Artikolu 11(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 5(4)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 5(7)

Artikolu 12(1)

Artikolu 57(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 51(2), il-punti (a) u (b)

Artikolu 12(3a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 56(1), il-punt (a)

Artikolu 12(3a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 56(4)

Artikolu 12(3a), it-tielet subparagrafu

Artikolu 56(3), il-punt (a)

Artikolu 12(3b)

Artikolu 56(5) u (6)

Artikolu 12(3c)

Artikolu 12(3d)

Artikolu 56(7)

Artikolu 12(4)

Artikolu 56(8)

Artikolu 12(6)

Artikolu 56(8)

Artikolu 13, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 55(1)

Artikolu 13, it-tieni subparagrafu

Artikolu 14

Artikolu 42(1)

Artikolu 15

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 18

Artikolu 4(2), (3) u (4)

Artikolu 19(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 20

Artikolu 20a(1)

Artikolu 20a(2)

Artikolu 20a(3)

Artikolu 21(1)

Artikolu 65(1)

Artikolu 21(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 65(2)

Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21a(1)

Artikolu 64(1)

Artikolu 21a(2)

Artikolu 64(2)

Artikolu 21a(3)

Artikolu 64(3)

Artikolu 21a(4)

Artikolu 64(4)

Artikolu 21a(5)

Artikolu 64(5)

Artikolu 21a(6)

Artikolu 64(6)

Artikolu 22(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 22(3)

Artikolu 22(3a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 22(3a), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 22(3a), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 22(3a), it-tieni subparagrafu, il-punt (c)

Artikolu 22(3a), it-tieni subparagrafu, il-punt (d)

Artikolu 22(3a), it-tieni subparagrafu, il-punt (e)

Artikolu 22(3a), it-tieni subparagrafu, il-punt (f)

Artikolu 22(4)

Artikolu 22(5)

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 71, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 25

Artikolu 71, ir-raba subparagrafu

Anness I

Anness I

Anness II, il-punt 1, l-ewwel inċiż

Artikolu 10 u Anness IV

Anness II, il-punt 1, it-tieni inċiż

Artikoli 5 u 6, Artikolu 11(1), il-punt (h), u Artikolu 48(1)

Anness II, il-punt 1 it-tielet inċiż

Artikolu 5(1)

Anness II, il-punt 2

Artikolu 11 u Anness IV

Anness II, il-punt 3(a)

Artikolu 6 u Anness II

Anness II, il-punt 3(b)

Anness II, il-punt 3(c)

Artikolu 3, il-punt (47), Artikolu 9 u Anness III

Anness II, il-punt 3(d)

Artikolu 3, il-punt (41), Artikolu 9 u Anness II

Anness III

Anness XII

Anness IV

Anness XI


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/40/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)