|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/36 |
10.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/36
tat-9 ta’ Jannar 2025
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu klorur tal-polivinil li joriġina mill-Eġittu u mill-Istati Uniti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fil-15 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ sospensjoni tal-klorur tal-polivinil (suspension polyvinylchloride, “S-PVC”) li joriġina mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment li tressaq fit-2 ta’ Ottubru 2023 mill-Kumitat għall-Kummerċ tal-Klorur tal-Polivinil (“l-ilmentaturi”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-S-PVC fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Miżuri proviżorji
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fl-14 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji proposti u dettalji dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni adegwati biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli fi żmien 3 ijiem tax-xogħol. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet għadd ta’ kummenti mingħand il-partijiet interessati. |
|
(5) |
Foamalite Ltd (“Foamalite”), utent tal-S-PVC fl-Irlanda, esprimiet it-tħassib tagħha dwar “problema speċifika għall-Irlanda” peress li l-kompetitur ewlieni tagħha jinsab fl-Irlanda ta’ Fuq u jista’ jimporta l-S-PVC b’dazji aktar baxxi u jiffaċċja kompetizzjoni ogħla minn utent barra mill-Unjoni, speċjalment mit-Turkija. Foamalite tesporta madwar terz tal-produzzjoni tagħha barra mill-Unjoni, porzjon kbir minnha lejn ir-Renju Unit. Il-Kummissjoni tinnota li l-użu tal-ipproċessar attiv tal-Unjoni jippermetti l-importazzjoni tal-S-PVC mingħajr dazji meta l-oġġett ipproċessat jiġi esportat mill-ġdid. Dan jiżgura li l-kompetittività ta’ Foamalite barra mill-Unjoni ma tiġix affettwata mid-dazji. Fir-rigward tal-kompetizzjoni ma’ kompetitur li jinsab fl-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni nnotat li l-kompetitur fl-Irlanda ta’ Fuq se jkun soġġett għall-istess miżuri bħal Foamalite fl-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, għall-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3). |
|
(6) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-kummenti li saru minn TCI Sanmar u Foamalite ma kinux jikkonċernaw l-akkuratezza tal-kalkoli tad-dumping u tad-dannu sottostanti skont it-tifsira tal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ma indirizzatx dawn il-kummenti fir-Regolament proviżorju. Madankollu, dawn il-kummenti huma indirizzati hawn taħt fil-premessi (35) u (36). |
|
(7) |
Formosa Plastics Corporation (“Formosa”), produttur tal-Istati Uniti, affermat li l-Kummissjoni kienet għamlet għadd ta’ żbalji klerikali fil-kalkoli tagħha. Dawn il-kummenti huma indirizzati hawn taħt fil-premessa (60). |
|
(8) |
F’Lulju 2024, il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu klorur tal-polivinil (“PVC”) li joriġina mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1896 (4) (“ir-Regolament proviżorju”). |
1.3. Proċedura sussegwenti
|
(9) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, il-gvernijiet tal-Eġittu u tal-Istati Uniti tal-Amerka, TCI Sanmar Chemicals S.A.E. (“TCI Sanmar”), Formosa, Oxy Vinyls, LP (“Oxy Vinyls”), Westlake Corporation (“Westlake”) u l-ilmentaturi ppreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji sal-iskadenza prevista fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament proviżorju. |
|
(10) |
Ingħatat l-opportunità li jinstemgħu lill-partijiet li talbuha. Saret seduta ta’ smigħ ma’ Oxy Vinyls fit-3 ta’ Ottubru 2024. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha meta kien xieraq. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ S-PVC li joriġinaw mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Il-Gvern tal-Istati Uniti, TCI Sanmar, Formosa, Oxy Vinyls, Westlake, Shin-tech, Tricon Dry Chemicals u l-European PVC Window Profiles Association (EPPA) issottomettew kummenti sal-iskadenza. |
|
(13) |
Il-kummenti li ġew ippreżentati dwar ir-Regolament provviżorju u li ġew ripetuti mill-partijiet fil-kummenti tagħhom għad-divulgazzjoni finali, mingħajr ebda element sostantiv ġdid, huma indirizzati darba f’dan ir-Regolament. |
1.4. Kampjunar
|
(14) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni mill-Gvern Eġizzjan u dak tal-Istati Uniti tal-Amerka u minn Formosa. Il-partijiet esprimew dubji dwar ir-rappreżentattività ta’ kampjun tal-Unjoni li kien jirrappreżenta madwar 25 % tal-produzzjoni stmata tal-S-PVC u 26 % tal-bejgħ tal-Unjoni. Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka f’dan ir-rigward irrefera għar-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO f’KE – Qfieli li sab li industrija domestika li tammonta għal 27 fil-mija tal-produzzjoni totali stmata tal-prodott simili ma ssodisfatx il-limitu kwantitattiv u kienet inkonsistenti mal-Artikolu 4.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (ADA, Anti-Dumping Agreement) (5). |
|
(15) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma pprovdiet kummenti dwar il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni meta dan tħabbar fl-istadju tal-bidu. It-tieni, il-każ imsemmi mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka jikkonċerna d-definizzjoni ta’ “proporzjon kbir” u l-bidu taħt 4.1 u 5.4 tal-ADA rispettivament u mhux it-teħid ta’ kampjuni. Għalhekk, dawk l-Artikoli mhumiex applikabbli għall-għażla tal-kampjun. Dan il-kumment kien irrifjutat kif xieraq. |
|
(16) |
Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka talab ukoll spjegazzjoni mill-Kummissjoni dwar kif għażlet il-kampjun. Kif ġie ddikjarat fin-Notifika tal-Bidu (6), il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju mal-bidu tal-investigazzjonijiet u l-informazzjoni dwarhom setgħet tinstab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (7). In-Nota għall-fajl ipprovdiet l-isem tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun u l-kriterji użati għall-għażla tagħhom, jiġifieri, il-volum tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fl-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-partijiet ingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment u kkonfermat il-kampjun proviżorju. |
|
(17) |
Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka u Formosa kkontestaw ukoll il-fatt li l-kampjun kien jinkludi żewġ tollers. Ċertament, INOVYN Manufacturing Belgium SA u Vynova Wilhelmshaven GmbH jipproduċu l-S-PVC skont ftehimiet ta’ tolling. Il-Kummissjoni tqis li l-produzzjoni tal-S-PVC taħt ftehim ta’ tolling ma timplikax li dawn iż-żewġ entitajiet inklużi fil-kampjun mhumiex produtturi, pjuttost il-kuntrarju. Barra minn hekk, kif iddikjarat l-industrija tal-Unjoni fit-tweġiba tagħha għal dawn il-kummenti, l-inklużjoni tat-tollers kienet meħtieġa biex tkopri d-diversi mudelli ta’ negozju applikabbli fl-Unjoni. Iż-żewġ entitajiet li jipproduċu l-S-PVC skont ftehimiet ta’ tolling huma fost l-akbar produtturi tal-S-PVC fl-Unjoni. Għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjara l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kummissjoni qieset il-kost sħiħ tal-produzzjoni tal-produtturi, wara li kisbet aċċess għar-rekords kontabilistiċi tal-imprendituri għal dak l-għan. |
|
(18) |
Formosa sostniet ukoll li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni fil-fajl miftuħ dwar l-arranġamenti eżatti bejn it-tollers u l-imprendituri tagħhom biex ikun possibbli għall-partijiet interessati li jevalwaw ir-rappreżentattività tal-kampjun. |
|
(19) |
Madankollu, Formosa naqset milli tissottometti kummenti dwar il-kampjun propost tal-industrija tal-Unjoni meta dan ġie magħmul disponibbli fil-fajl miftuħ, u lanqas ma kkummentat dwar il-kompletezza tal-fajl miftuħ matul l-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-fajl miftuħ tal-investigazzjoni kien jinkludi biżżejjed dettall biex jiġu identifikati t-tollers fi stadju aktar bikri tal-proċediment inklużi d-diversi strutturi tal-bejgħ tagħhom, u għalhekk kien possibbli li tiġi vvalutata r-rappreżentattività tal-kampjun mill-partijiet interessati. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet kienu rrifjutati. |
|
(20) |
Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka u Formosa sostnew li l-Kummissjoni naqset milli tqis il-firxa ġeografika tal-industrija tal-Unjoni meta għażlet il-kampjun. Bi tweġiba għal dan il-kumment, il-Kummissjoni tenniet li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ntgħażel f’konformità sħiħa mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, peress li huwa magħmul mill-akbar tliet produtturi tal-Unjoni f’termini ta’ produzzjoni u bejgħ tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn il-produtturi kollha tal-Unjoni jinsabu fi Stati Membri differenti (il-Belġju, il-Ġermanja u n-Netherlands) jiżguraw firxa ġeografika tajba filwaqt li jitqies il-piż tal-Istati Membri produtturi. Għalhekk, dawn il-kummenti kienu rrifjutati. |
|
(21) |
Għalhekk, il-kummenti dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun tal-Unjoni kienu rrifjutati. |
|
(22) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-kampjunar, il-premessi (8) sa (15) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
1.5. Eżami individwali
|
(23) |
Fl-assenza ta’ kummenti oħra, il-premessa (16) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata. |
1.6. Kummenti dwar il-bidu
|
(24) |
Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka kkritika r-“redazzjoni eċċessiva” ta’ dokumenti mill-ilmentaturi, li huwa qies li impedixxiet l-kapaċità tal-partijiet tal-Istati Uniti li jikkummentaw dwar l-elementi ewlenin tal-ilment. Dan ikun bi ksur tal-Artikolu 6.4 u 6.5 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni analizzat il-kwistjoni. Hija sabet li l-Gvern tal-Istati Uniti rrappreżenta ħażin is-sitwazzjoni meta ddikjara li “l-annessi kollha għall-ilment huma kunfidenzjali fl-intier tagħhom”, meta dan ma kienx il-każ. Fil-każ ta’ ħafna annessi, il-verżjoni miftuħa hija identika għall-verżjoni kunfidenzjali. Għal ħafna annessi oħra, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tirrifletti kif xieraq l-informazzjoni pprovduta fil-verżjoni kunfidenzjali tagħha, filwaqt li tqis kif xieraq l-informazzjoni sensittiva tal-kumpanija. F’xi każijiet speċifiċi, ma kienx possibbli li jingħata sommarju mhux kunfidenzjali minħabba n-natura tal-informazzjoni inkwistjoni. F’każijiet bħal dawn, dan kien iġġustifikat mill-parti(jiet) li pprovdew l-informazzjoni u t-talba għall-kunfidenzjalità ġiet ivvalutata u aċċettata mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment kienet konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku u mal-Artikolu 6.4 u 6.5 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping. |
|
(26) |
Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka kkritika wkoll il-fatt li l-kummenti ta’ Oxy Vinyls rigward materjal redatt iżżejjed sottomessi mill-industrija tal-UE ġew injorati mill-Kummissjoni. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li wara l-kummenti minn Oxy Vinyls, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-produttur tal-Unjoni fil-kampjun li mbagħad issottometta fi żmien l-iskadenza pprovduta mill-Kummissjoni verżjoni riveduta mhux kunfidenzjali tat-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju. |
|
(27) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, il-premessi (17) sa (29) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(28) |
Waslu kummenti mill-gvern tal-Istati Uniti u Formosa dwar l-estensjonijiet limitati mogħtija lill-produtturi esportaturi biex iwieġbu għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping u n-nuqqas ta’ flessibbiltà meta tiġi stabbilita l-iskeda ta’ verifika, li t-tnejn li huma joħolqu tbatija bla bżonn għar-rispondenti tal-Istati Uniti. Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka indika ż-żmien li għadda bejn l-iskadenza estiża għat-tweġiba għall-kwestjonarju u l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, u bejn l-eżekuzzjoni ta’ verifika fuq il-post u l-ħruġ tar-rapport ta’ dik il-verifika, biex jissostanzja dawn l-affermazzjonijiet. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet u qieset l-eżempji msemmija bħala irrelevanti, peress li kienet tat żmien lill-produtturi esportaturi biex iwieġbu għall-kwestjonarju lil hinn mis-37 jum stipulat fin-Notifika ta’ bidu, minħabba l-btajjel tal-Kummissjoni, u li kienet stabbiliet bir-reqqa l-iskeda ta’ verifika bil-ħsieb li takkomoda l-preferenzi tal-produtturi esportaturi kemm jista’ jkun prattikament possibbli. Hija indikat ukoll il-fatt li l-proċess investigattiv kollu jieħu ħafna ħin u li l-produtturi esportaturi, wara li ppreżentaw it-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju, ingħataw diversi opportunitajiet ulterjuri biex jipprovdu data nieqsa u/jew addizzjonali, sal-verifiki fuq il-post u anki matulhom. |
|
(30) |
Fl-assenza ta’ kummenti oħra, il-premessi (30) u (31) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
1.8. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(31) |
Oxy Vinyls iddikjarat li l-Kummissjoni għażlet il-perjodu ta’ investigazzjoni b’tali mod li żgurat l-agħar eżitu possibbli għall-esportaturi tal-Istati Uniti mill-perspettiva tad-dannu, kif muri mid-delta bejn il-prezzijiet tal-kuntratti tal-Istati Uniti u dawk tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnotat li l-perjodu ta’ investigazzjoni ntgħażel f’konformità mal-prattika kostanti tagħha u mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-affermazzjoni hija rrifjutata. |
|
(32) |
Fl-assenza ta’ kummenti oħra, il-premessa (32) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
|
(33) |
Fl-assenza ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (33) sa (38) tar-Regolament proviżorju. |
3. DUMPING
3.1. L-Eġittu
3.1.1. Valur normali
|
(34) |
Fl-assenza ta’ kummenti oħrajn, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (50) sa (58) tar-Regolament proviżorju. |
3.1.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(35) |
TCI Sanmar allegat li kien hemm żball importanti fil-kalkolu peress li l-valuri CIF irrapportati użati mill-Kummissjoni ma kinux prezzijiet fil-fruntieri tal-Unjoni peress li l-kostijiet tat-trasport u l-kostijiet assoċjati għat-tranżazzjonijiet kollha li saru skont il-prezzijiet tal-FAS jew tal-FCA ma ġewx irrapportati fit-tabelli tal-bejgħ tagħha. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni tinnota li f’konformità mal-prattika konsistenti tagħha u sabiex tiġbor id-data meħtieġa biex jiġu vvalutati l-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-marġnijiet tad-dumping f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi huma obbligati jirrapportaw għal kull tranżazzjoni tal-esportazzjoni mhux biss il-prezz attwali tal-fattura iżda wkoll prezz CIF separat tal-istess tranżazzjoni. F’każ li t-terminu tal-konsenja tat-tranżazzjoni sottostanti ma jkunx CIF, il-produttur esportatur irid jistma dak il-valur CIF. Fil-fatt, f’dan il-każ, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-valuri CIF ipprovduti minn TCI Sanmar. Fejn it-terminu tal-konsenja tat-tranżazzjoni sottostanti kien CIF, il-Kummissjoni allinjat il-valur CIF irrapportat bi żball minn TCI Sanmar mal-valur attwali tal-fattura. Il-kumment u l-kjarifika tal-Kummissjoni kienu jikkonċernaw ukoll, mutatis mutandis, il-prezz CIF użat fil-kalkolu tal-marġni tad-dannu (ara l-premessi (129) u (130) tar-Regolament proviżorju). |
|
(37) |
Skont id-divulgazzjoni finali, TCI Sanmar tenniet il-kummenti preċedenti tagħha dwar il-kwistjoni u allegat li l-Kummissjoni qagħdet fuq valuri CIF mhux xierqa, u li l-iżball fil-kalkolu sussegwenti rriżulta parzjalment minħabba talbiet mill-Kummissjoni biex tiġi emendata d-data li TCI Sanmar oriġinarjament ippreżentat fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju. TCI Sanmar żiedet li d-data tal-Eurostat uriet valur CIF ta’ EUR 926 għal kull tunnellata, li kien ferm ogħla mill-valur li l-Kummissjoni kienet użat fil-kalkoli tagħha, anke minħabba li l-valuri CIF tal-Eurostat kienu jinkludu marġni tal-operatur tas-suq (fost kostijiet oħra), filwaqt li l-valuri CIF użati mill-Kummissjoni ma kinux jinkludu dan. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni tiċċara li skont il-prattika tal-każistika konsistenti tagħha, id-data rrapportata minn kumpaniji individwali fit-tweġibiet għall-kwestjonarju, inklużi t-tweġibiet għall-ittri ta’ defiċjenza, tieħu preċedenza fuq id-data statistika ġenerali u pubblika, b’mod partikolari jekk tkun għall-użu għal kalkolu speċifiku għall-kumpanija. Id-data statistika mhijiex speċifika għall-kumpanija, u lanqas ma hija disponibbli fuq bażi ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni. Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li fl-aħħar mill-aħħar, ir-responsabbiltà li tiġi rrapportata data preċiża hija ta’ kull parti soġġetta għal investigazzjoni. |
|
(39) |
Fl-assenza ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (59) u (60) tar-Regolament proviżorju. |
3.1.3. Tqabbil
|
(40) |
Ta’ min ifakkar li l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tagħmel eċċezzjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu netti lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
|
(41) |
Sabiex il-valur normali jsir net lura għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tal-ippakkjar. |
|
(42) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti fuq il-kont tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar u t-tagħbija kif ukoll tal-ippakkjar. Saru konċessjonijiet minħabba l-kostijiet tal-kreditu fejn dawn il-kostijiet affettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet (ara wkoll il-premessa (47) ta’ dan ir-Regolament u l-premessa (67) tar-Regolament provviżorju. |
|
(43) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, TCI Sanmar tenniet affermazzjonijiet preċedenti, u qalet li l-valuri normali għandhom jiġu aġġustati ’l isfel fid-dawl tal-effetti ta’ kriżi tal-munita fuq l-ekonomija tal-Eġittu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għal dak l-għan, TCI Sanmar irreferiet għall-premessa (64) tar-Regolament proviżorju, li ġabret fil-qosor affermazzjoni preċedenti ta’ TCI Sanmar, li b’mod inerenti kellha l-għan li tuża r-rata tal-kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali tal-Eġittu fis-6 ta’ Marzu 2024 għall-fini tal-kalkolu tad-dumping fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri bejn l-1 ta’ Ottubru 2022 u t-30 ta’ Settembru 2023. TCI Sanmar żiedet li ċ-ċirkostanzi sottostanti tal-iżvalutazzjoni tal-EGP urew li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-valur reali tal-EGP kien ferm inqas mir-Rata ppubblikata tal-Bank Ċentrali tal-Eġittu. Fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni proviżorja, TCI Sanmar allegat li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat l-argument ta’ TCI Sanmar fir-Regolament proviżorju. |
|
(44) |
Il-Gvern tal-Eġittu għamel ukoll sottomissjoni wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji li fiha rrefera għall-affermazzjoni ta’ TCI Sanmar fil-premessa (43) u żied li l-evidenza sottomessa (aġġustament tar-rata tal-kambju tas-6 ta’ Marzu 2024) kienet rilevanti għall-investigazzjoni preżenti. Fis-sottomissjoni tiegħu, il-Gvern tal-Eġittu rrefera b’mod mhux ċar għal Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO dwar Argentina — Ceramic Tiles fejn il-Korp tal-Appell tad-WTO kien stabbilixxa li l-evidenza ta’ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni relatata direttament mat-tranżazzjonijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma għandhiex tiġi miċħuda bħala irrilevanti. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni tirreferi għall-premessi (65) u (66) tar-Regolament provviżorju fejn il-kummenti ġew indirizzati u kkonfutati bis-sħiħ. Il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjoni magħmula mill-Gvern tal-Eġittu kienet żbaljata minħabba li l-Bank Ċentrali tal-Eġittu kien stabbilixxa rati tal-kambju applikabbli matul il-perjodu kollu tal-investigazzjoni li għalhekk jenħtieġ li jiġu applikati għat-tranżazzjonijiet li saru f’dak il-perjodu ta’ investigazzjoni. Ovvjament, ma għandhiex tiġi applikata rata tal-kambju stabbilita fis-6 ta’ Marzu 2024 għal tranżazzjonijiet li jsiru fil-perjodu ta’ investigazzjoni li jdum mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023. F’dan ir-rigward, l-użu tar-rata tal-kambju proposta minn TCI Sanmar ma jidhirx li huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku. |
|
(46) |
Skont id-divulgazzjoni finali, TCI Sanmar, għal darb’oħra, sostniet li r-rati tal-kambju uffiċjali stabbiliti mill-Bank Ċentrali tal-Eġittu (CBE) għall-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinux jirriflettu r-realtà tas-suq. Il-Kummissjoni tinnota li l-affermazzjoni mtennija ma kinitx adatta biex tbiddel il-valutazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni, stabbilita fil-premessi (65) u (66) tar-Regolament provviżorju u l-premessa (45) ta’ dan ir-Regolament. |
|
(47) |
TCI Sanmar issottomettiet it-tieni affermazzjoni dwar it-tqabbil bejn il-valuri normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, li l-Kummissjoni kienet irreferiet għaliha fil-premessa (67) tar-Regolament proviżorju. Minħabba n-natura sensittiva tal-fatti sottostanti, il-Kummissjoni indirizzat din l-affermazzjoni biss ma’ TCI Sanmar. |
|
(48) |
Skont id-divulgazzjoni finali, TCI Sanmar tenniet l-affermazzjoni msemmija fil-premessa preċedenti hawn fuq, dwar konċessjoni għall-ispejjeż tal-kreditu. Għal darb’oħra, minħabba n-natura sensittiva tal-fatti sottostanti, il-Kummissjoni kkonfermat il-konfutazzjoni ta’ din l-affermazzjoni vis-à-vis TCI Sanmar biss. |
|
(49) |
Il-Gvern tal-Eġittu tenna l-affermazzjoni magħmula minn TCI Sanmar u msemmija fil-premessa (47) hawn billi sempliċiment iddikjara li għandu jsir aġġustament ’il fuq għall-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-esportatur Eġizzjan TCI Sanmar abbażi tal-evidenza sottomessa. Dik l-affermazzjoni minn TCI Sanmar kienet maħsuba biex iżżid il-prezz tal-esportazzjoni ’l fuq, iżda l-analiżi tal-Kummissjoni tal-affermazzjoni kienet irriżultat f’aġġustament’l isfel tal-prezz tal-esportazzjoni. Il-Gvern tal-Eġittu qies li r-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti aġġustament ’il fuq lill-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ TCI Sanmar kiser l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi l-prinċipju ta’ tqabbil ġust bejn il-valuri normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni. F’dak ir-rigward, il-Gvern tal-Eġittu rrefera għal Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO, dwar UE — Qfieli (iċ-Ċina), li ppronunzja ruħu dwar il-ħtieġa għal paragun ġust skont l-Artikolu 2.4 tal-Ftehim Antidumping. |
|
(50) |
Il-Kummissjoni tikkonferma li żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni. Id-dettalji sottostanti setgħu jiġu kondiviżi direttament biss ma’ TCI Sanmar għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. |
|
(51) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (61) sa (68) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.1.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(52) |
Fl-assenza ta’ kwalunkwe affermazzjoni aċċettata dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-premessa (72) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
|
(53) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, tal-assigurazzjoni u tan-nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.2. L-Istati Uniti tal-Amerka
3.2.1. Valur normali
|
(54) |
Fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, Westlake pprovdiet il-kost ikkonsolidat għall-produzzjoni tal-kloru u tas-soda kawstika u naqqset l-introjtu ġġenerat mill-bejgħ tas-soda kawstika. Fl-istadju proviżorju, il-Kummissjoni rrifjutat dan l-aġġustament. Ir-raġunijiet għal dan l-approċċ kienu ddettaljati fid-divulgazzjoni individwali li saret lil Westlake, kif ġej:
|
|
(55) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Westlake kkontestat l-approċċ tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni. Hija sostniet li kien kruċjali li tiġi riflessa r-realtà li l-S-PVC u s-soda kawstika huma marbuta flimkien fil-produzzjoni tagħhom u huma bbażati fuq profitti konġunti. Biex tissostanzja dan il-punt, hija rreferiet għad-deskrizzjoni tal-produzzjoni tal-PVC mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha dwar l-investigazzjoni ta’ fużjoni INEOS/Solvay/JV (8). F’dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ddeskriviet is-soda kawstika bħala prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-PVC. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni nnotat, l-ewwel nett, li Westlake ma ressqet l-ebda argument li jirribatti l-punti ii) sa iv) fil-premessa (54) hawn fuq li kienu inklużi fid-divulgazzjoni individwali tagħha. Hija kkummentat biss dwar il-punt v) (u għalhekk, b’mod impliċitu, ukoll dwar il-punt i)), fejn iddikjarat li ma qablitx li tikkunsidra s-soda kawstika bħala koprodott. Westlake argumentat li s-soda kawstika għandha pjuttost titqies bħala prodott sekondarju, kif sabet il-Kummissjoni fl-investigazzjoni tal-fużjoni msemmija. |
|
(57) |
Fir-rigward ta’ INEOS/Solvay/JV, il-Kummissjoni nnotat li d-deċiżjonijiet meħuda f’investigazzjonijiet ta’ fużjoni mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni mhumiex vinkolanti fuq investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ li jitmexxew mid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ skont sett differenti ta’ regoli. Fi kwalunkwe każ, id-Deċiżjoni ppubblikata f’INEOS/Solvay/JV fil-fatt tikkonferma li s-soda kawstika hija prodott sekondarju tal-elettroliżi tal-melħ u tal-ilma – mhux tal-S-PVC. Hija tindika wkoll li s-soda kawstika hija l-iktar prodott sekondarju ekonomikament rilevanti fil-katina vertikali tal-PVC innifisha — u mhux tal-S-PVC biss (9). |
|
(58) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, it-talba ta’ Westlake rigward l-aġġustament tas-soda kawstika ġiet irrifjutata. |
|
(59) |
Formosa għamlet numru ta’ talbiet dwar il-kalkolu tal-valur normali. L-ewwel affermazzjoni kienet tikkonċerna allegat żball li sar mill-Kummissjoni meta l-ewwel, fl-istadju ta’ qabel id-divulgazzjoni, irrevediet l-introjtu u l-ispejjeż finanzjarji rrapportati fit-tabella tal-profittabbiltà ta’ Formosa u sussegwentement, meta ġew imposti l-miżuri provviżorji, ma kinitx qieset il-kummenti li rċeviet mingħand Formosa dwar dik ir-reviżjoni. It-tieni allegat żball kien jikkonċerna l-valutazzjoni tal-ispejjeż assoċjati mat-trasport irrappurtati fl-istess tabella. It-tielet affermazzjoni kienet tikkonċerna t-trattament tal-iskontijiet fuq il-bejgħ. Ir-raba’ affermazzjoni kienet tikkonċerna l-kalkolu tal-Ispejjeż tal-Bejgħ, Ġenerali u Amministrattivi meta jrid jinħadem il-valur normali. L-aħħar affermazzjoni kienet tikkonċerna l-metodoloġija għall-kalkolu tal-bejgħ profittabbli tal-kumpanija fil-kalkolu tad-dumping. |
|
(60) |
Erbgħa minn dawn ġew irrifjutati u wieħed ġie aċċettat. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħhom u l-aċċettazzjoni ta’ affermazzjoni waħda ġew żvelati biss lill-kumpanija nnifisha, peress li l-kummenti ma kinux ġew imqassra f’verżjoni miftuħa. |
|
(61) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (73) sa (81) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
|
(62) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Formosa tenniet żewġ affermazzjonijiet dwar il-kalkolu tal-valur normali msemmi fil-premessa (59), b’mod partikolari l-affermazzjoni dwar it-talba biex tiġi riveduta l-allokazzjoni tal-introjti u l-ispejjeż finanzjarji rrapportati fit-tabella tal-profittabbiltà u l-affermazzjoni metodoloġika dwar kif il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkalkula l-perċentwal tal-Ispejjeż tal-Bejgħ, Ġenerali u Amministrattivi. |
|
(63) |
Il-Kummissjoni ċaħdet iż-żewġ affermazzjonijiet ibbażati fuq l-ispjegazzjonijiet diġà sottomessi fl-Anness III tad-dokumenti speċifiċi ta’ divulgazzjoni mibgħuta lil Formosa fid-29 ta’ Ottubru 2024 (10). Fil-qosor, għall-ewwel affermazzjoni, il-Kummissjoni qagħdet fuq ċifri vverifikati. Fir-rigward tat-tieni affermazzjoni, il-Kummissjoni kkonfermat li l-perċentwal tal-SG&A ġie kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita għall-kalkolu tad-dumping bħala perċentwal tal-fatturat tal-bejgħ mill-fabbrika rrapportat fit-tabella tal-profittabbiltà. |
3.2.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(64) |
Kif spjegat fil-premessa (83) tar-Regolament proviżorju, għall-bejgħ indirett permezz ta’ negozjanti mhux relatati fl-Istati Uniti tal-Amerka, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott ikkonċernat inbiegħ lil dawk in-negozjanti. |
|
(65) |
Westlake sostniet li fiż-żmien tal-bejgħ lil dawn in-negozjanti mhux relatati, hija ma kinitx taf jekk l-oġġetti speċifiċi mibjugħa, jew liema volumi tagħhom, kinux destinati għall-Unjoni. Għalhekk, hija sostniet li l-prezzijiet għal dan il-bejgħ ma kinux speċifiċi għas-suq tal-Unjoni u dan il-bejgħ ma setax jitqies li jirrifletti l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għalhekk, hija sostniet li dan il-bejgħ ma kellux jitqies fil-kalkolu tad-dumping. Il-Kummissjoni fakkret li matul l-investigazzjoni kienet kisbet informazzjoni li ppermettitilha tistabbilixxi destinazzjoni tal-UE għal għadd kbir ta’ tranżazzjonijiet lil dawn in-negozjanti mhux relatati u dawk it-tranżazzjonijiet biss li għalihom setgħet tiġi stabbilita d-destinazzjoni tal-UE ġew inklużi fil-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni. Il-bejgħ indirett tal-esportazzjoni li għalih id-destinazzjoni tal-UE ma setgħetx tiġi kkonfermata ġie eskluż mill-kalkolu tad-dumping. Il-Kummissjoni sabet li jekk Westlake kinitx taf jew le dwar id-destinazzjoni finali ta’ dan il-bejgħ għall-esportazzjoni fiż-żmien tal-bejgħ lin-negozjant domestiku mhux relatat kien irrilevanti. Il-fatti wrew li dawn it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ kienu bejgħ lejn l-Unjoni u għalhekk ġew inklużi fil-kalkolu tad-dumping. L-affermazzjoni għalhekk kienet irrifjutata. |
|
(66) |
Fl-assenza ta’ kummenti ulterjuri oħra, il-premessi (82) u (83) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.2.3. Tqabbil
|
(67) |
Ta’ min ifakkar li l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tagħmel eċċezzjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
|
(68) |
Sabiex il-valur normali isir net lura għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, in-nol u l-ispejjeż tal-assigurazzjoni. Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: Kostijiet tal-kreditu, spejjeż tal-ippakkjar, skontijiet u allowances oħra, meta applikabbli. |
|
(69) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni isir net lura għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, in-nol u l-ispejjeż tal-assigurazzjoni. Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: Il-kostijiet tal-kreditu, l-ispejjeż tal-ippakkjar u l-iskontijiet, meta applikabbli. |
|
(70) |
Fl-assenza ta’ kummenti oħra, il-premessi (84) u (85) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.2.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(71) |
L-affermazzjoni parzjalment aċċettata minn Formosa rriżultat f’bidla żgħira fil-marġni tad-dumping tagħha, li telgħet minn 70.3 %, kif indikat fil-premessa (87) tar-Regolament provviżorju, għal 71.2 %. |
|
(72) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, tal-assigurazzjoni u tan-nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
|
(73) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, Formosa sostniet li l-fatt li diversi indikaturi tad-dannu kienu bbażati fuq stimi tefa’ dubju fuq l-affidabbiltà ta’ dawk l-indikaturi. |
|
(74) |
Bi tweġiba għal dan il-kumment, il-Kummissjoni nnotat li hija stmat il-makroindikaturi għall-valutazzjoni tad-dannu bħall-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ eċċ., abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mhux inklużi fil-kampjun u l-Eurostat, kif spjegat bażikament fil-premessa (100) tar-Regolament proviżorju. Barra minn hekk, Formosa naqset milli tidentifika xi problema speċifika b’dawk l-istimi jew milli tipprovdi stimi alternattivi. |
|
(75) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, dawn il-kummenti ta’ Formosa kienu rrifjutati. |
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(76) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-premessi (92) sa (93) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.2. Determinazzjoni tas-suq tal-Unjoni rilevanti
|
(77) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, Westlake u Oxy Vinyls tennew l-affermazzjoni tagħhom li d-dħul u l-profitti tas-soda kawstika għandhom jitqiesu fl-analiżi tad-dannu, u l-S-PVC u s-soda kawstika kienu interkonnessi fil-produzzjoni u fis-swieq tagħhom. B’mod partikolari, Oxy Vinyls sostniet li l-Kummissjoni ma pprovdietx raġunijiet suffiċjenti meta rrifjutat li l-valutazzjoni tad-dannu għandha tqis ukoll in-negozju tas-soda kawstika. Barra minn hekk, Westlake allegat li l-produtturi tal-S-PVC li huma integrati fil-produzzjoni tal-kloru jiddependu fuq profitti konġunti. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni tinnota li Westlake u Oxy Vinyls ma pprovdew l-ebda evidenza addizzjonali li tpoġġi f’dubju s-sejbiet fil-premessa (97) tar-Regolament provviżorju u s-sejbiet provviżorji kif spjegat fil-premessi (55) sa (58) hawn fuq. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tfakkar li mhux il-produtturi kollha tal-Unjoni huma involuti fil-produzzjoni tal-kloru. Barra minn hekk, l-S-PVC u s-soda kawstika huma koprodotti tal-proċess Chlor-Alkali u s-soda kawstika mhijiex koprodott jew prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-S-PVC u għalhekk għandha tiġi ttrattata separatament. |
|
(79) |
Il-kumment ta’ Oxy Vinyls li l-Kummissjoni ma pprovdietx raġunijiet suffiċjenti meta rrifjutat is-soda kawstika fl-analiżi tad-dannu kienet vaga ħafna u ma speċifikatx il-fatturi rilevanti li jkollhom effett fuq l-industrija tal-Unjoni, minħabba dan ir-rifjut. Il-Kummissjoni ma taqbilx mad-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq ta’ Oxy Vinyls għar-raġunijiet li ġejjin. Fil-premessi (96) u (97) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni spjegat b’mod ċar il-proċess tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat mill-produtturi differenti tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u r-rilevanza tas-soda kawstika fih. Il-Kummissjoni tinnota hawnhekk għal darb’oħra li l-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun xtraw il-kloru mingħand entitajiet legali separati relatati jew mhux relatati. Għalhekk il-produzzjoni tas-soda kawstika kienet separata mill-proċess tal-produzzjoni tal-S-PVC u ma affettwatx il-kost tal-produzzjoni jew il-profittabbiltà tal-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. Oxy Vinyls affermat ukoll li l-Kummissjoni kellha d-dmir li tanalizza s-segmentazzjoni tas-suq tal-prodott li qed jiġi investigat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li ma kien hemm l-ebda segmentazzjoni tas-suq għall-S-PVC kif spjegat fid-dettall fil-premessi (98) u (99) tar-Regolament proviżorju. Il-produttur esportatur naqas milli jissottometti xi evidenza ġdida li kienet tpoġġi f’dubju l-konklużjoni provviżorja dwar is-segmentazzjoni tas-suq, għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(80) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (94) sa (99) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(81) |
Wara d-divulgazzjoni finali Oxy Vinyls tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-Kummissjoni kellha tittratta l-PVC u s-soda kawstika bħala industriji integrati li jiġġustifikaw kunsiderazzjoni kumulattiva fil-valutazzjoni tad-dannu. B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, hija rreferiet prinċipalment għad-deskrizzjoni tal-Kummissjoni tal-produzzjoni tal-PVC fid-deċiżjoni tagħha dwar l-investigazzjoni tal-fużjoni INEOS/Solvay/JV. |
|
(82) |
Fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni żżomm il-pożizzjoni tagħha, kif żviluppata fil-premessa (57) hawn fuq. L-affermazzjoni għalhekk kienet irrifjutata. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
|
(83) |
Fl-assenza ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (100) sa (103) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.4.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(84) |
Il-Gvern tal-Eġittu, TCI Sanmar u Westlake kkontestaw il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka peress li fil-valutazzjoni tagħhom is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Eġizzjani kien negliġibbli. B’appoġġ għall-affermazzjoni tagħhom, Westlake u TCI Sanmar irreferew ukoll għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Eurofer vs il-Kummissjoni (11), fejn il-Qorti ċċarat li r-rekwiżit ta’ 1 % fl-Artikolu 5(7) u l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku mhuwiex limitu obbligatorju li ’l fuq minnu l-Kummissjoni hija prekluża milli tikkonkludi li l-importazzjonijiet minn pajjiż partikolari huma negliġibbli. |
|
(85) |
Il-Kummissjoni ttenni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu wkoll ogħla mil-livell limitu għan-negliġibbiltà deskritt fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (12). Il-Kummissjoni fakkret li l-importazzjonijiet mill-Eġittu laħqu sehem mis-suq ta’ 1,92 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni li huwa b’mod ċar ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, fil-kawża Eurofer vs Il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li s-sehem mis-suq “ftit” ogħla minn 1 % jista’ jitqies bħala negliġibbli, u dan iħalli lill-Kummissjoni b’xi diskrezzjoni biex tivvaluta x’jitqies negliġibbli f’kull każ. F’din l-investigazzjoni partikolari, is-sehem mis-suq ta’ 1.92 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kienx “kemxejn” ogħla minn 1 % u għalhekk tqies li ma kienx negliġibbli. |
|
(86) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessi (104) sa (107) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(87) |
Wara d-divulgazzjoni finali, TCI tenniet l-affermazzjoni tagħha ta’ dekumulazzjoni, filwaqt li rreferiet għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Eurofer vs Il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li eżaminat kif xieraq l-affermazzjoni tagħha, kif spjegat fil-premessa (85) hawn fuq. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
4.4.2. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(88) |
Westlake qajmet dubji dwar il-metodoloġija tal-Kummissjoni magħżula għall-istima tal-volum tal-importazzjonijiet tal-E-PVC li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3904 10 00 . B’mod partikolari, Westlake staqsiet kif intlaħqet il-konklużjoni li 4 % tal-volum tal-importazzjoni taħt l-imsemmi kodiċi NM kien jirrappreżenta l-volum tal-importazzjonijiet fl-UE tal-E-PVC. F’dan ir-rigward, kif spjegat fil-premessa (102) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni ibbażat il-qsim tal-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 3904 10 00 bejn iż-żewġ tipi ta’ PVC fuq l-informazzjoni dwar is-suq inkluża fl-ilment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li Westlake ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-istimi tal-Kummissjoni kienu żbaljati jew metodoloġija alternattiva u aktar xierqa għall-kalkolu tas-sehem tal-E-PVC. Barra minn hekk, is-sempliċi espressjoni ta’ dubji mingħajr identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet ma hijiex biżżejjed sabiex tqiegħed f’dubju l-approċċ tal-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni dwar is-suq. Oxy Vinyls affermat li ma kienx hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti peress li l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu wrew trajettorja ’l isfel. Il-Kummissjoni tinnota li dan l-argument huwa bbażat fuq id-data tal-importazzjonijiet trimestrali mill-Istati Uniti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u peress li l-importazzjonijiet matul l-aħħar trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni kienu l-aktar baxxi, hija kkonkludiet li l-importazzjonijiet urew trajettorja ’l isfel. It-Tabella 1 turi l-evoluzzjoni trimestrali tal-importazzjonijiet. Matul l-erba’ trimestri kollha tal-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu ogħla mill-importazzjonijiet trimestrali osservati sena qabel. Tabella 1 Volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati (tunnellati), evoluzzjoni trimestrali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(89) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni rrifjutat il-kummenti u kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (108) sa (110) tar-Regolament proviżorju. |
|
(90) |
Wara d-divulgazzjoni finali Oxy Vinyls affermat li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat l-allegazzjoni tagħha rigward l-allegat trasbord tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti lejn ir-Renju Unit permezz tal-Istati Membri tal-UE, li rriżulta fir-reġistrazzjoni ta’ volumi ogħla ta’ importazzjoni mill-Istati Uniti f’dan il-proċediment. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni nnotat li ċ-ċifri tal-importazzjoni estratti mill-Eurostat ma jinkludux merkanzija li tasal fil-portijiet tal-Unjoni u trażbordata lejn destinazzjonijiet oħra permezz tal-proċedura ta’ tranżitu, iżda jinkludu merkanzija li tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(92) |
Oxy Vinyls affermat ukoll li ma kien hemm l-ebda żieda ġenwina ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti, iżda kwalunkwe żieda ħabtet ma’ perjodi ta’ force majeure li jindikaw li kienu sempliċiment qed iservu biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni. |
|
(93) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li l-biċċa l-kbira tal-avvenimenti ta’ force majeure seħħew kmieni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jiġifieri fl-2020 u fl-2021, u għalhekk, ma tistax tispjega d-dannu muri fil-perjodu ta’ investigazzjoni wara ż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-tieni nofs tal-2022. |
|
(94) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet ta’ divulgazzjoni postfinali ta’ Oxy Vinyls ġew miċħuda. |
4.4.3. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz
|
(95) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, TCI Sanmar sostniet li l-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kienx biżżejjed biex juri li l-industrija tal-Unjoni kienet ġarrbet dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni tuża l-istess approċċ bħal fid-deċiżjoni Pentaerythritol (13) u ttemm l-investigazzjoni. |
|
(96) |
Il-każ ikkwotat minn TCI Sanmar bl-ebda mod ma kien applikabbli għall-investigazzjoni inkwistjoni peress li s-sitwazzjoni fattwali fid-deċiżjoni Pentaerythritol kienet differenti ħafna. F’dik l-investigazzjoni, il-volumi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedu bi 8 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li f’din l-investigazzjoni ż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ 91 % peress li l-volumi mmultiplikaw b’darbtejn matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-2020 sal-2022 il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdied b’ 131 286 tunnellata filwaqt li mill-2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdied b’ 157 119 tunnellata oħra). Fi kwalunkwe każ, il-fatti ta’ kull proċediment anti-dumping jiġu eżaminati fuq il-merti tagħhom stess u l-Kummissjoni mhijiex marbuta li ssegwi l-konklużjonijiet milħuqa f’każijiet oħra. (14) Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(97) |
Barra minn hekk, Oxy Vinyls appellat għal valutazzjoni dinamika tat-twaqqigħ tal-prezz għall-perjodu kollu kkunsidrat billi sostniet li l-valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni ma kinitx xierqa minħabba li kienet statika. L-Oxy Vinyls ikkwotaw għadd ta’ rapporti tad-WTO (15) insostenn ta’ dan. L-istess parti allegat li kien hemm differenza notevoli bejn il-prezzijiet spot u dawk kuntrattwali tal-produtturi tal-Istati Uniti u tal-Unjoni u li l-Kummissjoni kellha tagħmel il-paraguni tagħha tad-dannu u tal-prezz tad-dumping bl-użu tal-istess sett ta’ prezzijiet. |
|
(98) |
Fl-aħħar nett, il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka sostna li l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-Kummissjoni kienet ibbażata biss fuq il-prezzijiet CIF miksuba mill-produtturi tal-Istati Uniti inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u li d-dipendenza fuq l-istess perjodu ta’ 12-il xahar kemm għall-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz tagħha kif ukoll għall-kalkoli tal-marġni tad-dumping tagħha naqset milli tirrifletti d-differenzi fundamentali bejn iż-żewġ analiżijiet. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-analiżi tagħha tat-twaqqigħ tal-prezz saret f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet paragun tal-prezzijiet għall-perjodu kollu kkunsidrat billi eżaminat ix-xejra tal-prezz u kkombinat dan mal-kalkoli dettaljati tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz, abbażi ta’ data speċifika għall-kumpanija kemm min-naħa tal-produttur esportatur kif ukoll min-naħa tal-industrija tal-Unjoni, għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (115) sa (116) tar-Regolament proviżorju, il-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz sar fuq livell tat-tip ta’ prodott u fil-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi u għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni talbet lil dawn il-partijiet jipprovdu d-data tal-bejgħ ibbażata fuq it-tipi ta’ prodotti biss għall-perjodu ta’ investigazzjoni. L-ebda parti interessata ma kkummentat dwar il-kwestjonarju u sostniet li l-Kummissjoni għandha titlob lill-produtturi esportaturi u lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex jirrapportaw id-data dwar il-bejgħ fil-livell tat-tip ta’ prodott għall-perjodu kollu kkunsidrat u l-ebda parti ma kkummentat dwar il-fatt li l-istruttura tan-numru ta’ kontroll tal-prodott (PCN - product control number) ma kinitx teħtieġ distinzjoni bejn il-bejgħ spot u dak b’kuntratt. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kummenti dwar it-twaqqigħ tal-prezz ġew irrifjutati. |
|
(100) |
Oxy Vinyls u Westlake sostnew ukoll li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ korrelazzjoni bejn il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet, iżda l-produtturi tal-Unjoni kellhom iwaqqgħu l-prezzijiet minħabba d-dinamika tas-suq aktar milli l-effett tal-importazzjonijiet. Barra minn hekk, TCI Sanmar u Oxy Vinyls sostnew li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ trażżin tal-prezzijiet. Barra minn hekk, il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka sostna li l-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-Eġittu u tal-Istati Uniti rażżnu l-prodott simili biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(101) |
Il-Kummissjoni sabet li kien hemm korrelazzjoni ċara bejn iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-tnaqqis gradwali fil-prezzijiet tal-importazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tbigħ bi prezzijiet li jkopru l-kost tal-produzzjoni tagħha u għalhekk bdiet tagħmel telf fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fil-fatt, din il-korrelazzjoni kienet ċara meta wieħed iħares lejn il-varjazzjonijiet bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-importazzjonijiet żdiedu b’91 % fil-volumi u b’116 % fis-sehem mis-suq, u dan ikkawża tnaqqis ta’ 28 % fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-affermazzjonijiet għalhekk ġew irrifjutati. |
|
(102) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (111) sa (117) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(103) |
Wara d-divulgazzjoni finali Oxy Vinyls tenniet l-affermazzjoni preċedenti tagħha rigward il-valutazzjoni dinamika tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-Kummissjoni żżomm is-sejbiet tagħha kif żviluppati fil-premessa (99) hawn fuq. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(104) |
Minbarra diversi kummenti dwar indikaturi speċifiċi tad-dannu li kienu ġew indirizzati f’kull taqsima, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Formosa dwar l-analiżi ġenerali tad-dannu tagħha. Formosa sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi evidenza solida ta’ dannu lill-produtturi tal-Unjoni peress li diversi indikaturi tad-dannu ma wrewx xejra negattiva iżda pjuttost baqgħu pożittivi jew mill-inqas stabbli, bħall-kapaċità tal-produzzjoni, il-prezzijiet u l-profittabbiltà. Barra minn hekk, it-tnaqqis fis-sehem mis-suq jista’ jitqies biss bħala marġinali peress li l-industrija tal-Unjoni anki matul il-perjodu ta’ investigazzjoni baqgħet ogħla minn 80 %. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni ma kkunsidratx id-diversi indikaturi f’iżolament iżda pjuttost ħadet l-indikaturi tad-dannu kollha flimkien u, minkejja dak li affermat Formosa, il-maġġoranza ta’ dawn l-indikaturi wrew xejra negattiva. Barra minn hekk, mhuwiex rekwiżit legali għall-istabbiliment ta’ dannu materjali li l-indikaturi kollha tad-dannu juru xejra negattiva. |
|
(106) |
Fl-assenza ta’ kwalunkwe kumment speċifiku ieħor dwar din it-taqsima, il-premessi (118) sa (122) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(107) |
Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka kkritika lill-Kummissjoni talli użat proviżorjament l-istatistika uffiċjali tal-2022 biex tistma l-produzzjoni tal-S-PVC fl-Unjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(108) |
Il-Kummissjoni użat l-aktar data statistika reċenti disponibbli għall-istima tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-S-PVC. Barra minn hekk, il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka naqas milli jipprovdi xi evidenza li tiddubita l-affidabbiltà tad-data użata mill-Kummissjoni jew data aktar reċenti għall-istima tal-produzzjoni. |
|
(109) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, l-Eurostat irrilaxxa l-aħħar ċifri tiegħu dwar il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat għas-sena 2023 (16). Wara dan l-aġġornament, il-piż relattiv tal-produtturi tal-S-PVC sar 65 % tal-produzzjoni totali għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Bħala konklużjoni, l-analiżi li saret mill-Kummissjoni abbażi tad-data tal-2022, fejn il-piż tal-produtturi tal-S-PVC kien ta’ 66 % baqgħet valida għad-determinazzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(110) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (123) sa (127) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(111) |
TCI Sanmar allegat li l-fatt li l-industrija tal-Unjoni tilfet l-istatus tagħha ta’ kważi monopolju fis-suq tal-Unjoni ma kienx riżultat tad-dumping dannuż, iżda kien jirrifletti biss proċess kompetittiv normali u n-natura ċiklika tal-industrija b’varjazzjonijiet fid-domanda u bidliet fis-sehem tal-provvista. TCI Sanmar allegat li fis-sentenza Hubei (17) l-Qorti Ġenerali qieset li tnaqqis fis-sehem mis-suq irid jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-fatt li l-industrija kellha sehem sinifikanti mis-suq. |
|
(112) |
Il-Kummissjoni tfakkar li ċ-ċirkostanzi tal-investigazzjoni wara s-sentenza Hubei ma kinux l-istess bħal fil-każ attwali. B’mod partikolari, is-sentenza msemmija tiddikjara li “l-applikant essenzjalment — u bir-raġun — isostni, minbarra t-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija Komunitarja, il-fatturi ekonomiċi msemmija hawn fuq huma kollha pożittivi u, b’mod ġenerali, jagħtu stampa ta’ industrija f’sitwazzjoni ta’ saħħa, mhux ta’ fraġilità jew vulnerabbiltà” (18). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma jistax jiġi dedott minn dik is-sentenza li l-apprezzament tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tas-sehem mis-suq ikun rilevanti għal din l-investigazzjoni, li fiha kien hemm diversi fatturi negattivi li juru d-dannu, minbarra t-telf tas-sehem mis-suq u l-fatt li, għall-kuntrarju tal-produzzjoni ta’ pajpijiet mingħajr saldaturi u ta’ tubi tal-ħadid jew tal-azzar, il-PVC hija industrija ċiklika li, barra minn hekk, f’dan il-każ żammet kapaċità ta’ produzzjoni stabbli, kif imfakkar fil-premessi (126-127) u (187) tar-Regolament provviżorju. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(113) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessi (128) sa (132) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(114) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar dan l-indikatur. Għalhekk, il-premessa (133) tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(115) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar dawn l-indikaturi. Għalhekk, il-premessi (134) sa (138) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.5.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(116) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping passat. Għalhekk il-premessi (139) sa (140) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(117) |
Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka rrefera għall-evidenza pprovduta minn Oxy Vinyls rigward il-fatt li l-kost tal-etilen fis-suq tal-UE żdied bi kważi 50 fil-mija, u li l-kost tal-etilen fis-suq tal-UE kien aktar minn tliet darbiet il-kost tal-etilen fis-suq tal-Istati Uniti fl-ewwel nofs tal-2023 u l-fatt li dan ma ġiex indirizzat fir-Regolament proviżorju. Fl-istess ħin, Oxy Vinyls irrikonoxxiet li ż-żieda sostanzjali fil-kostijiet tal-etilen fl-Unjoni laħqet il-quċċata tagħha fl-2022. |
|
(118) |
F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-etilen, materja prima ewlenija fil-produzzjoni tal-S-PVC, tqies kif xieraq flimkien ma’ fatturi oħra ta’ produzzjoni fit-Tabella 7 tar-Regolament proviżorju. Madankollu, peress li d-dannu kien aktar viżibbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kważi rduppjaw meta mqabbla mal-2022, il-quċċata tal-etilen tal-2022 ma kinitx il-fattur detrimentali għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Ta’ min jinnota wkoll li kieku ma kienx għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun kapaċi żżid il-prezzijiet biex tirkupra l-kostijiet tagħha (ara t-Tabella 1 għal evoluzzjoni trimestrali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għal aktar dettall). |
|
(119) |
Wara d-divulgazzjoni finali Oxy Vinyls affermat li l-kostijiet tal-etilen komplew jiżdiedu fl-2023 u dan poġġa pressjoni sostnuta fuq il-produtturi tal-Unjoni. Filwaqt li Oxy Vinyls ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ sostenn f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni billi aċċessat statistika disponibbli għall-pubbliku sabet li l-prezz medju dinji tal-etilen fil-perjodu ta’ investigazzjoni kien 16 % inqas mill-prezz medju fl-2022 (19). Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(120) |
Oxy Vinyls affermat li l-produtturi tal-Unjoni ma sarux “prendituri tal-prezzijiet” fil-perjodu ta’ investigazzjoni iżda pjuttost li l-produtturi tal-Unjoni kellhom iwaqqgħu l-prezzijiet tagħhom fil-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba d-dinamika tas-suq. Oxy Vinyls affermat li wara tliet snin ta’ prezzijiet dejjem jiżdiedu, il-produtturi tal-Unjoni sempliċiment kienu bdew jirriskjaw li jbiegħdu lill-klijenti tagħhom, li kienu jeżistu f’suq li dejjem qed jiċkien. Ġie osservat li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet biex tkopri l-kostijiet minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u mhux minħabba dinamiċi oħra tas-suq u lanqas aljenazzjoni tal-klijenti, kif iddikjarat minn Oxy Vinyls. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (141) sa (143) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(121) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kostijiet tax-xogħol. Għalhekk, il-premessi (144) sa (146) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(122) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar l-inventarji. Għalhekk, il-premessi (147) sa (148) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.5.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(123) |
Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka, Oxy Vinyls u TCI Sanmar sostnew li d-dannu osservat mill-industrija tal-Unjoni kien spjegat mill-investimenti kbar li saru fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Huma sostnew li dawk l-investimenti kellhom konsegwenzi negattivi fuq il-kostijiet tal-produzzjoni u l-profitti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(124) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li investimenti konsiderevoli ġew skattati mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti applikabbli (fi kliem ieħor, biex wieħed jibqa’ fin-negozju). Madankollu, id-dannu li nstab ma jistax jiġi attribwit għal dawk l-investimenti minħabba li investimenti bħal dawn huma deprezzati fuq perjodi twal u ma żidux il-kostijiet attwali ta’ deprezzament u, għalhekk, ma kkontribwewx għad-dannu osservat li wassal lill-industrija tal-Unjoni biex tkun qed tagħmel it-telf fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(125) |
Sabiex jintwera l-iżball tal-argumentazzjoni mqajma minn dawn il-partijiet, it-tabella li ġejja turi l-ammonti ta’ investimenti u l-kostijiet ta’ deprezzament matul il-perjodu kkunsidrat. It-tabella turi li filwaqt li l-investimenti żdiedu, id-deprezzament totali fil-kost tal-manifattura tal-S-PVC għall-produtturi inklużi fil-kampjun naqas b’14-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, peress li l-kumpaniji ppostponew l-investiment. Dan juri li t-telf imġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma jistax ikun marbut mal-livell ta’ investimenti li saru. Tabella 2 L-investimenti u l-kostijiet ta’ deprezzament (EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(126) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessi (149) sa (154) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(127) |
Wara d-divulgazzjoni finali Oxy Vinyls sostniet li ż-żieda fil-kostijiet tal-konformità assoċjati ma’ bosta sforzi ambjentali u soċjali tal-Unjoni hija fattur sostanzjali fi kwalunkwe dannu li l-industrija tal-Unjoni tista’ tkun qed tiffaċċja u talbet li dan jiġi rifless b’mod adegwat fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Hija sostniet ukoll li l-produtturi tal-Unjoni allokaw riżorsi għall-finijiet ta’ konformità lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri meta beda d-dannu allegat. Hija sostniet ukoll li dawn il-kostijiet ikkontribwew għat-tnaqqis fir-redditu fuq l-investiment għall-produtturi tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu kkunsidrat. |
|
(128) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tirreferi għall-premessa (124) u (125) hawn fuq fejn jiġu analizzati l-ispejjeż ta’ konformità fil-forma ta’ deprezzament. L-effett tagħhom fuq l-investimenti ġie kkunsidrat kif xieraq fl-analiżi tad-dannu. Fir-rigward tar-redditu fuq l-investimenti, dan ġie vvalutat fil-premessi (153) u (159) tar-Regolament provviżorju, fejn kien evidenti li dan żviluppa b’mod negattiv fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ telf tal-produtturi tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(129) |
Wara d-divulgazzjoni finali Oxy Vinyls sostniet li l-affermazzjoni tagħha wara d-divulgazzjoni provviżorja li l-inabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jżidu l-kapital ma tistax tiġi attribwita b’mod raġonevoli għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, ma ġietx indirizzata fid-divulgazzjoni finali. |
|
(130) |
Kif innotat fil-premessa (154) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni eżaminat is-sitwazzjoni partikolari tal-kumpaniji fil-kampjun u identifikat diversi raġunijiet li għamluha diffiċli għal dawn il-kumpaniji biex jibbenefikaw mir-riallokazzjoni tar-riżorsi fil-livell tal-grupp. Tabilħaqq, kif indikat fil-premessa (154) li tipprijoritizza l-investimenti f’reġjuni oħra tad-dinja, li ma jiġux indirizzati l-ostakli fil-proċess tal-produzzjoni, it-tnaqqis baġitarju straordinarju kontinwu, u oħrajn, ġew rikonoxxuti. Ir-rwol tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, madankollu, ma setax jiġi injorat minħabba l-effett tagħhom fuq is-sitwazzjoni ta’ telf ta’ dawn il-produtturi, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-inċertezza għall-futur li tirriżulta minnha. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Oxy Vinyls ġiet miċħuda. |
4.5.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(131) |
L-affermazzjonijiet kollha tal-partijiet wara r-Regolament proviżorju ġew irrifjutati. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tas-sejbiet żvelati fir-Regolament proviżorju, li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku u l-premessi minn (155) sa (161) tar-Regolament proviżorju ġew, għalhekk, ikkonfermati. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(132) |
TCI Sanmar ikkontestat li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni billi sostniet li i) iż-żieda “qawwija” tal-volumi tal-importazzjoni tkejlet minn bażi inizjali estremament baxxa ta’ 1 % tas-sehem mis-suq u li l-industrija tal-Unjoni żammet sehem mis-suq kbir ħafna ta’ 80 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ii) il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ma kinux dannużi u l-industrija kienet profittabbli matul il-perjodu kkunsidrat, ħlief għall-perjodu ta’ investigazzjoni, u iii) il-kawża tat-telf tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienet il-livell għoli ta’ investimenti. Il-Kummissjoni qieset li dawn l-elementi kienu ġew indirizzati f’taqsimiet oħra: ara l-premessi (85), (96), (99), (124) u (125), aktar ’il fuq. |
|
(133) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet fil-premessi (163) sa (170) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(134) |
Formosa kkontestat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu baqgħu relattivament stabbli u talbet lill-Kummissjoni teżamina x-xejriet tal-importazzjoni b’aktar reqqa. |
|
(135) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiżi kkonċernati kienu stabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni bħal fl-2020 (322 205 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni mqabbla ma’ 317 781 fl-2020 f’ċifri assoluti) u li s-sehem mis-suq tagħhom żdied biss b’mod moderat (minn 8 % fl-2020 għal 10 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li Formosa naqset milli tispjega eżattament x’kellha tanalizza l-Kummissjoni b’mod differenti jew milli tipprovdi kwalunkwe evidenza li kienet tikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Għalhekk, din l-affermazzjoni ta’ Formosa ġiet irrifjutata. |
|
(136) |
TCI Sanmar sostniet li l-importazzjonijiet mill-Messiku kienu sinifikanti u li kien diffiċli li wieħed jifhem kif il-Kummissjoni setgħet tqis l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bħala li għandhom effett ta’ trażżin tal-prezzijiet iżda mhux għal dawk tal-Messiku. L-importazzjonijiet mill-Messiku kellhom prezz kemxejn ogħla mill-importazzjonijiet mill-Eġittu fil-perjodu ta’ investigazzjoni iżda xorta waħda kienu aktar baxxi mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni. TCI Sanmar talbet lill-Kummissjoni tirrimedja n-nuqqas tagħha li tikkunsidra b’mod xieraq jekk l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mill-Messiku, it-tieni l-akbar esportatur lejn l-Unjoni, naqqsux ir-rabta kawżali. |
|
(137) |
Il-Kummissjoni tirreferi għat-Tabella 11 fir-Regolament proviżorju, fejn huwa indikat b’mod ċar li l-volum tal-importazzjonijiet mill-Messiku fil-perjodu ta’ investigazzjoni kien 9 % inqas milli fl-2020 u s-sehem mis-suq tagħhom baqa’ stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fid-dawl ta’ dawn ix-xejriet, il-Kummissjoni ssostni li l-importazzjonijiet mill-Messiku flimkien ma’ pajjiżi għajr il-pajjiżi kkonċernati ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(138) |
TCI Sanmar innotat ukoll li l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 0 % fl-2020 għal 2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. TCI Sanmar indikat li ż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq hija simili għaż-żieda fl-importazzjonijiet Eġizzjani u li l-Kummissjoni naqset milli teżamina biżżejjed iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni fil-fatt tinnota li l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel, żdiedu b’48 368 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat u kisbu sehem mis-suq ta’ 1,6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Hija tinnota wkoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Korea t’Isfel fil-perjodu ta’ investigazzjoni filwaqt li kienu 14 % aktar baxxi mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kienu 7 % ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati. Fl-istess ħin il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Korea t’Isfel kienu konsistentement ogħla mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-perjodi l-oħra kollha tal-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li tirrikonoxxi li l-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel, b’mod partikolari meta titqies iż-żieda tagħhom fis-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat setgħu kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni stabbilita fil-premessa (175) tar-Regolament provviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (inkluża l-Korea t’Isfel) ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(140) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (171) sa (175) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(141) |
Wara d-divulgazzjoni finali, TCI Sanmar ma qablitx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel ma naqqsux ir-rabta każwali, l-ewwel minħabba li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Korea t’Isfel kienu aktar baxxi minn dawk tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u t-tieni minħabba li l-Kummissjoni qagħdet fuq data ta’ perjodi għajr il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(142) |
Il-Kummissjoni kif iddikjarat fil-premessa (139) kienet irrikonoxxiet li l-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel setgħu kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, iżda madankollu sostniet li l-impatt tagħhom ma jistax jitqies individwalment bħala sinifikanti f’termini ta’ volumi u prezzijiet u ma setgħux itaffu r-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(143) |
Formosa u Oxy Vinyls sostnew ukoll li r-referenza għall-esportazzjonijiet lejn l-Iżvizzera bi prezz taħt il-valur tas-suq u l-allegazzjoni li l-importazzjonijiet “irħas” tal-Istati Uniti u tal-Eġizzjani qed jegħlbu s-swieq ta’ pajjiżi terzi bħar-Renju Unit u l-Iżvizzera kienu mingħajr bażi. |
|
(144) |
Madankollu, dik is-sejba kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni tad-data dwar il-bejgħ ipprovduta mill-produtturi tal-Istati Uniti u minn negozjanti mhux relatati u b’referenza għall-istatistika tal-importazzjoni tal-Iżvizzera u tar-Renju Unit. Barra minn hekk, l-investigazzjoni tar-Renju Unit li għaddejja bħalissa, b’mod partikolari wara d-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mis-26 ta’ Lulju 2024 (20), ikkonfermat li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni ma kinux bla bażi. |
|
(145) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (176) sa (184) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
5.2.3. Kapaċità żejda fl-industrija tal-S-PVC
|
(146) |
Westlake sostniet li r-raġuni għall-użu baxx tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u kwalunkwe konsegwenza negattiva mġarrba minn dan, kellha x’taqsam mal-fatt li l-industrija tal-Unjoni kellha ħafna aktar kapaċità minn dik li s-suq domestiku seta’ jassorbi. Westlake sostnieta li l-kapaċità installata tal-industrija tal-Unjoni baqgħet ferm ogħla mid-domanda tal-Unjoni anki meta d-domanda laħqet il-quċċata tagħha fl-2021, sena kkaratterizzata minn irkupru ekonomiku qawwi fl-UE, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni qabżet id-domanda tal-Unjoni f’dik is-sena b’22.5 %, u li tali kapaċità żejda kostanti kien mistenni li jkollha effetti negattivi għall-produtturi tal-Unjoni, iżda ma setgħetx tkun indikazzjoni ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(147) |
Bl-istess mod, Oxy Vinyls allegat li filwaqt li l-Kummissjoni ammettiet il-“livell relattivament għoli ta’ kapaċità żejda” hija ċaħdet din il-problema bħala irrilevanti għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, għar-raġuni pjuttost evażiva li tali kapaċità żejda kienet xi ftit normali. Oxy Vinyls sostniet li ma jistax ikun li l-kapaċità żejda barra mill-pajjiż ġiet meqjusa b’suspett u li ttieħdet azzjoni kontriha, filwaqt li l-kapaċità żejda lokali tqieset bħala tajba. |
|
(148) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-kummenti ta’ Westlake jonqsu milli jqisu l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni meta tkejjel il-kapaċità żejda. Konsegwentement, dawn huma miċħuda, minħabba li jkejlu l-kapaċità żejda biss fir-rigward tad-domanda tal-Unjoni. Barra minn hekk, iċ-ċifri ppreżentati fl-affermazzjoni tagħhom ma kinux preċiżi. Apparti dan, u fir-rigward tal-kummenti ta’ Oxy Vinyls, il-Kummissjoni nnotat li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tippreżenta sinjali ta’ rati baxxi ta’ użu tal-kapaċità qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lejn l-aħħar tal-2022 (21) u l-livell relattivament għoli ta’ kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni kien ir-riżultat dirett taż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u t-tnaqqis ekonomiku temporanju li tqies separatament hawn taħt fit-taqsima 5.2.5. |
|
(149) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (185) sa (190) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
5.2.4. Il-kriżi tal-enerġija fl-Unjoni
|
(150) |
Il-Gvern tal-Istati Uniti afferma li l-Kummissjoni rrikonoxxiet fil-premessa (192) tar-Regolament proviżorju li ż-żieda fil-prezzijiet tal-prodott simili fl-2022 kienet attribwibbli għall-kriżi tal-enerġija dik is-sena. Huwa ddikjara wkoll li l-industrija tal-Unjoni kienet affettwata minn kriżi tal-enerġija fl-2022, li żiedet il-prezzijiet tal-prodott simili. |
|
(151) |
Il-Gvern Eġizzjan sostna li “l-effetti sinifikanti tal-kriżi tal-enerġija u t-tnaqqis ekonomiku fis-suq tal-Unjoni ma ġewx ikkunsidrati b’mod adegwat mill-Kummissjoni”, peress li “l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prezzijiet tal-importazzjoni kkawżaw dannu ma hijiex appoġġata, peress li l-produtturi tal-Unjoni esperjenzaw kostijiet akbar minħabba l-kriżi tal-enerġija iżda għaddew dawn il-kostijiet lill-klijenti mingħajr ma sofrew dannu materjali”. |
|
(152) |
Formosa talbet lill-Kummissjoni tirrevedi l-valutazzjoni tagħha u tqis l-impatt dannuż tal-kriżi tal-enerġija mingħajr ma tattribwixxi kwalunkwe dannu bħal dan lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Formosa affermat ukoll li l-Kummissjoni serrħet iżżejjed fuq id-data mill-2021 u tal-ewwel nofs tal-2022, u injorat bla bżonn l-impatt tal-kriżi tal-enerġija fl-aħħar xhur tal-2022 u fil-bidu tal-2023. |
|
(153) |
Dwar dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni nnotat li d-dikjarazzjoni tagħha fil-premessa (193) tar-Regolament proviżorju rreferiet għall-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tgħaddi l-kostijiet ogħla, inklużi l-kostijiet ogħla tal-enerġija, lill-utenti fl-2022. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (142) tar-Regolament proviżorju, is-sitwazzjoni ma kinitx l-istess fi tmiem l-2022 meta l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kien qed ikollhom diffikultajiet biex ikollhom il-kostijiet kollha koperti mill-prezzijiet tal-bejgħ. |
|
(154) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-kriżi tal-enerġija affettwat il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-2022. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni setgħet tgħaddi minn dawn il-kostijiet ogħla sakemm l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedu lejn l-aħħar tal-2022 u l-2023 (jiġifieri fil-perjodu ta’ investigazzjoni). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li l-analiżi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kkonfermat li jekk il-kriżi tal-enerġija, u mhux l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, kienet tikkawża d-dannu, l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tgħaddi dawn il-kostijiet tal-enerġija, wieħed kien ikun mistenni li josserva żidiet sinifikanti fis-sehem mis-suq għall-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. Madankollu, żidiet sinifikanti fis-sehem mis-suq ġew osservati biss għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(155) |
Westlake kkontestat id-dikjarazzjoni magħmula mill-ilmentaturi dwar it-tmiem tal-kriżi tal-enerġija lejn l-aħħar tal-2022. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li filwaqt li l-ilmentaturi u l-Kummissjoni rreferew għall-kriżi tal-enerġija bħala perjodu li matulu l-prezzijiet tal-enerġija żdiedu kontinwament, Westlake u produtturi oħra tal-Istati Uniti bħal Formosa, qiesu li l-kriżi tal-enerġija rreferiet għal perjodu li matulu l-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni kienu ogħla milli fl-Istati Uniti b’mod sinifikanti. Il-Kummissjoni ma kkontestatx li l-prezzijiet tal-enerġija fl-Istati Uniti kienu aktar baxxi milli fl-Unjoni (u għadhom hekk) iżda huwa fatt li l-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni waqfu jogħlew. Il-Kummissjoni nnotat li minħabba azzjoni konġunta mill-Istati Membri, il-prezz tal-gass (is-sors tal-enerġija l-aktar affettwat mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna) “naqas sostanzjalment lejn tmiem l-2022 u baqa’ relattivament stabbli fl-2023”. (22) Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet li d-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx affettwata minn żieda kontinwa fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni. Għall-kuntrarju, l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet ikkonfermat li d-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx affettwata mill-bidliet fil-prezzijiet tal-enerġija. |
|
(156) |
Għalhekk, il-konklużjonijiet mill-premessi (191) sa (194) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
5.2.5. Tnaqqis ekonomiku, dinamika tas-suq
|
(157) |
Oxy Vinyls sostniet li kwalunkwe dannu allegat li jakkumula għall-industrija tal-Unjoni jkun ikkawżat mis-suq tal-Unjoni li jkun qed jikkuntratta. Hija talbet lill-Kummissjoni biex ittemm l-investigazzjoni għal din ir-raġuni, f’konformità mal-prattika tal-passat. Formosa talbet lill-Kummissjoni tirrevedi l-valutazzjoni tagħha u tikkunsidra l-impatt dannuż tat-tnaqqis ekonomiku ġenerali tal-industrija mingħajr ma tattribwixxi ebda tali dannu għall-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping. TCI Sanmar affermat ukoll li s-sejbiet tal-Kummissjoni mminaw il-valutazzjoni tagħha u wrew li l-Kummissjoni kienet naqset milli tikkunsidra kif xieraq jekk it-tnaqqis fid-domanda naqqasx ir-rabta kawżali. |
|
(158) |
Kif stabbilit fil-premessa (196) tar-Regolament proviżorju, id-domanda ta’ S-PVC fis-suq tal-Unjoni naqset b’18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-premessa (197), il-Kummissjoni spjegat ukoll li r-raġuni għal dan kienet il-kombinazzjoni ta’ inflazzjoni għolja u kostijiet tas-self li kellhom impatt fuq l-ekonomija b’mod ġenerali u llimitaw id-domanda tas-settur tal-kostruzzjoni, jiġifieri, is-suq ewlieni għall-PVC. Barra minn hekk, fil-premessa (200) tar-Regolament provviżorju ġie rikonoxxut li l-kontrazzjoni kellha impatt limitat iżda ma kisritx jew ma naqqsitx ir-rabta kawżali. Tabilħaqq, f’dan ir-rigward jista’ jiġi enfasizzat li d-dannu ġie osservat fil-perjodu ta’ investigazzjoni u t-tnaqqis fid-domanda fir-rigward tal-2022 kien ta’ 11 %, filwaqt li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Eġittu u mill-Istati Uniti żdiedu b’ 91 % f’volum assolut u b’ 116 % fis-sehem mis-suq matul l-istess perjodu u l-prezzijiet tagħhom kienu 20 % taħt il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Dawn iċ-ċifri juru b’mod ċar li anki jekk it-tnaqqis fid-domanda seta’ kkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, il-kawża ewlenija tad-dannu għall-produtturi tal-Unjoni kienet iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u t-tnaqqis fid-domanda ma naqqasx din ir-rabta. |
|
(159) |
Westlake sostniet li l-fatt li l-produzzjoni tal-Unjoni setgħet naqset matul il-perjodu rilevanti mhuwiex indikattiv ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, iżda sempliċiment il-konsegwenza loġika ta’ tnaqqis fid-domanda fl-Unjoni fl-2022 u ’l quddiem. |
|
(160) |
L-argument ta’ Westlake kien f’kuntrast mal-fatt li fis-sitwazzjoni ta’ tnaqqis fid-domanda ta’ 18 % l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mmultiplika bi tmien darbiet ir-reġistrazzjoni ta’ żieda fis-sehem mis-suq ta’ 9,2 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 28 %. Barra minn hekk, il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’4 punti perċentwali aktar mit-tnaqqis fil-konsum li huwa spjegat mit-telf tas-sehem mis-suq għall-benefiċċju tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(161) |
Il-Kummissjoni nnotat li dawn ix-xejriet jikkonfermaw il-valutazzjoni tagħha fir-rigward tad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping f’kuntest ta’ domanda ristretta. |
|
(162) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (195) sa (200) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(163) |
Wara d-divulgazzjoni finali Oxy Vinyls affermat li l-industrija tal-Unjoni kienet aljenat lill-klijenti tagħha permezz tal-istrateġija tal-ipprezzar tagħha, ikkaratterizzata minn żidiet fil-prezzijiet kontinwi sal-2022 u kienet imġiegħla tnaqqas il-prezzijiet peress li l-klijenti ma kinux lesti jaċċettaw kwalunkwe żieda ulterjuri. Hija sostniet ukoll li din il-kombinazzjoni ta’ prezzijiet għoljin u tnaqqis fid-domanda fl-aħħar mill-aħħar jġibu telf fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, hija rreferiet għal deċiżjoni tal-Qorti dwar il-ħtieġa li tiġi vvalutata l-imġiba tal-produtturi tal-Unjoni fid-determinazzjoni tad-dannu (23). |
|
(164) |
Il-Kummissjoni nnotat f’dan ir-rigward li qieset it-tnaqqis fid-domanda matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fil-premessi (195) sa (200) tar-Regolament provviżorju u rrikonoxxiet li kellha ċertu impatt fuq id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, fir-rigward tal-prezzijiet, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Oxy Vinyls, il-Kummissjoni stabbiliet li fil-fatt kienu qed jonqsu b’mod konsiderevoli fil-perjodu ta’ investigazzjoni (- 28 %) li jikkoinċidi maż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping (+ 91 %), meta mqabbla mal-2022. Fir-rigward tal-evidenza tal-aljenazzjoni pprovduta minn Oxy Vynils, l-affermazzjoni ma kinitx sostanzjata u tonqos milli tqis li l-industrija tal-Unjoni mhijiex magħmula minn produttur wieħed. Fl-aħħar nett, peress li l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn għadd ta’ produtturi tal-Unjoni, l-affermazzjoni ta’ Oxy Vinyls tissuġġerixxi li huma kienu involuti b’mod kollettiv fi prattiki antikompetittivi. |
|
(165) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kummenti ta’ wara d-divulgazzjoni finali ta’ Oxy Vinyls ġew irrifjutati. |
5.2.6. Forza maġġuri
|
(166) |
Oxy Vinyls iddikjarat li ż-żieda fl-importazzjonijiet tal-Istati Uniti bejn l-2021-2022 u l-2022-IP, ħabtet ma’ perjodu ta’ dikjarazzjonijiet ripetuti ta’ forza maġġuri mill-produtturi tal-Unjoni u li għalhekk l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti kienu sempliċiment qed jimlew lakuna fil-provvista tal-S-PVC għall-utenti tal-Unjoni. TCI Sanmar sostniet li d-dikjarazzjonijiet ta’ forza maġġuri seta’ kellhom impatt negattiv fuq ir-relazzjoni ta’ fiduċja bejn il-klijenti u l-produtturi tal-Unjoni, u mmotivaw lill-klijenti biex ifittxu sħab kummerċjali affidabbli fil-pajjiżi kkonċernati. |
|
(167) |
Il-Kummissjoni fakkret li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza mill-partijiet tal-investigazzjoni dwar dawn l-argumenti. Il-Kummissjoni nnotat li ma kienx rari li jkun hemm avvenimenti ta’ forza maġġuri fl-industrija tal-S-PVC li kienet imqassma madwar multipliċità ta’ siti fl-Unjoni u li kienet tiddependi fuq industriji upstream għal materja prima kritika, iżda li għadha ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li torbot l-avvenimenti ta’ forza maġġuri maż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Il-maġġoranza tal-avvenimenti ta’ forza maġġuri seħħew fl-2020 u fl-2021, ferm qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(168) |
Sabiex turi d-dgħufija tal-allegazzjonijiet, il-Kummissjoni nnotat ukoll li t-tliet produtturi tal-S-PVC tal-Istati Uniti ddikjaraw avvenimenti ta’ forza maġġuri fl-2021 (24), filwaqt li kkonfermat li dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux uniċi għall-industrija tal-Unjoni u indikat li tali avvenimenti ma jistgħux jinfluwenzaw ir-relazzjoni bejn l-utenti u l-produtturi. Barra minn hekk, kif indikat b’mod ċar fil-premessa (203) tar-Regolament provviżorju, ħafna mill-avvenimenti ta’ force majeure tal-industrija tal-Unjoni seħħew kmieni fil-perjodu kkunsidrat (iddikjarat fl-2020 u fl-2021), ferm qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(169) |
Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (201) sa (206) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(170) |
Wara d-divulgazzjoni finali Oxy Vinyls ipprovdiet ċerti dikjarazzjonijiet ta’ force majeure mill-2022 u l-2023 li jsostnu li għall-kuntrarju tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni dawn ma kinux limitati għall-2020 u l-2021. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li mhuwiex rari li jkun hemm avvenimenti ta’ force majeure f’industrija kkaratterizzata minn diversi siti ta’ produzzjoni, madankollu, jibqa’ l-fatt li l-maġġoranza tal-forza maġġuri ġiet iddikjarata fl-2020 u fl-2021, qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, kif irrapportat ukoll mill-importaturi li kkooperaw matul l-investigazzjoni (25). |
|
(171) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni sabet evidenza matul l-investigazzjoni tagħha li l-produtturi tal-Unjoni li jbatu minn force majeure rnexxielhom jużaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi relatati tagħhom (ara l-premessa 205 tar-Regolament provviżorju). Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
5.2.7. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(172) |
L-affermazzjonijiet kollha tal-partijiet wara r-Regolament proviżorju ġew irrifjutati. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tas-sejbiet żvelati fir-Regolament provviżorju, li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Eġittu u mill-Istati Uniti kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra, ikkunsidrati individwalment jew kollettivament, ma naqqsux jew kissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
6.1. Marġni tad-dannu
|
(173) |
Kif previst mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, u minħabba li l-Kummissjoni ma rreġistratx l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni, hija analizzat l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjoni biex tistabbilixxi jekk kienx hemm żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni deskritt fil-premessa (3) u, għalhekk, jekk din tirriflettix id-dannu addizzjonali li jirriżulta minn din iż-żieda fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dannu. |
|
(174) |
Abbażi tad-data mill-Eurostat, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka matul il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni kienu 35 % inqas mill-volumi medji tal-importazzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni fuq bażi ta’ erba’ ġimgħat. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni. |
|
(175) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma aġġustatx il-livell ta’ tneħħija ta’ ħsara f’dan ir-rigward. |
|
(176) |
Il-gvernijiet tal-Eġittu u tal-Istati Uniti tal-Amerka ppreżentaw kummenti dwar l-aġġustament ta’ wara l-importazzjoni. Il-Kummissjoni wettqet il-kalkoli tagħha filwaqt li qieset stima prudenti tal-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ekwivalenti għal 1,0 % tal-valur CIF li ġiet iddivulgata lill-esportaturi inklużi fil-kampjun u ma wasal l-ebda kumment dwar dan l-aspett tad-determinazzjoni tal-marġni tad-dannu. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka u mill-produttur esportatur li kkoopera li jindikaw profitt fil-mira eċċessiv. L-argumenti allegaw li l-profitt fil-mira ta’ 13,1 % ma jikkorrispondix għal profitt fil-mira li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni peress li r-riżultati msemmija hawn fuq miksuba fl-2021 komplew għall-biċċa l-kbira tal-2022. Westlake elaborat il-kritika li tindika li fl-2022 l-importazzjonijiet mill-Eġittu u mill-Istati Uniti kienu diġà bdew jiżdiedu fil-volum. |
|
(178) |
Bi tweġiba għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni ttenni, l-ewwel nett, l-argumenti mressqa fil-premessi (217) sa (219) tar-Regolament provviżorju, jiġifieri li l-profitt miksub fis-sena 2022 huwa l-aktar profitt xieraq li għandu jintuża bħala profitt fil-mira mis-snin koperti mill-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-irkupru wara l-pandemija tal-COVID kien għadda fis-sena 2022, u dan l-irkupru ekonomiku ddomina s-sena 2021. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kienu diġà preżenti fis-suq fl-2022 u setgħu influwenzaw il-profitt milħuq mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, jekk kellhom impatt fuq il-livell ta’ profitt milħuq, kellhom impatt negattiv u naqqsu l-profitti, li jista’ jkun ta’ benefiċċju biss għall-produtturi esportaturi meta jużaw dan il-profitt għall-kalkolu tal-livell ta’ tneħħija ta’ ħsara. |
|
(179) |
TCI Sanmar sostniet li l-industrija bbenefikat fl-2022 minn irkupru qawwi wara l-COVID u għalhekk dak il-profitt irreġistrat f’dik is-sena ma għandux jintuża bħala profitt fil-mira. Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dik id-dikjarazzjoni peress li l-konsum fil-volum naqas b’18,3 % fl-2022. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(180) |
Westlake u TCI Sanmar ipproponew li jintuża l-profitt osservat tal-industrija tal-Unjoni fl-2019. Il-Kummissjoni qieset li huwa dubjuż għaliex l-użu ta’ profitt fil-mira bbażat fuq riżultati barra mill-perjodu kkunsidrat ikun aktar xieraq mill-użu tal-profitt tal-marġni tal-2022, sena meta l-industrija tal-Unjoni kienet qed issofri l-kriżi tal-enerġija u bdiet issofri l-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(181) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessi (216) sa (224) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(182) |
Wara d-divulgazzjoni finali, TCI Sanmar argumentat li l-prezz mhux dannuż ta’ EUR 1 405,48/tunnellata kien esaġerat ħafna, billi rreferiet għar-rapporti ta’ Platts tal-PVC fil-perjodu minn Jannar 2014 sa Marzu 2024. Barra minn hekk, hija tenniet l-affermazzjoni tagħha dwar in-nuqqas ta’ adegwatezza tal-profitt fil-mira tas-sena 2022 u tenniet il-proposta tagħha li tuża l-profitt tas-sena 2019. |
|
(183) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-prezz mhux dannuż ġie kkalkolat f’konformità mal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku u ma jistax ikun ibbażat fuq rapporti jew tip ieħor ta’ sorsi esterni. |
|
(184) |
Fir-rigward tal-profitt fil-mira, minbarra r-raġunament tal-premessa (180) hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li fl-2019 l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni ta’ telf u għalhekk l-2019 ma kinitx xierqa għal dan l-għan. |
|
(185) |
Wara d-divulgazzjoni finali Oxy Vinyls allegat li r-raġuni għall-marġni għoli ta’ dannu għall-esportaturi tal-Istati Uniti kien il-fatt li l-Kummissjoni kienet qed tqabbel il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti mal-prezzijiet tal-kuntratti tal-Unjoni jew stabbiliet prezz fil-mira li jinkludi l-marġni ta’ profitt “ogħla” għall-prezzijiet tal-kuntratti. |
|
(186) |
Oxy Vinyls affermat ukoll li l-prezz fil-mira użat mill-Kummissjoni kien minfuħ minħabba li qabeż il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni fl-2020, fl-2021 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Hija pproponiet l-użu ta’ marġni ta’ profitt medju u kost tal-produzzjoni fl-erba’ perjodi kollha tal-perjodu kkunsidrat li jirriżultaw f’kost tal-produzzjoni ta’ EUR 1 040/tunnellata u marġni ta’ profitt ta’ 7,9 %. |
|
(187) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-prezz mhux dannuż inbena fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u li dan l-eżerċizzju ma kien jinvolvi l-ebda tqabbil tal-prezzijiet. Barra minn hekk, il-profitt fil-mira ma jistax ikun ibbażat fuq perjodi b’telf, li huwa l-każ tal-perjodu ta’ investigazzjoni ssuġġerit minn Oxy Vinyls. |
|
(188) |
It-tieni, fir-rigward tal-profitt fil-mira, il-Kummissjoni nnotat li anki jekk tuża l-inqas profitt ta’ 6 %, previst fl-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, minflok 13,1 %, il-marġnijiet tad-dumping għall-esportaturi kollha tal-Istati Uniti jkunu aktar baxxi mill-marġnijiet tad-dannu rispettivi. Dan ifisser li ma kien ikun hemm l-ebda bidla fil-livell tad-dazji anti-dumping applikabbli għall-esportaturi tal-Istati Uniti. |
|
(189) |
Għalhekk, il-livell finali ta’ tneħħija ta’ ħsara għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u għall-kumpaniji l-oħrajn kollha huwa kif ġej:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(190) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar l-interess tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (227) sa (232) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
7.2. Importaturi
|
(191) |
Fl-assenza ta’ kwalunkwe kumment dwar l-interess tal-importaturi mhux relatati, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (233) sa (235) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
7.3. Utenti
|
(192) |
TCI Sanmar sostniet li l-Kummissjoni ma kinitx qieset l-effett detrimentali tal-impożizzjoni tad-dazji fuq l-utenti billi sostniet li l-produtturi tal-Unjoni għandhom provvista kważi monopolistika fis-suq tal-Unjoni u kienu kapaċi jgħollu l-prezzijiet għal ferm ogħla mill-kostijiet matul il-perjodu ta’ rkupru ta’ wara l-COVID u li d-dazji se jillimitaw il-kapaċità tal-utenti li jiksbu mill-pajjiżi kkonċernati biex iżommu xi pressjoni kompetittiva fuq il-produtturi tal-Unjoni. |
|
(193) |
Il-Kummissjoni ttenni li l-utenti fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw minn suq kompetittiv tal-Unjoni b’għadd ta’ produtturi tal-S-PVC, sitwazzjoni li tkun possibbli biss jekk tiġi indirizzata l-kompetizzjoni inġusta tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li l-industrija tal-S-PVC fl-Unjoni tinkludi tnax-il produttur u li l-karatteristiċi tal-prodott jagħmlu s-suq estremament kompetittiv. Barra minn hekk, hemm disponibbli wkoll sorsi alternattivi fis-suq tal-Unjoni, bħall-importazzjonijiet mill-Messiku, il-Korea t’Isfel, in-Norveġja u r-Renju Unit. Fi kwalunkwe każ l-għan tad-dazji mhuwiex li jitwaqqfu l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, iżda li jiġu restawrati l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. |
|
(194) |
TCI Sanmar irreferiet għal sitwazzjoni ta’ provvista kważi monopolistika ta’ S-PVC fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tinnota li din id-dikjarazzjoni tikkontradixxi l-kummenti ta’ TCI Sanmar dwar il-marġni tal-profitt fil-mira peress li l-S-PVC huwa komodità u l-fatt li l-akbar tliet siti/entitajiet ġuridiċi li jipproduċu l-S-PVC fl-Unjoni jikkontrollaw kwart biss tal-produzzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, hemm sorsi ta’ provvisti minn pajjiżi terzi oħra kif muri fil-premessa (171) tar-Regolament proviżorju. |
|
(195) |
Westlake sostniet li l-“impożizzjoni ta’ dazji tant għoljin ċertament li se jkollha impatt negattiv ħafna fuq l-utenti u industriji downstream li jiddependu fuq il-PVC fl-UE.” Westlake tenniet il-kummenti li kienu saru preċedentement minn Rehau Industries SE & Co (Rehau) li wieħed mill-utenti ppreżenta kummenti wara l-bidu, dwar il-ħsara għall-industriji downstream tal-Unjoni li għalihom l-S-PVC huwa l-materjal ewlieni speċjalment minħabba l-prezzijiet għoljin mitluba mill-industrija tal-Unjoni u l-interruzzjonijiet fil-provvista”. Oxy Vinyls kellha kummenti simili li jenfasizzaw l-importanza tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti biex tiġi żgurata l-provvista tal-S-PVC. |
|
(196) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, b’mod partikolari minħabba l-prattiki tad-dumping, l-utenti setgħu jixtru S-PVC mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet aktar baxxi. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota l-inkonsistenza tal-pretensjoni, minn naħa waħda, tal-benefiċċju ta’ dawn il-prezzijiet aktar baxxi u, min-naħa l-oħra, tal-promozzjoni tal-ħtieġa li jiġu evitati interruzzjonijiet fil-provvista. Il-Kummissjoni ttenni li huwa preċiżament minħabba l-interess tal-industriji downstream li jkollhom provvista garantita ta’ S-PVC li għandu jiġi indirizzat id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Fl-assenza ta’ miżuri korrettivi, ftit li xejn hemm dubju li l-industrija tal-Unjoni jkollha perspettiva negattiva u li l-utenti jiffaċċjaw għadd aktar baxx ta’ produtturi fl-Unjoni u provvista kkonċentrata f’għadd aktar baxx ta’ produtturi. Tnaqqis bħal dan fl-għadd ta’ produtturi tal-Unjoni jista’ tabilħaqq joħloq problema fis-sigurtà tal-provvista tal-S-PVC fl-Unjoni. |
|
(197) |
Ħmistax-il importatur/utent u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Profili tat-Twieqi tal-PVC (EPPA) u l-produtturi esportaturi kollha ppreżentaw ruħhom wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, bl-argument li se jkunu esposti għal prezzijiet għoljin ħafna fis-suq tal-UE, peress li l-importazzjonijiet inkwistjoni se jiġu esklużi mis-suq u l-produtturi tal-Unjoni se jkunu protetti minn kwalunkwe kompetizzjoni barranija effettiva. Huma argumentaw ukoll li l-miżuri se jaffettwaw ukoll id-disponibbiltà tal-S-PVC fis-suq tal-UE, peress li l-produtturi tal-Unjoni fl-aħħar ftit snin saru ineffiċjenti, raw ħafna mill-produzzjoni tingħalaq, u ġeneralment mhumiex attenti biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-klijenti. |
|
(198) |
L-argumenti ta’ hawn fuq jirriflettu argumenti preċedenti diġà indirizzati u miċħuda fir-Regolament provviżorju, b’mod partikolari billi jindikaw li l-industrija tal-S-PVC fl-Unjoni tinkludi tnax-il produttur u li l-karatteristiċi tal-prodott jagħmlu s-suq estremament kompetittiv. B’mod partikolari, l-argument dwar l-għeluq tal-produzzjoni diġà ġie indirizzat fil-premessi (126-127) u (187) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kompetizzjoni barranija, hemm ukoll sorsi alternattivi disponibbli fis-suq tal-Unjoni, bħall-importazzjonijiet mill-Messiku, il-Korea t’Isfel, in-Norveġja u r-Renju Unit. Fi kwalunkwe każ l-għan tad-dazji mhuwiex li jitwaqqfu l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, iżda li jiġu restawrati l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. |
|
(199) |
Il-kummenti li saru dwar l-interess tal-utenti ġew irrifjutati. Għalhekk, il-premessi (236) sa (241) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(200) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EPPA affermat li l-livell propost ta’ miżuri huwa għoli b’mod projbittiv. Minflok ipproponiet livell ta’ dazju li ma jaqbiżx il-25 %. Barra minn hekk, hija sostniet li minħabba l-miżuri, l-provvisti tagħhom mhumiex żgurati, minħabba l-inċidenti ta’ force majeure tal-produtturi tal-Unjoni u minħabba li l-pajjiżi produtturi l-oħra mhumiex interessati fis-suq tal-UE jew qed jimmiraw primarjament li jfornu s-swieq domestiċi tagħhom. Barra minn hekk, huwa sostna li skont l-istimi tagħhom, il-prezzijiet domestiċi tal-Unjoni se jiżdiedu b’ 40 % -50 % u jilħqu livelli għoljin mingħajr preċedent. |
|
(201) |
B’appoġġ għal dawn l-affermazzjonijiet, huma rreferew għall-inċidenti ta’ force majeure tal-2021 u għall-istatistika dwar l-esportazzjoni tal-PVC għall-Messiku u l-Korea t’Isfel. Għall-Korea t’Isfel ipprovdew ukoll artiklu tal-istampa li skontu “spejjeż ogħla tat-trasport tal-merkanzija u żminijiet ta’ tħejjija itwal jagħmluha inqas vijabbli għax-xerrejja Ewropej li jakkwistaw il-PVC mill-Asja”. |
|
(202) |
Bi tweġiba għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li l-inċidenti ta’ force majeure ġew indirizzati kif xieraq fil-premessi (168) sa (171) hawn fuq u fil-premessi (201) sa (206) tar-Regolament provviżorju. Għall-Korea t’Isfel, il-Kummissjoni nnotat li d-destinazzjonijiet Ewropej kienu rappreżentati sew fl-istatistika tagħha dwar l-esportazzjoni tal-PVC, filwaqt li l-Messiku kellu preżenza kostanti u stabbli fis-suq tal-Unjoni, kif stabbilit għall-perjodu kollu kkunsidrat (ara t-tabella 11 tar-Regolament provviżorju). Fl-aħħar nett, l-istimi tal-EPPA dwar l-allegati żidiet għoljin fil-prezzijiet tal-Unjoni ma kinux sostanzjati. |
|
(203) |
L-EPPA affermat ukoll li ż-żidiet fil-prezzijiet tal-S-PVC fid-dawl tad-dazji se jirriżultaw f’kostijiet tal-kostruzzjoni ogħla, fi tnaqqis fl-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni u fi proġetti ta’ akkomodazzjoni mdewma. |
|
(204) |
Dawn l-affermazzjonijiet kif spjegat fil-premessa (202) hawn fuq baqgħu mhux sostanzjati u għalhekk ġew miċħuda. |
7.4. Konklużjoni tal-interess tal-Unjoni
|
(205) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni stabbilita fil-premessa (242) ġiet ikkonfermata. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
|
(206) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. |
|
(207) |
Westlake pproponiet li fid-dawl tal-interess tal-utenti, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra “forma inqas projbittiva ta’ miżura... u b’mod aktar speċifiku dazju ad valorem limitat bi prezz minimu ta’ importazzjoni (“PMI”).” L-ilmentaturi kkontestaw l-opportunità għal tali miżura, peress li l-PMI mhumiex miżura xierqa minħabba l-fatt li l-materja prima tal-S-PVC li tifforma madwar 80 % tal-kost tal-produzzjoni hija volatili, ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni u assorbiment minħabba l-preżenza ta’ bejgħ indirett permezz ta’ negozjanti mhux relatati u minħabba l-kapaċità żejda abbundanti fl-Unjoni, li tiżgura s-sigurtà tal-provvista lill-utenti. |
|
(208) |
Il-Kummissjoni qablet li PMI ma jkunx adegwat peress li l-prezzijiet tal-S-PVC huma influwenzati mill-volatilità tal-prezzijiet tal-enerġija li jagħmlu l-prezz tal-materja prima volatili. Il-Kummissjoni qieset ukoll li tali prezz minimu ma jipprovdix ċertezza għall-utenti u għall-produtturi dwar id-disponibbiltà tal-S-PVC, peress li tali prezz jonqos milli jirrifletti d-dinamika tas-suq. |
|
(209) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Westlake, flimkien ma’ tliet produtturi esportaturi oħra (Oxy Vinyls, Shin-tech u Tricon) iċċaraw din it-talba. Huma speċifikaw li l-PMI oriġinali jiġi stabbilit fil-livell tal-valur normali medju ponderat inklużi l-kostijiet tat-trasport taż-żewġ produtturi tal-Istati Uniti fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u li jkun applikabbli għall-importazzjonijiet kollha mill-Istati Uniti tal-Amerka. L-importazzjonijiet taħt il-PMI jkunu soġġetti għad-dazju ad valorem individwali għad-differenza bejn il-prezz tal-importazzjoni u l-PMI. Biex titqies il-volatilità tal-prezzijiet tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-PVC u biex tiġi riflessa d-dinamika tas-suq, huma pproponew li l-Kummissjoni tista’ tagħmel indiċi tal-MIP fuq bażi regolari (kull tliet xhur jew kull sitt xhur) abbażi tal-prezzijiet tal-etilen fl-Ewropa tal-Punent kif ippubblikat mill-Analiżi tas-Suq Kimiku. |
|
(210) |
Barra minn hekk, huma sostnew li d-differenzi fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni spot tal-Istati Uniti u l-prezzijiet spot tal-UE saru għoljin b’mod sinifikanti fl-2022 u fil-PI u li fil-perjodu ta’ wara l-investigazzjoni reġgħu lura għal-livelli tradizzjonalment simili tagħhom. Huma talbu, jekk jiġu imposti miżuri, għal bidu awtomatiku ta’ reviżjoni interim fi żmien sentejn. |
|
(211) |
Il-Kummissjoni analizzat it-talba. Hija sabet li PMI wieħed għall-produtturi b’marġnijiet ta’ dumping differenti b’mod sinifikanti ma jirriflettix il-livelli differenti ta’ dumping misjuba għall-partijiet u għalhekk għandu l-potenzjal li jimmina l-effiċjenza tal-miżuri. Barra minn hekk, il-formola proposta tkun diffiċli ħafna biex tiġi implimentata peress li tkun teħtieġ għadd sinifikanti ta’ aġġornamenti amministrattivi u leġiżlattivi rikorrenti. Fuq dik il-bażi, il-proposta ma setgħetx tiġi aċċettata b’mod definittiv. |
|
(212) |
Fir-rigward tat-talba għal rieżami interim awtomatiku fi żmien sentejn, il-Kummissjoni nnotat li din hija bbażata fuq informazzjoni ta’ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni li ma setgħetx tiġi vverifikata b’mod xieraq u adegwat. Fi kwalunkwe każ, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe esportatur jew importatur jista’ jitlob reviżjoni interim jekk tkun għaddiet sena mill-impożizzjoni tal-miżuri definittivi. |
|
(213) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(214) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Għalhekk dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li jiġi prodott mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall- “importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Eġittu jew mill-Istati Uniti tal-Amerka”. |
|
(215) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (26). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(216) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni ta’ dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Eġittu jew mill-Istati Uniti tal-Amerka”. |
|
(217) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Fil-fatt, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(218) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex isir dan. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju fil-pajjiż kollu. |
|
(219) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
8.1. Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji
|
(220) |
Fid-dawl tal-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazji anti-dumping proviżorji, imposti bir-Regolament proviżorju, jinġabru b’mod definittiv sal-livelli stabbiliti skont dan ir-Regolament. |
9. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(221) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), meta ammont jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(222) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-klorur tal-polivinil f’forma ta’ sospensjoni (suspension polyvinylchloride, “S-PVC”), mhux imħallat ma’ ebda sustanza oħra, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 3904 10 00 (il-kodiċijiet TARIC 3904 10 00 15 u 3904 10 00 80) u li joriġina mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
L-Eġittu |
Kumpanija Eġizzjana tal-Petrokimiċi |
100,1 |
89BA |
|
TCI Sanmar Chemicals S.A.E. |
74,2 |
89BB |
|
|
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-Eġittu |
100,1 |
8999 |
|
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Formosa Plastics Corporation |
71,2 |
89BC |
|
Westlake Chemicals |
58,0 |
89BD |
|
|
Oxy Vinyls, LP |
62,3 |
89BE |
|
|
Shintech Incorporated |
62,3 |
89BF |
|
|
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka |
77,0 |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-volum f’tunnellati ta’ klorur tal-polivinil f’sospensjoni (“S-PVC”) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata din il-fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1896 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-klorur tal-polivinil f’forma ta’ sospensjoni (“S-PVC”), mhux imħallat ma’ ebda sustanza oħra, li joriġina mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka għandhom jinġabru b’mod definittiv.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-9 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Notifika tal-bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ ċertu klorur tal-polivinil (polyvinyl chloride, “PVC”) li joriġina mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU C, C/2023/1033, 15.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1033/oj).
(3) ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1896 tal-11 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċertu klorur tal-polivinil (polyvinyl chloride, “PVC”) li joriġina mill-Eġittu u mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L, 2024/1896, 12.7.2024. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1896/oj).
(5) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, Komunitajiet Ewropej – Miżuri Anti-Dumping Definittivi fuq Ċerti Qfieli tal-Ħadid jew tal-Azzar miċ-Ċina, Dok. WT/DS397/AB/R tad-WTO (il-15 ta’ Lulju 2011), punti 430 u 468.
(6) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2.
(7) t23.005593.
(8) Il-każ M.6905 — Ineos/Solvay/JV (2014).
(9) Il-każ M.6905 — Ineos/Solvay/JV, il-paragrafu 83.
(10) t24.009617.
(11) Is-sentenza tal-24 ta’ Frar 2022, Eurofer, Association Européenne de l’Acier, AISBL vs Il-Kummissjoni Ewropea,C-226/20P, EU:C:2022:122, para. 90.
(12) L-Artikolu 5.8 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/214/KE tat-3 ta’ April 2007 li ttemm il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-pentaerythritol li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fir-Russja, fit-Turkija, fl-Ukrajna u fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/214/oj).
(14) Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tfakkar li l-legalità tar-regolamenti li jimponu dazji anti-dumping għandha tiġi vvalutata b’referenza għar-regoli legali applikabbli u mhux b’referenza għall-prattika amministrattiva tal-passat. Ara s-Sentenza tat-12 ta’ Marzu 2020, Eurofer vs Il-Kummissjoni, T-835/17, EU:T:2020:96, il-paragrafu 76 (“ il-legalità ta’ regolament li jimponi dazji anti-dumping jew, bħal f’dan il-każ, li jtemm il-proċedimenti mingħajr ma jimponi dazji anti-dumping, trid tiġi vvalutata fid-dawl tar-regoli legali, u b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, mhux abbażi tal-allegata prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill. ”)
(15) Ir-rapport tal-Korp tal-Appell, iċ-Ċina — HP-SSST (il-Ġappun/UE), il-paragrafu 5.159., ir-Rapport tal-Bord, iċ-Ċina — GOES, il-paragrafu 7.528.
(16) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/product/view/ds-056121__custom_12544654?lang=en.
(17) Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2014 Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, https://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf;jsessionid=40954BAF1F62AA7A028721CFC94C10D9?text=&docid=147002&pageIndex=0&doclang=MT&mode=lst&dir=&occ=first&part=1&cid=1702873.
(18) Is-sentenza tad-29 ta’ Jannar 2014, Hubei vs il-Kunsill, T-528/09, EU:T:2014:35, il-paragrafu 61.
(19) Prezzijiet dinjija ta’ kull xahar tal-etilene fl-2024 | Statista (l-aħħar aċċess it-13 ta’ Novembru 2024).
(20) Avviż dwar ir-rimedji kummerċjali 2024/07:reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet fuq sospensjoni tal-poli (klorur tal-vinil) mill-Istati Uniti tal-Amerika — GOV.UK.
(21) Rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità ta’ 91 % fl-2020 u fl-2021 (ara t-Tabella 4 tar-Regolament proviżorju).
(22) Ara l-paġna web tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett (https://www.consilium.europa.eu/en/policies/energy-prices-and-security-of-supply/#:~:text=In%20December%202023%2C%20one%20megawatt,energy%20imports%20away%20from%20Russia).
(23) Il-kawża C-10/12 P Transnational Company “Kazchrome” AO u ENRC Marketing AG vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-paragrafu 13.
(24) Oxy Vinyls (https://www.chemorbis.com/en/plastics-news/Production-News-Oxy---America---PVC-/2021/02/17/810029#reportH), Westlake ( Westlake jneħħi force majeure għall-PVC fl-Istati Uniti: ittra | S&P Global ) u Formosa (https://www.spglobal.com/commodityinsights/en/market-insights/latest-news/chemicals/070621-formosa-plastics-usa-lifts-february-force-majeure-on-pvc-letter)
(25) Seduta ta’ smigħ ta’ Meraxis u Rehau tal-24 ta’ April 2024, Slides 7 sa 9.
(26) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Directorate G, Wetstraat 170 Rue de la Loi, 1040 Brussels, il-Belġju.
(27) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/36/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)