|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/90493 |
7.8.2024 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/1781, it-28 ta’ Ġunju 2024 )
Fil-paġna 77, l-Artikoli 77 u 78 għandhom jinqraw hekk:
“Artikolu 77
Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
Il-punt 27 tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/1828 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
‘(27) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj)’. |
Artikolu 78
Emenda għar-Regolament (UE) 2023/1542
Fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2023/1542, jiżdied il-paragrafu li ġej:
‘10. L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-batterija fis-suq jew fis-servizz għandu jtella’ l-identifikatur uniku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1)
(*1) Ir-Regolament (UE) 204/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).’.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/corrigendum/2024-08-07/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)