European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/90349

12.6.2024

Rettifika tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 333 tas-27 ta' Diċembru 2022 )

Fil-paġna 139, l-Artikolu 34, il-paragrafi 4 u 5

minflok:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiksru l-Artikolu 21 jew 23, l-entitajiet essenzjali jkunu soġġetti, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għal multi amministrattivi li jammontaw għal massimu ta' EUR 10 000 000 jew ta' massimu ta' mill-inqas 2 % tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża li lilha tappartjeni l-entità essenzjali, skont liema minnhom tkun l-iżjed.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiksru l-Artikolu 21 jew 23, l-entitajiet importanti jiġu soġġetti, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għal multi amministrattivi li jammontaw għal massimu ta' EUR 7 000 000 jew għal massimu ta' mill-inqas 1,4 % tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża li lilha tappartjeni l-entità importanti, skont liema minnhom tkun l-iżjed.”.

aqra:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiksru l-Artikolu 21 jew 23, l-entitajiet essenzjali jiġu soġġetti, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għal multi amministrattivi li jammontaw għal massimu ta' mill-inqas EUR 10 000 000 jew ta' massimu ta' mill-inqas 2 % tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża li lilha tappartjeni l-entità essenzjali, skont liema minnhom tkun l-iżjed.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiksru l-Artikolu 21 jew 23, l-entitajiet importanti jiġu soġġetti, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għal multi amministrattivi li jammontaw għal massimu ta' mill-inqas EUR 7 000 000 jew għal massimu ta' mill-inqas 1,4 % tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża li lilha tappartjeni l-entità importanti, skont liema minnhom tkun l-iżjed.”.

It-terminu “li jridu aċċess leġittimu” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “li jfittxu aċċess leġittimu” fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/corrigendum/2024-06-12/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)