European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2019/818

15.3.2024

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 135 tat-22 ta' Mejju 2019 )

1.

Fil-paġna 102, Artikolu 13(1), il-punt (b),

minflok:

“(b)

id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/816.”,

aqra:

“(b)

id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/816.”;

2.

Fil-paġna 104, Artikolu 18, il-paragrafu 1,

minflok:

“1.   Is-CIR għandu jaħżen id-data li ġejja, loġikament separata skont is-sistema ta' informazzjoni li minnha oriġinat id-data: id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(b) u (2) u d-data li ġejja elenkata fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2019/816 il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid (belt u pajjiż), in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet, is-sess u ismijiet preċedenti jekk applikabbli, laqmijiet /jew psewdonimi fejn disponibbli, kif ukoll, fejn disponibbli, informazzjoni dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar.”,

aqra:

“1.   Is-CIR għandu jaħżen id-data li ġejja, loġikament separata skont is-sistema ta' informazzjoni li minnha oriġinat id-data: id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/816 u d-data li ġejja elenkata fl-Artikolu 5(1)(a) ta’ dan ir-Regolament: il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel ismijiet (ismijiet mogħtija), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid (belt u pajjiż), in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet, is-sess u ismijiet preċedenti jekk applikabbli, laqmijiet jew psewdonimi fejn disponibbli, kif ukoll, fejn disponibbli, informazzjoni dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/818/corrigendum/2024-03-15/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)