European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2022/2454

6.3.2024

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2454 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju ta’ konċentrazzjonijiet tar-riskju u tranżazzjonijiet intragrupp

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 324 tad-19 ta’ Diċembru 2022 )

(1)

F’paġna 79, fl-Anness II, fil-Parti II, fil-punt 1.2, l-istruzzjonijiet previsti għal-Linja C, FC0010 dwar it-tranżazzjonijiet tal-assigurazzjoni/tar-riassigurazzjoni:

minflok:

“ ‘FC0010’ għandha tkun ugwali għas-somma tal-ammonti ddikjarati taħt ‘FC0160’ fl-iskeda ‘FC.04 Assigurazzjoni-riassigurazzjoni’ fejn:

l-entità taħt ‘FC0020’ ġiet identifikata bħala ‘settur tal-assigurazzjoni’; u

l-entità taħt ‘FC0050’ ġiet identifikata bħala ‘settur bankarju’ jew ‘settur tas-servizzi ta’ investiment’”,

aqra:

“ ‘FC0010’ għandha tkun ugwali għas-somma tal-ammonti ddikjarati taħt ‘FC0160’ fl-iskeda ‘FC.04 Assigurazzjoni-riassigurazzjoni’ fejn:

l-entità taħt ‘FC0050’ ġiet identifikata bħala ‘settur tal-assigurazzjoni’; u

l-entità taħt ‘FC0020’ ġiet identifikata bħala ‘settur bankarju’ jew ‘settur tas-servizzi ta’ investiment’”;

(2)

F’paġna 79, fl-Anness II, fil-Parti II, fil-punt 1.2, l-istruzzjonijiet previsti għal-Linja C, FC0030 dwar it-tranżazzjonijiet tal-assigurazzjoni/tar-riassigurazzjoni:

minflok:

“ ‘FC0030’ għandha tkun ugwali għas-somma tal-ammonti ddikjarati taħt ‘FC0160’ fl-iskeda ‘FC.04 Assigurazzjoni-riassigurazzjoni’ fejn:

l-entità taħt ‘FC0020’ ġiet identifikata bħala ‘settur tal-assigurazzjoni’; u

l-entità taħt ‘FC0050’ ġiet identifikata bħala ‘impriża oħra tal-grupp’ ”,

aqra:

“ ‘FC0030’ għandha tkun ugwali għas-somma tal-ammonti ddikjarati taħt ‘FC0160’ fl-iskeda ‘FC.04 Assigurazzjoni-riassigurazzjoni’ fejn:

l-entità taħt ‘FC0050’ ġiet identifikata bħala ‘settur tal-assigurazzjoni’; u

l-entità taħt ‘FC0020’ ġiet identifikata bħala ‘impriża oħra tal-grupp’ ”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2454/corrigendum/2024-03-06/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)