European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/839

14.2.2024

Rettifika tar-Regolament (UE) 2023/839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar ir-rapportar u l-konformità, u l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030, u r-Regolament (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 107 tal-21 ta' April 2023 )

Fil-paġna 26, fl-Anness V, il-Parti 3, l-ewwel paragrafu,

minflok:

“Għall-monitoraġġ u r-rapportar fis-settur tal-LULUCF, l-Istati Membri għandhom jużaw data ta' konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita f'konformità mal-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHG tal-IPCC tal-2006. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ u assistenza adegwati lill-Istati Membri sabiex tiżgura l-konsistenza u t-trasparenza tad-data miġbura. L-Istati Membri huma mħeġġa jesploraw sinerġiji u opportunitajiet biex jikkonsolidaw ir-rapportar ma' oqsma ta' politika rilevanti oħra u jistinkaw lejn inventarji tal-gassijiet serra li jippermettu l-interoperabbiltà ma' bażijiet tad-data elettroniċi u sistemi ta' informazzjoni ġeografika rilevanti, inklużi:”,

aqra:

“Għall-monitoraġġ u r-rapportar fis-settur tal-LULUCF, l-Istati Membri għandhom jużaw data ġeografikament espliċita dwar il-konverżjoni tal-użu tal-art f'konformità mal-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHG tal-IPCC tal-2006. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ u assistenza adegwati lill-Istati Membri sabiex tiżgura l-konsistenza u t-trasparenza tad-data miġbura. L-Istati Membri huma mħeġġa jesploraw sinerġiji u opportunitajiet biex jikkonsolidaw ir-rapportar ma' oqsma ta' politika rilevanti oħra u jistinkaw lejn inventarji tal-gassijiet serra li jippermettu l-interoperabbiltà ma' bażijiet tad-data elettroniċi u sistemi ta' informazzjoni ġeografika rilevanti, inklużi.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/839/corrigendum/2024-02-14/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)