European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/0257

29.1.2024

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/257, il-11 ta’ Jannar 2024)

1.

Fil-paġna 4, il-premessa 20,

minflok:

“(20)

Fl-ilmijiet tal-baħar tal-Unjoni u l-ilmijiet salmastri tal-Atlantiku tal-Grigal, il-perjodu jew il-perjodi ta’ għeluq jenħtieġ li jkopru l-perjodu jew il-perjodi ewlenin ta’ migrazzjoni tal-ferħ ta’ sallura u tas-sallura tal-fidda, rispettivament, bl-eċċezzjoni ta’ operazzjonijiet tas-sajd imwettqa, b’bastiment tas-sajd jew mingħajru, esklużivament għall-fini ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) Meta jitqiesu l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment severi ta’ għeluq sħiħ tas-sajd immirat lejn il-ferħ ta’ sallura u s-sallura tal-fidda matul il-perjodu jew il-perjodi ta’ migrazzjoni ewlenin tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu s-sajd għas-sallura għal xahar matul dawk il-perjodi. Biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tas-sallura tal-fidda li temigra mill-Baħar Baltiku lejn il-Baħar tat-Tramuntana, l-Istati Membri kostali tas-subżona 3 tal-ICES, jiġifieri d-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja, jenħtieġ li jaqblu dwar perjodi ta’ għeluq konsistenti għas-sallura tal-fidda. F’każ li l-Istati Membri kkonċernati ma jkunux jistgħu jaqblu, il-perjodu ta’ għeluq għas-sallura tal-fidda fil-Baħar Baltiku jenħtieġ li jkun mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Jannar.”,

aqra:

“(20)

Fl-ilmijiet tal-baħar tal-Unjoni u l-ilmijiet salmastri tal-Atlantiku tal-Grigal, il-perjodu jew il-perjodi ta’ għeluq jenħtieġ li jkopru l-perjodu jew il-perjodi ewlenin ta’ migrazzjoni tal-ferħ ta’ sallura u tas-sallura tal-fidda, rispettivament, bl-eċċezzjoni ta’ operazzjonijiet tas-sajd imwettqa, b’bastiment tas-sajd jew mingħajru, esklużivament għall-fini ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Meta jitqiesu l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment severi ta’ għeluq sħiħ tas-sajd immirat lejn il-ferħ ta’ sallura u s-sallura tal-fidda matul il-perjodu jew il-perjodi ta’ migrazzjoni ewlenin tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu s-sajd għas-sallura għal 30 jum matul dawk il-perjodi. Biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tas-sallura tal-fidda li temigra mill-Baħar Baltiku lejn il-Baħar tat-Tramuntana, l-Istati Membri kostali tas-subżona 3 tal-ICES, jiġifieri d-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja, jenħtieġ li jaqblu dwar perjodi ta’ għeluq konsistenti għas-sallura tal-fidda. F’każ li l-Istati Membri kkonċernati ma jkunux jistgħu jaqblu sal-1 ta’ Marzu 2024, il-perjodu ta’ għeluq għas-sallura tal-fidda fil-Baħar Baltiku u fi Skagerrak-Kattegat jenħtieġ li jkun mill-15 ta’ Settembru 2024 sal-15 ta’ Marzu 2025.”;

2.

Fil-paġna 6, premessa 29,

minflok:

“(29)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-isforz tas-sajd għall-2024 f’konformità mal-Artikoli 6, 11, 13 u 16 tar-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mal-Anness I tiegħu.”,

aqra:

“(29)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-isforz tas-sajd għall-2024 f’konformità mal-Artikoli 6, 11, 13 u 16 tar-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).”;

3.

Fil-paġna 20, l-Artikolu 13, il-paragrafu 5,

minflok:

“5.   Għas-sallura ta’ tul totali ta’ 12 cm jew aktar fis-subżona 3 tal-ICES, il-perijodu jew il-perijodi ta’ għeluq imsemmija fil-paragrafu 2 u d-deroga tiegħu msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma mill-Istati Membri kkonċernati kollha sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tas-sallura għall-migrazzjoni tagħha mill-Baħar Baltiku għall-Baħar tat-Tramuntana. Fin-nuqqas ta’ tali ftehim sal-1 ta’ Marzu 2024, il-perjodu ta’ għeluq għandu jkun mill-15 ta’ Settembru 2024 sal-15 ta’ Marzu 2025 fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja u fl-Iżvezja, u mingħajr il-possibbiltà tad-deroga msemmija fil-paragrafu 4.”,

aqra:

“5.   Għas-sallura ta’ tul totali ta’ 12 cm jew aktar fis-subżona 3 tal-ICES, il-perijodu jew il-perijodi ta’ għeluq imsemmija fil-paragrafu 3 u d-deroga tiegħu msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu miftiehma mill-Istati Membri kkonċernati kollha sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tas-sallura għall-migrazzjoni tagħha mill-Baħar Baltiku għall-Baħar tat-Tramuntana. Fin-nuqqas ta’ tali ftehim sal-1 ta’ Marzu 2024, il-perjodu ta’ għeluq għandu jkun mill-15 ta’ Settembru 2024 sal-15 ta’ Marzu 2025 fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja u fl-Iżvezja, u mingħajr il-possibbiltà tad-deroga msemmija fil-paragrafu 4.”.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/corrigendum/2024-01-29/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)