|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3199 |
31.12.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3199
tal-15 ta’ Ottubru 2024
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elenkar tal-pestiċidi u tas-sustanzi kimiċi industrijali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(4), il-punti (a), (b) u (d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (2) (“il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam”). |
|
(2) |
Bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/149 (3), (UE) 2023/2657 (4), (UE) 2023/2456 (5), (UE) 2024/1207 (6), (UE) 2023/1436 (7), (UE) 2024/1217 (8), (UE) 2023/2455 (9), (UE) 2023/741 (10), (UE) 2024/20 (11) u (UE) 2023/2513 (12), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma ġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanzi benfluralin, bentjavalikarb, klofenteżina, dimetomorf, dimossistrobina, mepanipirim, metiram, oksamil, S-metolaklor u triflusulfuron-metil, rispettivament, bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). L-effett ta’ dik id-deċiżjoni huwa li dawk is-sustanzi huma pprojbiti minn kull użu fil-kategorija “pestiċidi”, minħabba l-fatt li ma ġew approvati għall-ebda użu ieħor f’dik il-kategorija. Għalhekk, jenħtieġ li l-benfluralin, il-bentjavalikarb, il-klofenteżina, id-dimetomorf, id-dimossistrobina, il-mepanipirim, il-metiram, l-oksamil, il-S-metolaklor u t-triflusulfuron-metil jiżdiedu mal-listi tas-sustanzi kimiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(3) |
Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/939 (14), il-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira l-approvazzjoni tas-sustanza ipkonażol bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-effett ta’ dik id-deċiżjoni hu li l-ipkonażol hu pprojbit minn kull użu fil-kategorija “pestiċidi”, minħabba l-fatt li ma ġie approvat għall-ebda użu ieħor f’dik il-kategorija. Għalhekk, l-ipkonażol jenħtieġ li jiġi miżjud mal-listi tas-sustanzi kimiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(4) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/425 (15), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapprovax is-sustanza attiva asulam-sodju peress li ġiet irtirata mill-industrija mill-proċess ta’ approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-effett ta’ dak l-irtirar hu li l-asulam-sodju hu pprojbit minn kull użu fil-kategorija “pestiċidi”, minħabba l-fatt li ma ġie approvat għall-ebda użu ieħor f’dik il-kategorija. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) hi evidenza biżżejjed li s-sustanza tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, l-asulam-sodju jenħtieġ li jiġi miżjud mal-listi tas-sustanzi kimiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(5) |
Is-sustanzi attivi fosfid tal-kalċju, kloridażon, klorsulfuron, flusilażol, fuberidażol, jossinil, molinat, ossadiażon, profenofos, kinoklammina, spirotetramat, tralkossidim u triadimenol ġew irtirati mill-industrija mill-proċess tal-approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-effett ta’ dak l-irtirar hu li dawk is-sustanzi huma pprojbiti minn kull użu fil-kategorija “pestiċidi”, minħabba l-fatt li ma ġew approvati għall-ebda użu ieħor f’dik il-kategorija. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni armonizzata ta’ dawk is-sustanzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hi evidenza biżżejjed li s-sustanzi jqajmu tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu miżjuda mal-listi tas-sustanzi kimiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(6) |
Is-sustanza attiva difenakum ġiet irtirata mill-industrija mill-proċess tal-approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-effett ta’ dak l-irtirar hu li d-difenakum hija pprojbita mill-użu fis-subkategorija “pestiċidi fil-grupp ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti”. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni armonizzata tad-difenakum skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hi evidenza biżżejjed li s-sustanza tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, id-difenakum jenħtieġ li tiġi miżjuda mal-lista tas-sustanzi kimiċi stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(7) |
Is-sustanza attiva penflufen hija irtirata mill-industrija mill-proċess tal-approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-effett ta’ dak l-irtirar huwa li l-użu ta’ dik is-sustanza fil-livell tal-kategorija ta’ “pestiċidi” huwa ristrett ħafna, meta jitqies li l-penflufen hija approvata biss għall-użu fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) għall-prodotti tat-tip 8 fis-subkategorija “pestiċidi oħrajn li jinkludu l-bijoċidi”. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni armonizzata tal-penflufen skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hi evidenza biżżejjed li s-sustanza tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, il-penflufen jenħtieġ li tiġi miżjuda mal-listi tas-sustanzi kimiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(8) |
Is-sustanza attiva fenpropimorf ġiet irtirata mill-industrija mill-proċess tal-approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-effett ta’ dak l-irtirar hu li l-fenpropimorf hija pprojbita mill-użu fil-kategorija “pestiċidi”. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni armonizzata tal-fenpropimorf skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hi evidenza biżżejjed li s-sustanza tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, il-fenpropimorf jenħtieġ li tiġi miżjuda mal-listi tas-sustanzi kimiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(9) |
Bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/470 (18) u (UE) 2022/2005 (19), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapprovax is-sustanzi d-Alletrina u ditijoċjanat tal-metilen bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-effett ta’ dik id-deċiżjoni hu li d-d-Alletrina u d-ditijoċjanat tal-metilen huma pprojbiti minn kull użu fil-kategorija “pestiċidi”, minħabba l-fatt li s-sustanzi ma ġew approvati għall-ebda użu ieħor f’dik il-kategorija. Għalhekk, id-d-Alletrina u d-ditijoċjanat tal-metilen jenħtieġ li jiġu miżjuda mal-listi tas-sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(10) |
Is-sustanza attiva bendijokarb ġiet irtirata mill-industrija mill-proċess tal-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-effett ta’ dik id-deċiżjoni hu li l-bendijokarb hija pprojbita minn kull użu fil-kategorija “pestiċidi”, minħabba l-fatt li ma ġiet approvata għall-ebda użu ieħor f’dik il-kategorija. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni armonizzata ta’ dik is-sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hi evidenza biżżejjed li s-sustanza tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, il-bendijokarb jenħtieġ li tiġi miżjuda mal-listi tas-sustanzi kimiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(11) |
Bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2377 (20), (UE) 2023/2052 (21) u (UE) 2023/2648 (22), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapprovax is-sustanzi żeolit tar-ram u tal-fidda, fosfat tal-idroġenufosfat tal-fidda, tas-sodju u taż-żirkonju u ż-żeolit tal-fidda bħala sustanzi attivi għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 4 skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-effett ta’ dik id-deċiżjoni hu li l-użu ta’ dawk is-sustanzi huwa ristrett ħafna fil-kategorija “pestiċidi”, minħabba l-fatt li s-sustanzi ma ġew approvati għall-ebda użu ieħor f’dik il-kategorija. Għalhekk, iż-żeolit tal-fidda u tar-ram, l-idroġenufosfat tal-fidda, tas-sodju u taż-żirkonju u ż-żeolit tal-fidda jenħtieġ li jiġu miżjuda mal-listi tas-sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(12) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1424 (23), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma ġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza akrolein peress li din ġiet irtirata mill-industrija mill-proċess ta’ approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-effett ta’ dik id-deċiżjoni hu li l-akrolein hu pprojbit minn kull użu fil-kategorija “pestiċidi”, minħabba l-fatt li ma ġie approvat għall-ebda użu ieħor f’dik il-kategorija. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hi evidenza biżżejjed li s-sustanza tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, l-akrolein jenħtieġ li jiġi miżjud mal-lista tas-sustanzi kimiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(13) |
Is-sustanza attiva abamektina ġiet irtirata mill-industrija mill-proċess tal-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-effett ta’ dak l-irtirar hu li l-abamektina hija pprojbita minn kull użu fis-subkategorija “pestiċidi oħrajn li jinkludu l-bijoċidi”. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni armonizzata tal-abamektina skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hi evidenza biżżejjed li s-sustanza tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, l-abamektina jenħtieġ li tiġi miżjuda mal-lista tas-sustanzi kimiċi stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(14) |
Is-sustanza attiva warfarin ġiet irtirata mill-industrija mill-proċess tal-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-effett ta’ dak l-irtirar hu li l-warfarin hi pprojbita minn kull użu fil-kategorija “pestiċidi”, minħabba l-fatt li l-warfarin ma ġiet approvata għall-ebda użu ieħor f’dik il-kategorija. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni armonizzata ta’ dik is-sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hi evidenza biżżejjed li l-warfarin tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Peress li l-warfarin diġà hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I, jenħtieġ li s-sustanza tiġi miżjuda mal-lista tas-sustanzi kimiċi stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(15) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1097 (24), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapprovax is-sustanza ċjanammid bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 528/2012 u ċ-ċjanammid mhuwiex approvat bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (UE) Nru 1107/2009. Għaldaqstant, iċ-ċjanammid huwa pprojbit minn kull użu fil-kategorija “pestiċidi” u jenħtieġ li jiġi elenkat fil-listi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. Peress li ċ-ċjanammid diġà huwa elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I, jenħtieġ li s-sustanza tiġi miżjuda mal-lista tas-sustanzi kimiċi stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(16) |
Is-sustanzi 1,2-aċidu benżenedikarbossiliku, ester tad-dieżil, ramifikat u lineari; ftalat tad-dieżil; aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, esteri tad-di-C6-10-alkil jew diesteri mħallta tad-deċil u tal-eżil u tal-ottil; perborat tas-sodju, aċidu perboriku, melħ tas-sodju; u l-perossometaborat tas-sodju huma elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) peress li kienu ġew identifikati preċedentement bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna. Għalhekk, dawk is-sustanzi huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni f’konformità mat-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Billi ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni, dawk is-sustanzi huma ristretti ħafna għall-użu industrijali. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu miżjuda mal-listi tas-sustanzi kimiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(17) |
Il-poliklorobifenili huma elenkati fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam. Dik l-entrata tkopri għadd ta’ omologi, konġeneri u taħlitiet. Sabiex l-elenkar fil-Parti 3 tal-Anness I jiġi allinjat mal-elenkar taħt il-Konvenzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni jenħtieġ li jiġi adattat biex ikopri dawn l-omologi, il-konġeneri u t-taħlitiet billi jiżdied “u oħrajn” man-numru CAS previst fil-Parti 3 tal-Anness I. |
|
(18) |
Fil-ħdax-il laqgħa tagħha, li saret bejn l-1 u t-12 ta’ Mejju 2023, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam iddeċidiet li tinkludi t-terbufos fl-Anness III ta’ dik il-Konvenzjoni, bl-effett li t-terbufos jiġi soġġett għall-proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel skont dik il-Konvenzjoni. Għaldaqstant, it-terbufos jenħtieġ li jiġi miżjud mal-lista tas-sustanzi kimiċi stabbilita fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. Peress li t-terbufos diġà huwa elenkat fil-Parti 2 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li t-terbufos jitneħħa mil-lista ta’ sustanzi kimiċi stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(19) |
Fl-għaxar laqgħa tagħha li saret mis-6 sas-17 ta’ Ġunju 2022, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma”) iddeċidiet li tinkludi s-sustanza aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS fl-Anness A ta’ dik il-Konvenzjoni. Konsegwentement, dik is-sustanza ġiet elenkata fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) u għalhekk jenħtieġ li tiżdied mal-lista ta’ sustanzi kimiċi fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(20) |
L-entrata għall-endosulfan inkluża fil-lista ta’ sustanzi kimiċi stabbilita fil-Parti A tal-Anness V jenħtieġ li tiġi emendata billi jiżdiedu identifikaturi numeriċi addizzjonali biex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni sabiex tiġi allinjata mar-Regolament (UE) 2019/1021. |
|
(21) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 649/2012 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(22) |
Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli li jippermetti lill-partijiet interessati jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/649/oj.
(2) ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/106(1)/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/149 tal-20 ta’ Jannar 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva benfluralin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 20, 23.1.2023, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/149/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2657 tas-6 ta’ Novembru 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bentjavalikarb, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2023/2657, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2657/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2456 tas-7 ta’ Novembru 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klofenteżina, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2023/2456, 8.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2456/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1207 tad-29 ta’ April 2024 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimetomorf, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2024/1207, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1207/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1436 tal-10 ta’ Lulju 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) 2015/408 (ĠU L 176, 11.7.2023, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1436/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1217 tad-29 ta’ April 2024 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mepanipirim, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2024/1217, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1217/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2455 tas-7 ta’ Novembru 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva metiram, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2023/2455, 8.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2455/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/741 tal-5 ta’ April 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksamil, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 98, 11.4.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/741/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/20 tat-12 ta’ Diċembru 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva S-metolaklor, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2024/20, 3.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/20/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2513 tas-16 ta’ Novembru 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva triflusulfuron-metil, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2023/2513, 17.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2513/oj).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/939 tal-10 ta’ Mejju 2023 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ipkonażol f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 571/2014 (ĠU L 125, 11.5.2023, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/939/oj).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/425 tat-2 ta’ Frar 2024 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva asulam-sodju, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/425, 5.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/425/oj).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1272/oj).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj).
(18) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/470 tat-2 ta’ Marzu 2023 li ma tapprovax id-d-Alletrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tip ta’ prodott 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 6.3.2023, p. 177, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/470/oj).
(19) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2022 li ma tapprovax id-ditijoċjanat tal-metilen bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 12 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 274, 24.10.2022, p. 76, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2005/oj).
(20) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2377 tat-28 ta’ Settembru 2023 li ma tapprovax iż-żeolit tal-fidda u tar-ram bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 4 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2377, 3.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2377/oj).
(21) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2052 tal-25 ta’ Settembru 2023 li ma tapprovax l-idroġenufosfat tal-fidda, tas-sodju u taż-żirkonju bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 4 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 236, 26.9.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2052/oj).
(22) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2648 tas-27 ta’ Novembru 2023 li ma tapprovax iż-żeolit tal-fidda bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 4 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2648, 29.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2648/oj).
(23) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1424 tal-5 ta’ Lulju 2023 li ma ġġeddidx l-approvazzjoni tal-akrolein għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 12 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 174, 7.7.2023, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1424/oj).
(24) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1097 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li ma tapprovax iċ-ċjanammid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tipi tal-prodotti 3 u 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 6.6.2023, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1097/oj).
(25) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj).
(26) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1021/oj).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti 1, fit-tabella, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
fil-Parti 1, fit-tabella, l-entrati għaċ-ċjanammid, it-terbufos u l-warfarin huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
|
(3) |
fil-Parti 2, fit-tabella, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:
|
|
(4) |
fil-Parti 2, fit-tabella, titħassar l-entrata li ġejja:
|
|
(5) |
fil-Parti 3, fit-tabella, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
(6) |
fil-Parti 3, fit-tabella, l-entrata dwar il-poliklorobifenili hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012, it-tabella tal-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
tiżdied l-entrata li ġejja:
|
||||||
|
(2) |
l-entrata tal-endosulfan hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/3199/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)