|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3189 |
16.12.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/3189
tas-16 ta’ Diċembru 2024
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lil miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(2) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/3182 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/3182 tintroduċi deroga li tippermetti r-rilaxx ta’ bilanċi ta’ flus li huma miżmuma minn depożitorji ċentrali tat-titoli, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fl-Unjoni u attribwibbli għal entitajiet iddeżinjati. Dik id-deroga hija meħtieġa fil-kuntest taż-żieda fil-litigazzjoni u l-miżuri ta’ ritaljazzjoni fir-Russja li jippermettu lil ċerti entitajiet iddeżinjati u lill-klijenti sottostanti tagħhom jissekwestraw l-assi ta’ depożitorji ċentrali tat-titoli fl-Unjoni li huma miżmuma fir-Russja, mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ dawk id-depożitorji. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ deroga li skontu d-depożitorji ċentrali tat-titoli fl-Unjoni jkunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex ineħħu l-iffriżar tal-bilanċi tal-flus sabiex id-depożitorji ċentrali tat-titoli fl-Unjoni jkunu jistgħu jużaw dawk il-bilanċi tal-flus li ma għadhomx dovuti lil entitajiet iddeżinjati biex jissodisfaw l-obbligi legali ta’ dawk id-depożitorji lejn il-parteċipanti tagħhom. |
|
(3) |
L-emenda li saret lid-Deċiżjoni 2014/145/PESK bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/3182 taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6b, il-paragrafu 5f huwa sostitwit b’dan li ġej: “5f. B’deroga mill-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lill-individwi elenkati taħt l-entrati numru 92, 694 u 920 taħt l-intestatura ‘Persuni’ fl-Anness I, wara li jkunu ddeterminaw li:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 6b, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “5j. B’deroga mill-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ bilanċi tal-flus iffriżati minn depożitorju ċentrali tat-titoli skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u attribwibbli lill-entità elenkata taħt l-entrata numru 101 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew lil entità oħra elenkata taħt dik l-intestatura, wara li jkunu ddeterminaw li:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (PESK) 2024/3182 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li jemenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/3182, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3182/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3189/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)