|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3161 |
18.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3112
tat-12 ta’ Diċembru 2024
li taħtar Prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696 tat-13 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (2),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/133 tas-17 ta' Jannar 2023 li taħtar il-membri tal-bord tal-għażla previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (3),
Wara li kkunsidra l-opinjoni motivata u l-klassifikazzjoni tal-kandidati mħejjija mill-bord tal-għażla,
Billi:
|
(1) |
L-UPPE ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1939. |
|
(2) |
Il-Prosekuturi Ewropej jissorveljaw l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1939. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/807 (4) ikkonfermat il-parteċipazzjoni tal-Polonja fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1696 tistabbilixxi r-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (ir-“regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla”). |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939, kull Stat Membru parteċipant irid jinnomina tliet kandidati għall-pożizzjoni ta' Prosekutur Ewropew minn fost kandidati li huma membri attivi tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew tal-ġudikatura tal-Istat Membru rilevanti, li l-indipendenza tagħhom tkun mingħajr dubju u li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex jinħatru f'kariga għolja ta' prosekuzzjoni jew ġudizzjarja fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, u li jkollhom esperjenza prattika rilevanti tas-sistemi legali nazzjonali, ta' investigazzjonijiet finanzjarji u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f'materji kriminali. |
|
(6) |
Il-Polonja nnominat tliet kandidati. |
|
(7) |
Il-bord tal-għażla ħejja l-opinjoni motivata u l-klassifikazzjoni għal kull wieħed mill-kandidati nominati mill-Polonja li ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939, u ppreżentahom lill-Kunsill, li rċevihom fil-15 ta’ Lulju 2024. |
|
(8) |
Skont ir-raba' paragrafu tar-Regola VII.2 tar-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla, il-bord tal-għażla kklassifika lill-kandidati skont il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom. Il-klassifikazzjoni tindika l-ordni ta' preferenza tal-bord tal-għażla u mhijiex vinkolanti fuq il-Kunsill. |
|
(9) |
F'konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, wara li jkun irċieva l-opinjoni motivata tal-bord tal-għażla, il-Kunsill jagħżel u jaħtar wieħed mill-kandidati biex ikun il-Prosekutur Ewropew tal-Istat Membru parteċipanti inkwistjoni. |
|
(10) |
F'konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, għandu jagħżel u jaħtar il-Prosekuturi Ewropej għal perjodu ta' sitt snin li ma jiġġeddidx. |
|
(11) |
Il-Kunsill ivvaluta l-merti rispettivi tal-kandidati b'kont meħud tal-opinjoni motivata ppreżentata mill-bord tal-għażla. |
|
(12) |
Fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-merti rispettivi tal-kandidati, il-Kunsill segwa l-ordni ta' preferenza mhux vinkolanti indikata mill-bord tal-għażla għall-kandidati nnominati mill-Polonja, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kandidat li ġej innominat mill-Polonja huwa b'dan maħtur Prosekutur Ewropew tal-UPPE għal perjodu ta' sitt snin li ma jiġġeddidx, mit-8 ta’ Jannar 2025:
Is-Sa Grażyna STRONIKOWSKA
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
PINTÉR S.
(1) ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
(2) ĠU L 282, 12.11.2018, p. 8.
(3) ĠU L 17, 19.1.2023, p. 90.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/807 tad-29 ta' Frar 2024 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Polonja fil-kooperazzjoni msaħħa għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L, 2024/807, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/807/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3161/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)