|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3157 |
19.12.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3157
tas-17 ta’ Diċembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1067 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-banda tal-frekwenzi 5 945 - 6 425 MHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-aċċess mingħajr fili inkluż networks ta’ żona lokali bir-radju (WAS/RLANs)
(notifikata bid-dokument C(2024) 8803)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju għall-politika tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1067 (2) tarmonizza l-banda 5 945 - 6 425 MHz għas-sistemi tal-aċċess bla fili inkluż networks ta’ żona lokali bir-radju. It-tabella 2 tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għall-apparati WAS/RLAN b’Potenza Baxxa Ħafna (VLP, Very Low Power), il-limitu tad-densità tal-potenza isotropika rradjata ekwivalenti medja massima (e.i.r.p.,equivalent isotropically radiated power) għall-emissjonijiet barra mill-banda (OOB, out-of-band) taħt il-5 935 MHz f’-45 dBm/MHz sal-31 ta’ Diċembru 2024. Barra minn hekk, in-Nota 3 ta’ dik it-Tabella tipprevedi li l-adegwatezza ta’ dak il-limitu jenħtieġ li tkun soġġetta għal rieżami sal-31 ta’ Diċembru 2024, u li fin-nuqqas ta’ evidenza ġustifikata, mill-1 ta’ Jannar 2025 ikun japplika valur ta’ -37 dBm/MHz. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ April 2021, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE, il-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“CEPT”, European Conference of Postal and Telecommunications Administrations) biex sa Lulju 2024 teżamina mill-ġdid il-limitu tal-emissjonijiet tal-OOB taħt il-5 935 MHz applikabbli għall-apparati VLP WAS/RLAN li jużaw il-banda 5 945 - 6 425 MHz, abbażi, b’mod partikolari, tal-istudju ta’ tekniki tal-mitigazzjoni possibbli għall-protezzjoni tas-sistemi tat-trasport intelliġenti ferrovjarji urbani (ITS, urban rail intelligent transport systems), bil-ħsieb li l-limitu jiġi llaxkat għal -37 dBm/MHz. Dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li tiġi żgurata s-sikurezza tat-trasport u l-koeżistenza ta’ tali apparati mal-ITS, inkluż il-kontroll tal-ferroviji bbażat fuq il-komunikazzjoni (CBTC, communication based train control), li jużaw l-ispettru f’partijiet tal-banda tal-frekwenzi 5 905 - 5 935 MHz. |
|
(3) |
Peress li s-CEPT ma rnexxilhiex tagħti r-riżultati tal-mandat sa Lulju 2024, huwa essenzjali li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għas-sikurezza tat-trasport fir-rigward tal-limitu xieraq tad-densità tal-e.i.r.p. medja massima għall-emissjonijiet tal-OOB li japplika taħt il-5 935 MHz għall-apparati VLP WAS/RLAN. Għalhekk, sakemm jitlesta r-rieżami xieraq mis-CEPT skont il-mandat, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-valur attwali ta’ -45 dBm/MHz ikompli japplika wara l-31 ta’ Diċembru 2024. Jenħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lis-CEPT biex tlesti r-rieżami mistenni u għalhekk l-iskadenza għal tali rieżami jenħtieġ li tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1067 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal rieżami sal-31 ta’ Diċembru 2025 filwaqt li jitqiesu studji u kejl addizzjonali fir-rigward tal-limiti tad-densità tal-e.i.r.p. medja massima għall-emissjonijiet VLP WAS/RLANs barra mill-banda taħt il-5 935 MHz.”; |
|
(2) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Henna Virkkunen
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1067 tas-17 ta’ Ġunju 2021 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-banda tal-frekwenzi 5 945 - 6 425 MHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-aċċess mingħajr fili inkluż networks ta’ żona lokali bir-radju (WAS/RLANs) (ĠU L 232, 30.6.2021, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
Kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-WAS/RLANs fil-banda tal-frekwenzi 5 945 - 6 425 MHz
Tabella 1
Apparati WAS/RLANs ta’ enerġija baxxa ta’ fuq ġewwa (“LPI”, Low power indoor)
|
Parametru |
Kundizzjonijiet tekniċi |
||||
|
Operazzjoni permissibbli |
Ristrett għall-użu fuq ġewwa, inkluż fil-ferroviji bi twieqi miksija bil-metall (nota 1) u fl-inġenji tal-ajru. L-użu fuq barra, inkluż fil-vetturi tat-triq, mhuwiex permess. |
||||
|
Kategorija tal-apparat |
Punt ta’ aċċess jew pont LPI li jiġi fornut bl-enerġija minn konnessjoni bil-wajer ikollu antenna integrata u ma jaħdimx bil-batterija. Apparat tal-klijent LPI li jkun konness ma’ punt ta’ aċċess LPI jew apparat tal-klijent LPI ieħor u li jista’ jaħdem bil-batterija jew le. |
||||
|
Banda tal-frekwenzi |
5 945 - 6 425 MHz |
||||
|
Potenza isotropika rradjata ekwivalenti medja massima (“e.i.r.p.”) għall-emissjonijiet fil-banda (nota 2) |
23 dBm |
||||
|
Densità e.i.r.p medja massima għall-emissjonijiet fil-banda (nota 2) |
10 dBm/MHz |
||||
|
Densità e.i.r.p. medja massima għall-emissjonijiet barra mill-banda taħt il-5 935 MHz (nota 2) |
-22 dBm/MHz |
||||
|
|||||
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u għall-mitigazzjoni tal-interferenzi li jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Meta t-tekniki rilevanti jkunu deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mad-Direttiva 2014/53/UE, mill-inqas għandha tkun żgurata prestazzjoni ekwivalenti għal-livell tal-prestazzjoni assoċjat ma’ dawk it-tekniki.
Tabella 2
Apparati WAS/RLAN b’Potenza Baxxa Ħafna (VLP, Very Low Power)
|
Parametru |
Kundizzjonijiet tekniċi |
||||||
|
Operazzjoni permissibbli |
Fuq ġewwa u fuq barra. L-użu fuq Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (UAS, Unmanned Aircraft Systems) mhuwiex permess. |
||||||
|
Kategorija tal-apparat |
L-apparat VLP huwa apparat portabbli. |
||||||
|
Banda tal-frekwenzi |
5 945 -6 425 MHz |
||||||
|
e.i.r.p medja massima għall-emissjonijiet fil-banda (nota 1) |
14 dBm |
||||||
|
Densità e.i.r.p. medja massima għall-emissjonijiet fil-banda (nota 1) |
1 dBm/MHz |
||||||
|
Densità e.i.r.p. medja massima tal-użu tan-narrowband għall-emissjonijiet fil-banda (nota 1) (nota 2) |
10 dBm/MHz |
||||||
|
Densità e.i.r.p. medja massima għall-emissjonijiet barra mill-banda taħt il-5 935 MHz (nota 1) |
- 45 dBm/MHz (nota 3) |
||||||
|
|||||||
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u għall-mitigazzjoni tal-interferenzi li jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. Meta t-tekniki rilevanti jkunu deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mad-Direttiva 2014/53/UE, mill-inqas għandha tkun żgurata prestazzjoni ekwivalenti għal-livell tal-prestazzjoni assoċjat ma’ dawk it-tekniki.
(1) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3157/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)