European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3145

19.12.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3145

tat-18 ta’ Diċembru 2024

li jemenda l-Annessi I, IX, X u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, u li jikkoreġi l-Anness XXI tiegħu fir-rigward tal-entrati għall-Istati Uniti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew minn kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u tal-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi r-regoli ġenerali, u l-listi huma stabbiliti fl-Annessi II sa XXII tiegħu.

(4)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar każijiet ikkonfermati ta’ infezzjonijiet bil-virus tal-ilsien blu (BTV) f’annimali bovini u ovini fil-Gran Brittanja. Barra minn hekk, il-Maċedonja ta’ Fuq innotifikat lill-Kummissjoni dwar każijiet ikkonfermati tal-BTV f’annimali ovini u kaprini fit-territorju tagħha. Konsegwentement, ir-Renju Unit u l-Maċedonja ta’ Fuq jenħtieġ li jkunu meħtieġa jittestjaw l-annimali bovini, ovini u kaprini donaturi fir-rigward tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni prodotti in vitro għall-BTV. L-Annessi IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini u ta’ annimali ovini u kaprini rispettivament. Minħabba l-każijiet ikkonfermati tal-BTV fil-Gran Brittanja u fil-Maċedonja ta’ Fuq, jenħtieġ li l-garanzija tas-saħħa tal-annimali “Test tal-BTV” tiddaħħal fl-entrati għaż-żoni GB-1 u GB-2 fir-Renju Unit u fiż-żona MK-0 fil-Maċedonja ta’ Fuq fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IX, u fl-entrata għaż-żona GB-0 fir-Renju Unit fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq.

(5)

L-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jelenka l-pajjiżi terzi jew it-territorji, jew iż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam mill-ungulati, mill-pollam u mill-għasafar tal-kaċċa. Id-deskrizzjoni taż-żona “BR-2” fil-Brażil fit-tabella stabbilita fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness, fost l-oħrajn, tirreferi għaż-żoni “BR-3” u “BR-4” fil-Brażil fit-tabella stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Madankollu, wara l-emenda tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1170 (4), iż-żoni “BR-3” u “BR-4” fil-Brażil ma għadhomx elenkati fit-tabella stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li d-deskrizzjoni taż-żona “BR-2” fil-Brażil fil-Parti 2 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Barra minn hekk, it-territorju kollu tal-Moldova huwa elenkat fl-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 bħala pajjiż terz li minnu l-konsenji ta’ prodotti tal-laħam mill-pollam li jkunu għaddew minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju “D”, f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, huma awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni.

(7)

Fl-21 ta’ Ġunju 2024, il-Moldova ressqet talba lill-Kummissjoni biex telenka ż-żona tagħha “MD-1” fl-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 bħala żona awtorizzata għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam li mhumiex meħtieġa jgħaddu minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(8)

Il-Kummissjoni evalwat it-talba mill-Moldova u kkonkludiet li, meta jitqies l-istatus tas-saħħa tal-annimali taż-żona “MD-1” fil-Moldova fir-rigward tal-mard elenkat rilevanti u l-garanziji pprovduti mill-awtorità kompetenti tal-Moldova fir-rigward tal-konformità jew tal-ekwivalenza mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli fl-Unjoni, dik iż-żona tista’ tiġi elenkata għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam bi trattament mhux speċifiku assenjat “A” fil-kolonna 10 tat-tabella fil-Parti 1, it-Taqsima A tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, li tindika li l-prodotti tal-laħam mhumiex meħtieġa jgħaddu minn xi trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju. Jenħtieġ li l-Anness XV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu aġġornati ċerti referenzi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I, IX, X u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Barra minn hekk, il-Parti 1, it-Taqsima A, tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 telenka l-pajjiżi terzi jew it-territorji, jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn dawk l-ispeċijiet elenkati. Fl-entrata għall-Istati Uniti, fir-ringieli għaż-żoni “US-2”, “US-3”, “US-4” u “US-5”, fil-kolonna 6 ta’ dik il-lista, ir-referenza għal mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali “AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER” tħassret bi żball bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1727 (5), meta dan emenda dak l-Anness. Jenħtieġ li dik ir-referenza terġa’ tiddaħħal u għalhekk jenħtieġ li l-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi kkoreġut kif xieraq.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1727 japplika mill-1 ta’ Ottubru 2021. Kif xieraq, jenħtieġ li l-korrezzjoni li saret fl-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament tapplika wkoll minn dik id-data.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi I, IX, X u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 hu kkoreġut f’konformità mal-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali sont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1170 tat-23 ta’ April 2024 li jemenda l-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, u li jikkoreġi l-Anness XIV tiegħu fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L, 2024/1170, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1170/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1727 tad-29 ta’ Settembru 2021 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 345, 30.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1727/oj).


ANNESS

PARTI I

EMENDI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404

L-Annessi I, IX, X u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(12)

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87)) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet tal-Annessi II sa XXII, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”;

(2)

fl-Anness IX, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-1

Semen

BOV-SEM-A-ENTRY

BOV-SEM-B-ENTRY

BOV-SEM-C-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

BRU

LEB

Test tal-BTV

Ooċiti u embrijuni

BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

BOV-in-vivo-EMB-B-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-C-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-D-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

GB-2

Semen

BOV-SEM-A-ENTRY

BOV-SEM-B-ENTRY

BOV-SEM-C-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

BRU

TB

LEB

Test tal-BTV”

Ooċiti u embrijuni

BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

BOV-in-vivo-EMB-B-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-C-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-D-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

(b)

l-entrata għall-Maċedonja ta’ Fuq hija sostitwita b’dan li ġej:

“MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

MK-0

Ooċiti u embrijuni

BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

BOV-in-vivo-EMB-B-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-C-ENTRY

BOV-in-vitro-EMB-D-ENTRY

BOV-GP-PROCESSING-ENTRY

BOV-GP-STORAGE-ENTRY

 

Test tal-BTV”

(3)

fl-Anness X, fil-Parti 1, l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-0

Semen

OV/CAP-SEM-A-ENTRY

OV/CAP-SEM-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

BRU

Test tal-BTV”

Ooċiti u embrijuni

OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-ENTRY

OV/CAP-OOCTYES-EMB-B-ENTRY

OV/CAP-GP-PROCESSING-ENTRY

OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY

Perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2021

(4)

L-Anness XV huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima A, l-entrata għall-Moldova hija sostitwita b’dan li ġej:

“MD

Il-Moldova

MD-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

 

 

MD-1

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT MPST

 

MD-2

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Brażil, id-deskrizzjoni taż-żona BR-2 hija sostitwita b’li ġej:

“Il-Brażil

BR-2

It-territorji definiti f’BR-1 u BR-2 fil-Parti 2 tal-Anness XIII”

(ii)

tiddaħħal l-entrata li ġejja għall-Moldova bejn l-entrata għar-Renju Unit u l-entrata għall-Malażja:

“Il-Moldova

MD-1

Il-pajjiż kollu tal-Moldova, ħlief id-distretti li ġejjin: Briceni, Cahul, Calarași, Cantemir, Comrat, Drochia, Dubăsari, Edinet, Floresti, Glodeni, Orhei, Rezina, Riscani, Singerei, Soldanesti, Soroca, Stefan Voda, Strășeni, Tarclia

MD-2

Il-pajjiż kollu tal-Moldova, ħlief iż-żona MD-1”

PARTI II

KORREZZJONI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404

Fl-Anness XXI, fil-Parti 1, fit-Taqsima A, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2 sa US-5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti (1)

US-2

 

L-ispeċijiet kollha elenkati

 

AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER

 

 

 

 

MOL-HC

B

US-3

 

L-ispeċijiet kollha elenkati

 

AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER

 

 

 

 

MOL-HC

B

US-4

 

L-ispeċijiet kollha elenkati

 

AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER

 

 

 

 

MOL-HC

B

US-5

 

L-ispeċijiet kollha elenkati

 

AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER

 

 

 

 

MOL-HC

B”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3145/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)