|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3129 |
20.12.2024 |
LINJA GWIDA (UE) 2024/3129 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta’ Awwissu 2024
dwar il-ġestjoni ta’ kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema (BĊE/2024/22)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 3.1, 9.2, 12.1, 14.3, 17, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, u l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jeħtieġ li l-kreditu tal-bank ċentrali jkun ibbażat fuq kollateral adegwat għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. |
|
(2) |
L-assi eliġibbli biex jiġu mobilizzati bħala kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema huma definiti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) u l-Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2). |
|
(3) |
L-Eurosistema stabbiliet kanali biex tiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ kollateral kemm fuq bażi domestika kif ukoll fuq bażi transkonfinali bl-użu, inter alia, ta’ sistemi ta’ saldu tat-titoli (SSSs) u aġenti tripartitiċi (TPAs) u li jiddependu fuq arranġamenti bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema biex jiġi żgurat li l-assi negozjabbli u mhux negozjabbli kollha eliġibbli għall-użu f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema jsiru aċċessibbli għall-kontropartijiet kollha. |
|
(4) |
Fl-istess ħin, il-proċeduri għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral attwalment ivarjaw bejn il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊNi), u kull BĊN jimplimenta l-prattiki tiegħu stess u jopera s-sistemi tiegħu stess. B’riżultat ta’ dan, il-kontropartijiet huma esposti għal diversità ta’ proċeduri meta jipprovdu kollateral lill-Eurosistema. |
|
(5) |
Sabiex jittejbu l-effiċjenza operazzjonali u t-trasparenza tal-proċeduri tal-Eurosistema relatati mal-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral, il-BĊNi għandhom jiġġestixxu kollateral mobilizzat minn kontropartijiet b’mod armonizzat, jiġifieri permezz ta’ proċessi standardizzati u operazzjonalment uniformi, irrispettivament minn fejn jinsab il-kollateral jew il-kontroparti. |
|
(6) |
Għal dan l-għan, l-Eurosistema qablet dwar regoli u arranġamenti armonizzati għall-ġestjoni ta’ kollateral u żviluppat is-Sistema għall-Ġestjoni tal-Kollateral fl-Eurosistema (ECMS) bħala pjattaforma unika tal-Eurosistema li tippermetti lill-BĊNi jiġġestixxu assi eliġibbli u flus kontanti mobilizzati bħala kollateral mill-kontropartijiet tagħhom. |
|
(7) |
Madankollu, peress li r-rekwiżiti legali għall-mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu u pretensjonijiet ta’ kreditu addizzjonali (ACCs) ivarjaw bejn il-ġurisdizzjonijiet, il-BĊNi għandu jkollhom il-kapaċità li jiġġestixxu l-mobilizzazzjoni domestika ta’ dawn l-assi barra mill-ECMS. Barra minn hekk, minħabba n-natura tagħhom, strumenti ta’ dejn iggarantiti b’ipoteki għall-konsumatur (RMBDs) għandhom jiġu mobilizzati barra mill-ECMS. |
|
(8) |
Minbarra l-kollateral mobilizzat għall-finijiet tal-kollateralizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, il-BĊNi, fid-diskrezzjoni tagħhom, jistgħu jaċċettaw u jiġġestixxu kollateral mobilizzat minn kontropartijiet għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet elenkati fl-Anness V għal din il-Linja Gwida u għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq is-servizzi tal-ECMS f’dak ir-rigward. |
|
(9) |
Sabiex il-proċeduri tal-Eurosistema jiġu allinjati mal-istandards miftiehma tas-suq għall-ġestjoni tal-kollateral u b’hekk jikkontribwixxu għall-effiċjenza tal-ġestjoni tal-kollateral fis-suq finanzjarju kollu, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida jimmiraw li jsegwu r-regoli rilevanti stabbiliti fil-Ġabra Unika tar-Regoli dwar il-Ġestjoni tal-Kollateral għall-Ewropa (SCoRE). |
|
(10) |
Bħalissa l-kanali li permezz tagħhom il-kontropartijiet jistgħu jimmobilizzaw kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema jinkludu l-kanal ta’ mobilizzazzjoni domestiku, il-kanal tal-mobilizzazzjoni tal-links, il-kanal tal-mudell ta’ kummerċ bankarju ċentrali korrispondenti (CCBM) u, wara approvazzjoni mill-Eurosistema, il-kanal ta’ mobilizzazzjoni ta’ aċċess dirett. |
|
(11) |
Is-CCBM għandu jiġi estiż biex jiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli u strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta’ kreditu eliġibbli (DECCs) (a) fi tranżazzjonijiet ta’ awtokollateralizzazzjoni TARGET2-Securities (T2S) u (b) għall-finijiet l-oħra elenkati fl-Anness V għal din il-Linja Gwida. |
|
(12) |
Kull BĊN għandu jkollu l-kapaċità li jiftaħ kontijiet f’SSSs eliġibbli u/jew li juża s-servizzi ta’ aġenti tripartitiċi (TPAs) f’ġurisdizzjonijiet li mhumiex il-ġurisdizzjoni domestika tal-BĊN mingħajr il-ħtieġa tal-approvazzjoni tal-Eurosistema, inkluż f’każijiet fejn il-ġurisdizzjoni domestika tal-BĊN ma jkollhiex SSS jew TPA eliġibbli. |
|
(13) |
L-Eurosistema stabbiliet kriterji ta’ eliġibbiltà li għandhom jiġu ssodisfati mill-SSSs, permezz ta’ rabtiet bejn SSSs, u minn TPAs, fejn jintużaw għall-finijiet tal-mobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli eliġibbli u DECCs. Dawk il-kriterji għandhom jiġu emendati u kkonsolidati f’test wieħed għal raġunijiet ta’ ċertezza, ċarezza u trasparenza. |
|
(14) |
Biex jibbenefikaw mill-proċeduri ta’ saldu armonizzati fit-T2S u l-funzjonalità ta’ awtokollateralizzazzjoni tiegħu, il-BĊNi għandhom jirċievu assi negozjabbli u DECCs biss f’kontijiet fit-T2S SSSs. Il-kontijiet li fihom kontroparti żżomm assi negozjabbli u DECCs qabel il-mobilizzazzjoni għandhom jibqgħu jitħallew jinżammu f’SSSs mhux T2S. |
|
(15) |
Assi mhux negozjabbli, bl-eċċezzjoni ta’ DECCs, ma jistgħux jiġu ssaldati f’SSS. Sal-punt li l-BĊNi jużaw l-ECMS biex jimmobilizzaw talbiet ta’ kreditu u ACCs bħala kollateral, il-BĊNi għandhom jirreġistraw informazzjoni dwar dawn l-assi fil-kont tal-assi intern rilevanti miftuħ jew fil-kotba tal-BĊN tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-kontroparti jew fil-kotba tal-BĊN li jaġixxi bħala bank ċentrali korrispondenti, kif applikabbli. |
|
(16) |
L-Eurosistema għandha tirkupra mill-kontropartijiet spejjeż esterni imposti mid-depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u t-TPAs għal assi negozjabbli u DECCs mobilizzati bħala kollateral. Il-BĊNi għandhom jitħallew ikopru l-ispejjeż interni fir-rigward tal-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-pretensjonijiet ta’ kreditu, l-ACCs u l-RMBDs billi jimponu tariffi lill-kontropartijiet. |
|
(17) |
L-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-kollateral għandha tibbenefika mid-dispożizzjonijiet rilevanti li jkunu jinsabu f’att legali separat. Dan għandu jippermetti li l-parametri relatati mal-ġestjoni tal-kollateral jiġu pprovduti b’mod kumpatt u kontenut fih innifsu u jippermetti s-simplifikazzjoni tal-emendi għall-qafas rilevanti fil-pront ladarba d-deċiżjonijiet ta’ politika korrispondenti jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv. |
|
(18) |
Din il-Linja Gwida għalhekk tistabbilixxi regoli u arranġamenti armonizzati għall-BĊNi biex jiġġestixxu kollateral mobilizzat minn kontropartijiet fuq bażi domestika u transkonfinali għall-fini ta’ kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema u għall-finijiet l-oħra elenkati fl-Anness V għal din il-Linja Gwida, u tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kollateral li jinsabu fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) kif deskritt fil-Linja Gwida (UE) 2024/3130 (BĊE/2024/23) (3), |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din il-Linja Gwida tistabbilixxi regoli u arranġamenti armonizzati għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral eliġibbli skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (4) u/jew il-Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew (5) fuq bażi domestika jew transkonfinali għall-fini tal-kollateralizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. Fil-każ ta’ kwalunkwe diskrepanza bejn din il-Linja Gwida u l-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), din il-Linja Gwida għandha tipprevali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jużaw is-Sistema għall-Ġestjoni tal-Kollateral fl-Eurosistema (ECMS) bħala pjattaforma unika tal-Eurosistema għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2:
|
(a) |
il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jiġġestixxu l-mobilizzazzjoni domestika ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu u pretensjonijiet ta’ kreditu addizzjonali (ACCs) barra l-ECMS, f’liema każ l-Artikolu 6(1), (2) u (3) ma għandhomx japplikaw; |
|
(b) |
il-BĊNi għandhom jimmobilizzaw strumenti ta’ dejn ta’ bejgħ bl-imnut iggarantiti b’ipoteka (RMBDs) barra l-ECMS. |
4. Fi kwalunkwe każ fejn l-assi huma mobilizzati barra l-ECMS, il-BĊNi għandhom jirreġistraw informazzjoni dwar il-valur kollaterali ta’ dawn l-assi fl-ECMS.
5. Il-BĊNi jistgħu jużaw ukoll l-ECMS biex jiġġestixxu kollateral mobilizzat għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet l-oħra elenkati fl-Anness V.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“pretensjoni ta’ kreditu addizzjonali” jew “ACC” tfisser pretensjoni ta’ kreditu addizzjonali eliġibbli skont l-Artikolu 4 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 bl-esklużjoni ta’ RMBD; |
|
(2) |
“kont tal-assi” tfisser: (a) fir-rigward tal-mobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli u DECCs: (i) kont miftuħ minn BĊN fil-kotba tiegħu stess; (ii) kont miftuħ fil-kotba ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli jew ta’ BĊN ieħor li jaġixxi bħala bank ċentrali korrispondenti; (b) fir-rigward tal-mobilizzazzjoni ta’ assi mhux negozjabbli (minbarra DECCs): (i) kont miftuħ minn BĊN fil-kotba tiegħu stess; (ii) kont miftuħ fil-kotba ta’ BĊN ieħor li jaġixxi bħala bank ċentrali korrispondenti. Tali kontijiet miftuħa ma’ istituzzjoni għajr il-bank ċentrali ta’ domiċilju jissejħu “kontijiet tal-assi esterni”; tali kontijiet miftuħa fil-kotba tal-bank ċentrali ta’ domiċilju jissejħu “kontijiet tal-assi interni”; |
|
(3) |
“bank ċentrali ta’ assistenza” jew “ACB” tfisser BĊN li jipprovdi assistenza u pariri lil HCB dwar il-mobilizzazzjoni transkonfinali ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu; |
|
(4) |
“awtokollateralizzazzjoni” tfisser awtokollateralizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (7), tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/8) (6); |
|
(5) |
“jum ta’ negozju” tfisser jum ta’ negozju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8); |
|
(6) |
“kont ta’ flus kontanti” tfisser: (a) kont prinċipali tal-flus; (b) kont ta’ flus kontanti mhux tal-euro; |
|
(7) |
“depożitarju ċentrali tat-titoli” jew “CSD” tfisser depożitarju ċentrali tat-titoli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
|
(8) |
“kollateral” tfisser l-assi negozjabbli u mhux negozjabbli kollha u flus kontanti eliġibbli skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u/jew il-Linja Gwida BĊE/2014/31 biex jiġu kollateralizzati operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema jew mobilizzati għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet l-oħra elenkati fl-Anness V għal din il-Linja Gwida; |
|
(9) |
“data dwar il-ġestjoni tal-kollateral” tfisser data dwar l-assi eliġibbli, informazzjoni dwar l-ipprezzar, u data dwar rabtiet mill-qrib; |
|
(10) |
“realizzazzjoni ta’ kollateral” tfisser il-proċess li bih BĊN jinforza d-drittijiet tiegħu fuq assi mobilizzati bħala kollateral b’sodisfazzjon ta’ kreditu pendenti li jkun sar dovut; |
|
(11) |
“riallokazzjoni ta’ kollateral” tfisser il-proċess li bih l-assi jiġu riallokati mill-kont nominat fiż-żmien tal-mobilizzazzjoni għal kont ieħor; |
|
(12) |
“valur ta’ kollateral” tfisser l-ammont ta’ kreditu li jista’ jingħata kontra kollateral ipprovdut minn kontroparti wara li jkunu tnaqqsu l-haircuts u fatturi oħra, kif determinat mill-Eurosistema minn żmien għal żmien, kemm jekk relatati mal-assi u/jew mal-kontroparti; |
|
(13) |
“aggregazzjoni ta’ kollateral” tfisser is-somma tal-valuri tal-kollateral derivati minn assi u flus mobilizzati minn kontroparti u miżmuma fiha; |
|
(14) |
“pożizzjoni ta’ kollateral” tfisser rekord tal-valur tal-kollateral tal-assi u flus kontanti mobilizzati bħala kollateral; |
|
(15) |
“kontroparti” tfisser: (a) istituzzjoni li tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fit-Tielet Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) li jintitolawha biex taċċessa l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u, fir-rigward ta’ aċċess għal kreditu intraġurnata, parteċipant li jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 10 ta’ Parti II tal-Anness I għal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8); jew (b) entità li tipprovdi kollateral ġestit mill-BĊNi għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet elenkati fl-Anness V għal din il-Linja Gwida; |
|
(16) |
“bank ċentrali korrispondenti” jew “CCB” tfisser BĊN li jaġixxi f’isem l-HCB f’arranġament ta’ CCBM; |
|
(17) |
“mudell ta’ kummerċ ta’ bank ċentrali korrispondenti” jew “CCBM” tfisser arranġament stabbilit mill-Eurosistema bl-għan li jippermetti lill-kontropartijiet jimmobilizzaw assi eliġibbli fuq bażi transkonfinali, li fih il-banek ċentrali nazzjonali jaġixxu bħala kustodji għal, u bħala aġenti ta’, xulxin, u skont liema: (a) l-HCB jipprovdi kreditu jew likwidità lill-kontroparti abbażi ta’ assi eliġibbli miżmuma minn jew skont l-ordni tal-kontroparti f’kont speċifikat mis-CCB; (b) is-CCB jaġixxi f’isem l-HCB fir-rigward ta’ dawn l-assi eliġibbli u jipprovdi assistenza u pariri; u (c) f’każijiet speċifiċi fir-rigward ta’ talbiet għal kreditu, l-ACF jipprovdi assistenza u pariri; |
|
(18) |
“pretensjoni ta’ kreditu” tfisser pretensjoni ta’ kreditu eliġibbli skont l-Artikolu 2(13) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); |
|
(19) |
“linja ta’ kreditu” tfisser il-valur tal-kollateral disponibbli biex jiġi kollateralizzat il-kreditu intraġurnata fit-TARGET; |
|
(20) |
“pożizzjoni ta’ kreditu” tfisser l-ammont ta’ kreditu estiż għal kontroparti mill-HCB, inkluż kwalunkwe valur tal-kollateral fl-aggregazzjoni tal-kollateral riżervat għal skop speċifiku; |
|
(21) |
“mobilizzazzjoni transkonfinali” tfisser il-mobilizzazzjoni ta’: (a) assi negozjabbli: (i) miżmuma fi Stat Membru differenti minn dak tal-HCB; (ii) maħruġa minn Stat Membru differenti minn dak tal-HCB u miżmuma fl-Istat Membru tal-HCB; (b) DECCs maħruġa u miżmuma fi Stat Membru differenti minn dak tal-HCB; (c) pretensjonijiet ta’ kreditu rregolati minn liġi li ma tkunx il-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn ikun stabbilit l-HCB; (d) ACCs irregolati minn liġi li ma tkunx il-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn l-HCB ikun stabbilit; |
|
(22) |
“mobilizzazzjoni ta’ aċċess dirett” tfisser il-mobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli u DECCs fejn il-BĊN jirċievi dawn l-assi f’kont ta’ titoli miżmum minn dak il-BĊN ma’ CSD li jinsab f’ġurisdizzjoni differenti minn dik li fiha l-BĊN huwa stabbilit; |
|
(23) |
“rabta diretta” tfisser arranġament bejn żewġ SSSs imħaddmin minn CSDs, fejn CSD minnhom isir parteċipant dirett fl-SSS imħaddma mis-CSD l-oħra billi jiftaħ kont tat-titoli, sabiex ikun jista’ jsir it-trasferiment ta’ titoli permezz ta’ proċess ta’ entrata fil-kotba; |
|
(24) |
“mobilizzazzjoni domestika” tfisser: (a) fir-rigward ta’ assi negozjabbli u DECCs, il-mobilizzazzjoni ta’ assi maħruġa u miżmuma f’CSD li jinsab fl-istess ġurisdizzjoni fejn ikun stabbilit l-HCB; (b) fir-rigward ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu u ACCs, il-mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu u ACCs irregolati mil-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn ikun stabbilit l-HCB; u (c) fir-rigward ta’ RMBDs maħruġa minn kontroparti stabbilita fl-Istat Membru tal-HCB; |
|
(25) |
“assi eliġibbli” tfisser assi negozjabbli u mhux negozjabbli eliġibbli skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u l-Linja Gwida BĊE/2014/31; |
|
(26) |
“rabta eliġibbli” tfisser rabta diretta jew trażmessa li l-Eurosistema qieset konformi mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Anness I u hija inkluża fil-lista tar-rabtiet eliġibbli tal-Eurosistema ppubblikata fuq is-sit web tal-BĊE. Rabta eliġibbli trażmessa hija magħmula minn rabtiet diretti eliġibbli sottostanti; |
|
(27) |
“sistema ta’ saldu tat-titoli eliġibbli” jew “SSS eliġibbli” tfisser SSS imħaddem minn CSD li l-Eurosistema qieset konformi mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Anness I u hija inkluża fil-lista tal-Eurosistema ta’ SSSs eliġibbli ppubblikata fuq is-sit web tal-BĊE; |
|
(28) |
“aġent tripartitiku eliġibbli” jew “TPA eliġibbl” tfisser TPA li titħaddem minn CSD li l-Eurosistema qieset konformi mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Anness II u hija inkluża fil-lista ta’ TPAs eliġibbli tal-Eurosistema ppubblikata fuq is-sit web tal-BĊE; |
|
(29) |
“żona tal-euro” tfisser li tappartjeni għal Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew stabbilita fih; |
|
(30) |
“Eurosistema” tfisser il-BĊE u l-BĊNi; |
|
(31) |
“operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema” tfisser operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (31), tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); |
|
(32) |
“bank ċentrali domestiku” jew “HCB” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita kontroparti u li jagħti kreditu lil dik il-kontroparti f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema; |
|
(33) |
“sistema intermedjarja ta’ saldu tat-titoli” jew “intermedjarju SSS” tfisser SSS li taġixxi bħala intermedjarju bejn emittent SSS u investitur SSS; |
|
(34) |
“kreditu intraġurnata” tfisser kreditu intraġurnata kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (35) tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8); |
|
(35) |
“sistema ta’ saldu tat-titoli tal-investituri” jew “investitur SSS” tfisser SSS b’rabta eliġibbli ma’ emittent SSS sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment ta’ titoli minn parteċipanti fl-emittent SSS lill-parteċipanti fl-investitur SSS; |
|
(36) |
“sistema ta’ saldu tat-titoli tal-emittent” jew “emittent SSS” tfisser SSS imħaddma mis-CSD li fiha jkunu nħarġu titoli; |
|
(37) |
“kanal ta’ mobilizzazzjoni tar-rabtiet” tfisser il-mobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli bl-użu ta’ rabta eliġibbli; |
|
(38) |
“Kont ta’ flus ewlenin” jew “MCA” tfisser kont ewlieni ta’ flus miżmum għall-finijiet ta’ u skont id-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (ECB/2022/8); |
|
(39) |
“assi negozjabbli” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin: (a) assi negozjabbli kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (59), tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); (b) assi negozjabbli eliġibbli bħala kollateral skont l-Artikoli 3, 5 u/jew 7 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31; |
|
(40) |
“kanali ta’ mobilizzazzjoni” tfisser is-sensiela ta’ proċeduri u arranġamenti stabbiliti biex jippermettu l-mobilizzazzjoni ta’ assi eliġibbli mill-kontropartijiet, u tinkludi l-kanal ta’ mobilizzazzjoni domestiku, il-kanal ta’ mobilizzazzjoni tar-rabtiet, il-kanal tas-CCBM u l-kanal ta’ mobilizzazzjoni tal-aċċess dirett; |
|
(41) |
“bank ċentrali nazzjonali” jew “BĊN” tfisser bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro; |
|
(42) |
“assi mhux negozjabbli” tfisser: (a) assi mhux negozjabbli kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (70), tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); (b) pretensjoni ta’ kreditu addizzjonali eliġibbli skont l-Artikolu 4 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31; |
|
(43) |
“strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta’ kreditu eliġibbli” jew “DECC” tfisser strument ta’ dejn mhux negozjabbli ggarantit bi pretensjonijiet ta’ kreditu eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (70a), tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); |
|
(44) |
“aggregazzjoni” tfisser il-metodu operattiv użat mill-BĊNi biex iżommu kollateral mobilizzat minn kontropartijiet, fejn il-kontroparti tagħmel kollateral disponibbli għal BĊN biex jikkollateralizza kreditu minn dak il-BĊN, u li fih assi eliġibbli individwali mhumiex marbuta ma’ xi operazzjoni ta’ kreditu speċifika tal-Eurosistema, bl-eċċezzjoni ta’ RMBDs li huma marbuta ma’ operazzjoni ta’ kreditu speċifika; |
|
(45) |
“MCA primarju” tfisser l-MCA, proprjetà tal-kontroparti jew ta’ parti terza, u nnominat mill-kontroparti għas-saldu ta’ pagamenti relatati mal-ġestjoni tal-kollateral; |
|
(46) |
“rabta trażmessa” tfisser rabta stabbilita bejn SSSs imħaddmin minn żewġ CSDs differenti li jiskambjaw tranżazzjonijiet jew trasferimenti f’titoli permezz ta’ tielet SSS imħaddma minn CSD li taġixxi bħala intermedjarju jew, f’każ ta’ SSSs imħaddmin minn CSDs li jipparteċipaw fit-TARGET2-Securities, permezz ta’ bosta SSSs imħaddmin minn CDS li jaġixxu bħala intermedjarji; |
|
(47) |
“strument ta’ dejn ta’ bejgħ bl-imnut appoġġati b’ipoteka” jew “RMBD” tfisser assi eliġibbli għall-użu bħala kollateral skont l-Artikolu 107 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u l-Artikolu 4 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31; |
|
(48) |
“modalità taż-żamma fil-kotba” tfisser iż-żamma ta’ assi negozjabbli u/jew DECCs li huma mobilizzati bħala kollateral f’kont tat-titoli tal-kontroparti; |
|
(49) |
“sistema ta’ saldu tat-titoli” jew “SSS” tfisser sistema ta’ saldu tat-titoli kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (10), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014; |
|
(50) |
“TARGET” tfisser is-sistema ġdida Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer Express, irregolata mil-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8); |
|
(51) |
“modalità ta’ prenotazzjoni tat-trasferiment” tfisser il-konsenja ta’ assi negozjabbli jew DECCs li huma mobilizzati bħala kollateral minn kont ta’ titoli tal-kontroparti għal kont ta’ titoli tal-BĊN; |
|
(52) |
“Servizzi T2S” tfisser servizzi T2S kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (20), tal-Linja Gwida BĊE/2012/13 tal-Bank Ċentrali Ewropew (8). |
Artikolu 3
Struttura tal-kont u tal-aggregazzjoni
1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral, il-BĊNi għandhom:
|
(a) |
iżommu kontijiet tal-assi u kontijiet tal-flus; |
|
(b) |
jeħtieġu li l-kontropartijiet iżommu l-kontijiet tal-assi u l-kontijiet tal-flus rilevanti. |
2. Il-BĊNi għandhom jippermettu lill-kontropartijiet tagħhom jawtorizzaw parti terza biex tiġġestixxi l-kontijiet tal-assi nnominati u/jew il-kontijiet tal-flus tal-kontroparti, f’liema każ għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
meta kontroparti tawtorizza parti terza biex tiġġestixxi l-kont tal-assi nnominat tagħha, il-kont tal-assi tal-kontroparti għandu jiġi ġestit minn parti terza li tibgħat struzzjonijiet lill-BĊN u tirċievi avviżi mingħand il-BĊN f’isem il-kontroparti; |
|
(b) |
meta kontroparti tawtorizza parti terza biex tiġġestixxi l-kont tal-flus innominat tagħha, l-MCA primarju innominat mill-kontroparti għandu jiġi koġestit (skont l-Artikolu 2.1 a) u b) tal-Anness I, il-Parti II tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8)) minn, jew tappartjeni lil, parteċipant ieħor tat-TARGET. |
3. Għall-finijiet li jiġi riċevuti assi negozjabbli u strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta’ kreditu eliġibbli (DECCs) bħala kollateral mill-kontropartijiet il-BĊNi jistgħu jiftħu kontijiet tal-assi esterni. Tali kontijiet għandhom jinfetħu biss f’sistema ta’ saldu tat-titoli eliġibbli (SSS eliġibbli).
4. Il-BĊNi għandhom jiftħu kontijiet tal-assi interni għal kull kontroparti sabiex jirċievu kollateral mill-kontropartijiet u/jew jirreġistraw informazzjoni dwar il-kollateral mobilizzat mill-kontroparti. Għandhom jinfetħu kontijiet tal-assi interni separati għal:
|
(a) |
assi negozjabbli u DECCs; |
|
(b) |
assi mhux negozjabbli għajr id-DECCs. |
5. Il-BĊNi għandhom jużaw aggregazzjoni biex iżommu kollateral mobilizzat mill-kontropartijiet tagħhom.
6. Kull kont tal-assi intern u kull aggregazzjoni ta’ kollateral għandhom jiġu identifikati permezz ta’ konvenzjoni tal-ismijiet unika u armonizzata definita mill-Eurosistema u stabbilita fid-dokument intitolat “Ġestjoni kollaterali f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema — informazzjoni għall-kontropartijiet tal-Eurosistema”, li huwa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.
7. Suġġett għar-rekwiżit ta’ separazzjoni ta’ aggregazzjonijiet stabbilit fil-paragrafu 8, parti mill-valur kollaterali ta’ kollateral mobilizzat tista’ tiġi riżervata fi ħdan grupp ta’ kollateral ta’ kontroparti għal skopijiet relatati mal-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema jew għall-finijiet l-oħra elenkati fl-Anness V għal din il-Linja Gwida.
8. Il-kollateral mobilizzat għall-finijiet tal-kollateralizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema għandu jinżamm f’aggregazzjoni separata mill-aggregazzjonijiet użati għall-ġestjoni tal-kollateral għal finijiet oħra msemmija fil-paragrafu 7. Il-BĊNi jistgħu jżommu aggregazzjonijiet ta’ kollateral għal kull kontroparti kif meħtieġ għal dawn l-iskopijiet.
9. Il-BĊNi jistgħu jiftħu diversi kontijiet tal-assi interni għal kull kontroparti. Kont tal-assi intern wieħed għandu jkun marbut ma’ aggregazzjoni ta’ kollateral waħda biss. Aggregazzjoni ta’ kollateral waħda tista’ tkun marbuta ma’ diversi kontijiet tal-assi interni.
10. Għall-finijiet tal-għoti ta’ kreditu intraġurnata lil kontroparti, l-aggregazzjoni ta’ kollateral miżmuma għall-kollateralizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema biss għandha tkun marbuta mal-MCA primarju fit-TARGET indikat mill-kontroparti.
11. Biex jappoġġaw l-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kollateral, il-BĊNi għandhom jiddebitaw l-MCA primarju tal-kontroparti fit-TARGET sabiex jiffaċilitaw il-ħlas ta’ obbligi pendenti lill-Eurosistema fir-rigward ta’, fost l-oħrajn, l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
il-ħlas lura ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu li jimmaturaw; |
|
(b) |
l-ipproċessar ta’ avvenimenti korporattivi; |
|
(c) |
il-mobilizzazzjoni ta’ flus kontanti bħala kollateral; |
|
(d) |
il-ġbir ta’ tariffi. |
Artikolu 4
Mobilizzazzjoni tal-kollateral
1. Assi negozjabbli u DECCs mobilizzati bħala kollateral minn kontroparti għandhom jiġu kkonsenjati f’kont miżmum ma’ SSS eliġibbli.
2. Jekk is-CSD fejn jinħareġ l-assi u s-CSD fejn jinżamm l-assi ma jkunux identiċi, il-kollateral għandu jiġi mmobilizzat biss jekk l-SSSs imħaddma minn dawn iż-żewġ CSDs ikunu konnessi b’rabta eliġibbli.
3. Jekk mitlub minn BĊN ieħor (bħala bank ċentrali domestiku (HCB)), BĊN (bħala CCB) għandu jżomm kont ta’ titoli segregati jew omnibus f’SSS eliġibbli stabbilit fil-ġurisdizzjoni fejn is-CCB huwa stabbilit u għandu jżomm il-kollateral f’isem l-HCB.
4. BĊN jista’, għall-finijiet li jirċievi kollateral mill-kontropartijiet tiegħu, jiftaħ kont direttament f’SSS eliġibbli stabbilit f’ġurisdizzjoni li ma tkunx dik li fiha l-BĊN ikun stabbilit.
5. Għall-finijiet tal-mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu u ACCs bħala kollateral, il-BĊNi għandhom jeħtieġu lill-kontropartijiet jimmobilizzaw dawn l-assi f’kont tal-assi indikat mill-HCB. BĊN jista’ jagħżel li jiġġestixxi l-mobilizzazzjoni domestika ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu u ACCs barra l-ECMS, f’liema każ dak il-BĊN għandu jiddetermina jekk kont tal-assi huwiex meħtieġ għal skopijiet ta’ mobilizzazzjoni.
6. Meta flus kontanti jiġu mmobilizzati bħala kollateral, dawn għandhom jiġu mmobilizzati fuq struzzjoni tal-BĊN jew tal-kontroparti billi jiġi ddebitat l-MCA primarju indikat lill-kontroparti u jiġi kkreditat il-kont tal-HCB.
7. Il-pretensjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu mmobilizzati biss bħala kollateral permezz tal-mudell ta’ bank ċentrali korrispondenti (CCBM) għall-finijiet tal-kollateralizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. L-ACCS, il-RMBDs u d-depożiti b’terminu fiss (FTDs) ma għandhomx jiġu mmobilizzati bħala kollateral permezz tas-CCBM.
8. L-effetti legali tal-entrati fil-kotba (jew fil-modalità tal-prenotazzjoni tat-trasferiment jew fil-modalità taż-żamma tal-prenotazzjoni) fuq il-kontijiet tal-assi għandhom jiġu rregolati mill-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tal-BĊN mal-kontroparti. L-użu ta’ kontijiet fil-mobilizzazzjoni tal-assi għandu jkun f’konformità mar-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali rilevanti għall-ħolqien jew ir-rilaxx ta’ interessi ta’ garanzija fuq tali assi.
Artikolu 5
Mobilizzazzjoni u demobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli u DECCs
1. Meta kontroparti tfittex li timmobilizza jew tiddemobilizza assi negozjabbli jew DECCs bħala kollateral, il-BĊNi għandhom, qabel ma jaċċettaw talba għal tali mobilizzazzjoni jew demobilizzazzjoni, iwettqu kontrolli ta’ validazzjoni — kif definiti mill-Eurosistema u stabbiliti fid-dokument intitolat “Ġestjoni kollaterali f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema — informazzjoni għall-kontropartijiet tal-Eurosistema”, li huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-BĊE — f’konformità ma’ dak id-dokument, dwar l-istruzzjonijiet ta’ mobilizzazzjoni jew demobilizzazzjoni sottomessi mill-kontroparti rilevanti.
2. L-assi negozjabbli u d-DECCs għandhom jiġu mmobilizzati fuq bażi ta’ mingħajr ħlas (FOP), bl-eċċezzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ awtokollateralizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 8, li fir-rigward tagħhom is-saldu jitwettaq fuq bażi ta’ konsenja kontra ħlas (DVP).
3. Qabel ma jaċċettaw struzzjoni ta’ demobilizzazzjoni, il-BĊNi għandhom inaqqsu l-valur tal-aggregazzjoni ta’ kollateral rilevanti u, jekk rilevanti, il-linja ta’ kreditu b’ammont ugwali għall-valur kollaterali tal-assi negozjabbli jew tad-DECCs li għalihom tintalab id-demobilizzazzjoni. Jekk dan it-tnaqqis fil-valur tal-aggregazzjoni tal-kollateral jirriżulta f’valur totali tal-aggregazzjoni tal-kollateral aktar baxx mill-pożizzjoni tal-kreditu totali, il-BĊNi għandhom iżommu t-talba ta’ demobilizzazzjoni u ma għandhomx iwettqu l-aġġustament għall-aggregazzjoni tal-kollateral u, jekk rilevanti, il-linja ta’ kreditu. Il-BĊNi għandhom jirrifjutaw struzzjonijiet ta’ demobilizzazzjoni li jibqgħu sospiżi fi tmiem il-jum.
4. L-aġġustamenti finali għall-pożizzjonijiet tal-assi u għall-aggregazzjoni tal-kollateral għandhom isiru effettivi mal-wasla ta’ konferma tas-saldu mit-T2S.
5. Jekk mitlub mill-HCB, BĊN għandu jaġixxi bħala CCB f’isem dak l-HCB fir-rigward tal-mobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli u DECCs permezz tas-CCBM. Fil-każ ta’ mobilizzazzjoni u demobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli u DECCs permezz tas-CCBM, l-HCB għandu jkun responsabbli għall-verifika tal-validità tat-talba ta’ mobilizzazzjoni jew demobilizzazzjoni sottomessa mill-kontroparti, u s-CCB għandu jkun responsabbli għal kwistjonijiet relatati mas-saldu tal-istruzzjoni li jeħtieġu interazzjoni mas-CSD. Is-CCB għandu jiżgura li l-HCB jirċievi l-informazzjoni kollha skambjati bejn is-CCB u t-T2S.
6. Minkejja l-paragrafi 1 sa 5, l-HCB jista’ jimblokka l-mobilizzazzjoni u d-demobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli u DECCs għal raġunijiet materjali, inkluż iżda mhux limitat għal, każ ta’ inadempjenza jew għal raġunijiet ta’ prudenza.
7. Barra minn hekk, l-HCB, jew is-CCB fil-każ tas-CCBM, jistgħu jirrifjutaw talba biex jimmobilizzaw assi negozjabbli u DECCs li fir-rigward tagħhom kontroparti ma tkunx issottomettiet id-dokumentazzjoni tat-tassazzjoni meħtieġa jew dokumentazzjoni oħra meħtieġa mill-HCB, jew mis-CCB, kif xieraq.
Artikolu 6
Mobilizzazzjoni u demobilizzazzjoni ta’ assi mhux negozjabbli għajr id-DECCs
1. Meta kontroparti tfittex li tirreġistra, timmobilizza jew tiddemobilizza pretensjonijiet ta’ kreditu jew ACCs individwali bħala kollateral, il-BĊNi għandhom, qabel ma jaċċettaw talba għal tali reġistrazzjoni, mobilizzazzjoni jew demobilizzazzjoni, iwettqu kontrolli ta’ validazzjoni — kif definit mill-Eurosistema u stabbilit fid-dokument intitolat “Ġestjoni kollaterali f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema — informazzjoni għall-kontropartijiet tal-Eurosistema”, li huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-BĊE — f’konformità ma’ dak id-dokument, dwar l-istruzzjonijiet ta’ reġistrazzjoni, mobilizzazzjoni jew demobilizzazzjoni sottomessi mill-kontroparti rilevanti.
2. Qabel ma timmobilizza pretensjoni ta’ kreditu jew ACC individwali bħala kollateral, il-kontroparti li tfittex li tagħmel dan trid tirreġistra dik il-pretensjoni ta’ kreditu jew ACC individwali mal-HCB, jew — fil-każ ta’ mobilizzazzjoni permezz tas-CCBM — mas-CCB. Fi kwalunkwe każ, l-HCB għandu jeħtieġ li l-kontroparti tipprovdi, bħala minimu, bħala parti mill-proċess ta’ reġistrazzjoni, sett ta’ elementi ta’ data ewlenin kif definiti mill-Eurosistema u stabbiliti fid-dokument intitolat “Ġestjoni kollaterali f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema — informazzjoni għall-kontropartijiet tal-Eurosistema”, li huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-BĊE.
3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kontropartijiet skont l-Artikolu 101(1), il-punt (a) (iv) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), il-BĊNi għandhom jeħtieġu lill-kontropartijiet jibgħatu aġġornamenti għall-elementi tad-data ewlenija dwar pretensjonijiet ta’ kreditu mmobilizzati jew ACCs individwali pprovduti skont il-paragrafu 2 matul il-jum ta’ negozju li jmiss kull meta jkun hemm bidla f’dawk l-elementi ta’ data ewlenija.
4. Meta l-pretensjoni ta’ kreditu ma tkunx irregolata mil-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn ikun stabbilit l-HCB, l-HCB jista’ juża s-CCBM għall-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu. Għal dawn il-finijiet, il-BĊN li jaġixxi bħala CCB skont il-paragrafu 5 għandu jħejji sett ta’ termini u kundizzjonijiet, fil-forma stabbilita fl-Anness III, li għandhom jiġu miftiehma mal-kontroparti tal-HCB biex jiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu rregolati mil-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn is-CCB huwa stabbilit.
5. Jekk mitlub mill-HCB, BĊN għandu jaġixxi bħala CCB f’isem dak l-HCB fir-rigward tal-mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu, soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-pretensjoni ta’ kreditu tissodisfa d-definizzjoni ta’ pretensjoni ta’ kreditu stabbilita fl-Artikolu 2, il-punt (13), tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà rilevanti kollha stabbiliti f’dik il-Linja Gwida; |
|
(b) |
il-pretensjoni ta’ kreditu tista’ tiġi mmobilizzata legalment bejn il-kontroparti u l-HCB (irrappreżentat meta applikabbli mis-CCB) bl-użu ta’ arranġamenti ta’ kollateralizzazzjoni rregolati mil-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn is-CCB ikun stabbilit; |
|
(c) |
il-pretensjoni ta’ kreditu hija mmobilizzata għall-finijiet ta’ kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. |
6. Is-CCB għandu jieħu l-miżuri u l-azzjonijiet kollha meħtieġa skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn jiġi stabbilit biex jiżgura li operazzjoni tas-CCBM tkun valida, vinkolanti u infurzabbli. Is-CCB għandu:
|
(a) |
jivverifika l-informazzjoni dwar il-pretensjoni ta’ kreditu pprovduta mill-kontroparti mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u, fejn applikabbli, il-validità tal-firem mal-lista ta’ firem riċevuti; |
|
(b) |
jekk jintalab, jassisti lill-HCB fid-determinazzjoni ta’ jekk hemmx rabtiet mill-qrib, kif deskritt fl-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), bejn il-kontroparti u d-debitur rilevanti taħt l-assi, u fit-teħid tal-miżuri ta’ infurzar meħtieġa. |
L-HCB għandu jassisti lis-CCB (inkluż, iżda mhux limitat għal, fejn id-debitur u/jew il-kreditur u/jew il-garanti jkunu jinsabu fl-istess ġurisdizzjoni bħall-HCB) billi jipprovdi minnufih lis-CCB bid-dokumenti kollha u jwettaq kwalunkwe azzjoni jew formalità mitluba mis-CCB li huma meħtieġa biex is-CCB ikun jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu.
7. Is-CCB għandu jkun responsabbli lejn l-HCB biss għall-eżekuzzjoni negliġenti tal-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 6, il-punti (a) u (b). Ir-responsabbiltà tas-CCB għandha tiġi vvalutata abbażi tal-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn tkun stabbilita, u għandha tkun limitata għall-ammont tal-pretensjoni ta’ kreditu, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe dannu konsegwenzjali.
8. Is-CCB għandu jkun responsabbli lejn l-HCB għall-ksur ta’ kwalunkwe obbligu ieħor biss fil-każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja, u r-responsabbiltà tas-CCB għandha tiġi vvalutata abbażi tal-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn ikun stabbilit.
9. BĊN għandu, fuq talba ta’ HCB, jaġixxi bħala ACB fir-rigward tal-mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu. BĊN li jaġixxi bħala ACB għandu jagħti parir lill-HCB dwar il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu biex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti legali li japplikaw fil-ġurisdizzjoni fejn l-ACB huwa stabbilit. B’mod partikolari, u fil-forma tat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV, l-ACB għandu jispeċifika:
|
(a) |
jekk ir-reġistrazzjoni u n-notifika humiex meħtieġa u, jekk iva, ir-regoli u l-forma li għandhom jiġu osservati għal tali reġistrazzjoni u notifika; |
|
(b) |
rekwiżiti oħra li għandhom jiġu ssodisfati bl-għan li jinħoloq interess ta’ garanzija validu u infurzabbli fuq il-pretensjoni ta’ kreditu; |
|
(c) |
jekk il-ftehim ta’ pretensjoni ta’ kreditu għandux ikun fih klawżoli addizzjonali biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien mill-HCB ta’ imgħax ta’ garanzija ulterjuri fuq il-pretensjoni ta’ kreditu mmobilizzata wara l-mobilizzazzjoni inizjali tagħha. |
Jekk meħtieġ, l-ACB għandu jipprovdi assistenza fit-twettiq tal-kompiti meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) sa (c).
Fuq talba tal-HCB, u meta d-debitur u/jew il-garanti jkunu stabbiliti fil-ġurisdizzjoni fejn ikun stabbilit l-ACB, l-ACB għandu jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar dak id-debitur u/jew il-garanti, inklużi kontrolli b’rabta mill-qrib u klassifikazzjoni interna tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kreditu (ICAS).
10. Il-mobilizzazzjoni u d-demobilizzazzjoni ta’ (a) RMBDs u (b) aggregazzjonijiet ta’ ACCs għandhom jitwettqu skont il-proċeduri definiti mill-HCB.
11. Depożiti b’terminu fiss (FTDs) għandhom jiġu mmobilizzati awtomatikament bħala kollateral bħala parti mis-saldu tal-FTD. Is-saldu għandu jsir billi jiġi ddebitat l-MCA primarju tal-kontroparti u jiġi kkreditat il-kont tal-HCB.
Artikolu 7
Servizzi ta’ ġestjoni tal-kollateral tripartitiku
1. Il-BĊNi għandhom jippermettu lill-kontropartijiet jimmobilizzaw l-assi li ġejjin bħala kollateral għall-HCB bl-użu tas-servizzi ta’ ġestjoni tal-kollateral tripartitiku ta’ aġent tripartitiku eliġibbli (TPA eliġibbli):
|
(a) |
assi negozjabbli u DECCs maħruġa fis-CSD li jħaddem l-SSS eliġibbli fejn jinżamm il-kont tal-assi; |
|
(b) |
assi negozjabbli maħruġa f’CSD li l-SSS tiegħu għandu rabta eliġibbli mal-SSS fejn jinżamm il-kont tal-assi. |
2. Il-mobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli u DECCs bl-użu tas-servizzi ta’ TPA f’konformità mal-paragrafu 1 tista’ titwettaq bl-użu tal-kanali domestiċi, tar-rabtiet, tas-CCBM jew tal-mobilizzazzjoni tal-aċċess dirett, kif applikabbli.
3. Fil-każ ta’ mobilizzazzjoni permezz tas-CCBM, is-CCB għandu, fuq talba tal-HCB, jidħol f’arranġamenti kuntrattwali mat-TPA skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness II. Għandha tapplika d-diviżjoni tar-responsabbiltà li ġejja bejn l-HCB u s-CCB:
|
(a) |
L-HCB għandu jkun responsabbli biex jivverifika li l-kontroparti tkun kollateralizzata b’mod adegwat qabel ma jawtorizza lit-TPA biex jieħu azzjonijiet ulterjuri relatati mal-ipproċessar ta’ tnaqqis jew għeluq ta’ tranżazzjoni tripartitika u l-ħlas ta’ rikavati minn avvenimenti korporattivi. |
|
(b) |
Is-CCB għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-ġestjoni tat-tranżazzjoni tripartitika li teħtieġ interazzjoni mat-TPA. Is-CCB għandu jiżgura li l-HCB jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha skambjata bejn is-CCB u t-TPA. |
Artikolu 8
Awtokollateralizzazzjoni
1. L-awtokollateralizzazzjoni għandha tiġi aċċessata permezz tal-kanali domestiċi, tar-rabtiet, tas-CCBM jew tal-mobilizzazzjoni tal-aċċess dirett.
2. BĊN għandu, fuq talba ta’ HCB, jaġixxi bħala s-CCB f’isem dak l-HCB għal tranżazzjonijiet ta’ awtokollateralizzazzjoni tat-T2S.
3. It-tranżazzjonijiet ta’ awtokollateralizzazzjoni tas-CCBM għandhom jiġu appoġġati jew bl-użu tal-modalità ta’ prenotazzjoni tat-trasferiment jew tal-modalità ta’ prenotazzjoni ta’ żamma, kif iddeterminat mis-CCB.
4. Biex jappoġġa l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ awtokollateralizzazzjoni, kull HCB għandu jiddefinixxi fuq bażi ta’ kuljum lista ta’ assi negozjabbli u DECCs eliġibbli għall-użu fl-awtokollateralizzazzjoni. Dik il-lista tista’ tinkludi assi maħruġa fis-CSD li jħaddem l-SSS eliġibbli fejn l-HCB ikollu kont, kif ukoll assi maħruġa f’CSD li l-SSS tiegħu għandu konnessjoni eliġibbli mal-SSS eliġibbli.
Artikolu 9
Ġestjoni tal-pożizzjoni ta’ kreditu
1. Il-BĊNi għandhom jaġġornaw il-pożizzjoni ta’ kreditu ta’ kontroparti bħala parti mis-saldu tal-operazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema relatata.
2. Il-BĊNi għandhom jissaldaw operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema fuq bażi netta, bl-eċċezzjoni li f’sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza jistgħu jissaldaw dawn l-operazzjonijiet ta’ kreditu fuq bażi grossa.
3. Għal kontropartijiet b’aċċess għal kreditu intraġurnata fit-TARGET, il-valur tal-kollateral kollu, minbarra dak attribwit għall-RMBDs, fl-aggregazzjoni ta’ kollateral tal-kontroparti ddedikata għall-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema li la hija meħtieġa biex tikkollateralizza operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u lanqas ma hija riżervata għandha tkun disponibbli bħala linja ta’ kreditu f’konformità mal-paragrafu 4.
4. Il-valur tal-linja ta’ kreditu għandu jiġi ddeterminat mill-HCB skont il-bidliet fl-ammont tal-kollateral disponibbli (jiġifieri linja ta’ kreditu varjabbli), ħlief fil-każ fejn il-kontroparti u/jew l-HCB jistabbilixxu valur massimu tal-linja ta’ kreditu biex jiġi limitat l-ammont ta’ kreditu intraġurnata li jista’ jinkiseb fit-TARGET (jiġifieri linja ta’ kreditu massima).
5. Meta, skont il-paragrafu 4, l-HCB u l-kontroparti jistabbilixxu valur massimu differenti tal-linja ta’ kreditu, il-valur massimu għandu jkun l-inqas wieħed mit-tnejn.
6. Fejn il-valur massimu ta’ linja ta’ kreditu stabbilit minn kontroparti jfixkel is-saldu ta’ operazzjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema, l-HCB jista’ jneħħi dak il-valur massimu.
Artikolu 10
Avvenimenti korporattivi
1. L-HCB għandu jinnotifika lill-kontropartijiet tiegħu minn qabel dwar avvenimenti korporattivi kkomunikati mis-CSD u li jinvolvu assi negozjabbli jew DECCs li l-kontroparti tkun immobilizzat bħala kollateral.
2. Meta l-parteċipazzjoni f’avveniment korporattiv tkun volontarja jew tinvolvi għażla ta’ opzjonijiet, l-HCB għandu jaġixxi skont l-istruzzjoni ta’ avveniment korporattiv sottomessa mill-kontroparti sal-iskadenza tar-rispons stabbilita fin-notifika tal-BĊN. Jekk il-kontroparti ma tissottomettix struzzjoni ta’ avveniment korporattiv, għandha tapplika l-għażla ta’ inadempjenza kkomunikata mis-CSD, fejn applikabbli.
3. Soġġett għall-paragrafi 4 u 5, fil-każ ta’ avveniment korporattiv li jinvolvi fluss ta’ flus mill-emittent għall-kontroparti (jiġifieri fluss ta’ flus pożittiv), l-HCB għandu, wara li jirċievi r-rikavat mill-avveniment korporattiv, jittrasferixxi tali rikavat f’wieħed mill-kontijiet li ġejjin:
|
(a) |
fil-każ ta’ rikavati fi flus kontanti denominati f’euro, l-MCA primarju indikat mill-kontroparti; |
|
(b) |
fil-każ ta’ rikavati fi flus kontanti denominati mhux f’euro, il-kont tal-flus kontanti mhux f’euro indikat mill-kontroparti. |
4. L-HCB ma għandux jittrasferixxi r-rikavat mill-avveniment korporattiv imsemmi fil-paragrafu 3 lill-kontroparti fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kontroparti ma jkollhiex biżżejjed kollateral fl-aggregazzjoni ta’ kollateral tagħha (jiġifieri sejħa għall-marġni); |
|
(b) |
il-kollateral mobilizzat mill-kontroparti mal-Eurosistema huwa mblukkat minħabba każ ta’ inadempjenza jew għal raġunijiet ta’ prudenza. |
5. Ir-rikavati fi flus denominati f’euro għandhom jiġu mobilizzati awtomatikament bħala kollateral għal ammont li ma jaqbiżx l-ammont tas-sejħa għall-marġni fis-16:55 CET fil-jum li fih ir-rikavat mill-avveniment korporattiv jiġi riċevut mill-HCB jekk is-sejħa għall-marġni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a), tibqa’ pendenti f’dak iż-żmien. Ir-rikavat minn avveniment korporattiv li jaqbeż l-ammont meħtieġ biex tiġi kollateralizzata s-sejħa għall-marġni (jekk ikun hemm) għandu jiġi ttrasferit lill-kontroparti mill-HCB.
6. Fil-każ ta’ fluss ta’ flus pożittiv fuq assi negozjabbli jew DECCs mobilizzati permezz tas-CCBM, is-CCB għandu jikkredita d-dħul mill-avveniment korporattiv għall-kont ta’ flus kontanti f’euro jew dak mhux f’euro indikat mill-HCB, kif rilevanti, biex jiffaċilita l-ħlas ulterjuri tar-rikavat mill-HCB lill-MCA primarju, għar-rikavati denominati f’euro, jew fil-kont mhux f’euro indikat mill-kontroparti, għal rikavati denominati mhux f’euro.
7. Għal avvenimenti korporattivi li jinvolvu fluss ta’ flus mill-kontroparti għall-emittent (jiġifieri fluss ta’ flus negattiv), l-HCB għandu jirkupra l-ammont dovut b’wieħed mill-modi li ġejjin:
|
(a) |
fil-każ ta’ rikavati fi flus kontanti denominati f’euro, billi jiġi ddebitat l-MCA primarju indikat mill-kontroparti; |
|
(b) |
fil-każ ta’ rikavati fi flus kontanti denominati mhux f’euro, billi jiġi ddebitat il-kont tal-flus kontanti mhux f’euro indikat mill-kontroparti jew, fejn ma jkun hemm l-ebda awtorizzazzjoni ta’ debitu, billi l-kontroparti tingħata struzzjonijiet biex tikkredita l-kont tal-flus speċifikat mill-HCB. |
8. Fil-każ ta’ fluss ta’ flus negattiv fuq assi negozjabbli jew DECCs mobilizzati permezz tas-CCBM, l-HCB għandu jikkredita d-dħul mill-avveniment korporattiv għall-kont tal-flus f’euro jew mhux f’euro indikat mis-CCB, kif rilevanti.
9. Meta wara li jkun sar il-pagament, is-CSD joħroġ avviż ta’ treġġigħ lura biex ireġġa’ lura l-movimenti tal-flus u tat-titoli involuti fl-avveniment korporattiv, l-HCB għandu jieħu l-azzjoni li ġejja:
|
(a) |
fil-każ ta’ fluss ta’ flus pożittiv, l-HCB għandu jiddebita l-ammont ta’ flus dovut mill-istess kont li fih ikun sar il-pagament oriġinali; |
|
(b) |
fil-każ ta’ fluss ta’ flus negattiv, l-HCB għandu jikkredita l-ammont ta’ flus kontanti dovut lill-istess kont li minnu jkun sar il-pagament oriġinali. |
10. Jekk l-avviż ta’ treġġigħ lura msemmi fil-paragrafu 9 ikun relatat ma’ assi mobilizzati permezz tas-CCBM, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
fil-każ ta’ likwidità pożittiva, l-HCB għandu jikkredita l-kont tal-flus indikat mis-CCB bl-ammont dovut; |
|
(b) |
fil-każ ta’ likwidità negattiva, is-CCB għandu jikkredita l-kont tal-flus indikat mill-HCB bl-ammont dovut. |
11. Għal rikavati minn avvenimenti korporattivi relatati ma’ assi negozjabbli jew DECCs mobilizzati permezz tas-CCBM, u sakemm il-kontroparti ma tkunx ipprovdiet id-dokumentazzjoni meħtieġa għall-ħelsien mit-taxxa jew tali ħelsien japplika bħala kwistjoni ta’ liġi, is-CCB għandu jnaqqas jew iżomm l-ammont ta’ kwalunkwe taxxa meħtieġa li titnaqqas jew tinżamm fir-rigward ta’ kwalunkwe rikavat, li għalih is-CCB huwa responsabbli jew responsabbli lejn l-awtoritajiet tat-taxxa.
Artikolu 11
Ġestjoni ta’ kuljum tal-kollateral
1. Il-BĊNi għandhom iwettqu rivalutazzjoni ta’ kuljum ta’ kollateral mobilizzat skont ir-regoli ta’ valutazzjoni u kontroll tar-riskju stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), il-Linja Gwida BĊE/2014/31 u l-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (9).
2. Il-BĊNi għandhom jaġġornaw il-pożizzjonijiet ta’ kreditu u l-pożizzjonijiet kollaterali kuljum biex iqisu l-imgħax akkumulat.
3. Il-BĊNi għandhom joħorġu sejħa ta’ marġni ta’ tmiem il-jum bejn 19:00 CET u 19:30 CET f’kull jum ta’ negozju jekk, wara r-rivalutazzjoni ta’ kollateral mobilizzat u l-aġġornament tal-pożizzjonijiet ta’ kreditu u l-pożizzjonijiet kollaterali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, ma jkunx għad hemm kollateral suffiċjenti f’aggregazzjoni ta’ kollateral partikolari.
4. Il-BĊNi jistgħu joħorġu sejħiet għall-marġni fi kwalunkwe ħin, jekk tiġi skoperta insuffiċjenza tal-kollateral matul il-jum.
5. Meta sejħa għall-marġni ma tkunx ġiet riżolta sas-16:55 CET f’jum ta’ negozju partikolari, sabiex jiġi kollateralizzat id-defiċit li jifdal, l-HCB għandu awtomatikament jimmobilizza r-rikavati fi flus kontanti ta’ avveniment korporattiv (jekk ikun hemm) bħala kollateral skont l-Artikolu 10(5). Jekk ir-rikavati fi flus tal-avveniment korporattiv ma jkunux biżżejjed biex tiġi riżolta bis-sħiħ is-sejħa għall-marġni jew fin-nuqqas ta’ rikavati fi flus kontanti tal-avveniment korporattiv, l-HCB għandu awtomatikament jimmobilizza l-flus bħala kollateral billi jiddebita l-MCA primarju indikat mill-kontroparti għal ammont ugwali għas-sejħa għall-marġni. Wara r-rivalutazzjoni ta’ kuljum tal-aggregazzjoni ta’ kollateral u l-kalkolu tal-imgħax dovut fuq il-flus mobilizzati bħala kollateral, kwalunkwe flus kontanti mobilizzati li jaqbżu l-ammont meħtieġ biex tiġi koperta s-sejħa għall-marġni għandhom jiġu demobilizzati awtomatikament mill-HCB.
6. Il-BĊNi għandhom iwettqu, fuq bażi ta’ kuljum, rikonċiljazzjoni tal-investimenti miżmuma f’kull kont tal-assi.
Artikolu 12
Tariffi
1. Għal assi negozjabbli u DECCs, kull BĊN għandu jirkupra mill-kontropartijiet tiegħu tariffi imposti mis-CSDs u t-TPAs. Għall-kollateral mobilizzat permezz tas-CCBM, l-HCB għandu jittrasferixxi t-tariffi miġbura mill-kontropartijiet tiegħu lis-CCB.
2. Fir-rigward tal-pretensjonijiet ta’ kreditu, l-ACCs u l-RMBDs mobilizzati bħala kollateral, l-HCB jew, fil-każ ta’ kollateral mobilizzat permezz tas-CCBM, is-CCB għandu jiddetermina jekk għandux jitlob tariffa. Meta jiġu imposti tariffi, il-livell tat-tariffa tat-tranżazzjoni u t-tariffa għas-servizz għandhom jiġu ddeterminati mill-HCB, jew fil-każ ta’ kollateral mobilizzat permezz tas-CCBM, is-CCB.
3. L-HCB għandu jiddebita t-tariffi dovuti mill-MCA primarju tal-kontroparti fit-TARGET fuq bażi ta’ kull xahar.
Artikolu 13
Riallokazzjoni u realizzazzjoni tal-kollateral
1. Il-kollateral jista’ jiġi riallokat mill-kont tal-assi indikat fiż-żmien tal-mobilizzazzjoni għal kont tal-assi ieħor fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
fil-każ ta’ fużjoni jew akkwiżizzjoni li tinvolvi żewġ kontropartijiet jew aktar tal-HCB, f’liema każ l-HCB jista’ jalloka mill-ġdid kollateral mill-kontijiet tal-assi u l-aggregazzjonijiet ta’ kollateral miżmuma mill-entità fuża jew akkwistata; |
|
(b) |
fil-każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti, f’liema każ l-HCB jista’ jalloka mill-ġdid kollateral minn kont ta’ kontroparti għal kont ta’ BĊN użat għar-realizzazzjoni ta’ kollateral; |
|
(c) |
fil-każ li kontroparti żżomm aggregazzjonijiet ta’ kollateral multipli għal skopijiet differenti, dik il-kontroparti tista’ talloka mill-ġdid kollateral minn kont ta’ assi ta’ kontroparti għal kont ta’ assi ta’ kontroparti ieħor sabiex jiżdied l-ammont ta’ kollateral miżmum fl-aggregazzjoni ta’ kollateral partikolari. |
2. Meta HCB isir konxju ta’ inadempjenza jew sospensjoni ta’ kontroparti, l-HCB jirriżerva d-dritt li jimblokka minnufih l-attività kollha ta’ ġestjoni tal-kollateral mill-kontroparti involuta.
3. Fil-każ ta’ kollateral mobilizzat permezz tas-CCBM, fejn is-CCB jiġi nnotifikat mill-HCB dwar l-inadempjenza tal-kontroparti u fuq l-istruzzjoni tal-HCB, is-CCB għandu:
|
(a) |
kif applikabbli, jieħu kwalunkwe miżura u azzjoni meħtieġa li għandha titwettaq skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha jkun stabbilit is-CCB sabiex jiġi realizzat il-kollateral f’isem l-HCB; |
|
(b) |
kif applikabbli, jieħu kwalunkwe miżura u azzjoni meħtieġa li għandha titwettaq skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha jkun stabbilit is-CCB sabiex l-HCB ikun jista’ jirrealizza l-kollateral. |
Artikolu 14
Arranġamenti ta’ kontinġenza
BĊN għandu jkollu arranġamenti fis-seħħ mal-kontropartijiet tiegħu biex jaċċetta struzzjonijiet ta’ mobilizzazzjoni u demobilizzazzjoni permezz ta’ email sigura jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni ta’ kontinġenza jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, kontroparti ma tkunx tista’ tikkomunika mal-HCB tagħha permezz tal-ECMS fil-modalità utent għal applikazzjoni (U2 A) jew fil-modalità applikazzjoni għal applikazzjoni (A2 A). F’ċirkostanzi bħal dawn, il-BĊNi jistgħu jaġixxu f’isem il-kontropartijiet tagħhom fuq struzzjoni riċevuta mingħandhom permezz ta’ email sigura jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni ta’ kontinġenza.
Artikolu 15
Miżuri dixxiplinarji tas-saldu
Il-BĊNi għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-penali imposti fuq, jew minħabba, BĊN għal fallimenti tas-saldu, kif speċifikat fid-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 li jirrigwardaw kollateral mobilizzat permezz tas-CCBM.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-18 ta’ Novembru 2024. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Ottubru 2024.
Artikolu 17
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Awwissu 2024.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(2) Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).
(3) Linja Gwida (UE) 2024/3130 tal-Bank Ċentral Ewropew tat-13 ta’ Awwissu 2024 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (BĊE/2024/23) (ĠU L, 2024/3130, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/3130/oj).
(4) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(5) Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).
(6) Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
(8) Linja Gwida BĊE/2012/13 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19).
(9) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).
ANNESS I
KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ GĦALL-UŻU TA’ SISTEMI TA’ SALDU TA’ TITOLI U TA’ RABTIET BEJN SISTEMI TA’ SALDU TA’ TITOLI F’OPERAZZJONIJIET TA’ KREDITU TAL-EUROSISTEMA
I. KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ GĦAL SISTEMI TA’ SALDU TA’ TITOLI (SSSs) U RABTIET BEJN SSSs
|
1. |
L-Eurosistema tiddetermina l-eliġibbiltà ta’ SSS operat minn depożitu ċentrali tat-titoli (CSD) stabbilit fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “operatur tal-SSS” jew “operatur ta’ SSS”) abbażi tal-kriterji kollha li ġejjin:
|
|
2. |
L-Eurosistema tiddetermina l-eliġibbiltà ta’ rabta diretta jew rabta trażmessa, li tinvolvi biss SSS taż-żona tal-euro, fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
|
3. |
Qabel ma tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà ta’ rabta diretta jew ta’ rabta trażmessa li tinvolvi SSS waħda jew aktar imħaddma minn CSDs stabbiliti fi Stat taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li l-munita tiegħu mhijiex l-euro (minn hawn ’il quddiem “SSS taż-ŻEE li mhijiex fiż-żona tal-euro” imħaddma minn “SSS operatur taż-ŻEE li mhijiex fiż-żona tal-euro”), l-Eurosistema twettaq analiżi tal-każ li tikkunsidra, fost l-oħrajn, (a) il-valur tal-assi eliġibbli maħruġin f’dawk l-SSSs u (b) il-valur tal-assi eliġibbli miżmuma mill-kontropartijiet f’dawk l-SSSs. |
|
4. |
Suġġett għal eżitu pożittiv tal-analiżi tal-każ, l-Eurosistema tiddetermina l-eliġibbiltà ta’ rabta li tinvolvi SSSs taż-ŻEE li mhumiex fiż-żona tal-euro abbażi tal-kriterji li ġejjin.
|
II. REKWIŻITI TAL-EUROSISTEMA
|
1. |
Sabiex tiġi żgurata s-solidità legali, operatur ta’ SSS għandu jissodisfa lill-BĊN tal-Istat Membru li fih jopera l-SSS rispettiv, b’referenza għal dokumentazzjoni legali vinkolanti, kemm jekk fil-forma ta’ kuntratt eżegwit kif xieraq jew b’referenza għat-termini u kundizzjonijiet obbligatorji tal-operatur ta’ SSS rilevanti jew mod ieħor, illi:
|
|
2. |
Operatur ta’ SSS għandu jiżgura illi meta l-SSS li huwa jħaddem taġixxi bħala investitur SSS, it-trasferimenti ta’ titoli permezz ta’ konnessjonijiet għandu jkun finali skont it-tifsira fid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jiġifieri ma huwiex possibbli li dawn it-trasferimenti ta’ titoli jiġu revokati, xolti, revokati jew imneħħija mod ieħor. |
|
3. |
Meta l-SSS li huwa jħaddem taġixxi bħala emittent SSS, operatur ta’ SSS għandu jiżgura illi ma jagħmilx użu ta’ istituzzjoni terza, bħal bank jew xi parti oħra li mhijiex l-SSS li qed taġixxi bħala intermedjarju bejn l-emittent u l-emittent SSS, jew l-operatur tal-SSS għandu jiżgura li l-SSS tiegħu għandha konnessjoni diretta jew trażmessa ma’ SSS li għandha din ir-relazzjoni (unika u diretta). |
|
4. |
Sabiex jintużaw il-konnessjonijiet bejn l-SSSs użati għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet tal-bank ċentrali (2), irid ikun hemm stabbiliti faċilitajiet li jippermettu saldu mingħajr ħlas fl-istess ġurnata (FOP). F’każ li jintuża saldu ta’ konsenja kontra ħlas fl-istess ġurnata (DVP), is-saldu fi flus kontanti jrid isir fi flus tal-bank ċentrali. Is-saldu jista’ jsir f’ħin reali fuq bażi gross jew f’serje ta’ proċessi f’lottijiet b’finalità fl-istess ġurnata. Dan ir-rekwiżit jitqies bħala ssodisfat għal konnessjonijiet diretti u trażmessi li fihom l-SSSs kollha involuti fil-konnessjoni jiddependu fuq servizzi T2S. |
|
5. |
Fir-rigward ta’ sigħat ta’ operat u jiem ta’ operat:
|
III. PROĊEDURA TA’ APPLIKAZZJONI
|
1. |
Operaturi tal-SSS taż-żona tal-euro li jkollhom l-intenzjoni li s-servizzi tagħhom jintużaw f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema għandhom jissottomettu applikazzjoni għal eliġibbiltà lill-BĊN tal-Istat Membru li fih l-SSS hija stabbilita. |
|
2. |
Għal konnessjonijiet, inklużi dawk li jinvolvu SSS taż-ŻEE li mhijiex fiż-żona tal-euro, l-operatur tal-investitur SSS għandu jissottometti l-applikazzjoni għal eliġibbiltà lill-BĊN tal-Istat Membru li fih jopera l-investitur SSS. |
|
3. |
L-Eurosistema tista’ tiċħad applikazzjoni jew, meta l-SSS jew il-konnessjoni hija diġà eliġibbli, l-Eurosistema tista’ tissospendi jew tirtira l-eliġibbiltà jekk:
|
|
4. |
Id-deċiżjoni tal-Eurosistema dwar l-eliġibbiltà ta’ SSS jew ta’ konnessjoni hija nnotifikata lill-operatur ta’ SSS li jkun issottometta l-applikazzjoni għal eliġibbiltà. L-Eurosistema għandha tagħti raġunijiet għal kull deċiżjoni negattiva. |
|
5. |
L-SSS jew il-konnessjoni tista’ tintuża għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema ladarba tkun ġiet ippubblikata fil-listi tal-Eurosistema ta’ SSSs eliġibbli u konnessjonijiet eliġibbli fuq is-sit web tal-BĊE. |
(1) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
(2) Il-mekkaniżmu ta’ saldu użat mill-Eurosistema għall-mobilizzazzjoni tal-kollateral huwa speċifikat fl-Artikolu 5(2).
(3) Is-CET iqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali.
ANNESS II
KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ GĦALL-UŻU TA’ AĠENTI TRIPARTITIĊI F’OPERAZZJONIJIET TA’ KREDITU TAL-EUROSISTEMA
I. KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ GĦALL-FORNIMENT TA’ SERVIZZI TA’ ĠESTJONI TA’ KOLLATERAL TRIPARTITIKU GĦALL-EUROSISTEMA MINN AĠENTI TRIPARTITIĊI (TPAs)
|
1. |
L-Eurosistema tiddetermina l-eliġibbiltà ta’ TPA biex tipprovdi TCMS lill-Eurosistema fuq il-bażi tal-kriterji kollha li ġejjin:
|
II. REKWIŻITI TAL-EUROSISTEMA
|
1. |
Biex tiġi żgurata s-solidità legali, operatur ta’ TPA għandu jissodisfa lill-BĊN li jippermetti l-użu ta’ TCMS permezz ta’ kanali ta’ mobilizzazzjoni ta’ aċċess domestiku jew dirett li l-intitolament għal titoli miżmuma f’SSS u mirhuna jew trasferiti lil BĊN fil-kuntest ta’ TCMS ma jesponix lill-BĊN, bħala riċevitur tal-kollateral, għall-insolvenza jew l-inadempjenza tal-kontroparti. |
|
2. |
Il-BĊN għandu jiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali fis-seħħ mat-TPA jispeċifikaw li:
|
|
3. |
Qabel ma jiġu allokati l-assi għal tranżazzjoni tripartitika, it-TPA irid jeżegwixxi l-kompiti li ġejjin:
|
|
4. |
Biex jappoġġa t-TPAs fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 3, it-TPA għandu juża d-data tal-ġestjoni tal-kollateral ipprovduta lilu fuq bażi ta’ kuljum. Id-data pprovduta tinkludi:
|
|
5. |
Id-data speċifikata fil-paragrafu 4 tiġi pprovduta lit-TPA fi tmiem kull jum ta’ negozju u tapplika mill-bidu tal-jum ta’ negozju li jmiss. Id-data kollha tiġi pprovduta bl-użu ta’ fajl tan-negozju ISO 20022. F’ċirkostanzi eċċezzjonali t-TPA jista’ jintalab jipproċessa u japplika data aġġornata fuq bażi tal-istess ġurnata. Barra minn hekk, it-TPA għandu jikkonforma mar-regoli li ġejjin fir-rigward tad-data:
|
|
6. |
Is-sostituzzjoni ta’ kollateral trid tiġi ssaldata bl-użu ta’ proċeduri li jorbtu r-rilaxx tat-titoli ddepożitati inizjalment bħala kollateral mal-konsenja tal-kollateral il-ġdid, jiġifieri fuq bażi ta’ konsenja kontra l-konsenja (DvD) jew ta’ konsenja kontra ħlas (DvP). Alternattivament, is-sostituzzjoni tal-kollateral tista’ tiġi ssaldata billi jiġi ddepożitat il-kollateral il-ġdid qabel ma jiġi rilaxxat il-kollateral iddepożitat inizjalment. |
|
7. |
It-TPA għandu jkollu miżuri fis-seħħ biex jiżgura li l-ħinijiet operattivi u l-ħinijiet ta’ qtugħ speċifikati fil-Ġabra Unika tar-Regoli dwar il-Ġestjoni tal-Kollateral għall-Ewropa jiġu estiżi f’każ ta’ emerġenza. |
|
8. |
Sabiex tiġi ffaċilitata kwalunkwe ħtieġa li jiġi realizzat kollateral, it-TPA għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
III. PROĊEDURA TA’ APPLIKAZZJONI
|
1. |
Operaturi TPA taż-żona tal-euro li jkollhom l-intezjoni li s-servizzi tagħhom jintużaw f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema għandhom jissottomettu applikazzjoni għal valutazzjoni tal-eliġġibiltà lill-BĊN tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit l-TPA. |
|
2. |
L-Eurosistema tista’ tirrifjuta applikazzjoni jew, fejn it-TPA huwa diġà eliġibbli, l-Eurosistema tista’ tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira l-eliġibbiltà jekk:
|
|
3. |
Id-deċiżjoni tal-Eurosistema dwar l-eliġibbiltà ta’ TPA jew ta’ link hija nnotifikata lill-operatur TPA li jkun issottometta l-applikazzjoni għal valutazzjoni tal-eliġibbiltà. L-Eurosistema għandha tagħti raġunijiet għal kull deċiżjoni negattiva. |
|
4. |
L-TPA jew il-link jista’ jintuża għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema ladarba jkun ġie ppubblikat fil-listi tal-Eurosistema ta’ SSSs eliġibbli u links eliġibbli fuq il-websajt tal-BĊE.”; |
ANNESS III
KARATTERISTIĊI KOMUNI GĦAT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET META TAĠIXXI BĦALA CCB GĦAL PRETENSJONIJIET TA’ KREDITU
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Il-kontropartijiet jistgħu jużaw pretensjonijiet ta’ kreditu biex jikkollateralizzaw operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema fuq bażi transkonfinali (jiġifieri l-kontropartijiet jistgħu jiksbu fondi mill-bank ċentrali domestiku (HCB) rispettiv tagħhom — il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro fejn jinsabu — billi jagħmlu użu minn pretensjonijiet ta’ kreditu rregolati minn liġi li ma tkunx il-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn ikun stabbilit l-HCB). Il-BĊN tal-pajjiż li l-liġi tiegħu tirregola t-talba ta’ kreditu jaġixxi bħala bank ċentrali korrispondenti (CCB).
2. Dawn it-termini u kundizzjonijiet japplikaw meta [daħħal l-isem tas-CCB]j aġixxi bħala CCB [daħħal jekk applikabbli: għal pretensjonijiet ta’ kreditu mobilizzata minn [daħħal l-isem tal-kontroparti tal-HCB]].
3. Kontroparti li tfittex li timmobilizza pretensjoni ta’ kreditu rregolata mil-liġi [daħħal l-aġġettiv tal-pajjiż] għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet li ġejjin, li jikkomplementaw it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli bejn il-kontroparti u l-HCB.
4. Kwalunkwe azzjoni mis-CCB skont dawn it-termini u kundizzjonijiet tittieħed mis-CCB f’isem l-HCB, u l-atti u l-ommissjonijiet tas-CCB għandhom jiġu attribwiti lill-HCB. L-obbligu ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawn it-termini u kundizzjonijiet għandu jkun ir-responsabbiltà tal-kontroparti.
Artikolu 2
Arranġament ta’ kollateralizzazzjoni
L-arranġament ta’ kollateralizzazzjoni legali użat għall-ħolqien ta’ imgħax fuq titoli huwa[rahan/assenjazzjoni/tariffa varjabbli].
Artikolu 3
Ftehim ta’ pretensjoni ta’ kreditu;
1. Il-ftehim ta’ pretensjoni ta’ kreditu[meħtieġ/mhux meħtieġ| għal fih klawżoli addizzjonali.
2. [Daħħal jekk applikabbli: Il-klawżoli addizzjonali li ġejjin jeħtieġ li jiġu inklużi fil-ftehim ta’ pretensjoni ta’ kreditu: [daħħal it-test tal-klawżoli addizzjonali]]..
Artikolu 4
Informazzjoni li għandha tiġi sottomessa qabel il-mobilizzazzjoni inizjali tal-pretensjonijiet ta’ kreditu
1. Qabel il-mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu inizjali, il-kontroparti għandha tinforma lill-HCB bl-intenzjoni tagħha li timmobilizza assi meta[daħħal l-isem tas-CCB]jaġixxi bħala CCB.
2. Il-kontroparti għandha tipprovdi lill-HCB l-informazzjoni li ġejja għat-trasmissjoni [daħħal l-isem tas-CCB] permezz ta’ [email/posta f’dan l-indirizz] [daħħal l-indirizz tal-posta elettronika jew postali]:
|
[(a) |
l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5 dwar is-sors tal-valutazzjoni tal-kreditu [.] [;]] |
|
[(b) |
[Daħħal jekk applikabbli: lista tal-firem awtorizzati tal-kontroparti].] |
Artikolu 5
Reġistrazzjoni tas-sors tal-valutazzjoni tal-kreditu
1. Kontroparti għandha tirreġistra s-sors tal-valutazzjoni tal-kreditu mal-HCB qabel il-mobilizzazzjoni inizjali tal-pretensjonijiet ta’ kreditu.
2. Meta kontroparti twettaq ir-reġistrazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, hija għandha tipprovdi lill-HCB bid-data minima stabbilita fi [daħħal ir-referenza għar-rekwiżiti minimi tad-data].
3. Meta kontroparti tkun tixtieq tibdel is-sors ta’ valutazzjoni tal-kreditu rreġistrat, il-kontroparti għandha tikkonforma mal-paragrafi 1 u 2 billi tipprovdi dettalji tas-sors alternattiv tal-valutazzjoni tal-kreditu.
Artikolu 6
Reġistrazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu
1. Pretensjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu rreġistrati ma’[daħħal l-isem tas-CCB]qabel jiġu mmobilizzati. Kontroparti għandha tissottometti l-istruzzjoni ta’ reġistrazzjoni lill-HCB għal trażmissjoni ulterjuri lis-CCB.
2. Meta kontroparti tissottometti struzzjoni ta’ reġistrazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, hija għandha tipprovdi d-data minima stabbilita fi [daħħal ir-referenza għar-rekwiżiti minimi tad-data].
3. Il-[daħħal l-isem tas-CCB] għandu jassenja identifikatur tal-pretensjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema standardizzat għal kull pretensjoni ta’ kreditu rreġistrata b’suċċess.
4. L-HCB għandu jinnotifika lill-kontroparti bl-identifikatur tal-pretensjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema.
5. Il-kontroparti għandha tikkwota l-identifikatur tal-pretensjoni ta’ kreditu tal-Eurosistema fl-istruzzjonijiet futuri kollha sottomessi rigward il-pretensjoni ta’ kreditu.
6. Reġistrazzjoni pubblika tal-pretensjoni ta’ kreditu [hija wkoll/mhijiex] meħtieġa.
[Daħħal jekk applikabbli: [Is-CCB/Il-kontroparti] għandha tirreġistra l-pretensjoni ta’ kreditu fi [isem ir-reġistru] miżmuma minn [daħħal l-isem tal-awtorità li żżomm ir-reġistru].]
[Daħħal dan li ġej meta l-kontroparti tirreġistra l-pretensjoni ta’ kreditu: Il-kontroparti għandha tipprovdi [daħħal l-isem tas-CCB] b’konferma tar-reġistrazzjoni.]
Artikolu 7
Twassil tad-dokumentazzjoni
Dokumentazzjoni[għandu/m’għandux]pprovduta bħala parti mill-proċess ta’ reġistrazzjoni.
[Daħħal jekk applikabbli: Il-kontroparti għandha tipprovdi lil [daħħal l-isem tas-CCB] b’kopja tal-ftehim tal-pretensjoni ta’ kreditu permezz ta’ [email/posta] fl-indirizz li ġej: [daħħal l-email jew l-indirizz postali].]
Artikolu 8
Konferma tar-reġistrazzjoni
Pretensjoni ta’ kreditu għandha titqies irreġistrata meta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 u, fejn meħtieġ, l-Artikolu 7, ikunu ġew issodisfati. L-HCB għandu jipprovdi konferma tar-reġistrazzjoni lill-kontroparti.
Artikolu 9
Notifika tad-debitur u tal-garanti qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu
1. Notifika tad-debitur qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu [hi/mhijiex] meħtieġa.
|
(a) |
[Daħħal jekk applikabbli: In-notifika għandha ssir, skont il-liġi [daħħal l-aġġettiv tal-pajjiż], qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu, sa[is-CCB/il-kontroparti].] |
|
(b) |
[Daħħal dan li ġej meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti: Meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti, għandha tintbagħat minnha konferma tan-notifika lil [daħħal l-isem taċ-CCB] permezz ta’ [email/posta] fl-indirizz li ġej: [daħħal l-email jew l-indirizz postali]. |
2. Notifika tal-garanti qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu [hi/mhijiex] meħtieġa.
|
(a) |
[Daħħal jekk applikabbli: In-notifika għandha ssir, skont il-liġi [daħħal l-aġġettiv tal-pajjiż], qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu, minn [is-CCB/il-kontroparti].] |
|
(b) |
[Daħħal dan li ġej meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti: Meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti, konferma tan-notifika għandha tintbagħat minnha lil [daħħal l-isem tas-CCB] permezz ta’ [email/posta] fl-indirizz li ġej: [daħħal l-email jew l-indirizz postali].] |
Artikolu 10
Mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu
Meta talba għal kreditu tkun ġiet irreġistrata u jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ notifika stabbiliti fl-Artikolu 9, it-talba għal kreditu tista’ tiġi mmobilizzata bħala kollateral. Sabiex tiġi mmobbilizzata pretensjoni ta’ kreditu, kontroparti għandha tissottmetti struzzjonijiet lill-HCB li għandu jittrasmettihom lil [daħħal l-isem tas-CCB]għal aktar ipproċessar.
Artikolu 11
Notifika tad-debitur u tal-garanti wara l-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu
1. In-notifika tad-debitur dwar il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu[hi/mhijiex]hija meħtieġa.
|
(a) |
[Daħħal jekk applikabbli: Notifika għandha titwettaq, skont il-liġi [daħħal l-aġġettiv tal-pajjiż], wara l-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu, minn [is-CCB/il-kontroparti].] |
|
(b) |
[Daħħal dan li ġej meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti: Meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti, konferma tan-notifika għandha tintbagħat minnha lil [daħħal l-isem tas-CCB] permezz ta’ [email/posta] fl-indirizz li ġej: [daħħal l-email jew l-indirizz postali]. |
2. Notifika tal-garanti wara l-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu [hi/mhijiex] hija meħtieġa.
|
(a) |
[Daħħal jekk applikabbli: Notifika għandha titwettaq, skont il-liġi [daħħal l-aġġettiv tal-pajjiż], wara l-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu, minn [is-CCB/il-kontroparti]. |
|
(b) |
[Daħħal dan li ġej meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti: Meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti, konferma tan-notifika għandha tintbagħat minnha lil [daħħal l-isem tas-CCB] permezz ta’ [email/posta] fl-indirizz li ġej: [daħħal l-email jew l-indirizz postali].] |
Artikolu 12
Bidliet li jaffettwaw il-pretensjonijiet ta’ kreditu mobilizzati
1. Kontroparti għandha tikkomunika kwalunkwe bidla fl-elementi tad-data ewlenija li jikkonċernaw pretensjonijiet ta’ kreditu mobilizzati lill-HCB matul il-jum ta’ negozju li jmiss.
2. L-HCB għandu jikkondividi l-informazzjoni msemmija fil-papragrafu 1 ma’ [daħħal l-isem tas-CCB].
Artikolu 13
Demobilizzazzjoni tal-pretensjonijiet ta’ kreditu
Kontroparti għandha tissottometti struzzjonijiet biex tiddemobilizza pretensjoni ta’ kreditu lill-HCB, li għandu jressaq dawn l-istruzzjonijiet lil[daħħal l-isem tas-CCB]għal aktar ipproċessar.
Artikolu 14
Tariffi
[daħħal l-isem tas-CCB] [timponi tariffi/ma timponix tariffi]tariffi għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu. [Daħħal jekk tariffi huma imposti: Id-dettalji tat-tariffi imposti huma stabbiliti fid-dokument intitolat “Ġestjoni kollaterali f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema — informazzjoni għall-kontropartijiet tal-Eurosistema”, li huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-BĊE. L-HCB għandu jiddebita t-tariffi fuq bażi ta’ kull xahar mill-MCA primarju tal-kontroparti fit-TARGET.]
ANNESS IV
KARATTERISTIĊI KOMUNI GĦAT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET META TAĠIXXI BĦALA ACB GĦAL PRETENSJONIJIET TA’ KREDITU
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Meta pretensjoni ta’ kreditu tkun irregolata mil-liġi tal-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali domestiku (HCB), u wieħed jew aktar mid-debitur, il-garanti jew il-kreditur tal-pretensjoni ta’ kreditu jkun jinsab fi Stat Membru differenti taż-żona tal-euro, l-HCB jista’ jitlob l-appoġġ ta’ bank ċentrali li jassisti (ACB) biex jipprovdi assistenza u pariri lill-HCB dwar il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu. L-ACB għandu jkun il-BĊN tal-Istat Membru fejn jinsab id-debitur u/jew il-garanti u/jew il-kreditur ta’ pretensjoni ta’ kreditu.
2. Dawn it-termini u kundizzjonijiet japplikaw meta[daħħal l-isem tal-ACB] jaġixxi bħala ACB.
3. Kontroparti li tfittex li timmobilizza pretensjoni ta’ kreditu fejn [daħħal l-isem tal-ACB] taġixxi bħala ACB għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet li ġejjin, li jikkomplementaw it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli bejn il-kontroparti u l-HCB.
Artikolu 2
Arranġament ta’ kollateralizzazzjoni
L-arranġament ta’ kollateralizzazzjoni legali użat għall-ħolqien ta’ imgħax fuq titoli huwa [rahan/assenjazzjoni/tariffa varjabbli].
Artikolu 3
Ftehim ta’ pretensjoni ta’ kreditu
Il-ftehim ta’ pretensjoni ta’ kreditu [meħtieġ/mhux meħtieġ| għal fih klawżoli addizzjonali biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ imgħax ta’ garanzija ulterjuri wara l-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu.
[Daħħal jekk applikabbli: Il-klawżoli addizzjonali li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ta’ pretensjoni ta’ kreditu: [daħħal it-test tal-klawżoli addizzjonali].]
Artikolu 4
Reġistrazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu
Ir-reġistrazzjoni pubblika tal-pretensjoni ta’ kreditu hija [hija wkoll/ma hijiex] meħtieġa.
[Daħħal jekk applikabbli: Meta [daħħal isem l-ACB] jaġixxi bħala ACB, ir-reġistrazzjoni [hija/mhijiex] meħtieġa, skont ir-rekwiżiti tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet applikabbli fil-ġurisdizzjoni li fiha huwa stabbilit l-HCB. Ir-reġistrazzjoni għandha titwettaq skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni li teħtieġ ir-reġistrazzjoni.]
[Daħħal jekk applikabbli: Ir-reġistrazzjoni għandha titwettaq, fi [isem ir-reġistru] miżmum minn [daħħal isem l-awtorità li żżomm ir-reġistru], skont ir-regoli rispettivi applikabbli għar-reġistru, minn [l-HCB/il-kontroparti].]
[Daħħal dan li ġej meta r-reġistrazzjoni pubblika titwettaq mill-kontroparti: Meta r-reġistrazzjoni pubblika titwettaq mill-kontroparti, għandha tintbagħat konferma tar-reġistrazzjoni lill-HCB permezz ta’ [email/posta].]
Artikolu 5
Notifika tad-debitur u tal-garanti qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu
1. Notifika tad-debitur qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu[hi/mhijiex]meħtieġa.
|
(a) |
[Daħħal jekk applikabbli: In-notifika għandha titwettaq, skont il-liġi [daħħal l-aġġettiv tal-pajjiż], qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni tal-kreditu, mill-[l-HCB/il-kontroparti].] |
|
(b) |
[Daħħal dan li ġej meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti: Meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti, għandha tintbagħat konferma tan-notifika minnha lill-HCB permezz ta’ [email/posta].] |
2. Notifika tal-garanti qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu[hi/mhijiex]meħtieġa.
|
(a) |
[Daħħal jekk applikabbli: In-notifika għandha titwettaq, skont il-liġi [daħħal l-aġġettiv tal-pajjiż], qabel il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni tal-kreditu, minn [l-HCB/il-kontroparti].] |
|
(b) |
[Daħħal dan li ġej meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti: Meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti, għandha tintbagħat konferma tan-notifika minnha lill-HCB permezz ta’ [email/posta].] |
Artikolu 6
Notifika tad-debitur u tal-garanti wara l-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu
1. In-notifika tad-debitur dwar il-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu [hi/mhijiex] meħtieġa.
|
(a) |
[Daħħal jekk applikabbli: In-notifika għandha titwettaq, skont il-liġi [daħħal l-aġġettiv tal-pajjiż], wara l-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni tal-kreditu, minn [l-HCB/il-kontroparti].] |
|
(b) |
[Daħħal dan li ġej meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti: Meta n-notifika titwettaq mill-] kontroparti, għandha tintbagħat konferma tan-notifika minnha lill-HCB permezz ta’ [email/posta].] |
2. Notifika tal-garanti wara l-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu[hi/mhijiex]hija meħtieġa.
|
(a) |
[Daħħal jekk applikabbli: In-notifika għandha titwettaq, skont il-liġi [daħħal l-aġġettiv tal-pajjiż], wara l-mobilizzazzjoni tal-pretensjoni tal-kreditu, minn [l-HCB/il-kontroparti].] |
|
(b) |
[Daħħal dan li ġej meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti: Meta n-notifika titwettaq mill-kontroparti, għandha tintbagħat konferma tan-notifika minnha lill-HCB permezz ta’ [email/posta].] |
ANNESS V
FINIJIET OĦRA GĦALL-MOBILIZZAZZJONI TAL-KOLLATERAL
|
|
Fini |
Definizzjoni |
|
1 |
Assistenza ta’ Likwidità f’Emerġenza |
Kollateral riżervat għall-kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ Assistenza ta’ Likwidità f’Emerġenza (ELA). |
|
2 |
Garanzija ta’ Sistema ta’ Pagament bl-Imnut |
Kollateral riżervat minn parteċipanti tas-sistema ta’ ħlas bl-imnut sabiex l-ipproċessar ta’ pagamenti jkun żgurat f’sistema ta’ pagament bl-imnut permezz ta’ garanzija. |
|
3 |
Fond ta’ Marġini tas-CCP |
Kollateral riżervat minn CCP f’isem parteċipant ta’ CCP sabiex jintlaħqu l-obbligi tar-rekwiżit tal-marġini. Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-EMIR, kull rekwiżit tal-marġini jagħmel differenza bejn ir-rekwiżiti tal-marġini tad-dħul fiss u r-rekwiżiti tal-marġini tal-flus kontanti/derivattivi. Sussegwentement, issir differenza ulterjuri bejn tranżazzjonijiet imwettqa b’kaptial proprju tal-membru li jwettaq l-ikklerjar u tranżazzjonijiet imwettqa għall-klijenti tal-memrbu li jwettaq l-ikklerjar. |
|
4 |
Fond ta’ Inadempjenza tas-CCP |
Kollateral riżervat minn CCP f’isem parteċipant ta’ CCP sabiex jintlaħqu l-obbligi tar-rekwiżit tal-fond ta’ inadempjenza. Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-EMIR, kull rekwiżit tal-fond ta’ inadempjenza jagħmel distinzjoni bejn ir-rekwiżiti tal-fond ta’ inadempjenza tad-dħul fiss u r-rekwiżiti tal-fond ta’ inadempjenza tal-flus kontanti/derivattivi relatati ma’ tranżazzjonijiet imwettqa b’kapital proprju tal-membru li jwettaq l-ikklerjar. |
|
5 |
Servizzi ta’ Ġestjoni ta’ Riżervi tal-Eurosistema |
Kollateral riżervat għall-finijiet li jiġu pprovduti servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema lil banek ċentrali, awtoritajiet monetarji jew istituzzjonijiet tal-istat li jinsabu barra miż-żona tal-euro u lil organizzazzjonijiet internazzjonali. |
|
6 |
Karti tal-flus |
Kollateral riżervat bħala garanzija biex ikopri distakk potenzjali bejn il-ġbid u t-tqegħid ta’ karti tal-flus. |
|
7 |
Tranżazzjonijiet FX |
Kollateral riżervat sabiex itaffi kontra flutwazzjonijiet tar-rata tal-kambju fi tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani u tranżazzjonijiet ta’ deheb. |
|
8 |
Garanzija Ċekk |
Kollateral riżervat biex jaġixxi bħala garanzija għall-ikklerjar/għaċ-ċirkolazzjoni ta’ ċekkijiet tal-kaxxier maħruġa minn banek. |
|
9 |
Assigurazzjoni tad-Depożiti Nazzjonali |
Kollateral riżervat biex jintlaħqu obbligi fir-rigward tal-Assigurazzjoni tad-Depożiti Nazzjonali. |
|
10 |
Debiti Diretti SEPA |
Kollateral riżervat biex jaġixxi bħala garanzija għall-issodisfar tad-Debiti Diretti SEPA (SDD) tal-kontropartijiet. |
|
11 |
Pagamenti istantanji |
Kollateral riżervat biex jaġixxi bħala garanzija għall-issodisfar tal-ħtiġijiet ta’ likwidità f’emerġenza għal skemi ta’ Pagamenti Istantanji lokali. |
|
12 |
Faċilità Repo tal-Eurosistema għall-Banek Ċentrali Barranin |
Kollateral riżervat għall-kollateralizzazzjoni ta’ likwidità tal-euro pprovduta lil banek ċentrali li mhumiex fiż-żona tal-euro fil-kuntest tal-faċilità repo tal-Eurosistema għall-banek ċentrali. |
|
13 |
Servizzi ta’ Ġestjoni ta’ Flus Kollateralizzati |
Kollateral riżervat biex jiġu pprovduti servizzi ta’ ġestjoni ta’ flus kollateralizzati minn bank ċentrali (li jaġixxi bħala aġent finanzjarju) lil klijenti pubbliċi domestiċi istituzzjonali. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/3129/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)