|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3121 |
17.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3121
tas-16 ta’ Diċembru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti korpi ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bħala kompetenti li jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati organiċi f’pajjiżi terzi għall-fini tal-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (2) ġie adottat biex jinkludi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 bħala kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati organiċi f’pajjiżi terzi għall-fini tal-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 45(1), il-punt (b)(i), ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi l-kriterji li l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll iridu jissodisfaw sabiex jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali li għandhom jiġu ssodisfati minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll meta jippreżentaw it-talba tagħhom għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni, li tikkonsisti f’dossier tekniku. |
|
(3) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378, il-Kummissjoni rċeviet talbiet għar-rikonoxximent minn għadd ta’ korpi ta’ kontroll, ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) 2018/848. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat, f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, it-talbiet għar-rikonoxximent mingħand “Başak Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Ticaret Limited Şirketi”, “Bioagricert s.r.l. Unipersonale”, “DQS POLSKA SPÓŁKA Z OGRANICZONĄ ODPOWIEDZIALNOŚCIĄ”, “GCL International Ltd”, “Japan Organic and Natural Foods Association” u “Sertifikācijas un testēšanas centrs”. Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dossiers tekniċi tagħhom, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li dawk il-korpi ta’ kontroll jiġu rikonoxxuti għal ċerti kategoriji ta’ prodotti f’ċerti pajjiżi terzi, għal żmien indefinit. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1378/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1698/oj).
ANNESS
It-tielet paragrafu tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Balkan Biocert Macedonia DOOEL Skopje: “Başak Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Ticaret Limited Şirketi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Beijing Continental Hengtong Certification Co., Ltd: “Bioagricert s.r.l. Unipersonale
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
L-entrata għal DQS POLSKA SPÓŁKA Z OGRANICZONĄ ODPOWIEDZIALNOŚCIĄ hija sostitwita b’dan li ġej: “DQS POLSKA SPÓŁKA Z OGRANICZONĄ ODPOWIEDZIALNOŚCIĄ
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal FOOD SAFETY S.A.: “GCL International Ltd
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal INDOCERT: “Japan Organic and Natural Foods Association
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Organska Kontrola d.o.o. Sarajevo: “Sertifikācijas un testēšanas centrs
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3121/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)