|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3116 |
10.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/3116
tad-9 ta’ Diċembru 2024
dwar il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 42(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1515 (1), li stabbilixxiet Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD). |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill approva l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża (il-“Boxxla Strateġika”), bl-objettiv li l-Unjoni ssir fornitur tas-sigurtà aktar b’saħħtu u aktar kapaċi, inkluż billi timplimenta b’mod effettiv l-approċċ integrat tal-Unjoni kif ukoll issaħħaħ il-missjonijiet ċivili u militari tal-PSDK tal-Unjoni billi tipprovdilhom mandati aktar robusti u flessibbli u tippromwovi teħid ta’ deċiżjonijiet rapidu u aktar flessibbli. |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Mejju 2023, il-Kunsill qabel mal-Patt tal-UE dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK, li jfittex li jsaħħaħ l-effettività, l-impatt, il-flessibbiltà u r-robustezza tal-missjonijiet ċivili, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi emerġenti u futuri tas-sigurtà. |
|
(4) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2023, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà approva l-Gwida Strateġika EUCTG-EUMTG dwar it-Taħriġ fil-PSDK, u rrakkomanda li jirrevedi d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515 biex l-Istati Membri jiġu appoġġati aktar fl-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Politika tal-UE dwar it-Taħriġ fil-PSDK. |
|
(5) |
Fil-“Politika tal-UE tal-2024 dwar it-taħriġ fil-PSDK”, il-KESD huwa deżinjat bħala l-organu prinċipali responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika u mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ taħriġ fil-PSDK. Din id-deżinjazzjoni ssir mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri. |
|
(6) |
Il-KESD igawdi minn kapaċità ġuridika, iżda fil-prattika jiddependi fuq l-istrutturi amministrattivi u l-faċilitajiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-funzjonament tiegħu. Biex il-KESD ikun jista’ jwettaq il-missjoni tiegħu, huwa neċessarju li jiġu adottati ċerti dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-istatus tal-persunal tal-KESD, kif ukoll l-appoġġ amministrattiv u l-faċilitajiet previsti mis-SEAE. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515 tiġi riveduta. Fl-interess taċ-ċarezza legali, dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontinwità
1. Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD), stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515 għandu jkompli jopera, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515.
2. Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet, l-obbligi r-regoli, jew id-deċiżjonijiet eżistenti adottati skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515.
Artikolu 2
Missjoni
Il-KESD għandu jipprovdi taħriġ u edukazzjoni fil-qasam tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) tal-Unjoni fil-kuntest usa’ tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) sabiex jiġi żviluppat u promoss fehim komuni tal-PESK u tal-PSDK fost il-persunal ċivili u militari, u biex jiġu identifikati u mxerrda l-aħjar prattiki fir-rigward ta’ diversi kwistjonijiet tal-PESK u tal-PSDK permezz tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tiegħu.
Artikolu 3
Objettivi
1. Il-KESD għandu jikkontribwixxi biex isaħħaħ il-kultura Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża komuni fi ħdan l-Unjoni u biex jippromwovi l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Huwa għandu, b’mod partikolari, ikollu l-objettivi li ġejjin:
|
(a) |
li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Politika tal-UE dwar it-taħriġ fil-PSDK, filwaqt li jiżgura konsistenza ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni, fejn xieraq, filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-Approċċ Integrat tal-UE għal Konflitti u Kriżijiet Esterni, il-Boxxla Strateġika u l-Patt tal-UE dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK; |
|
(b) |
li jiżviluppa l-kwalità u l-koerenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-PSDK; |
|
(c) |
li jidentifika, jaġġorna u jwieġeb għall-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi u l-aġenziji, kif ukoll l-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK u jiżgura li l-persunal rilevanti jkollu l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa, fehim komuni tal-prinċipji ta’ funzjonament tal-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK, kif ukoll li jkun kapaċi jaħdem b’mod effiċjenti fuq il-kwistjonijiet kollha rilevanti tal-PSDK fil-livelli kollha (politiku, strateġiku, operazzjonali u tattiku); |
|
(d) |
li jippermetti l-akkomunament u l-kondiviżjoni tat-taħriġ u l-edukazzjoni fil-PSDK permezz ta’ network ta’ fornituri ta’ taħriġ ċivili u militari fl-Istati Membri; |
|
(e) |
li jappoġġa ċentri ta’ taħriġ nazzjonali u internazzjonali permezz ta’ pariri dwar standards edukattivi internazzjonali, prattiki tajba u l-aħħar riċerka dwar il-PSDK, inkluż fil-livell ta’ PhD; |
|
(f) |
li jiżviluppa arranġamenti ddetalijati għall-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, inkluż mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għat-taħriġ akkomunat u kondiviż tal-PSDK; |
|
(g) |
li jappoġġa s-sħubiji tal-Unjoni fil-qasam tal-PSDK, b’mod partikolari sħubiji mal-pajjiżi li jkunu qed jieħdu sehem fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK; |
|
(h) |
li jappoġġa l-inizjattivi ta’ diplomazija pubblika tal-Unjoni permezz tal-attivitajiet ta’ taħriġ tiegħu fil-viċinat Ewropew u lil hinn minnu; |
|
(i) |
li jrawwem sinerġiji u komplementarjetà bejn id-dimensjonijiet ċivili u militari tal-PSDK, inkluż permezz ta’ taħriġ f’oqsma differenti. |
2. Minbarra l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-KESD għandu jwettaq kwalunkwe kompitu ieħor, hekk kif ikun deċiż mill-Kumitat ta’ Tmexxija, fuq bażi annwali, mas-SEAE u s-segretarjat tal-KESD li jaġixxu f’kapaċità ta’ appoġġ.
Artikolu 4
Governanza, implimentazzjoni u rapportar
1. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun il-korp ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-KESD.
2. Il-KESD għandu jaħdem taħt ir-responsabbiltà ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (Rappreżentant Għoli).
3. It-tmexxija ġenerali tal-prijoritajiet u l-attivitajiet tal-KESD hija r-responsabbiltà tal-Kunsill. Il-KESD għandu jinforma regolarment lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tiegħu. Kull sena huwa għandu jippreżenta lill-Kunsill rapport dwar l-attivitajiet tiegħu li jkopri s-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 5
Kapaċità ġuridika
1. Il-KESD għandu jkollu l-kapaċità ġuridika neċessarja biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jilħaq l-objettivi tiegħu, u b’mod partikolari biex jikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi neċessarji għall-funzjonament tiegħu, li jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli, li jakkwista servizzi u provvisti u jħallas l-obbligazzjonijiet tiegħu, li jkollu kontijiet bankarji, u li jkun parti għal proċedimenti legali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-KESD igawdi l-kapaċità ġuridika mogħtija lill-persuni ġuridiċi fil-liġijiet tagħhom. Kwalunkwe obbligazzjoni li jista’ jġarrab il-KESD għandha tkun koperta mill-fondi magħmula disponibbli għalih skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Struttura tal-KESD
Il-KESD għandu jkun strutturat kif ġej:
|
(a) |
il-Kumitat ta’ Tmexxija, għandu jkun il-korp ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-KESD, b’responsabbiltà għall-koordinazzjoni u d-direzzjoni ġenerali tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD. Ir-rwol tiegħu għandu jinkludi li jagħti direzzjoni dwar il-kontenut u l-prijoritajiet tal-programmi ta’ taħriġ tal-KESD, u li jieħu deċiżjonijiet dwar kompiti speċifiċi, f’konformità tal-prijoritajiet strateġiċi kif definiti mill-Kunsill; |
|
(b) |
il-Bord Akkademiku Eżekuttiv, li jirrappreżenta n-network previst fl-Artikolu 7, li għandu jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet akkademiċi lill-Kumitat ta’ Tmexxija u jkun responsabbli mill-iżgurar tal-kwalità u l-koerenza tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD; |
|
(c) |
il-Kap tal-KESD, li għandu jkun ukoll il-kap tas-Segretarjat tal-KESD, għandu jassisti lill-Kumitat ta’ Tmexxija u lill-Bord Akkademiku Eżekuttiv fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, u għandu jkunu responsabbli mill-iżgurar tal-kwalità u l-koerenza ġenerali tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD; |
|
(d) |
is-Segretarjat tal-KESD, li r-rwol tiegħu huwa stabbilit fl-Artikolu 13. |
Artikolu 7
Network
1. Il-KESD għandu jkun organizzat bħala network li jlaqqa’ flimkien fornituri ta’ attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni rilevanti, jiġifieri istituti ċivili u militari, kulleġġi, akkademji, universitajiet, istituzzjonijiet, ċentri ta’ eċċellenza u atturi oħra li jittrattaw kwistjonijiet ta’ politika ta’ sigurtà u ta’ difiża fl-Unjoni, kif identifikati mill-Istati Membri.
2. Il-KESD għandu jistabbilixxi rabtiet mill-qrib u jikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà.
3. Il-KESD għandu juża l-għarfien espert ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, governattivi jew mhux governattivi u atturi rilevanti oħra, bħall-istituti nazzjonali tat-taħriġ u l-edukazzjoni ta’ pajjiżi terzi, kif xieraq u f’konformità mal-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, li jistgħu jiksbu l-istatus ta’ “sħab assoċjati tan-network”, u li l-arranġamenti dettaljati tagħhom għandhom jiġu approvati mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
Artikolu 8
Kumitat ta’ Tmexxija
1. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn membru rappreżentattiv wieħed maħtur minn kull Stat Membru. Huwa għandu jiltaqa’ mill-inqas erba’ darbiet fis-sena. Kull membru tal-Kumitat jista’ jkun rappreżentat jew akkumpanjat minn membru supplenti. Fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jieħu sehem Rappreżentant tas-SEAE, mingħajr id-dritt tal-vot.
2. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli. Il-President għandu jiffaċilita d-diskussjonijiet dwar l-orjentazzjoni strateġika, jiżgura l-koerenza tal-politika, u jmexxi l-isforzi għall-ħolqien ta’ kunsens fost il-membri, biex jissaħħaħ il-kontribut tal-KESD għal PSDK effiċjenti u effettiva.
3. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa fir-rigward tat-twettiq u s-sorveljanza tal-missjoni, l-objettivi, u l-funzjonament ġenerali tan-network tal-KESD. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu, b’mod partikolari:
|
(a) |
jiżgura s-sinerġija u l-komplimentarjetà tal-attivitajiet bejn it-taħriġ ċivili u militari u l-attivitajiet relatati, filwaqt li jirrispetta l-istandards u ċ-ċertifikazzjonijiet nazzjonali; |
|
(b) |
japprova l-programm ta’ ħidma annwali tal-KESD, kif ukoll il-proposti baġitarji annwali u kwalunkwe emendi għalihom; |
|
(c) |
japprova r-rapporti annwali dwar l-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD, u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fihom; |
|
(d) |
jagħżel u jipprijoritizza l-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni li għandhom jitmexxew taħt il-KESD, u japprova, kull sena, kwalunkwe kompitu speċifiku għall-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni li għandhom jitwettqu mill-KESD f’konformità mal-missjoni u l-objettivi tiegħu, b’kont meħud tar-rekwiżiti ta’ taħriġ u r-riżorsi disponibbli; |
|
(e) |
jadotta l-kurrikuli għall-attivitajiet kollha ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD; u, |
|
(f) |
jiddeċiedi dwar il-ftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ attivitajiet speċifiċi ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD, f’konformità mal-qafas istituzzjonali tal-Unjoni. |
4. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jipprovdi gwida ġenerali għall-ħidma tal-Bord Akkademiku, il-Kap u s-Segretarjat tal-KESD.
5. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu:
|
(a) |
jaħtar lill-Presidenti tal-Bord Akkademiku Eżekuttiv u l-konfigurazzjonijiet differenti tiegħu; |
|
(b) |
japprova r-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord Akademiku Eżekuttiv; |
|
(c) |
japprova l-estimu tad-dħul u tan-nefqa tal-KESD imsemmija fl-Artikolu 10(7); |
|
(d) |
japprova kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja msemmija fl-Artikolu 17. |
6. Il-Kap tal-KESD, is-Segretarjat tal-KESD, il-President tal-Bord Akkademiku Eżekuttiv u, meta jkun il-każ, il-Presidenti tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Bord Akkademiku Eżekuttiv, kif ukoll rappreżentanti tal-Kummissjoni u ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, tas-SEAE, jew ta’ korpi, uffiċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni, jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Tmexxija, mingħajr id-dritt tal-vot.
7. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jaġixxi b’maġġoranza sempliċi għall-approvazzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, u għal deċiżjonijiet proċedurali oħra.
8. Meta l-KESD jirċievi kontribuzzjoni pluriennali mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu japprova l-proposta ta’ baġit annwali, filwaqt li jaġixxi b’unanimità.
Artikolu 9
Bord Akkademiku Eżekuttiv
1. Il-Bord Akkademiku Eżekuttiv (BAE) għandu jkun magħmul minn rappreżentanti għolja mill-istituzzjonijiet ċivili u militari, u atturi oħra rilevanti identifikati mill-Istati Membri, kif determinat mill-Kumitat ta’ Tmexxija, li jiżgura riflessjoni xierqa tal-bilanċ ċivili-militari fil-kompożizzjoni u l-konfigurazzjonijiet tiegħu.
2. Ir-rappreżentanti tas-SEAE u tal-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-BAE.
3. Esperti akkademiċi u uffiċjali għoljin minn istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-BAE, bħala osservaturi. Meta xieraq, u fuq bażi ta’ każ b’każ, l-esperti akkademiċi u l-uffiċjali għoljin li jirappreżentaworgani barra min-network jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-laqgħat tal-BAE.
4. Il-kompiti tal-BAE għandhom ikunu li:
|
(a) |
jappoġġa l-implimentazzjoni, permezz tan-network u s-Segretarjat, tal-programm ta’ ħidma annwali tal-KESD; |
|
(b) |
jappoġġa l-koordinazzjoni ġenerali tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD fost l-istituti ta’ taħriġ kollha li jkunu qed jieħdu sehem; |
|
(c) |
jirrieżamina l-istandards tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni mwettqa fis-sena akkademika preċedenti u jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-assigurazzjoni tal-kwalità permezz tal-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni; |
|
(d) |
jiżgura l-evalwazzjoni sistematika tal-attivitajiet kollha ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD, b’mod partikolari permezz tas-simplifikazzjoni tal-evalwazzjoni tal-korsijiet u r-rapportar; u |
|
(e) |
jiżviluppa approċċ adattat, ibbażat fuq il-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, li l-għan tagħha jkun ivvalutat u deċiż mill-Kumitat ta’ Tmexxija tal-KESD. |
5. Biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BAE jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti ffokati fuq proġett partikolari, appoġġat mis-Segretarjat tal-KESD kif xieraq. Il-BAE għandu jfassal it-Termini ta’ Referenza ta’ dawk il-konfigurazzjonijiet, għall-approvazzjoni mill-Kumitat tat-Tmexxija. Kull konfigurazzjoni għandha tirrapporta dwar l-attivitajiet tagħha lill-BAE mill-inqas darba fis-sena. Fuq proposta mill-BAE, jew mis-Segretarjat tal-KESD, il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jestendi jew itemm il-mandat ta’ konfigurazzjonijiet speċifiċi.
6. Ir-regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-BAE u għal kwalunkwe konfigurazzjoni speċifika.
Artikolu 10
Kap tal-KESD
1. Il-Kap tal-KESD għandu jkun responsabbli mill-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja tal-KESD u għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-KESD.
2. Taħt ir-responsabbiltà ġenerali tar-Rappreżentant Għoli, il-Kap tal-KESD għandu jiżgura l-operat tal-KESD, kif ukoll ambjent tax-xogħol sigur u inklussiv, filwaqt li jħares livell għoli ta’ għarfien espert, professjonaliżmu u standards etiċi fl-amministrazzjoni tas-Segretarjat tal-KESD, u għandu jiżgura l-effiċjenza u l-effettività fit-twettiq tal-attivitajiet tal-KESD.
3. Il-Kap tal-KESD għandu jirraporta lill-Kumitat ta’ Tmexxija għall-attivitajiet fir-rigward tat-twettiq tal-missjoni, l-objettivi u l-kompiti tal-KESD.
4. Il-Kap tal-KESD għandu jagħti pariri u jassisti lill-Kumitat ta’ Tmexxija u lill-Bord Akkademiku Eżekuttiv dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni ġenerali tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD.
5. Il-Kap tal-KESD għandu jkun responsabbli mir-rapportar annwali tal-KESD, inkluż fir-rigward tal-infiq finanzjarju, li jkun fih is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-missjoni u l-objettivi tiegħu, kif ukoll responsabbli tal-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe gwida strateġika possibbli mogħtija mill-Kunsill wara l-approvazzjoni tagħha mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
6. Il-Kap tal-KESD għandu jippreżenta pjan ta’ ħidma annwali lill-Kumitat ta’ Tmexxija abbażi tal-proposti ppreżentati mill-membri tan-network previsti fl-Artikolu 7, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE u, kif adatt, fir-rigward tal-finanzjament, mal-Kummissjoni.
7. Il-Kap tal-KESD għandu jippreżenta lill-Kumitat ta’ Tmexxija, estimu tad-dħul u tan-nefqa għall-KESD, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Wara l-approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Tmexxija, il-Kap tal-KESD għandu jibgħat l-estimu tad-dħul u tan-nefqa lill-Kummissjoni.
Artikolu 11
Għażla tal-Kap tal-KESD
1. Il-kandidati għall-pożizzjoni ta’ Kap tal-KESD għandhom ikunu persuni b’ħila esperta u esperjenza rikonoxxuti fit-taħriġ u l-edukazzjoni kif ukoll b’esperjenza maniġerjali rilevanti ta’ livell adattat. Kull Stat Membru jista’ jippreżenta kandidat wieħed għall-pożizzjoni ta’ Kap tal-KESD. Il-persunal tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż tas-SEAE, jista’ japplika wkoll għal din il-pożizzjoni.
2. Il-proċess tal-preselezzjoni għandu jiġi organizzat taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Il-bord tal-preselezzjoni għandu jkun magħmul minn tliet rappreżentanti tas-SEAE. Dan għandu jkun presedut mill-President tal-Kumitat ta’ Tmexxija. Abbażi tar-riżultati tal-preselezzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta lill-Kumitat ta’ Tmexxija rakkomandazzjoni b’lista ristretta ta’ mill-inqas tliet kandidati, imfassla skont l-ordni tal-preferenza tal-bord ta’ preselezzjoni. Il-kandidati għandhom jippreżentaw il-viżjoni tagħhom għall-KESD lill-Kumitat ta’ Tmexxija, u wara dan il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiġi mistieden jikklassifika l-kandidati b’vot sigriet bil-miktub. Il-kandidat li jikseb l-akbar numru ta’ voti mitfugħa, għandu jinħatar mir-Rappreżentant Għoli għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin. Jekk il-kandidati kklassifikati l-ogħla jiksbu numru ugwali ta’ voti, għandhom isiru aktar votazzjonijiet bejn dawk il-kandidati, kif ikun meħtieġ, sakemm kandidat waħdieni jakkwista l-akbar numru ta’ voti.
3. Minkejja r-responsabbiltà politika tal-Kap lejn il-Kumitat ta’ Tmexxija skont l-Artikolu 10(3) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kap tal-KESD għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu jew tagħha bħala membru tal-persunal tas-SEAE taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli bħala Awtorità tal-Ħatra jew Awtorità Awtorizzata li Tikkonkludi l-Kuntratti ta’ Reklutaġġ rispettivament (minn hawn ’il quddiem “Awtorità tal-Ħatra”).
4. Sitt xhur qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jivvaluta it-twettiq tal-kompiti tal-Kap, inkluż fil-kuntest tat-twettiq tal-missjoni u l-objettivi tal-KESD, fil-kuntest tal-viżjoni tal-KESD ippreżentata waqt il-proċess tal-għażla stabbilit fil-paragrafu 2 u r-riżultati miksuba, u abbażi ta’ kwalunkwe element imressaq mis-SEAE fir-rwol ta’ appoġġ tiegħu tar-Rappreżentant Għoli, relatat mal-prestazzjoni maniġerjali ġenerali. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jew jipproponi lir-Rappreżentant Għoli biex jestendi l-mandat tal-Kap tal-KESD, jew għandu jiddeċiedi li jniedi proċedura tal-għażla għal Kap ġdid tal-KESD. Fil-każ ta’ estensjoni, it-tul ta’ żmien totali tal-mandat tal-Kap tal-KESD ma għandux jaqbeż il-ħames snin.
5. Ir-Rappreżentant Għoli jista’ jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin, bil-kunsens tal-Kumitat ta’ Tmexxija, li jtemm l-assenjazzjoni tal-Kap, jew skont l-Artikolu 47(b)(ii) u (iii) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra jew l-Artikolu 9 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali (ir-Regolamenti tal-Persunal), wara, fil-każ ta’ dan tal-aħħar, investigazzjoni amministrattiva mnedija mill-Awtorità tal-Ħatra tas-SEAE skont l-Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Artikolu 12
Viċi Kap tal-KESD
1. Il-Kap tal-KESD għandu, dment li jkunu disponibbli riżorsi adatti, ikun assistit minn Viċi Kap tal-KESD fl-eżerċitar tar-responsabbiltajiet kollha li jaqgħu fuq il-Kap, kif stabbilit f’din id-Deċiżjoni.
2. Jekk il-Kumitat ta’ Tmexxija jaqbel dwar il-ħatra ta’ persuna għal din il-funzjoni, il-Viċi Kap tal-KESD għandu jkun membru tal-persunal tas-SEAE jew membru tal-persunal ta’ istituzzjoni, korp, uffiċju jew aġenzija oħra tal-Unjoni ssekondat lis-SEAE, u mqiegħed taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli.
3. Il-Kap tal-KESD għandu jorganizza l-proċess tal-għażla f’konsultazzjoni mar-Rappreżentant Għoli u l-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-kandidati għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11(1). Il-kandidat magħżul għandu jiġi approvat mill-Kumitat ta’ Tmexxija u maħtur mir-Rappreżentant Għoli għal perjodu minimu ta’ sena u perjodu massimu ta’ tliet snin, li jista’ jiġi estiż b’mhux aktar minn sentejn addizzjonali.
Artikolu 13
Segretarjat tal-KESD
1. Is-Segretarjat tal-KESD għandu jassisti lill-Kap tal-KESD fit-twettiq tal-kompiti tal-Kap, u għandu jipprovdi appoġġ lill-Kumitat ta’ Tmexxija u lill-Bord Akkademiku Eżekuttiv, inkluż il-konfigurazzjonijiet differenti tiegħu.
2. Is-Segretarjat għandu:
|
(a) |
jappoġġa lill-Kumitat ta’ Tmexxija fil-ħidma kollha tiegħu u jassisti lill-Bord Akkademiku Eżekuttiv fl-iżgurar tal-kwalità u l-koerenza ġenerali tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD; |
|
(b) |
joffri appoġġ lin-network tiegħu biex ikompli jsaħħaħ kultura Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża komuni, u jassisti lill-membri tan-network fil-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD; |
|
(c) |
jippermetti lill-fornituri tat-taħriġ tal-Istati Membri jakkomunaw u jikkondividu taħriġ xieraq; |
|
(d) |
jagħti pariri dwar it-tmexxija tat-taħriġ, inkluż il-promozzjoni u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-assigurazzjoni tal-kwalità, permezz ta’ mekkaniżmi ta’ standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni; |
|
(e) |
jiffaċilita l-aċċess għal kelliema xierqa. |
Artikolu 14
Appoġġ mis-SEAE
1. Is-SEAE għandu jħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-impjieg tal-Kap u ta’ membru tal-persunal assistent wieħed, kif ukoll l-ispejjeż assoċjati mal-opsitar tal-Kap u tas-Segretarjat fil-bini tiegħu, inkluż spejjeż relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni.
2. Is-SEAE għandu jipprovdi lill-KESD bl-appoġġ amministrattiv neċessarju għar-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-persunal tiegħu. Għal dak l-għan, is-SEAE għandu jistabbilixxi Skwadra ta’ Persunal Statutorju tal-KESD bħala entità amministrattiva ġestita mill-Kap tal-KESD, fil-kapaċità ta’ dan tal-aħħar bħala membru tal-persunal tas-SEAE. Is-SEAE għandu jirrekluta u jimpjega, fuq it-talba tal-Kap tal-KESD u skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra, aġenti kuntrattwali assenjati lill-Iskwadra ta’ Persunal Statutorju tal-KESD.
3. Il-KESD għandu jikkumpensa lis-SEAE b’mod finanzjarju għall-għoti ta’ appoġġ amministrattiv. Ftehim dwar il-livell ta’ servizz bejn is-SEAE u l-KESD u approvat mill-Kumitat ta’ Tmexxija, għandu jistabbilixxi arranġamenti dettaljati għal dan il-kumpens, li ma għandux jeċċedi total ta’ 6 % tal-ammont ta’ referenza finanzjara, kif previst fl-Artikolu 16(1).
Artikolu 15
Persunal tal-KESD
1. Il-persunal tal-KESD għandu jkun magħmul minn:
|
(a) |
esperti nazzjonali ssekondati lis-Segretarjat tal-KESD mill-Istati Membri; |
|
(b) |
persunal amministrattiv irreklutat mis-SEAE għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan l-Iskwadra ta’ Persunal Statutorju tal-KESD u mħallas mill-baġit tal-KESD; |
|
(c) |
membri tal-persunal mis-SEAE jew persunal issekondat lis-SEAE mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u assenjat lill-Iskwadra ta’ Persunal Statutorju tal-KESD. |
2. Il-KESD jista’ jirċievi trainees, u esperti u akkademiċi mistiedna.
3. L-għadd ta’ karigi li għandhom jiġu allokati għall-appoġġ tal-KESD għandu jiġi deċiż mill-Kumitat ta’ Tmexxija fid-dawl tal-ħtiġijiet dokumentati u d-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji flimkien mal-abbozz ta’ proposta għall-baġit annwali.
4. Id-Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli li tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali ssekondati lis-SEAE għandha tkun applikabbli mutatis mutandis għall-esperti nazzjonali ssekondati lill-KESD mill-Istati Membri u li jaqgħu taħt l-awtorità tal-Kap tal-KESD. Il-membri tal-persunal irreklutati bħala persunal tas-SEAE assenjat lill-Iskwadra ta’ Persunal Statutorju tal-KESD għandhom ikomplu jgawdu d-drittijiet kollha u jkunu soġġetti għall-obbligi kollha stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta’ implimentazzjoni adottati mis-SEAE. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra għal dan il-persunal.
5. Fil-każ li membru tal-persunal tal-KESD assenjat f’kariga mhux maniġerjali jixtieq ifittex assistenza fir-rigward ta’ atti jew imġiba ta’ persunal mhux maniġerjali ieħor, huwa jew hija tista’ tippreżenta talba lill-Kap tal-KESD jew lill-Viċi Kap tal-KESD. Il-Kap tal-KESD jew il-Viċi Kap tal-KESD jista’ jfittex appoġġ amministrattiv mis-SEAE biex jittratta tali talbiet, skont l-Artikolu 14(2) u jista’ jikkollabora mal-awtorità tas-SEAE kompetenti għall-persunal assenjat lill-Iskwadra ta’ Persunal Statutorju tal-KESD. F’dik is-sitwazzjoni, il-Kap tal-KESD jew il-Viċi Kap tal-KESD għandu jingħata s-setgħa li jadotta kwalunkwe miżura neċessarja fir-rigward tal-esperti nazzjonali ssekondati, filwaqt li l-awtorità rilevanti tas-SEAE tista’ tadotta kwalunkwe miżura neċessarja fir-rigward tal-persunal assenjat lill-Iskwadra ta’ Persunal Statutorju tal-KESD, skont ir-regoli applikabbli fi ħdan is-SEAE.
6. Fil-każ li persunal mhux maniġerjali jkun jixtieq ifittex assistenza fir-rigward ta’ atti jew imġiba tal-persunal maniġerjali, huwa jista’ jippreżenta talba lid-Direttur Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi tas-SEAE li lilu ingħata d-delega tas-setgħa neċessarja għat-trattament ta’ talbiet bħal dawn; f’dak il-każ, id-Direttur Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi għandu jirrapporta lir-Rappreżentant Għoli, li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra, u għandu jipproponi kwalunkwe miżura li huwa jew hija tqis xierqa u proporzjonata għas-sitwazzjoni. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiġi mgħarraf kif xieraq.
7. Fis-sitwazzjonijiet kollha, it-talbiet għall-assistenza għandhom jiġu ttrattati fi ħdan l-iskeda ta’ żmien prevista fl-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 16
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025 għandu jkun ta’ EUR 2 933 303,62. L-ammont jew ammonti ta’ referenza finanzjarja maħsuba biex ikopru n-nefqa tal-implimentazzjoni tal-KESD għal perjodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.
2. Kull nefqa ffinanzjata mill-ammonti ta’ referenza stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa ffinanzjata mill-ammonti ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ għotja mal-KESD.
Artikolu 17
Kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji
1. Il-KESD jista’, meta jkun hemm il-qbil tal-Kumitat ta’ Tmexxija, jirċievi u jamministra kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri, istituti jew donaturi oħra. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu identifikati bħala tali mill-KESD.
2. Arranġamenti tekniċi u finanzjarji għall-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu nnegozjati u approvati mill-KESD. Dawk l-arranġamenti għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-regoli applikabbli li jirregolaw l-amministrazzjoni xierqa tan-nefqa ffinanzjata minn dawk il-kontribuzzjonijiet volontarji.
Artikolu 18
Kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni
Il-KESD jista’ jirċievi kontribuzzjonijiet in natura. Kull Stat Membru, istituzzjoni, korp, uffiċċju, aġenzija, istitut kontribwenti tal-Unjoni, u s-SEAE għandhom iġarrbu l-ispejjeż kollha relatati mal-parteċipazzjoni proprja tagħhom fil-KESD, inkluż is-salarji, il-gratifiki, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza u l-ispejjeż relatati mal-appoġġ organizzazzjonali u amministrattiv tal-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD. Kull parteċipant fl-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD għandu jġarrab l-ispejjeż kollha relatati mal-parteċipazzjoni tiegħu jew tagħha.
Artikolu 19
Implimentazzjoni tal-proġetti
1. Il-KESD jista’ japplika biex jipparteċipa fi proġetti ta’ riċerka u proġetti oħrajn fil-qasam tal-PESK. Il-KESD għandu jipparteċipa bħala koordinatur tal-proġett jew bħala membru tal-proġett. Il-Kap, jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha, jista’ jsir membru tal-“bord konsultattiv” ta’ proġetti bħal dawn, jew jista’ jiddelega dan il-kompitu lil wieħed mill-presidenti tal-konfigurazzjonijiet tal-Bord Akademiku jew lil membru tas-Segretarjat.
2. Il-kontribuzzjonijiet minn dawk il-proġetti għandhom jitqiesu separatament mill-kontribuzzjoni skont il-ftehmiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16 u mill-kontribuzzjonijiet volontarji msemmija fl-Artikolu 17 u għandhom jintużaw f’konformità mal-objettivi tal-KESD.
Artikolu 20
Parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD
1. L-attivitajiet kollha ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri.
2. L-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni tal-KESD jistgħu jiġu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni minn ċittadini ta’ pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni mal-Unjoni u, kif ikun xieraq, minn ċittadini ta’ Stati terzi, u minn membri jew persunal ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali b’mod reċiproku, kif ukoll minn NGOs rilevanti, b’mod partikolari għall-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(h).
Artikolu 21
Regolamenti tas-sigurtà
Id-Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Ġunju 2023 dwar ir-Regoli ta’ Sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandha tapplika għall-KESD.
Artikolu 22
Aċċess għad-dokumenti
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu japplika għall-KESD.
Artikolu 23
Protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3) għandha tapplika għall-KESD.
Artikolu 24
Rieżami
Mhux aktar tard mill-10 ta’ Diċembru 2029, ir-Rappreżentant Għoli, informat bil-fehmiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija, għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni akkumpanjat, kif xieraq, minn proposti għar-rieżami tagħha.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 26
Pubblikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1515 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 (ĠU L 348, 20.10.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1515/oj).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3116/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)