European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3111

11.12.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3111

tas-6 ta’ Diċembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2024) 8774)

(Il-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fl-annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2778 (4) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija.

(5)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħa addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbiliment li kien iżomm l-annimali ovini u kaprini. B’hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 (5) ħassret u ssostitwixxiet id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778. B’mod iktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti mill-Bulgarija, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat oħra ta’ infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu annimali ovini, li jinsabu fl-unità reġjonali ta’ Haskovo. It-tifqigħat il-ġodda jinsabu fil-perimetru taż-żoni ristretti ulterjuri li diġà ġew stabbiliti minħabba tifqigħat preċedenti fl-istess żoni.

(7)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Bulgarija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 jenħtieġ li jiġu aġġustati, bħala spazju u bħala żmien, sabiex jiġi evitat iktar tixrid tal-marda fil-Bulgarija u fil-bqija tal-Unjoni, u jenħtieġ li tiġi aġġustata wkoll id-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom.

(8)

Id-daqs taż-żoni u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, fiż-żoni ta’ sorveljanza u fiż-żoni ristretti ulterjuri jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħag u tal-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-ġidri tan-nagħag u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija kif ukoll il-livell tar-riskju għal iktar tixrid tal-marda. Jenħtieġ li d-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali, tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH (6)).

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 jiġi emendat kif xieraq.

(10)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni rigward il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 jenħtieġ li jiġi estiż sat-28 ta’ Frar 2025. Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2024/2918 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 4, id-data “31 ta’ Jannar 2025” hija sostitwita bid-data “28 ta’ Frar 2025”;

2.

l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2778 tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (ĠU L, 2024/2778, 29.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2778/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 tad-19 ta’ Novembru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 (ĠU L, 2024/2918, 22.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2918/oj).

(6)  Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, l-Aċċess Online għall-Kodiċi Terrestri – WOAH – l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali.


ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Haskovo

BG-CAPRIPOX-2024-00005

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.71774, Lonġ. 26.31818 (2024/5)

30.11.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.71774, Lonġ. 26.31818 (2024/5), esklużi ż-żoni li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni

9.12.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.71774, Lonġ. 26.31818 (2024/5)

1.12.2024 – 9.12.2024

Ir-reġjun ta’ Haskovo

BG-CAPRIPOX-2024-00003

BG-CAPRIPOX-2024-00004

BG-CAPRIPOX-2024-00006

BG-CAPRIPOX-2024-00007

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.9698, Lonġ. 25.6564 (2024/3), Lat. 41.96, Lonġ. 25.65 (2024/4), Lat. 41.96618, Lonġ. 25.66267 (2024/6), Lat. 1.91051, Lonġ. 25.54653 (2024/7)

11.12.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.9698, Lonġ. 25.6564 (2024/3), Lat. 41.96, Lonġ. 25.65 (2024/4), Lat. 41.96618, Lonġ. 25.66267 (2024/6), Lat. 1.91051, Lonġ. 25.54653 (2024/7), esklużi ż-żoni li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni

20.12.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.9698, Lonġ. 25.6564 (2024/3), Lat. 41.96, Lonġ. 25.65 (2024/4), Lat. 41.96618, Lonġ. 25.66267 (2024/6), Lat. 1.91051, Lonġ. 25.54653 (2024/7)

12.12.2024 – 20.12.2024

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Unità reġjonali

Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Stara Zagora

Il-muniċipalitajiet ta’ Radnevo, Stara Zagora

16.11.2024 – 20.12.2024

Il-muniċipalitajiet ta’ Galabovo u Opan

21.12.2024 – 19.1.2025

Ir-reġjun ta’ Haskovo

It-territorju kollu tar-reġjun ta’ Haskovo, esklużi ż-żoni li jinsabu fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew żona ta’ sorveljanza.

19.1.2025

It-territorju kollu tar-reġjun ta’ Haskovo

21.12.2024 – 19.1.2025


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3111/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)