|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3104 |
12.12.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3104
tat-2 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-referenzi għall-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa klassifikazzjoni statistika komuni tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni (“NACE Rev. 2”), li bdiet tapplika fl-1 ta’ Jannar 2008. |
|
(2) |
Wara li bdiet tapplika n-NACE Rev. 2, il-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni biddlu progressivament il-mod li bih ħafna attivitajiet ekonomiċi jipprovdu l-oġġetti u s-servizzi madwar id-dinja. |
|
(3) |
Bħala riżultat ta’ dawk il-bidliet, in-NACE Rev. 2 kellha tiġi aġġornata, biex tibqa’ komparabbli u konsistenti mal-istandards għall-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi użati fil-livell internazzjonali. Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 u stabbilixxa l-klassifikazzjoni aġġornata (“NACE Rev. 2.1”). |
|
(4) |
Biex l-utenti jkunu jistgħu jivvalutaw il-bidliet dettaljati tal-kontenut fin-NACE u biex iqabblu l-verżjoni preċedenti tal-klassifikazzjoni mal-verżjoni aġġornata tagħha, fl-1 ta’ Awwissu 2023 ġiet ipprovduta tabella ta’ korrispondenza (4)flimkien ma’ xi noti ta’ spjegazzjoni (5) għall-utenti tal-klassifikazzjoni. |
|
(5) |
Il-korp kbir ta’ leġiżlazzjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-trażmissjoni tad-data li jirreferu għal taqsimiet, diviżjonijiet, gruppi jew klassijiet speċifiċi tan-NACE jinkludi r-Regolament (KE) Nru 184/2005. Sabiex jiġi żgurat li dawk ir-rekwiżiti tat-trażmissjoni jiġu espressi f’termini kompatibbli mal-klassifikazzjoni aġġornata (NACE Rev. 2.1), ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jenħtieġ li jiġi emendat. |
|
(6) |
Peress li l-granularità tal-klassifikazzjoni aġġornata hija simili għal dik tal-verżjoni oriġinali tal-klassifikazzjoni, l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jimponu l-ebda piż sinifikanti addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. |
|
(7) |
Il-konformità mal-klassifikazzjoni aġġornata jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa minnufih, peress li huwa meħtieġ ċertu perjodu ta’ żmien biex il-fornituri tad-data jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti regolatorji l-ġodda. Ta’ min ifakkar li r-Regolament Delegat (UE) 2023/137, li emenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006, jistabbilixxi data differita tal-applikazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun differita wkoll. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 184/2005 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025, fir-rigward tat-trażmissjonijiet tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat), relatati ma’ kull perjodu ta’ referenza li jibda f’dik id-data jew wara.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/184/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137 tal-10 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 19, 20.1.2023, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/137/oj).
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005, it-Tabella 8 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Tabella 8
Livell tad-diżaggregazzjoni tal-attività ekonomika
|
Livell 1 |
Livell 2 |
NACE (Regolament (KE) Nru 1893/2006) |
|
|
AGRIKOLTURA, FORESTRIJA U SAJD |
sec A |
|
ESTRAZZJONI MILL-MINJIERI U MILL-BARRIERI |
ESTRAZZJONI MILL-MINJIERI U MILL-BARRIERI |
sec B |
|
|
Estrazzjoni tal-petroleum grezz, gass naturali u attivitajiet ta’ servizzi tal-appoġġ relatati mal-estrazzjoni mill-minjieri |
div 06, 09 |
|
MANIFATTURA |
MANIFATTURA |
sec C |
|
|
Prodotti tal-ikel, xarbiet u prodotti tat-tabakk |
div 10, 11, 12 |
|
|
TOTAL attivitajiet tat-tessuti u tal-injam |
div 13, 14, 16, 17, 18 |
|
|
Tessuti u lbies |
div 13, 14 |
|
|
Injam, karta, stampar u riproduzzjoni |
div 16, 17, 18 |
|
Petroleum, sustanzi kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-lastiku u tal-plastik |
TOTAL petroleum, sustanzi kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-lastiku u tal-plastik |
div 19, 20, 21, 22 |
|
|
Kokk u prodotti tal-petroleum raffinat |
div 19 |
|
|
Sustanzi u prodotti kimiċi |
div 20 |
|
|
Prodotti tal-lastiku u tal-plastik |
div 22 |
|
|
TOTAL ta’ prodotti tal-metall u tal-makkinarji |
div 24, 25, 26, 28 |
|
|
Metalli bażiċi u prodotti tal-metall fabbrikati |
div 24, 25 |
|
Prodotti tal-kompjuter, prodotti elettroniċi u prodotti ottiċi |
Prodotti tal-kompjuter, prodotti elettroniċi u prodotti ottiċi |
div 26 |
|
|
Makkinarju u tagħmir m.k.b. |
div 28 |
|
Vetturi, tagħmir ieħor tat-trasport |
TOTAL vetturi u tagħmir ieħor tat-trasport |
div 29, 30 |
|
|
Vetturi motorizzati, trejlers u semitrejlers |
div 29 |
|
|
Tagħmir ieħor tat-trasport |
div 30 |
|
|
TOTAL ta’ manifattura oħra |
div 15, 23, 27, 31, 32, 33 |
|
PROVVISTA TAL-ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KUNDIZZJONATA |
PROVVISTA TAL-ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KUNDIZZJONATA |
sec D |
|
PROVVISTA TAL-ILMA; DRENAĠĠ, IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART U ATTIVITAJIET RIMEDJATORJI |
PROVVISTA TAL-ILMA; DRENAĠĠ, IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART U ATTIVITAJIET RIMEDJATORJI |
sec E |
|
|
Ġbir, trattament u provvista tal-ilma |
div 36 |
|
|
Drenaġġ, immaniġġjar tal-iskart u attivitajiet rimedjatorji |
div 37, 38, 39 |
|
KOSTRUZZJONI |
KOSTRUZZJONI |
sec F |
|
TOTAL SERVIZZI |
TOTAL SERVIZZI |
sec G, H, I, J, K, L, M, N O, P, Q, R, S, T, U, V |
|
KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT |
KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT |
sec G |
|
|
Kummerċ bl-ingrossa |
div 46 |
|
|
Kummerċ bl-imnut |
div 47 |
|
TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN |
TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN |
sec H |
|
|
TOTAL trasport u ħżin għajr attivitajiet postali u tal-kurrier |
div 49, 50, 51, 52 |
|
|
Trasport fuq l-art u trasport permezz tal-pipelines |
div 49 |
|
|
Trasport bl-ilma |
div 50 |
|
|
Trasport bl-ajru |
div 51 |
|
|
Magazzinaġġ u attivitajiet ta’ appoġġ għat-trasportazzjoni |
div 52 |
|
|
Attivitajiet tal-posta u tal-kurrier |
div 53 |
|
AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA’ SERVIZZI TA’ IKEL |
AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA’ SERVIZZI TA’ IKEL |
sec I |
|
ATTIVITAJIET TA’ PUBBLIKAZZJONI, XANDIR U PRODUZZJONI U DISTRIBUZZJONI TAL-KONTENUT |
ATTIVITAJIET TA’ PUBBLIKAZZJONI, XANDIR U PRODUZZJONI U DISTRIBUZZJONI TAL-KONTENUT |
sec J |
|
|
Pubblikazzjoni |
div. 58 |
|
|
Xandir u produzzjoni u distribuzzjoni tal-kontenut |
div 59, 60 |
|
TELEKOMUNIKAZZJONI, PROGRAMMAR TAL-KOMPJUTER, KONSULENZA, INFRASTRUTTURA TAL-INFORMATIKA, U ATTIVITAJIET TA’ SERVIZZ TAL-INFORMAZZJONI OĦRA |
TELEKOMUNIKAZZJONI, PROGRAMMAR TAL-KOMPJUTER, KONSULENZA, INFRASTRUTTURA TAL-INFORMATIKA, U ATTIVITAJIET TA’ SERVIZZ TAL-INFORMAZZJONI OĦRA |
sec K |
|
|
Telekomunikazzjoni |
div 61 |
|
|
Attivitajiet oħra ta’ informazzjoni u komunikazzjoni |
div 62, 63 |
|
ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TAL-ASSIGURAZZJONI |
ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TAL-ASSIGURAZZJONI |
sec L |
|
|
Intermedjazzjoni finanzjarja, għajr assigurazzjoni u finanzjament tal-pensjoni |
div 64 |
|
|
Attivitajiet ta’ kumpaniji azzjonarji u veikoli ta’ finanzjament |
grupp 64.2 |
|
|
Assigurazzjoni, riassigurazzjoni u finanzjament tal-pensjoni, għajr is-sigurtà soċjali obbligatorja |
div 65 |
|
|
Attivitajiet awżiljarji għas-servizzi finanzjarji, għajr l-assigurazzjoni u l-finanzjament tal-pensjoni |
div 66 |
|
|
ATTIVITAJIET IMMOBBILJARI |
sec M |
|
ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI |
ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI |
sec N |
|
|
Attivitajiet legali u kontabilistiċi |
div 69 |
|
|
Attivitajiet legali |
grupp 69.1 |
|
|
Attivitajiet kontabilistiċi, ta’ żamma tal-kotba u awditjar; konsulenza tat-taxxa |
grupp 69.2 |
|
|
Attivitajiet tal-uffiċċji prinċipali u ta’ konsulenza maniġerjali |
div 70 |
|
|
Attivitajiet tal-uffiċċji prinċipali |
grupp 70.1 |
|
|
Attivitajiet ta’ negozju u ta’ konsulenza maniġerjali oħra |
grupp 70.2 |
|
|
Attivitajiet ta’ arkitettura u inġinerija; ittestjar u analiżi teknika |
div 71 |
|
Riċerka u żvilupp xjentifiċi |
Riċerka u żvilupp xjentifiċi |
div 72 |
|
|
Attivitajiet ta’ reklamar, riċerka tas-suq u relazzjonijiet pubbliċi |
div 73 |
|
|
Reklamar |
grupp 73.1 |
|
|
Riċerka tas-suq u stħarriġ tal-opinjoni pubblika |
grupp 73.2 |
|
|
Attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi u komunikazzjoni |
grupp 73.3 |
|
|
Attivitajiet oħra professjonali, kemm xjentifiċi kif ukoll tekniċi, u attivitajiet veterinarji |
div 74, 75 |
|
|
ATTIVITAJIET TA’ SERVIZZI AMMINISTRATTIVI U SERVIZZI TA’ APPOĠĠ |
sec O |
|
|
Attivitajiet tal-kiri u tal-lokazzjoni |
div 77 |
|
|
Attivitajiet oħra ta’ servizzi amministrattivi u servizzi ta’ appoġġ |
div 78, 79, 80, 81, 82 |
|
|
EDUKAZZJONI |
sec Q |
|
|
ATTIVITAJIET TAS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM U TA’ ASSISTENZA SOĊJALI |
sec R |
|
ARTI, SPORT U RIKREAZZJONI |
ARTI, SPORT U RIKREAZZJONI |
sec S |
|
|
Attivitajiet ta’ ħolqien tal-arti u ta’ divertiment |
div 90 |
|
|
Libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra |
div 91 |
|
|
Attivitajiet ta’ sport u oħrajn ta’ rikreazzjoni; attivitajiet tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri |
div 92, 93 |
|
|
ATTIVITAJIET OĦRA TA’ SERVIZZI |
sec T |
|
|
Attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tesserali |
div 94 |
|
|
Tiswija ta’ kompjuters u oġġetti personali u domestiċi, u vetturi motorizzati u motoċikletti, attivitajiet oħra ta’ servizz personali |
div 95, 96.” |
|
|
Mhux allokat |
|
|
|
Xiri privat u bejgħ ta’ proprjetà immobbli |
|
|
ATTIVITÀ TOTALI |
ATTIVITÀ TOTALI |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/3104/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)